31978L0659



Official Journal L 222 , 14/08/1978 P. 0001 - 0010
Greek special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0172
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0111
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 2 P. 0111
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0093
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0093


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-18 ta’ Lulju 1978

dwar il-kwalità ta’ l-ilma ħelu li għandu bżonn protezzjoni jew titjib sabiex tkun sostenuta l-ħajja tal-ħut

(78/659/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 100 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-protezzjoni u t-tijib ta’ l-ambjent jitolbu mizuri konkreti biex jipproteġu l-ilmijiet kontra it-tniġġis, inkluż ilmijiet li kapaċi jsostnu ħut ta’ l-ilma ħelu;

Billi mill-lat ekoloġiku u ekonomiku huwa neċessarju li tissalvagwardja popolazzjonijiet ta’ ħut mill-konsegwenzi varji li jistgħu ikunu ta’ ħsara, li jirriżultaw mit-tnixxija ta’ sustanzi mniġġża ġo l-ilmijiet, bħal, partikolarment, it-tnaqqis f’numru ta’ ħut ta’ ċerti speċi u anki f’ċerti każi l-għijbien ta’ numru minn dawn l-ispeċi;

Billi l-programmi ta’ azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-ambjent tal-1973 [3] u l-1977 [4] jipprovdu li l-għanijiet ta’ kwalità għandhom ikunu mfassla konġuntament u jirranġaw it-talbiet varji li ambjent għandu jilħaq, inter alia, d-definizzjoni tal-parametri ta’ l-ilma, inkluż l-ilmijiet li kapaċi jsostnu ħut ta’ l-ilma ħelu;

Billi d-differenzi bejn d-dispożizzjonijiet li huma diġa fis-seħħ jew li qed ikunu preparati fl-Istati Membri varji dwar il-kwalità ta’ l-ilmijiet li kapaċi jsostnu il-ħajja tal-ħut ta’ l-ilma ħelu jistgħu joħolqu kundizzjonijiet mhux indaqs għall-kompetizzjoni u allura direttament jaffettwaw l-iffunzjonar tas-suq komuni; billi liġijiet fil-qasam għandhom ikunu approssimati skond kif previst fl-Artikolu 100 tat-Trattat;

Billi huwa neċessarju li tlaqqa’ din l-approssimazzjoni tal-liġijiet ma’ l-azzjoni tal-Komunità bil-għan li jintlaħaq, permezz ta’ dispożizzjonijiet aktar wiesgħa, wieħed mill-għanijiet tal-Komunità fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-ambjent u t-titjib tal-kwalità ta’ l-ħajja; billi ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom ikunu stabbiliti f’din il-konnessjoni; billi, minħabba li ċerti poteri ta’ azzjoni meħtieġa għal dan l-għan ma kienux previsti fit-Trattat, huwa neċċessarju li tinvoka l-Artikolu 235 tiegħu;

Billi, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva, l-Istati Membri jridu jinnominaw l-ilmijiet li għalihom se tkun tapplika u jridu jistabbilixxu l-limiti tal-valuri li jikkorispondu ma’ ċerti parametri; billi titieħed azzjoni sabiex ikun assigurat li l-ilmijiet nominati ikunu konformi ma’ dawn il-valuri fi żmien ħames snin minn din n-nominazzjoni;

Billi għandu jsir provvediment li l-ilmijet li huma kapaċi jsostnu l-ħut ta’ l-ilma ħelu, ikunu, b’ċerti kundizzjonijiet, mifhuma li jikkonformaw ma’ valuri parametriċi rilevanti anki jekk ċerti perċentwali ta’ kampjuni meħuda ma’ jikkonformawx mal-limiti speċifikati fl-Anness;

Billi sabiex jiġi assigurat li l-kwalità ta’ l-ilmijet li kapaċi jsostni ħut ta’ l-ilma ħelu huwa ċċekjat, numru minimu ta’ kampjuni għandhom jittieħdu u l-qisien relatati mal-parametri stipulati fl-Anness għandhom ikunu mħarsa; billi t-teħid tal-kampjuni jista’ jiġi mnaqqas jew imwaqqaf fid-dawl tal-kwalità ta’ l-ilma;

Billi l-Istati Membri ma jistgħux jikkontrollaw ċerti ċirkustanzi naturali u allura huwa neċessarju li tipprovdi għall-possibilità li tidderoga minn din id-Direttiva f’ċerti każijiet;

