|
5.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 33/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/148
tat-3 ta’ Frar 2020
dwar l-awtorizzazzjoni tal-kloridrat tar-robenidina (Robenz 66G) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1800/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Zoetis SA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-preparat tal-kloridrat tar-robenidina (Robenz 66G) kien awtorizzat, skont id-Direttiva 70/524/KEE, bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (3). Dak il-preparat wara ddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-kloridrat tar-robenidina (Robenz 66G) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna. L-applikant talab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ addittivi “koċċidjostati u istomonostati”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta’ Jannar 2019 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-kloridrat tar-robenidina (Robenz 66G) ma jħallix effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkunsidrat li l-addittiv għandu l-potenzjal li jikkontrolla effettivament il-koċċidjożi fit-tiġieġ tas-simna. L-Awtorità qieset li hemm bżonn ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq tal-Eimeria spp., preferibbilment matul l-aħħar parti tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-kloridrat tar-robenidina (Robenz 66G) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. F’konformità ma’ dan, jenħtieġ li l-użu ta’ dan il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
B’konsegwenza ta’ din l-evalwazzjoni mill-ġdid, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1800/2004 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jaqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “koċċidjostati u istomonostati”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1800/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa mħassar; |
|
(2) |
l-Anness huwa mħassar. |
Artikolu 3
Il-preparat speċifikat fl-Anness u l-għalf li jkun fih dak il-preparat, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta’ Awwissu 2020 skont ir-regoli applikabbli qabel il-25 ta’ Frar 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 tal-15 ta’ Ottubru 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin tal-addittiv Cycostat 66G fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta’ koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).
(4) EFSA Journal 2019; 17(3):5613.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
Limiti Massimi tar-Residwi (MRLs) fl-oġġetti tal-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali |
||||||||||
|
mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi: Koċċidjostati u istomonostati |
|
|||||||||||||||||||
|
5a758 |
Zoetis SA |
Kloridrat tar-robenidina (Robenz 66G) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kloridrat tar-robenidina: 66 g/kg Linjosulfonat: 40 g/kg Sulfat tal-kalċju diidrat: 894 g/kg |
Tiġieġ tas-simna |
— |
36 |
36 |
|
Il-25 ta’ Frar 2030 |
800 μg kloridrat tar-robenidina/kg ta’ fwied frisk. 350 μg kloridrat tar-robenidina/kg ta’ kliewi friski. 200 μg kloridrat tar-robenidina/kg ta’ muskolu frisk. 1300 μg kloridrat tar-robenidina/kg ta’ ġilda/xaħam friski. |
||||||||||
|
Sustanza attiva Kloridrat tar-robenidina, C15H13Cl2N5 .HCl, 1,3-bis[(p-klorobenżiliden) ammino]- kloridat tal-gwanidina (97 %) Numru CAS: 25875-50-7, Impuritajiet relatati:
|
||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kloridrat tar-robenidina fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma’ detezzjoni bl-ultravjola (HPLC-UV) Għall-kwantifikazzjoni tal-kloridrat tar-robenidina fl-oġġetti tal-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma’ detezzjoni bl-ultravjola (HPLC-UV) - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 Għall-kwantifikazzjoni tal-kloridrat tar-robenidina fit-tessuti: Kromatografija b’fażi likwida ta’ rendiment għoli f’fażi inversa flimkien ma’ spettrometru ta’ massa bi kwadrupol triplu (RP-HPLC-MS/MS) jew kwalunkwe metodu ekwivalenti li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE. |
||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports