|
30.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 18/2011
tal-1 ta’ April 2011
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2011 tal-11 ta’ Frar 2011 (1). |
|
(2) |
Direttiva tal-Kunsill 2008/59/KE tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tadatta d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 47a (Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII għall-Ftehim:
|
“— |
32008 L 0059: Direttiva tal-Kunsill 2008/59/KE tat-12 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 166, 27.6.2008, p. 31).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2008/59/KE fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ April 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(2) ĠU L 166, 27.6.2008, p. 31.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.