Billi l-progress tekniku u xjentifiku jista’ jinneċesita l-adattament magħġġel ta’ wħud mit-talbiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Direttiva; billi, sabiex tiffaċilita l-introduzzjoni tal-miżuri mitluba għal dan l-iskop, għandha tiġi stabbilita proċedura fejn tkun stabbilita koperazzjoni mill-viċin bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tikkonċerna l-kwalità ta’ l-ilma ħelu u tapplika għal dawk l-ilmijet nominati mill-Istati Membri li għandhom bżonn protezzjoni jew titjib sabiex isostnu l-ħajja tal-ħut.

2. Din id-Direttiva m’għandiex tapplika għall-ilmijiet f’vaski tal-ħut naturali jew artifiċjali li jintużaw għat-trobbija intensiva tal-ħut.

3. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jipproteġi jew itejjeb il-kwalità ta’ dak l-ilma ħelu mexxejj jew wieqaf li jsostni, jew li, jekk it-tniġġiż jonqos jew jiġi eliminat, ikunu kapaċi jsostni ħut li jappartjeni għal:

- speċi naturali li joffru diversità naturali, jew

- speċi li l-preżenza tagħhom hija ġudikata bħala mixtieqa għall-iskopjiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-ilma mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

4. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

- ilmijiet salmonid għandhom ifissru ilmijiet li jsostnu jew li jsiru kapaċi jsostnu ħut li jappartjeni għall-ispeċi bħas-salamun (Salmo salar), trota (Salmo trutta), l-ispeċi fil-ġeneru tat-Thymallus (Thymallus thymallus) u l-ispeċi fil-ġeneru Coregonus (Coregonus),

- l-ilmijiet cyprinid għandhom ifissru ilmijiet li jsostnu jew li kapaċi jsiru jsostnu ħut li jappartjeni fl-ispeċi tal-ġeneru tal-crypinids (Cyprinidae), jew speċi oħra bħal pike, (Esox lucius), perch (Perca fluviatilis) u s-sallura (Anguilla anguilla).

Artikolu 2

1. Il-parametri fiżiċi u kimiċi applikabbli għall-ilmijiet nominati mill-Istati Membri huma elenkati fl-Anness I.

2. Għall-iskopijiet li jiġu applikati dawn il-parametri, l-ilmijiet huwa maqsuma f’ilmijiet salmonid u ilmijiet cyprinid.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom, għall-ilmijiet nominati, jistabilixxu valuri għall-parametri elenkati fl-Anness I, sakemm il-valuri jkunu elenkati fil-kolonna G jew fil-kolonna I. Għandhom ikunu konformi mal-kummenti li jinsabu f’kull wieħed minn dawn il-kolonni.

2. L-Istati Membri m’għandhomx jistabbilixxu valuri anqas iebsa minn dawk elenkati fil-kolonna I ta’ l-Anness I u għandhom jirsistu li jirrispettaw il-valuri fil-kolonna G waqt li jikkonsidraw il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 8.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom, għall-ewwel fi zmien perijodu ta’ sentejn wara n-notifikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jinnominaw ilmijiet salmonid u ilmijiet cyprinid.

2. L-Istati Membri jistgħu sussegwentement jagħmlu nominazzjonijiet addizzjonali.

3. L-Istati Membri jistgħu jirrevedu n-nomininazzjoni ta’ ċerti ilmijiet minħabba fatturi imprevisti fi zmien tan-nominazzjoni, waqt li jikkonsidraw il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 8.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi sabiex inaqqsu t-tniġġiż u sabiex jassiguraw li l-ilmijiet nominati ikunu konformi fi żmien ħames snin wara n-nominazzjoni skond l-Artikolu 4 kemm mal-valuri stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 3 kif ukoll mal-kummenti li jinsabu fil-kolonni G u I fl-Anness I.

