<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-573/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0573</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:481">EU:T:2019:481</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190703">3.7.2019</DATE> – Kawża T‑573/16 [Estratti]</HT></P><P><HT TYPE="SC">PT vs BEI</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180703">3 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Persunal tal-BEI</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni tad-dipartimenti</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni mis-servizz –Aċċess għas-sistema ta’ posta elettronika u għall‑konnessjonijiet informatiċi</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura prekontenzjuża</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Ċertezza legali</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ</KEYWORD><KEYWORD>Preżunzjoni tal-innoċenza</KEYWORD><KEYWORD>Rapport finali tal‑OLAF</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Dannu materjali</KEYWORD><KEYWORD>Dannu morali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑573/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">PT</HT>, membru tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, irrappreżentat minn E. Nordh, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)</HT>, inizjalment irrappreżentat minn G. Nuvoli, E. Raimond, T. Gilliams u G. Faedo, sussegwentement minn G. Faedo u M. Loizou, bħala aġenti, assistiti minn M. Johansson, B. Wägenbaur, avukati, u J. Currall, barrister,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall‑annullament tad-deċiżjonijiet tal-BEI tat‑<DATE ISO="20150413">13 ta’ April</DATE>, <DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju</DATE>, <DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju</DATE> u <DATE ISO="20151020">20 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <DATE ISO="20160606">6 ta’ Ġunju 2016</DATE> u <DATE ISO="20170207">7 ta’ Frar 2017</DATE> dwar l‑eżenzjoni mis-servizz tar-rikorrent, tad-deċiżjoni tal-BEI tat‑<DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE> li jimblokka l-aċċess tar-rikorrent għas-sistema ta’ posta elettronika tiegħu u għall-konnessjonijiet informatiċi tal-BEI, u tad-deċiżjonijiet tal-BEI li ma jikkomunikax lilu d-dikjarazzjonijiet tar-remunerazzjoni tiegħu u li jneħħi ismu mill‑organigramma ppubblikata fuq l-intranet tal-BEI u, min-naħa l-oħra, il‑kumpens għad-dannu li allegatament sostna r-rikorrent,</P></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen (Relatur), President tal-Awla, J. Schwarcz u C. Iliopoulos, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: P. Cullen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002"><P>Huma riprodotti biss il-punti minn din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis il-pubblikazzjoni tagħhom utli.</P></NOTE></HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">D.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għal annullament</HT></HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-ewwel motiv ibbażata fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali</HT></HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-fondatezza tal-ewwel parti tat-tieni motiv</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0233"><NO.P>233</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li ċ-ċertezza legali, li l-prinċipju ta’ prevedibbiltà jagħmel parti integrali minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Deza vs ECHA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑115/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:329">EU:T:2017:329</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0135">135</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), tikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Dan il-prinċipju huwa intiż li jiggarantixxi l-prevedibbiltà tas-sitwazzjonijiet u tar-relazzjonijiet ġuridiċi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160504">4 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Andres <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs BĊE</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑129/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:267">EU:T:2016:267</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), u jirrikjedi li kull att tal-amministrazzjoni li jipproduċi effetti ġuridiċi jrid ikun ċar u preċiż sabiex jippermetti lill-partijiet ikkonċernati jkunu jafu b’mod