Official Journal L 025 , 28/01/1997 P. 0013 - 0014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/97 tas-27 ta' jannar 1997 dwar it-tielet lista ta' sustanzi ta' prijorità kif previsti permezz tar-regolament tal-kunsill (KEE) nru 793/93 (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar l-evalwazzjoni u l-konroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti [1] u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 10 tiegħu, Billi r-Regolament (KEE) Nru 793/93 jaħseb għal sistema ta' evalwazzjoni u kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti u billi sabiex jibda x-xogħol ta' l-evalwazzjoni tar-riskju ta' dawn is-sustanzi, huwa xieraq li jkunu identifikati s-sustanzi ta' prijorità li jinħtieġu attenzjoni; Billi b'konsegwenza, l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jinħtieġ li l-Kummissjoni tħejji lista ta' sustanzi ta' prijorità; billi l-Artikolu 8 jkompli jindika l-fatturi li għandhom jiġu meqjusa fit-tħejjija tal-lista imsemmija; Billi l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jipprevedi li għal kull sustanza fil-lista ta' prijorità, Stat Membru għandu jingħata r-responsabbiltà għall-evalwazzjoni tiegħu u billi l-allokazzjoni ta' sustanzi għandha tiżgura t-tqassim xieraq tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri; Billi ġew addottati l-ewwel u t-tieni lista ta' prijorità permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/94 tal-25 ta' Mejju 1994 [2] u Nru 2268/95 tas-27 ta' Settembru 1995 [3]; Billi id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. It-tielet lista ta' sustanzi ta' prijorità kif prevista fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 hija miktuba fl-Anness għal dan ir-Regolament. 2. Din il-lista ta' sustanzi ta' prijorità tindika wkoll l-Istat Membru li huwa responsabbli għal kull wieħed minn dawn is-sustanzi. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Jannar 1997. Għall-Kummissjoni Ritt Bjerregaard Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1. [2] ĠU L 131, tas-26.5.1994, p. 3. [3] ĠU L 231, tat-28.9.1995, p. 18. -------------------------------------------------- L-ANNESS Nru Einecs | Nru CAS | Isem tas-sustanza | Stat Membru | | | 1 | 234–390–0 | 11138–47–9 | Melħ tas-sodju ta' aċidu Perboriku | A | 2 | 215–146–2 | 1306–19–0 | Ossidu tal-kadmju | B | 3 | 231–152–8 | 7440–43–9 | Kadmju | B | 4 | 247–714–0 | 26447–40–5 | Methylenediphenyl diisocyanate | B | 5 | 202–716–0 | 98–95–3 | Nitrobenżin | D | 6 | 204–539–4 | 122–39–4 | Diphenylamine | D | 7 | 225–768–6 | 5064–31–3 | Nitrolotriacetate tat-Trisodju | D | 8 | 233–118–8 | 10039–54–0 | Bis (hydroxylammonium) sulfat | D | 9 | 239–148–8 | 15096–52–3 | Hexafluoroaluminate tat-trisodju | D | 9 bis | 237–410–6 | 13775–53–6 | Hexafluoroaluminate tat-trisodju | D | 10 | 250–378–8 | 30899–19–5 | Pentanol | D | 11 | 231–111–4 | 7440–02–0 | Nikel | DK | 12 | 232–104–9 | 7786–81–4 | Sulfat tan-nikel | DK | 13 | 216–653–1 | 1634–04–4 | Tert-butyl methyl ether | FIN | 14 | 221–221–0 | 3033–77–0 | Klorur ta' 2,3-epoxypropyltrimethylammonium | FIN | 15 | 222–048–3 | 3327–22–8 | Klorur tat-trimethylammonium (3-chloro-2-hydroxypropyl) | FIN | 16 | 204–371–1 | 120–12–7 | Antraċene | GR | 17 | 231–959–5 | 7782–50–5 | Kloru | I | 18 | 201–178–4 | 85–68–7 | Benzyl butyl phthalate | N | 19 | 200–915–7 | 75–91–2 | Idrjoperossidu tat-Tert-butyl | NL | 20 | 201–178–4 | 79–11–8 | Aċidu kloroaċetiku | NL | 21 | 201–328–9 | 81–14–1 | 4'-tert-butyl-2', 6'-dimethyl-3', 5'-dinitroacetophenone | NL | 22 | 201–329–4 | 81–15–2 | 5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene | NL | 23 | 266–028–2 | 65996–93–2 | Żift, qatran, temperatura għolja | NL | 24 | 203–808–3 | 110–85–0 | Piperażina | S | 25 | 201–245–8 | 80–05–7 | 4,4'-isopropylidenediphenol | UK | 26 | 215–607–8 | 1333–82–0 | Triossidu tal-kromju | UK | 27 | 231–889–5 | 7775–11–3 | Kromat tas-sodju | UK | 28 | 231–906–6 | 7778–50–9 | Dikormat tal-potassju | UK | 29 | 232–143–1 | 7789–09–5 | Dikormat ta' l-ammonja | UK | 30 | 234–190–3 | 10588–01–9 | Dikromat tas-sodju | UK | 31 | 287–477–0 | 85535–85–9 | Alkanu, C14–17, kloro | UK | --------------------------------------------------