European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4517

19.8.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Ġunju 2026

li tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal il-bidliet fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja, tas-Slovenja u tal-Finlandja fir-Reġistru tal-Unjoni

(C/2026/4517)

IL-KUMMISSJONI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nru 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u Nru 1193/2011 (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ April 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/278/UE (2) li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (4), id-Deċiżjoni 2011/278/UE tkompli tapplika għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021. L-allokazzjonijiet notifikati kollha msemmija f’din id-deċiżjoni huma relatati mal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020.

(2)

Fil-5 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE (5) dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu 2013–2020, skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2014/9/UE (6), il-Kummissjoni emendat id-Deċiżjonijiet 2010/2/UE (7) u 2011/278/UE fir-rigward tal-listi ta’ setturi u subsetturi meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (minn hawn ’il quddiem “il-lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju”).

(4)

Bid-Deċiżjonijiet C(2013) 9281 (8), C(2014) 123 (9), C(2014) 674 (10) u C(2014) 1167 (11), il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali u t-tabelli riveduti tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Awstrija, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja u tal-Iżvezja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata l-10 ta’ Diċembru 2025, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba l-waqfien parzjali u l-irkupru sussegwenti tal-livelli ta’ attività.

(6)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, is-Slovenja nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata l-24 ta’ April 2026, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba l-waqfien parzjali u l-irkupru sussegwenti tal-livelli ta’ attività.

(7)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata s-16 ta’ April 2026, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba l-waqfien parzjali u l-irkupru sussegwenti tal-livelli ta’ attività.

(8)

Il-bidliet notifikati fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja, tas-Slovenja u tal-Finlandja huma f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Għalhekk, l-amministratur ċentrali jenħtieġ li jingħata struzzjonijiet biex idaħħal dawk il-bidliet fir-Reġistru tal-Unjoni,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-amministratur ċentrali għandu jdaħħal il-bidliet fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja, tas-Slovenja u tal-Finlandja stabbiliti fl-Anness fir-Reġistru tal-Unjoni.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kummissjoni

Wopke HOEKSTRA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 9).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, 5.1.2010, p.10).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9281 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Awstrija, tal-Greċja, tal-Irlanda, tal-Latvja, tan-Netherlands, tal-Portugall, tal-Iżvezja u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 123 tas-17 ta’ Jannar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, ta’ Franza, tal-Litwanja, tal-Ungerija u tas-Slovakkja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 674 tat-12 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Lussemburgu, tas-Slovenja u tal-Finlandja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1167 tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Bulgarija, ta’ Spanja, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Polonja, tar-Rumanija u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.


ANNESS I

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013–2020 skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE (NER)

Stat Membru: Il-Ġermanja

ID tal-installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata min-NER, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

DE000000000208804

208804

Erdwärme Grünwald GmbH

Heizkraftwerk Laufzorn

0

0

0

226

1 872

1 582

1 302

1 031

6 013

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013–2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: Il-Ġermanja

L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

DE000000000001255

1255

EVH GmbH

Heizwerk Dieselstraße (HW Dieselstraße)

17 750

15 885

14 073

12 318

5 309

4 487

3 691

1 462

74 975


ANNESS II

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013–2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: Is-Slovenja

L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

SI000000000000015

15

InterCal Slovenija d.o.o.

IGM Zagorje, d.o.o.

102 981

101 191

99 382

53 473

52 459

51 438

50 401

90 053

601 378

SI000000000000065

65

Pivovarna Laško Union d.o.o.

Pivovarna Laško, d.d.

5 608

5 019

4 445

3 889

1 675

1 415

2 325

1 839

26 215


ANNESS III

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013–2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: Il-Finlandja

L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

FI000000000000638

638

Mariehamns Energi Ab

PC Österbacka

349

312

277

242

209

88

73

0

1 550

FI000000000000653

653

Mariehamns Energi Ab

PC Sviby

402

359

318

279

240

51

167

0

1 816

FI000000000000590

590

Mariehamns Energi Ab

G4 Mariehamn

11 964

10 698

9 469

2 070

3 570

3 017

2 482

1 965

45 235


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4517/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)