ċar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u jirregolaw ruħhom konsegwentement (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160127">27 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>DF vs il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑782/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:29">EU:T:2016:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan ir-rekwiżit jirriżulta, b’mod partikolari, meta l-att inkwistjoni jista’ jkollu konsegwenzi mhux favorevoli għal dawk ikkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Deza vs ECHA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑115/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:329">EU:T:2017:329</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0135">135</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0234"><NO.P>234</NO.P><TXT>B’hekk, minn naħa waħda, il-prinċipju taċ-ċertezza legali jirrikjedi li kull att intiż sabiex joħloq effetti legali jislet l-effett vinkolanti tiegħu minn dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għandha tiġi indikata b’mod speċifiku bħala bażi legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Deza vs ECHA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑115/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:329">EU:T:2017:329</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0135">135</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan ir-rekwiżit japplika wkoll fir-rigward tal-obbligu ta’ motivazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:590">EU:C:2009:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0235"><NO.P>235</NO.P><TXT>L-ommissjoni ta’ riferiment għal dispożizzjoni speċifika tista’, ċertament, ma tkunx tikkostitwixxi difett sostantiv meta l-bażi legali tal-att inkwistjoni tkun tista’ tiġi ddeterminata bis-sostenn ta’ elementi oħra ta’ dak l-att. Madankollu, riferiment espress huwa madankollu essenzjali meta, fin-nuqqas ta’ dan, il-persuni kkonċernati u l-qorti tal-Unjoni jitħallew fl-inċertezza dwar il-bażi legali preċiża ta’ dik il-miżura (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>il-Kummissjoni vs McBride <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑361/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:434">EU:C:2016:434</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0236"><NO.P>236</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-prinċipju taċ-ċertezza legali jirrikjedi li l-konsegwenzi tal-att inkwistjoni jkunu prevedibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150612">12 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Health Food Manufacturers’ Association <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑296/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:375">EU:T:2015:375</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0237"><NO.P>237</NO.P><TXT>Madankollu, il-portata tal-kunċett ta’ prevedibbiltà tiddependi ħafna mill-kontenut tat-test inkwistjoni, il-qasam li hija tkopri kif ukoll in-numru u l-kwalità tad-destinatarji tagħha. B’mod partikolari, dan il-kunċett ma jipprekludix li l-persuna kkonċernata jkollha tirrikorri għal parir ta’ kjarifika sabiex tevalwa, sa grad raġonevoli fiċ-ċirkustanzi tal-kawża, il-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw minn dak l-att (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑189/02 P, C‑202/02 P, C‑205/02 P sa C‑208/02 P u C‑213/02 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:408">EU:C:2005:408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0219">219</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0238"><NO.P>238</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat, bħalma qal ir-rikorrent, li l-kunċett ta’ rinunzja mis-servizz la għandu ebda bażi espressa fir-Regolamenti tal-Persunal 2009 u lanqas fi kwalunkwe test ieħor tad-dritt tal-Unjoni. Mill-annessi tal-proċess ma jirriżultax li l-użu ta’ miżuri bħall-eżenzjoni mis-servizz tar-rikorrent huwa prattika komuni jew saħansitra prattika magħrufa fi ħdan il-BEI b’mod partikolari u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni b’mod ġenerali. Fil-laqgħat tagħha tat‑13 ta’ Marzu u l‑<DATE ISO="20150615">15 ta’ Ġunju 2015</DATE>, kien hemm riferiment espress għan-natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>speċjali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> tal-eżenzjoni mis-servizzm tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0239"><NO.P>239</NO.P><TXT>Issa, la d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20150413">13 