<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-640/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0640</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:293">EU:C:2020:293</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200423">23.4.2020</DATE> – Kawża C‑640/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Wagram Invest</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20200423">23 ta’ April 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 78/660/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Kontijiet annwali ta’ ċerti forom ta’ kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ stampa vera u ġusta</KEYWORD><KEYWORD>Akkwist ta’ attiv finanzjarju fiss minn kumpannija b’responsabbiltà limitata</KEYWORD><KEYWORD>Reġistrazzjoni, bħala telf, fil-kont tal-qligħ u t-telf, ta’ skont marbut ma’ dejn ta’ iktar minn sena, li ma jiġġenerax interessi, u reġistrazzjoni tal-prezz tal-akkwist tal-attiv fiss, bħala attiv, fil-karta tal-bilanċ wara t-tnaqqis tal-iskont</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑640/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-cour d’appel de Mons (il-Qorti tal-Appell ta’ Mons, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180921">21 ta’ Settembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20181012">12 ta’ Ottubru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Wagram Invest SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Istat Belġjan,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev (Relatur), President tal-Awla, P. G. Xuereb u T. Von Danwitz, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Kap ta’ Diviżjoni,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20190918">18 ta’ Settembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Wagram Invest SA, minn B. Paquot u J. Terfve, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn C. Pochet, J.-C. Halleux u P. Cottin, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, inizjalment minn J. Möller, U. Bartl, M. Hellmann u T. Henze, sussegwentement minn J. Möller, U. Bartl u M. Hellmann, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn J. Schmoll u G. Hesse, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Støvlbæk, N. Gossement u C. Perrin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tas-<DATE ISO="20191127">27 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-<DATE ISO="19780725">25 ta’ Lulju 1978</DATE> ibbażata fuq l-Artikolu [44(2)(g) KE] dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Wagram Invest SA u l-Istat Belġjan, dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta minn din il-kumpannija għas-snin fiskali 2000 u 2001.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>It-tielet premessa tad-Direttiva 78/660 tiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Billi huwa meħtieġ […] li jiġu stabbiliti fil-Komunità il-ħtiġijiet legali minimi u ekwivalenti dwar sa fejn għandha tkun disponibbli l-informazzjoni finanzjarja għall-pubbliku minn kumpanniji li huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kontijiet annwali għandhom jagħtu stampa vera u ġusta ta’ l-attiv, tal-passiv, tal-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew telf tal-kumpannija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma tkunx biżżejjed biex tagħti stampa vera u ġusta fis-sens ta’ paragrafu 3, għandha tingħata informazzjoni iżjed.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Meta f’każijiet eċċezzjonali l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tkun inkompatibbli ma’ l-obbligu speċifikat fil-paragrafu 3, wieħed għandu jitbiegħed minn dik id-dispożizzjoni sabiex tingħata stampa vera u ġusta fis-sens tal-paragrafu 3. Kull tbegħid bħal dak għandu jintwera fin-noti dwar il-kontijiet flimkien ma’ spjegazzjoni tar-raġunijiet għal dan u dikjarazzjoni dwar l-effett tiegħu fuq l-attiv, il-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ u telf. L-Istati Membri jistgħu jfissru l-każijiet eċċezzjonali relattivi u jispeċifikaw ir-regoli rilevanti u speċjali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 31(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-entrati kollha murija fil-kontijiet annwali huma valutati skond il-prinċipji ġenerali li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-valutazzjoni għandha ssir fuq bażi prudenti, u b’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(aa)</NO.P><TXT>profitti biss magħmula fid-data tal-karta tal-bilanċ jistgħu jkunu magħduda,</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>bb)</NO.P><TXT>għandu jittieħed qies tal-passiv kollha li jinqalgħu matul is-sena finanzjarja konċernata jew is-sena ta’ qabel, ukoll jekk dawn l-passiv jiġu jidhru biss bejn id-data tal-karta ta’ bilanċ u d-data ta’ meta jinkitbu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċċ)</NO.P><TXT>għandu jittieħed kont tad-deprezzament kollu, kemm jekk ir-riżultat tas-sena finanzjarja ikun ta’ telf u kemm jekk ikun ta’ qligħ;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>għandu jittieħed kont tad-dħul u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mas-sena finanzjarja, irrispettivament mid-data ta’ meta dawn id-dħul jew spejjeż ikunu riċevuti jew imħallsa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>il-komponenti ta’ entrtaturi ta’ l-attiv u l-passiv għandhom jiġu valutati separatament;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-entrati murija fil-kontijiet annwali għandhom jiġu valutati skond l-Artikoli 34 sa 42, li huma bażati fuq il-prinċipju ta’ prezz tal-bejgħ jew spiża tal-produzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 35 tad-Direttiva 78/660 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="035.