Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1989/2006 tal- 21 ta’ Diċembru 2006 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999
Official Journal L 411 , 30/12/2006 P. 0006 - 0009
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0668 - 0669
20070202 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1989/2006 tal- 21 ta’ Diċembru 2006 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' Adeżjoni, fejn atti li jibqgħu validi wara l- 1 ta' Jannar 2007 jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa mhumiex previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, sakemm ma tkunx il-Kummissjoni li tkun adottat l-att oriġinali. (2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 [3] jiddefinixxi r-regoli ġenerali li jirregolaw l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Fond Soċjali Ewropew u tal-Fond ta' Koeżjoni u l-objettivi tagħhom. Skond l-Artikolu 53, l-Anness III ta' dan ir-Regolament jistabbilixxi li l-limiti massimi applikabbli għar-rati ta' ko-finanzjament fil-programmi operattivi, mill-Istati Membri u skond l-objettiv, abbażi ta' kriterji oġġettivi. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu jiġi adattat sabiex jieħu in konsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. (3) Jeħtieġ li jkun żgurat li kwalunkwe adattament tekniku għal-leġiżlazzjoni li tirregola l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni ikun adottat minnufih biex jippermetti lill-Bulgarija u lir-Rumanija li jressqu dokumenti ta' programmazzjoni mid-data ta' l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa b'dan mibdul bit-test fl-Anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss suġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, nhar il- 21 ta’ Diċembru 2006. Għall-Kunsill Il-President J. Korkeaoja [1] ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11. [2] ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203. [3] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. -------------------------------------------------- 20070202 ANNESS 20070202 "ANNESS III Il-limiti massimi applikabbli għar-rati ta' ko-finanzjament (imsemmija fl-Artikolu 53) Kriterji | Stati Membri | Il-FEŻR u l-FES Perċentwali tan-nefqa eliġibbli | Il-Fond ta' Koeżjoni Perċentwali tan-nefqa eliġibbli | (1)L-Istati Membri li l-PGD medju per capita tagħhom għall-perjodu 2001-2003 kien inqas minn 85 % tal-medja ta' l-UE 25 tul l-istess perjodu | Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Solvenja, is-Slovakkja | 85 % għall-objettivi ta' Konverġenza u ta' "Kompetittività Reġjonali u Impjiegi" | 85 % | (2)L-Istati Membri għajr dawk taħt (1) eliġibbli għar-reġim transizzjonali tal-Fond ta' Koeżjoni fl- 1 ta' Jannar 2007 | Spanja | 80 % għall-objettiv ta' Konverġenza u r-reġjuni ta' dħul gradwali taħt l-objettivi tal-Kompetittività Reġjonali u Impjiegi 50 % għall-objettivi ta' Kompetittività Reġjonali u Impjiegi barra r-reġjuni ta' dħul gradwali | 85 % | (3)L-Istati Membri għajr dawk imsemmija taħt (1) u (2) | Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit | 75 % għall-objettiv ta' Konverġenza | — | (4)L-Istati Membri għajr dawk imsemmija taħt (1) u (2) | Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit | 50 % għall-objettiv ta' Kompetittività Reġjonali u Impjiegi | — | (5)Ir-reġjuni l-aktar estremi imsemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat li jibbenefikaw mill-allokazzjoni addizzjonali għal dawn ir-reġjuni prevista fil-paragrafu 20 ta' l-Anness II | Spanja, Franza u l-Portugall | 50 % | — | (6)Ir-reġjuni l-aktar estremi imsemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat | Spanja, Franza u l-Portugall | 85 % taħt l-objettivi ta' Konverġenza u ta' Kompetittività Reġjonali u Impjiegi | —" | --------------------------------------------------