ta’ April 2015</DATE> u lanqas dik tat‑<DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE> ma jsemmu l-bażi legali li fuqha l-BEI kellu l-intenzjoni li jibbaża l-eżenzjoni mis-servizz tar-rikorrent. Ta’ natura partikolarment qosra, dawn id-deċiżjonijiet ma jsemmu ebda dispożizzjoni legali u lanqas ma fihom elementi li setgħu ppermettew lir-rikorrent jidentifika tali bażi legali. Fil-fatt, fid-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20150413">13 ta’ April 2015</DATE>, il-BEI sempliċement jirreferi għas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sitwazzjoni fuq il-post tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> tar-rikorrent, għall-investigazzjoni mill-Ispettorat Ġenerali u għall-interess tas-servizz u tar-rikorrent u jindika, mingħajr iktar dettall, li r-rikorrent huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>meħlus b’mod temporanju mill-obbligi professjonali tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> u li d-drittijiet tar-Regolamenti tal-Persunal tiegħu jibqgħu l-istess. Id-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE> hija saħansitra iktar konċiża, peress li tirreferi biss għall-kontinwazzjoni tal-investigazzjoni, għall-benesseri tar-rikorrent u tas-superjuri tiegħu u għal assenjazzjoni mill-ġdid possibbli tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0240"><NO.P>240</NO.P><TXT>Issa, minkejja l-assenza ta’ riferiment għall-bażi legali għall-eżenzjoni mis-servizz tar-rikorrent fid-deċiżjonijiet tat‑<DATE ISO="20150413">13 ta’ April</DATE> u <DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-BEI, għal diversi xhur, naqas milli jwieġeb għat-talbiet tar-rikorrent għal kjarifika f’dan ir-rigward, u sempliċement informah, permezz tad-Direttur tad-Direttorat għar-Relazzjonijiet Soċjali u s-Servizzi Amministrattivi tiegħu, li r-rinunzja mis-servizz tiegħu ma kinitx tikkostitwixxi sospensjoni skont l-Artikolu 39 tar-Regolamenti tal-Persunal 2009. B’hekk ma huwiex ikkontestat li l-BEI, b’mod partikolari, naqas milli jwieġeb għal messaġġ elettroniku tat‑<DATE ISO="20150313">13 ta’ Marzu 2015</DATE> fejn ir-rikorrent talbu espressament sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>jirreferi għall-bażi legali tad-deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> tal-eżenzjoni mis-servizz li l-BEI kellu l-intenzjoni li jadotta (ara l-punt 224 iktar ’il fuq). Kien biss fis‑<DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, jiġifieri iktar tard mill-iskadenza tad-deċiżjonijiet tat‑<DATE ISO="20150413">13 ta’ April</DATE> u <DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE> u fuq talba espressa tal-konsulenti tar-rikorrent, li l-BEI kien identifika s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li għandha l-amministrazzjoni fl-organizzazzjoni tas-servizzi tagħha u d-dmir ta’ premura li għandha bħala bażi għall-eżenzjoni mis-servizz tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0241"><NO.P>241</NO.P><TXT>F’dawk iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrent ma setax, qabel is‑<DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, minkejja t-taħriġ tiegħu bħala ġurista u anki meta rrikorra għal pariri ta’ kjarifika, ineħħi d-dubji li kellu dwar il-bażi legali li fuqha kienu bbażati d-deċiżjonijiet tat‑13 ta’ April u tat‑<DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>. Għaldaqstant hemm lok li jiġi konkluż li l-BEI ħalla lir-rikorrent f’sitwazzjoni ta’ inċertezza fit-tul dwar il-portata ta’ dawn id-deċiżjonijiet. B’riżultat ta’ dan, kien impossibbli għalih li jkun jaf mingħajr ambigwità d-drittijiet u l-obbligi tiegħu u li jirregola ruħu konsegwentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0242"><NO.P>242</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija iktar u iktar meħtieġa peress li, kif jirrileva essenzjalment ir-rikorrent, l-interpretazzjoni li l-BEI jagħti tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>eżenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> (mis-servizz) u tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>meħlus<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (mill-obbligi professjonali tiegħu) fid-deċiżjonijiet tat‑13 ta’ April u tat‑<DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE> titbiegħed<?PAGE NO="4"?