|
19.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 187/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Lulju 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2006/784/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Franza
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3419)
(It-test Franċiż biss huwa awtentiku)
(2007/510/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta’ Novembru 1984 li jistabbilixxi l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/784/KE (2), tawtorizza tliet metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Franza. |
|
(2) |
Il-Gvern Franċiż talab lill-Kummissjoni biex tawtorizza żewġ metodi ġodda għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali u ppreżenta r-riżultati tal-provi ta’ dissezzjoni tiegħu fit-tieni parti tal-protokoll li hemm ipprovdut għalih fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 ta’ l-24 ta’ Ottubru 1985 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal (3). |
|
(3) |
L-eżaminazzjoni ta’ din it-talba wriet li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn il-metodi ta’ gradazzjoni huma mwettqa. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti (d) u (e) li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2006/784/KE:
|
“(d) |
l-apparat ‘Autofom’ u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jingħataw fir-4 Parti ta’ l-Anness; |
|
(e) |
l-apparat ‘UltraFom 300’ u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jingħataw fil-5 Parti ta’ l-Anness.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 301, 20.11.1984, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3513/93 (ĠU L 320, 22.12.1993, p. 5).
(2) ĠU L 318, 17.11.2006, p. 27.
(3) ĠU L 285, 25.10.1985, p. 39. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1197/2006 (ĠU L 217, 8.8.2006, p. 6).
ANNESS
Ir-4 u l-5 Parti ta’ taħt għandhom jingħaddu ma’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/784/KE:
“Ir-4 PARTI
AUTOFOM
|
1. |
Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal issir permezz ta’ apparat magħruf bħala ‘Autofom’. |
|
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar b’sittax-il transducer ultrasoniku taż-2 MHz (SFK Technology, K2KG), b’distanza operattiva bejn it-transducers ta’ 25 mm.
Id-dejta ultrasonika għandha tinkludi kejl ta’ ħxuna tax-xaħam u tal-muskoli tad-dahar. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu mibdula fi stimi tal-perċentwal tal-laħam dgħif bl-użu tal-kompjuter. |
|
3. |
Il-kontenut tal-laħam tad-dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ 23 punt ta’ kejl skond il-formula li ġejja:
fejn
X0, X7 … X123 huma l-varjabbli mkejla bl-Autofom. |
|
4. |
Il-punti ta’ kejl u l-metodu statistiku huma deskritti f’Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni minn Franza skond l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2967/85.
Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn il-45 u l-125 kg. |
Il-5 PARTI
ULTRAFOM 300
|
1. |
Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal issir permezz ta’ apparat magħruf bħala ‘UltraFom 300’. |
|
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda ultrasonika ta’ 3.5 MHz (SFK Technology 3.5 64LA), ta’ 5 ċm tul, mgħammra b’64 transducer ultrasoniku. Is-sinjal ultrasoniku għandu jkun iddiġitizzat, irrekordjat u analizzat permezz ta’ mikroproċessur.
Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu mibdula fi stimi tal-perċentwal tal-laħam dgħif bl-UltraFom innifsu. |
|
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skond il-formula li ġejja:
Ŷ = 66,49 – 0,891 G + 0,104 M fejn
Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn il-45 u l-125 kg.” |