Artikolu 6

1. Bl-iskop li jiġi mplimentat l-Artikolu 5, l-ilmijiet nominati għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jekk il-kampjuni ta’ dawn l-ilmijiet, meħuda fil-frekwenza minima speċifikata fl-Anness I fl-istess punt u tul perjodu ta’ 12-il xahar, juru li jikkonformaw kemm mal-valuri stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 3 u mal-kummenti li jinsabu fil-kolonni G u I fl-Anness I, fil-kaz ta’:

- 95 % tal-kampjuni għall-parametri: pH, BOD5, non-ionized ammonia, ammonium totali, nitrites, klorin li jibqa’ totali, żingu totali, u ram maħlul. Meta l-frekwenza tal-kampjunar hija anqas minn kampjun wieħed fix-xahar, kemm il-valuri msemmija hawn fuq kif ukoll il-kummenti għandhom jiġu rispettati għall-kampjuni kollha,

- il-perċentwali elenkati fl-Anness I għall-parametri: temperatura u ossiġnu maħlul,

- il-konċentrażżjoni medja stabbilita għall-parametru: solidi sospiżi.

2. Fejn il-valuri stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 3 jew il-kummenti misjuba fil-kolonni G u I ta’ l-Anness I ma jkunux rispettati m’għandhomx jiġu konsidrati fil-kalkolazzjoni tal-perċentwali previsti fil-paragrafu 1 meta jkunu rizultat ta’ għargħar jew diżastri naturali oħra.

Artikolu 7

1. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jagħmlu operazzjonijiet ta’ kampjuni, li l-frekwenza minima tagħhom hija stabbilita fl-Anness I.

2. Fejn l-awtorità kompetenti tirrekordja li l-kwalità ta’ l-ilmijiet nominati hija ogħla minn dik li tkun tirriżulta mill-applikazzjoni tal-valuri stabbiliti skond l-Artikolu 3 u l-kummenti li jinsabu fil-kolonni G u I ta’ l-Anness I, il-frekwenza tal-kampjunar għandha titnaqqas. Fejn ma jkunx hemm tniġġis jew riskju ta’ deterjorazzjoni fil-kwalità ta’ l-ilmijiet, l-awtorità kompetenti konċernata tista’ tiddeċiedi li ma’ jkunx hemm bżonn ta’ kampjunar.

3. Jekk il-kampjunar juri li valur stabbilit minn Stat Membru skond l-Artikolu 3 jew kumment misjub f’wieħed mill-kolonni G jew I ta’ l-Anness I ma jkunx rispettat, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi jekk dan hux riżultat ta’ kumbinazzjoni, fenomenu naturali jew tniġġis u jaddotta l-miżuri xierqa.

4. Il-punt eżatt tal-kampjunar, id-distanza minn dan il-punt sa’ l-eqreb punt fejn jiġi mnixxi t-tniġġis u l-fond ta’ fejn il-kampjuni għandhom jittieħdu għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru fuq il-bażi partikolarment tal-kondizzjonijet ambjentali lokali.

5. Certi metodi ta’ riferenza għall-analiżi għall-parametri konċernati huma stabbiliti fl-Anness I. Laboratorji li jħaddmu metodi oħra għandhom jassiguraw li r-riżultati miksuba huma ekwivalenti jew komparabbli ma’ dawk speċifikati fl-Anness I.

Artikolu 8

L-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda bi qbil ma’ din id-Direttiva ma’ jistgħu fl-ebda kaz iwasslu, direttament jew indirettament, għal żieda fit-tniġġis ta’ l-ilma ħelu.

Artikolu 9

L-Istati Membri jistgħu f’kull ħin jistabbilixxu valuri aktar iebsa għall-ilmijiet nominati minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Jistgħu ukoll jippreskrivu dispożizzjonijiet dwar parametri oħra barra dawk provvduti f’din id-Direttiva.

Artikolu 10

Meta l-ilmijiet ħelu jaqsmu jew jifformaw fruntieri nazzjonali bejn l-Istati Membri u meta wieħed minn dawn l-Istati jikkonsidra li jinnomina dawn l-ilmijiet, dawn l-Istati għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jistabbilixxu t-tul ta’ dawn l-ilmijiet li għalihom għandha tapplika id-Direttiva u l-konsegwenzi li għandhom joħorġu mill-għanijiet ta’ kwalità komuni; dawn il-konsegwenzi għandhom jiġu determinati, wara konsultazzjonijiet formali, minn kull Stat konċernat. Il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa f’dawn id-deliberazzjonijiet.