> b’mod sinjifikattiv mit-tifsira normali tagħhom. Fil-fatt, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>eżenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jirreferi, fis-sens ordinarju tiegħu, għal awtorizzazzjoni sabiex ma jsirx dak li huwa preskritt. Fir-rigward tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>meħlus<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, hija tirreferi, fit-tifsira ordinarja tagħha, għal ħelsien minn piż, fis-sens li ma jibqax marbut li jagħmel dak li huwa preskritt. Madankollu, fil-każ inkwistjoni, il-BEI uża l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>eżenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> u l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>meħlus<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> sabiex jiddeskrivi projbizzjoni milli jagħmel dak li kien preskritt. Kif irrikonoxxut espressament mill-BEI waqt is-seduta, ir-rikorrent <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ma [setax] jaħdem<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> minħabba l-eżenzjoni tiegħu mis-servizz. Il-korrispondenza bejn ir-rikorrent u l-BEI tixhed din l-ambigwità. B’hekk, it-tweġiba tar-rikorrent għal messaġġ elettroniku ta’ natura professjonali fil‑<DATE ISO="20150415">15 ta’ April 2015</DATE> irriżultatlu f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>sejħa għall-ordni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> tad-Direttur tad-Direttorat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Riskji Finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tad-DĠ RM. Madankollu, dan tal-aħħar ma indikax lir-rikorrent li huwa kien ipprojbit milli jaħdem, iżda biss li huwa kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>uffiċjalment mhux fis-servizz<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u li huwa ma kienx mistenni li jaħdem jew li jwieġeb għall-messaġġi elettroniċi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0243"><NO.P>243</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fin-nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-bażi legali użata, id-deċiżjonijiet tat‑13 ta’ April u tat‑<DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE> kienu vvizzjati minn ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali kif ukoll ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0244"><NO.P>244</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-deċiżjonijiet tas‑16 ta’ Ġunju u tal‑<DATE ISO="20151020">20 ta’ Ottubru 2015</DATE> jidentifikaw b’ċarezza u preċiżjoni l-bażi legali li fuqha huma bbażati jew, għall-inqas, fihom indikazzjonijiet li jippermettu lir-rikorrent li jidentifikaha mingħajr xi ambigwità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0245"><NO.P>245</NO.P><TXT>B’hekk, id-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE> tindika, b’mod partikolari, kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Barra minn hekk, fir-rigward tat-talba tiegħek għal kjarifika tal-bażi legali għall-eżenzjoni magħmula mill-avukati tiegħek fl-ittra tat‑<DATE ISO="20150603">3 ta’ Ġunju 2015</DATE>, jekk jogħġbok innota li l-BEI, bħal kull istituzzjoni oħra tal-Unjoni, għandu setgħat diskrezzjonali wiesgħa fl-organizzazzjoni tad-dipartimenti u tal-persunal tiegħu. Dawn [is-setgħat] jinkludu s-setgħa li tinħareġ eżenzjoni mis-servizz, b’mod partikolari, konformement mal-ġurisprudenza, meta l-amministrazzjoni tiġi kkonfrontata b’inċidenti li jkunu inkompatibbli mal-ordni u s-serenità tas-servizz. Il-BEI huwa marbut li jintervjeni bl-enerġija kollha meħtieġa u li jwieġeb bir-rapidità u l-premura rikjesti miċ-ċirkustanzi tal-każ bil-għan li jistabbilixxi l-fatti u b’hekk jippermetti li jinġibdu l-konsegwenzi xierqa, b’għarfien sħiħ tal-fatti.</P><P>Konsegwentement, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-każ preżenti, il-[BEI], minn naħa, ħa l-miżuri amministrattivi urġenti provviżorji li qies meħtieġa sabiex jerġa’ jġib il-kundizzjonijiet tax-xogħol konformi mar-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ premura. Dawk il-miżuri ġew adottati bid-diliġenza rikjesta mill-[BEI] meta jittratta s-sitwazzjoni ta’ persuna.</P><P>Min-naħa l-oħra, il-[BEI] malajr ipprova jistabbilixxi l-fatti rilevanti fir-rigward tas-sitwazzjonijiet jew akkużi rrapportati sabiex jiddeċiedi dwar miżuri supplimentari. Fid-dawl tan-natura tal-inċidenti f’dan il-każ, il-[BEI] mexa b’attenzjoni partikolari.