|
2.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 122/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' 25.5.2007
li taħtar żewġ membri Olandiżi fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2007/C 122/01)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/651/KE, Euratom tal-15 ta' Settembru 2006 li taħtar il-membri Belġjani, Griegi, Irlandiżi, Ċiprijotti, Olandiżi, Pollakki, Portugiżi, Finlandiżi, Svediżi u Brittaniċi kif ukoll żewġ membri Taljani tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2006 sa l-20 ta' Settembru 2010 (1),
Wara li kkunsidra n-nomini mressqa mill-Gvern Olandiż,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi żewġ postijiet ta' membri Olandiżi tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewroopew hawn fuq saru vakanti wara r-riżenja tas-Sinjuri SLOOTWEG u ETTY,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur MEIJER u s-Sinjura VAN WEZEL huwa maħtura membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew b'sostituzzjoni tas-Sinjuri SLOOTWEG u ETTY għall-perijodu li jifdal tal-mandat tagħhom, jiġifieri sa l-20 ta' Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Hija tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussel, fi 25.5.2007.
Għall-Kunsill
Il-President
A. Schavan
(1) ĠU L 269 tat-28.9.2006, p. 13.