Artikolu 11

L-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din id-Direttiva:

(a) fil-kaz ta’ ċerti parametri mmarkati (0) fl-Anness I, minħabba temp eċċeżżjonali jew kundizzjonijet ġeografiċi speċjali;

(b) meta ilmijiet nominati jistgħanew b’mod naturali minn ċerti sustanzi, tant li l-valuri stabbiliti fl-Anness I ma jkunux rispettati.

Għana naturali tfisser il-proċess fejn, mingħajr intervent uman, ċertu ammont ta’ ilma jirċievi ċerti sustanzi li jkunu jinsabu fil-ħamrija.

Artikolu 12

Dawn l-emendi huma neċessarji għall-adattament għall-progress tekniku u xjentifiku:

- il-valuri G għall-parametri, u

- il-metodi ta’ l-analiżi,

li jkunu jinsabu fl-Anness I għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14.

Artikolu 13

1. Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku (minn hawnhekk "il quddiem imsejjaħ" il-Kumitat’), magħmul min rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u presjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni, qiegħed hawnhekk jiġi stabbilit għall-iskop stipulat fl-Artikolu 12.

2. Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Artikolu 14

1. Fejn trid tiġi segwita l-proċedura preskritta f’dan l-Artikolu, il-materji għandhom jiġu riferuti lill-Kumitat mill-president tiegħu, jew fuq l-inzjattiva tiegħu nnifsu jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kummissjoni abbozz tal-miżuri li jridu jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f’limitu taż-żmien li l-president tiegħu jistabbilixxi filwaqt li jqis l-urġenza tal-materja. Għandha taġixxi b’maġġoranza ta’ 41 vot, bil-voti ta’ l-Istati Membri mwieżna kif provvdut fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president m’għandux vot.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti fejn ikunu b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Fejn il-miżuri previsti ma jkunux bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew l-ebda opinjoni ma tiġi adottata, il-Kummissjoni għandha tissottometti mingħajr dewmien proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

(ċ) Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta l-proposti jiġu sottomessi lilu, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, l-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 15

Għall-għanijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar:

- l-ilmijiet nominati skond l-Artikolu 4(1) u (2), f’forma sommarja,

- ir-reviżjoni tan-nominazzjoni ta’ ċerti ilmijiet skond l-Artikolu 4(3),

- id-dispożizzjonijiet preskritti sabiex ikunu stabbiliti parametri ġodda skond l-Artikolu 9,

- l-applikazzjoni tad-derogi mill-valuri elenkati fil-kolonna I fl-Anness I.

B’mod aktar ġenerali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba raġunata minn din ta’ l-aħħar, kull informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 16

1. L-Istati Membri għandhom, ħames snin wara n-nominazzjoni tal-bidu skond l-Artikolu 4(1), u f’intervalli regolari wara, jissottomettu rapport dettaljat lill-Kummissjoni dwar l-ilmijiet nominati u l-karatteristiċi bażiċi tagħhom.

2. Wara li l-kunsens ta’ qabel jiġi miksub mill-Istat Membru konċernat, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni miksuba.

Artikolu 17

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi zmien sentejn min-notifika tagħhom. Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni biha minnufih.

2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 18

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Novembru 1978.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Lahnstein

[1] ĠU C 30, tas-7.2.1977, p. 37.

[2] ĠU C 77, tat-30.3.1977, p. 2.

[3] ĠU C 112, ta’ l-20.12.1973, p. 3.

[4] ĠU C 139, tat-13.6.1977, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IL-LISTA TAL-PARAMETRI

Il-Parametru | salmonidIlmijiet | CyprinidIlmijiet | Metodi t’analiżi jew spezzjoni | Kampjunar minimu u l-frekwenza tal-kejl | Osservazzjonijiet |

Ġ | I | Ġ | I |

1.Temperatura ( °C) | 1.It-temperatura mkejjla fid-direzzjoni ’l isfel tax-xmara tal-punt tat-tnixxija tas-sħana (fil-tarf taż-żona fejn titħallat) m’għandiex teċċedi t-temperatura li mhiex affettwata b’iktar minn | Termometrija | Fil-ġimgħa, kemm fid-direzzjoni ’l fuq u ’l isfel tax-xmara fil-punt tat-tnixxija tas-sħana | Varjazzjonijiet f’daqqa żżejjed fit-temperatura għandhom jiġu evitati |