</P><P>[…]</P><P>Din il-konferma tal-eżenzjoni tiegħek hija prinċipalment ibbażata fuq:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>interess qawwi tas-servizz li jirrikjedi miżuri formali ta’ protezzjoni min-naħa tal-[BEI] sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni fil-post tax-xogħol tiegħek fejn ir-relazzjoni bejnek u s-superjuri tiegħek saret f’dak il-punt intollerabbli tant li l-funzjonament normali tas-servizz ma kienx iktar possibbli. Li jerġa’ jkun hemm il-funzjonament tad-diviżjoni lanqas ma setgħet titwettaq mingħajr separazzjoni bejnek u s-superjur dirett tiegħek;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>obbligu li jitqies [l-]interess tas-superjuri tiegħek li ħassew li kienu mhedda mill-aġir tiegħek u ma baqgħux f’pożizzjoni li jwettqu l-attivitajiet professjonali tagħhom meta inti kont preżenti fil-[BEI];</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-obbligu li jitqiesu l-interessi tiegħek fis-sens li l-amministrazzjoni għandha l-obbligu li ma tesponikx għall-persuni li kontra tagħhom inti għamilt allegazzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0246"><NO.P>246</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20151020">20 ta’ Ottubru 2015</DATE> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>tikkonferma<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> l-eżenzjoni mis-servizz tar-rikorrent, tindika li l-kwistjoni tal-bażi legali użata ġiet solvuta qabel u tipprovdi l-kjarifiki li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>L-eżenzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi tal-amministrazzjoni [tal-BEI] u, b’mod partikolari, fil-kamp tal-prerogattivi u tal-kompetenzi tal-President [tal-BEI] li jamministra l-persunal tal-[BEI] fil-kapaċità uffiċjali tiegħu bħala Awtorità tal-Ħatra skont il-[Protokoll Nru 5 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tal-BEI] u r-regoli interni tal-BEI (Artikolu 23(3)).<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0247"><NO.P>247</NO.P><TXT>Madankollu, is-sempliċi fatt li d-deċiżjonijiet tas‑16 ta’ Ġunju u tal‑<DATE ISO="20151020">20 ta’ Ottubru 2015</DATE> jidentifikaw espressament jew jippermettu faċilment lir-rikorrent jidentifika l-bażi legali użata ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi konkluż li dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Kien għadu neċessarju li, konformement mal-ġurisprudenza msemmija fil-punti 233, 234 u 236 iktar ’il fuq, ir-rikorrent ikun jista’ jevalwa bi grad suffiċjenti ta’ preċiżjoni l-portata, b’mod partikolari temporanja, ta’ dawk id-deċiżjonijiet u b’hekk jiddetermina għal kemm żmien ser ikun eżenti mis-servizz. Dan ir-rekwiżit kien iktar u iktar rilevanti minħabba li eżenzjoni twila mis-servizz bħal dik li r-rikorrent kien suġġett għaliha ma kinitx biss ekwivalenti għal deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-funzjonijiet skont l-Artikolu 39 tar-Regolamenti tal-Persunal 2009 sa fejn iċċaħħdu mill-possibbiltà li jwettaq il-funzjonijiet tiegħu (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>DE vs EMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑135/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:152">EU:F:2015:152</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), iżda jista’ wkoll ikollha konsegwenzi negattivi sinjifikattivi fuq is-sitwazzjoni professjonali, amministrattiva u finanzjarja tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0248"><NO.P>248</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, eżenzjoni twila mis-servizz bħal dik li r-rikorrent ġie suġġett għaliha tista’ taffettwa d-drittijiet tar-Regolamenti tal-Persunal tiegħu b’mod sfavorevoli. Sa fejn huwa pprojbit milli jaħdem, membru tal-persunal tal-BEI li, bħar-rikorrent, huwa eżentat mis-servizz għal perijodu twil ma jistax jiġi evalwat b’mod utli skont l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal 2009 u lanqas, insegwitu, jibbenefika minn promozzjoni fuq il-mertu skont l-Artikolu 23 tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0249"><NO.P>249</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, eżenzjoni twila mis-servizz bħal dik li r-rikorrent kien suġġett għaliha tista’ taffettwa d-drittijiet finanzjarji tiegħu b’mod sfavorevoli. Dan ikun il-każ anki jekk, bħal f’dan il-każ, is-salarju tal-persuna kkonċernata nżamm matul it-tul kollu tal-eżenzjoni tiegħu mis-servizz. Għandu, fil-fatt, jitfakkar li r-remunerazzjoni ta’ membru tal-persunal tal-BEI bħar-rikorrent tista’ tinkludi mhux biss salarju iżda wkoll, b’mod partikolari, il-primjums annwali msemmija fl-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal 2009. Issa, sa fejn eżenzjoni twila mis-servizz bħal dik li r-rikorrent kien suġġett għaliha tostakola li