|
30.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/126
tad-29 ta’ Jannar 2020
li jistabbilixxi l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa fi ħdan il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1882
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1882 (3) fetaħ proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa. |
|
(2) |
Abbażi tal-offerti li waslu matul il-perjodu ta’ sottomissjoni għas-subperjodu li jintemm fis-27 ta’ Jannar 2020, il-kwantità kumplessiva massima li trid tiġi maħżuna, il-kostijiet stmati tal-ħżin u informazzjoni oħra rilevanti dwar is-suq, huwa xieraq li jiġi ffissat l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin ta’ 150 521,66 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa għal perjodu ta’ 180 jum sabiex tittaffa s-sitwazzjoni diffiċli tas-suq. |
|
(3) |
Sabiex tiġi ggarantita l-ġestjoni effikaċi tal-miżura, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(4) |
Il-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-offerti sottomessi fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1882 matul is-subperjodu li jintemm fis-27 ta’ Jannar 2020, l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa għandu jkun:
|
(a) |
EUR 0,88 għal kull tunnellata kull jum ta’ żejt taż-żebbuġ extra verġni; |
|
(b) |
EUR 0,88 għal kull tunnellata kull jum ta’ żejt taż-żebbuġ verġni; |
|
(c) |
EUR 0,88 għal kull tunnellata kull jum ta’ żejt taż-żebbuġ lampante. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
María Ángeles BENÍTEZ SALAS
Aġent Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1882 tat-8 ta’ Novembru 2019 (ĠU L 290, 11.11.2019, p. 12).