| | 1,5°¬ | | 3°¬ | | | |

| Derogi limitati fl-iskop ġeografiku jistgħu jiġu deċiżi mill-Istati Membri f’kundizzjonijiet partikolari jekk l-awtorità kompetenti tista’ tipprova li m’hemmx konsegwenzi perikolużi għall-iżvilupp bilanċjat tal-popolazzjoni tal-ħut | | | |

| 2.Tnixxijiet tas-sħana m’għandhomx jikkawżaw it-temperatura fid-direzzjoni ’l isfel tax-xmara fil-punt tat-tnixxija tas-sħana (fit-tarf taż-żona fejn titħallat_ li teċċedi dan li ġej): | | | |

| | 21,5 (0) | | 28 (0) | | | |

| | 10 (0) | | 10 (0) | | | |

| Il-limitu fit-temperatura ta’ 10°¬ japplika biss għall-perijodi tat-tnissil ta’ speċi li għandhom bżonn ilma kiesaħ għar-riproduzzjoni u għall-ilmijiet biss li jistgħu ikollhom dawn l-ispeċi Il-limiti tat-temperatura jistgħu, iżda, ikunu maqbuża għal 2 % tad-drabi | | | |

2.Ossiġnu maħlul (mg/l O2) | 50 % = 9 | 50 % = 9 | 50 % = 8 | 50 % = 7 | Il-metodu Winkler jew electrodes speċifikati (metodu elektro-kimiku) | Fix-xahar, mill-inqas rapprezentant ta’ kampjun wieħed tal-kundizzjonijiet ta’ l-ossiġnu baxx fil-ġurnata ta’ kampjunar I#da, fejn varjazzjonijiet maġġuri a’ kuljum huma suspettati, minimu ta’ żewġ kampjuni f’ġurnata waħda għandhom jittieħdu | |

| 100 %= 7 | Meta l-konċentrazzjoni ta’ l-ossiġnu taqa’ anqas minn 6mg/l, l-Istati Membri għandhom jimplimnetaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(3). L-awtorita kompetenti għandha tipprova li din is-sitwazzjoni mhiex se jkollha konsegwenzi perikolużi għall-iżvilupp bilanċjat tal-popolazzjoni tal-ħut | 100 % = 5 | Meta l-konċentrazzjoni ta’ l-ossiġnu taqa’ anqas minn 4mg/l, l-Istati Membri għandhom jimplimnetaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(3). The fcompetent authority must prove tht this situation will have no harmful consequences for the balanced development of the fish population | | | |

3.pH | | 6 sa 9 (0) | | 6 sa 9 (0) | Kalibrazzjoni eletrometrika permezz ta’ żewġ soluzzjonijiet b’valuri PH magħrufa, preferibilment fuq kull naħa, u viċin tal-pH li jkun qed jiġi mkejjel | Fix-xahar | |

4.solidi sospiżi(mg/l) | = 25 (0) | | = 25 (0) | | Filtrazzjoni minn inforra li tiffiltra ta’ 45 μm, jew centrifugazzjoni (minimu ta’ ħames minuti, aċċelarazzjoni medja ta’ 2800 sa 3200 g) tnixxef f’105¬ u tiżen | | Il-valuri murija huma konċentrazzjonijiet medji u ma japplikawx għal solidi sospiżi bi propjetajiet kimiċi perikolużi Floods are liable to cause particularly high concentrations |

5.BODs(mg/l O2) | = 3 | | = 6 | | Determinazzjoni ta’ O2 bil-metodu Winkler qabel u wara ħamest-ijiem inkubazzjoni kompletament fid-dlam f’ 20 ± °C (il-proċess ta’ nitrification m’għandhux ikun miżmum) | | |

6.Fosfru totali (mg/l P) | | | | | Spektrufotometrija ta’ l-assorbanza molekulari | | Għal majjar li huma fondi bejn it-18 u t-300m, għandha tintuża din il-formula: L ≤ 10 Z—Tw1 +vTw Fejn: Lillowdjar express f’ mg P kull metru kwadru tal-wicc tax-xmara f’sena waħdaZ—il-fond tax-xmara f’metriTwil-ħin tejoretiku għat-tiġdid ta’ l-ilma tax-xmara fi snienF’kasijiet oħra il-limiti tal-valuri ta’ 0.2 mg/l għall-ilimijiet salmonid u 0.4 mg/l għall-ilmijijet cyprinid, expressi bħala PO4, jistħgu ikunu mħarsa bħala indikattivi sabiex titnaqqas l-euthrophication |