l-prestazzjonijiet tiegħu jiġu evalwati fuq perijodu twil (ara l-punt 245), huwa fil-prattika mċaħħad mill-possibbiltà li jingħata tali primjums. F’każ bħal dan, peress li ma jistax iktar jibbenefika minn promozzjoni (ara l-punt 248), ikun ukoll imċaħħad minn kwalunkwe possibbiltà li jingħata ż-żieda fis-salarju li ġġib magħha kwalunkwe promozzjoni skont l-Artikolu 23 tar-Regolamenti tal-Persunal 2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0250"><NO.P>250</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, peress li l-ebda kompitu ma ġie assenjat lil membru tal-persunal tal-BEI li, bħar-rikorrent, huwa suġġett għal eżenzjoni twila mis-servizz, huwa jista’, minkejja ż-żamma tas-salarju tiegħu, jibbaża fuq ksur tal-interessi morali tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>DE vs EMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑135/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:152">EU:F:2015:152</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u l-prinċipju tal-korrispondenza bejn il-grad u l-impieg, li skontu d-dmirijiet ta’ uffiċjal jew ta’ membri tal-persunal tal-Unjoni ma jridux ikunu sinjifikattivament iktar baxxi minn dawk li jikkorrispondu għall-grad u l-impjieg tiegħu, filwaqt li titqies in-natura tagħhom, l-importanza tagħhom u l-portata tagħhom (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880323">23 ta’ Marzu 1988</DATE>, <NAME.CASE>Hecq vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>19/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:165">EU:C:1988:165</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980528">28 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>W vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑78/96 u T‑170/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:112">EU:T:1998:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Kuntrarjament għal dak li jsostni l-BEI, il-portata ta’ dan il-prinċipju bl-ebda mod ma hija limitata għad-deċiżjonijiet ta’ assenjazzjoni mill-ġdid (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Kerstens vs il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑119/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2008:54">EU:F:2008:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0251"><NO.P>251</NO.P><TXT>Issa, għall-kuntrarju mhux biss tad-deċiżjonijiet tat‑<DATE ISO="20150413">13 ta’ April</DATE> u <DATE ISO="20150312">12 ta’ Marzu 2015</DATE>, li t-tul tagħhom kien espressament limitat għal xahar, iżda wkoll ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 39 tar-Regolamenti tal-Persunal 2009, li t-tul massimu tagħha huwa ta’ tliet xhur ħlief għal proċeduri kriminali, id-deċiżjonijiet tas‑<DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju</DATE> u <DATE ISO="20151020">20 ta’ Ottubru 2015</DATE> ma fihom ebda limitazzjoni ta’ tul f’ċifri. Bla ebda dubju, dawn id-deċiżjonijiet ifakkru n-natura provviżorja tal-eżenzjoni mis-servizz tar-rikorrent u jispeċifikaw, essenzjalment, li t-terminu tiegħu huwa suġġett għall-okkorrenza ta’ avveniment futur. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li d-data ta’ okkorrenza ta’ tali avveniment ma kinitx determinabbli bi grad suffiċjenti ta’ preċiżjoni fid-data tal-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0252"><NO.P>252</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE> sempliċement tissuġġetta t-terminu tal-eżenzjoni mis-servizz tar-rikorrent għall-konklużjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>investigazzjoni formali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tal-OLAF. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>investigazzjoni formali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ma jinsabx fir-Regolament Nru 883/2013, u lanqas fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="19990525">25 ta’ Mejju 1999</DATE> dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 91) li huwa ħassar. Madankollu, mill-minuti tal-laqgħa tal‑<DATE ISO="20150615">15 ta’ Ġunju 2015</DATE> jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li jissuġġerixxu n-noti tar-rikorrent, dan il-kunċett ma jirreferix għal dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>investigazzjonijiet amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ddefinita fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 883/2013, iżda, b’mod ġeneriku, għall-proċedura quddiem l-OLAF, li tintemm bir-redazzjoni ta’ rapport ta’ investigazzjoni. Fil-fatt, f’din il-laqgħa, id-Direttur tad-Direttorat