1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

668


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1989/2006

tal-21 ta’ Diċembru 2006

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' Adeżjoni, fejn atti li jibqgħu validi wara l-1 ta' Jannar 2007 jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa mhumiex previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, sakemm ma tkunx il-Kummissjoni li tkun adottat l-att oriġinali.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (3) jiddefinixxi r-regoli ġenerali li jirregolaw l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Fond Soċjali Ewropew u tal-Fond ta' Koeżjoni u l-objettivi tagħhom. Skond l-Artikolu 53, l-Anness III ta' dan ir-Regolament jistabbilixxi li l-limiti massimi applikabbli għar-rati ta' ko-finanzjament fil-programmi operattivi, mill-Istati Membri u skond l-objettiv, abbażi ta' kriterji oġġettivi. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu jiġi adattat sabiex jieħu in konsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

(3)

Jeħtieġ li jkun żgurat li kwalunkwe adattament tekniku għal-leġiżlazzjoni li tirregola l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni ikun adottat minnufih biex jippermetti lill-Bulgarija u lir-Rumanija li jressqu dokumenti ta' programmazzjoni mid-data ta' l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa b'dan mibdul bit-test fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss suġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)   ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.

(2)   ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203.

(3)   ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.


ANNESS

“ANNESS III

Il-limiti massimi applikabbli għar-rati ta' ko-finanzjament

(imsemmija fl-Artikolu 53)

Kriterji

Stati Membri

Il-FEŻR u l-FES

Perċentwali tan-nefqa eliġibbli

Il-Fond ta' Koeżjoni

Perċentwali tan-nefqa eliġibbli

(1)

L-Istati Membri li l-PGD medju per capita tagħhom għall-perjodu 2001-2003 kien inqas minn 85 % tal-medja ta' l-UE 25 tul l-istess perjodu

Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Solvenja, is-Slovakkja

85 % għall-objettivi ta' Konverġenza u ta' ‘Kompetittività Reġjonali u Impjiegi’

85  %

(2)

L-Istati Membri għajr dawk taħt (1) eliġibbli għar-reġim transizzjonali tal-Fond ta' Koeżjoni fl-1 ta' Jannar 2007

Spanja

80 % għall-objettiv ta' Konverġenza u r-reġjuni ta' dħul gradwali taħt l-objettivi tal-Kompetittività Reġjonali u Impjiegi

50 % għall-objettivi ta' Kompetittività Reġjonali u Impjiegi barra r-reġjuni ta' dħul gradwali

85  %

(3)

L-Istati Membri għajr dawk imsemmija taħt (1) u (2)

Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit

75 % għall-objettiv ta' Konverġenza

—

(4)

L-Istati Membri għajr dawk imsemmija taħt (1) u (2)

Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit

50 % għall-objettiv ta' Kompetittività Reġjonali u Impjiegi

—

(5)

Ir-reġjuni l-aktar estremi imsemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat li jibbenefikaw mill-allokazzjoni addizzjonali għal dawn ir-reġjuni prevista fil-paragrafu 20 ta' l-Anness II

Spanja, Franza u l-Portugall

50  %

—

(6)

Ir-reġjuni l-aktar estremi imsemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat

Spanja, Franza u l-Portugall

85 % taħt l-objettivi ta' Konverġenza u ta' Kompetittività Reġjonali u Impjiegi

—”