|
6.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 266/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10235 – CVC/MeGa Grundbesitz)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 266/06)
1.
Fid-29 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”) (il-Lussemburgu), |
|
— |
GABLE Holding GmbH (“GABLE”, il-Ġermanja) |
|
— |
MeGa Grundbesitz GmbH (“MeGa”, il-Ġermanja) |
CVC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ GABLE u MeGa kollha kemm huma. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CVC u s-sussidjarji tagħha: ġestjoni ta’ fondi u pjattaformi ta’ investiment. B’mod partikolari, CVC dan l-aħħar akkwistat lil STARK Group A/S, li huwa bejjiegħ bl-imnut u distributur ta’ materjali tal-bini li fil-biċċa l-kbira huma tqal fil-Ġermanja u fil-pajjiżi Nordiċi, |
|
— |
GABLE u MeGa: distribuzzjoni bl-imnut ta’ materjali tal-bini fil-Ġermanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10235 – CVC/MeGa Grundbesitz
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).