għar-Relazzjonijiet Industrijali u s-Servizzi Amministrattivi tal-BEI informa lir-rikorrent li kien previst li tiġi estiża l-eżenzjoni mis-servizz tiegħu sakemm ikun disponibbli r-rapport tal-OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0253"><NO.P>253</NO.P><TXT>Bl-istess mod, id-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20151020">20 ta’ Ottubru 2015</DATE> hija limitata sabiex tissuġġetta t-terminu tal-eżenzjoni mis-servizz tar-rikorrent għall-finalizzazzjoni tax-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>xogħlijiet<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tal-OLAF. Il-kunċett ta’ xogħlijiet la jintuża b’dan il-mod fir-Regolament Nru 883/2013 u lanqas fir-Regolament Nru 1073/1999 li huwa ħassar. Madankollu, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-punt 252 iktar ‘il fuq, ir-rikorrent seta’ jifhem li, bħall-kunċett ta’ investigazzjoni formali, il-kunċett ta’ xogħlijiet irrefera, b’mod ġeneriku, għall-proċedura quddiem l-OLAF, li tintemm bir-redazzjoni ta’ rapport ta’ investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0254"><NO.P>254</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 883/2013 ma jissuġġettax ir-redazzjoni ta’ rapport ta’ investigazzjoni tal-OLAF għal kwalunkwe limiti ta’ żmien fiss. Dan ir-regolament jindika biss, mingħajr iktar dettall, li rapport ta’ investigazzjoni tal-OLAF huwa redatt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>fi tmiem<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>wara<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> l-investigazzjonijiet amministrattivi kif iddefiniti fl-Artikolu 2(4) tal-imsemmi regolament u li t-tul tagħhom lanqas ma huwa suġġett għal limitu ta’ żmien fiss. Fil-fatt, l-Artikolu 7(8) tal-imsemmi regolament jipprevedi li, jekk tali investigazzjonijiet ma jkunux jistgħu jingħalqu fi żmien tnax-il xahar wara li jkunu nfetħu, id-Direttur Ġenerali tal-OLAF għandu jippreżenta, malli jiskadi dak it-terminu ta’ tnax-il xahar u insegwitu kull sitt xhur, rapport lill-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF, u jindika r-raġunijiet li għalihom dan ma kienx possibbli kif ukoll il-miżuri ta’ rimedju previsti sabiex titħaffef l-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0255"><NO.P>255</NO.P><TXT>Id-dikjarazzjonijiet tad-Direttur tad-Direttorat għar-Relazzjonijiet Industrijali u s-Servizzi Amministrattivi tal-BEI fil-laqgħa tal‑<DATE ISO="20150615">15 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li kellu l-intenzjoni li jisma’ lir-rikorrent qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, jikkonfermaw id-diffikultà li tkun prevista bl-inqas preċiżjoni jew ċertezza l-okkorrenza ta’ terminu marbut mat-tmiem tal-proċedura quddiem l-OLAF. Fil-fatt, f’dik il-laqgħa, id-Direttur tad-Direttorat għar-Relazzjonijiet Soċjali u s-Servizzi Amministrattivi tal-BEI informa lir-rikorrent li kien maħsub li tiġi estiża l-eżenzjoni mis-servizz tiegħu sakemm ir-rapport tal-OLAF ikun disponibbli u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kien ittamat li dan ikun il-każ qabel il-vaganzi tas-sajf, iżda [li] l-ebda garanzija ma setgħet tingħata lilu f’dan ir-rigward, peress li l-B[EI] ma kellu l-ebda kontroll fuq il-proċedura tal-OLAF<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0256"><NO.P>256</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrent ma setax jiddetermina, bi preċiżjoni suffiċjenti, il-portata temporali tad-deċiżjonijiet tas‑16 ta’ Ġunju u tal‑<DATE ISO="20151020">20 ta’ Ottubru 2015</DATE>. Għalhekk kien impossibbli għalih li jkun jaf mingħajr ambigwità d-drittijiet u l-obbligi tiegħu u li jirregola ruħu konsegwentement.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0257"><NO.P>257</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-deċiżjonijiet tas‑<DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju</DATE> u <DATE ISO="20151020">20 ta’ Ottubru 2015</DATE> huma, bħad-deċiżjonijiet tat‑13 ta’ April u tat‑<DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, ivvizzjati bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0258"><NO.P>258</NO.P><TXT>L-argument tal-BEI li skontu eżenzjoni mis-servizz biss kienet possibbli sabiex jintemm il-kunflitt bejn ir-rikorrent u s-superjuri tiegħu, minħabba li ma kienx ikun possibbli la li jerġa’ jiġi assenjat mill-ġdid lil dipartiment ieħor u lanqas li jkun ikkollokat lil korp ieħor, ma huwiex tali li din il-konklużjoni tiġi kkontestata. Is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li