7.Nitrites(mg/l NO2) | = 0.01 | | = 0.03 | | Spektrufotometrija ta’ l-assorbanza molekulari | | |

8.Phenolic compounds(mg/l C6H5OH) | | | | | Bit-togħma | | Eżami bit-togħma għandha issir biss meta il-preżenza ta’ p henolic compounds hija preżenti |

9.Ijdrokarboni tal-pitrolju | | | | | Bid-dehra Bit-togħma | Fix-xahar | Eżami bid-dehra għandha ssir regolarment darba fix-xahar, b’eżami bit-togħma biss meta l-preżenza ta’ l-idrokarbuni hija preżunta. |

10.non-ionized ammonia(mg/l NH3) | = 0 005 | = 0 025 | = 0 005 | = 0 025 | Spektrofotometrija ta’ l-assorbenza molekulari bl-użu ta’ indophenol blue jew il-metodu Nessler assoċċjat mal-pH u d-deteminazzjoni tat-temperatura | Fix-xahar | Il-valuri tal-non-ionized ammonia jistgħu jiġu maqbuża f’forma ta’ quċċati minuri matul il-ġurnata |

| Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ tossiċità dovut għan-non-ionized ammonia, il-konsum ta’ l-ossiġnu dovut għan-nitrification u l-eutrophication, il-konċentrazzjonijiet ta’ l-ammonium totali m’għandhomx jeċċedu dawn li ġejjin: | | | |

11.Ammonium Totali (mg/l NH4) | = 0.04 | = 1 | = 0.2 | = 1 | | | |

12.Il-klorin li jibqa’ totali(mg/l HOC) | | = 0 005 | | = 0 005 | Il-metodu DPD (diethyl-p-phenylenediamene) | Fix-xahar | Il-valuri-I jikkorrispondu ma’ pH = 6 Konċentrazzjonijiet ogħla ta’ klorin totali jistgħu jkunu aċċettati jekk il-pH ikun ogħla |

13.Żingu totali(mg/l Zn) | | = 0.3 | | = 1.0 | Spektrometrija ta’ l-assorbenza atomika | Fix-xahar | Il-valuri-I jikkorrispondu ma’ l-għebusija ta’ l-ilma ta’ 100 mg/l CaCO3 Għal livelli ta’ għebusija bejn l-10 u l-500 mg/l limiti ta’ valuri korrispondenti jistgħu jinstabu fl-Anness II |

14.Ram maħlul (mg/l Cu) | = 0.04 | | = 0.04 | | Spektrometrija ta’ l-assorbenza atomika | | Il-valuri-Ġ jikkorrispondu ma’ l-għebusija ta’ l-ilma ta’ 100 mg/l CaCO3 Għal livelli ta’ għebusija bejn l-10 u l-300 mg/l limiti ta’ valuri korrispondenti jistgħu jinstabu fl-Anness II |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

PARTIKOLARITAJIET DWAR IŻ-ŻINGU TOTALI U R-RAM MAĦLUL

Żingu totali

(ara l-Anness I, Nru 13, il-kolonna "Osservazzjonijiet")

Konċentrazzjonijiet taż-żingu (mg/l Zn) għall-valuri differenti ta' l-għebusija ta' l-ilma bejn l-10 u l-500 mg/l CaCO3:

| 3L-għebusija ta' l-ilma (mg/l CaCO) |

10 | 50 | 100 | 500 |

Ilmijiet salmonid (mg/l Zn) | 0.03 | 0.2 | 0.3 | 0.5 |

Ilmijiet cyprinid (mg/l Zn) | 0.3 | 0.7 | 1.0 | 2.0 |

Ram maħlul

(Ara l-Anness I, Nru 14, il-kolonna "Osservazzjonijiet")

Konċentrazzjonijiet ta' ram maħlul (mg/l Zn) għall-valuri differenti ta' l-għebusija ta' l-ilma bjen l-10 u l-300 mg/l CaCO3:

| 3L-għebusija ta' l-ilma (mg/l CaCO) |

10 | 50 | 100 | 300 |

Mg/l Cu | 0005 | 0022 | 0.04 | 0112 |

--------------------------------------------------