|
15.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/520
tat-18 ta’ Novembru 2019
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħhom,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Ukrajna (1)(“il-Ftehim”) ġie ffirmat fl-1 ta’ Diċembru 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2013. |
|
(2) |
Il-Bulgarija u r-Rumanija saru Stati Membri tal-Unjoni fl-1 ta’ Jannar 2007 u l-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tal-Atti tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazjairid jintlaħaq qbil dwar l-adeżjoni għall-Ftehim permezz ta’ protokoll għall-Ftehim. Dawk id-dispożizzjonijiet jipprevedu proċedura simplifikata li permezz tagħha jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u mill-Ukrajna. |
|
(4) |
Fit-23 ta’ Ottubru 2006 u fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati sabiex tikkonkludi protokolli għall-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu kkonkludew. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet b’suċċess in-negozjati mal-Ukrajna dwar il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), permezz ta’ skambju ta’ notes verbales. |
|
(6) |
Il-Protokoll jenħtieġ li jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
J. LEPPÄ
(1) ĠU L 125, 26.4.2014, p. 3.
(2) It-test tal-Protokoll ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.