jgawdi minnha l-BEI fl-organizzazzjoni tad-dipartimenti tiegħu abbażi tal-kompiti fdati lilu u fl-assenjazzjoni għal dan il-għan tal-persunal għad-dispożizzjoni tiegħu ma hijiex, fil-fatt, illimitata. Għall-kuntrarju, din is-setgħa għandha tiġi eżerċitata fl-interess tas-servizz u fl-osservanza tal-prinċipju tal-korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg (ara s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150619">19 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑88/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:393">EU:T:2015:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tad-dmir ta’ premura, tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u tad-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>HQ vs PVO</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑592/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:897">EU:T:2017:897</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070502">2 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Giraudy vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑23/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2007:75">EU:F:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0141">141</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071009">9 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Bellantone vs Il-Qorti tal-Awdituri</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑85/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2007:171">EU:F:2007:171</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-imsemmija setgħa għaldaqstant ma kinitx tali li tippermetti lill-amministrazzjoni li tinjora r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ ċertezza legali jew ukoll il-prinċipju ta’ korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg sabiex tneħħi lir-rikorrent mill-attività professjonali tiegħu għal perijodu twil, li t-tul tiegħu ma kienx determinabbli bi preċiżjoni, u bil-konsegwenzi negattivi sinjifikattivi deskritti fil-punti 247 sa 250 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0259"><NO.P>259</NO.P><TXT>Jekk il-BEI qies li l-aġir tar-rikorrent kien simili għal raġuni serja li tista’ twassal għat-tkeċċija tiegħu mingħajr avviż minn qabel, kellu jistitwixxi proċeduri dixxiplinari kontrih u jissospendih skont l-Artikolu 39 tar-Regolamenti tal-Persunal 2009. Jekk, min-naħa l-oħra, il-BEI qies li, kif sostna waqt is-seduta, l-aġir tar-rikorrent ma kienx jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, iżda li ma setgħetx teżisti iktar kollaborazzjoni minnu miegħu, huwa kellu, suġġett għall-osservanza tar-regoli applikabbli, ixolji l-kuntratt tiegħu skont l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal 2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0260"><NO.P>260</NO.P><TXT>Għalhekk hemm lok li tiġi aċċettata l-ewwel parti tal-ewwel motiv u, insegwitu, li jiġu annullati d-deċiżjonijiet tat‑<DATE ISO="20150413">13 ta’ April</DATE>, <DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju</DATE>, <DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju</DATE> u <DATE ISO="20151020">20 ta’ Ottubru 2015</DATE>.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tat‑<DATE ISO="20150413">13 ta’ April</DATE>, <DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju</DATE>, <DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju</DATE> u <DATE ISO="20151020">20 ta’ Ottubru 2015</DATE>, tas‑<DATE ISO="20160606">6 ta’ Ġunju 2016</DATE> u <DATE ISO="20170207">7 ta’ Frar 2017</DATE> li jipprevedu l-eżenzjoni mis-servizz ta’ PT kif ukoll id-deċiżjoni tal-BEI tat‑<DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE> li timblokka l-aċċess tar‑rikorrent għas-sistema tal-posta elettronika tiegħu u għall-konnessjonijiet informatiċi tal-BEI huma annullati.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-BEI huwa kkundannat iħallas lil PT, bħala dannu morali sostnut, ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT> flimkien ma’ interessi moratorji mid-data tal‑għoti ta’ din is-sentenza bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda bi 3.5 punti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-BEI huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="8"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Schwarcz</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Iliopoulos</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit‑<DATE ISO="20190703">3 ta’ Lulju 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>