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Attiv fiss għandu jiġi valutat bi prezz tal-bejgħ jew spiża tal-produzzjoni, bla ħsara għal (b) u (ċ) ta’ hawn taħt.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni ta’ attiv fiss b’ħajja utli ekonomika limitata għandhom jitnaqqsu b’aġġustamenti tal-valur kalkolati biex iħassru l-valur ta’ dak l-ativ sistematikament fuq il-ħajjiet utli u ekonomiċi tagħhom.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(aa)</NO.P><TXT>Aġġustamenti tal-valur jistgħu jsiru dwar attiv fiss finanzjarju, sabiex ikunu valutati skond ic-cifra aktar baxxa li għandha tiġi attribwita lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(bb)</NO.P><TXT>Aġġustamenti tal-valur għandhom isiru, dwar attiv fiss, kemm jekk il-ħajjiet ekonomiċi tagħhom ta’ użu huma limitati u kemm jekk le, sabiex ikunu valutati skond iċ-ċifra aktar baxxa li għandha tiġi attribwita lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċi jekk huwa mistenni li t-tnaqqis fil-valur tagħhom ser ikun permanenti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċċ)</NO.P><TXT>L-aġġustamenti tal-valur imsemmija f’(aa) u (bb) għandhom jiġu addebitati fil-kont ta’ qligħ u telf u murija separatament fin-noti tal-kontijiet jekk huma ma kienux jidhru separatament fil-kont ta’ qligħ u telf.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(dd)</NO.P><TXT>Valutazzjoni fl-inqas mill-valuri previsti f’(aa) u (bb) ma jistgħux jitkomplew jekk ir-raġunijiet li għalihom saru l-aġġustamenti fil-valur m’għadhomx japplikaw.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>Jekk attiv fiss huwa s-suġġett ta’ aġġustamenti eċċezzjonali fil-valur għal skopijiet ta’ tassazzjoni biss, l-ammont ta’ l-aġġustamenti u r-raġunijiet għaliex isiru għandhom jintwerew fin-noti tal-kontijiet.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="035.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prezz tax-xiri għandu jiġi kalkolat biż-żieda mal-prezz imħallas ta’ l-ispejjez inċidentali għalih.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="035.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>L-ispiża tal-produzzjoni għandha tiġi kalkolata biż-żieda mal-prezz tax-xiri tal-materja prima u oġġetti ta’ konsum ta’ l-ispejjeż li jistgħu jkunu direttament atttribwibbli għall-prodott relattiv.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Proporzjon raġonevoli ta’ l-ispejjeż jistgħu jkun attribwibbli biss indirettament għall-prodott relattiv jista’ jiżdied ma’ l-ispejjeż tal-produzzjoni sa fejn huma għandhom x’jaqsmu mal-perjodu tal-produzzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="035.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-interessi fuq kapital imsellef biex jiffinanzja l-produzzjoni ta’ attiv fiss jistgħu jingħaddu ma’ l-ispejjeż tal-produzzjoni sa fejn huma għandhom x’jaqsmu mal-perjodu tal-produzzjoni. F’dak il-każ, l-inklużjoni ta’ dawk l-interessi taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Attiv<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> għandha tintwera fin-noti tal-kontijiet.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tad-Digriet Irjali tat-<DATE ISO="20010130">30 ta’ Jannar 2001</DATE> li jimplimenta l-Kodiċi dwar il-Kumpanniji (Moniteur belge tas-<DATE ISO="20010206">6 ta’ Frar 2001</DATE>, p. 3008, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Digriet Irjali tat-<DATE ISO="20010130">30 ta’ Jannar 2001</DATE><QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-kontijiet annwali għandhom jagħtu stampa vera u ġusta tal-attiv, tal-passiv, tal-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew telf tal-kumpannija.</ALINEA><ALINEA>Jekk l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-titolu ma tkunx suffiċjenti sabiex jiġi ssodisfatt dan ir-rekwiżit, għandha tingħata informazzjoni addizzjonali fl-Anness.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 29 ta’ dan id-Digriet Irjali, li jinsab fil-Kapitolu II ta’ dan tal-aħħar, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Regoli ta’ evalwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>F’każ eċċezzjonali fejn l-applikazzjoni tar-regoli ta’ evalwazzjoni previsti f’dan il-kapitolu ma twassalx għal konformità mar-rekwiżit [tal-ewwel paragrafu] tal-Artikolu 24, għandha ssir deroga minnhom bl-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 35 tal-imsemmi Digriet Irjali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikoli 29, 57, 67, 69, 71, 73 u 77, l-attiv għandu jiġi evalwat skont il-valur tal-akkwist tiegħu u għandu jitniżżel fil-karta tal-bilanċ b’dan l-istess valur, wara li jitnaqqsu d-deprezzament u t-tnaqqis fil-valuri relattivi.</ALINEA><ALINEA>Il-valur tal-akkwist għandu jfisser il-prezz tal-akkwist iddefinit fl-Artikolu 36 jew l-ispiża tal-produzzjoni ddefinita fl-Artikolu 37 jew il-valur tal-kontribuzzjoni ddefinit fl-Artikolu 39.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 67(2) tad-Digriet Irjali tat-<DATE ISO="20010130">30 ta’ Jannar 2001</DATE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Ir-reġistrazzjoni fil-karta tal-bilanċ tad-djun fil-valur nominali tagħhom għandha tkun akkumpanjata mir-reġistrazzjoni fil-kontijiet tal-aġġustament tal-passiv u tar-riżultati <HT TYPE="ITALIC">prorata temporis</HT> abbażi tal-interessi komposti:</P><P>[…]</P><P>(ċ) tal-iskont tad-djun li ma jiġġenerawx interessi jew li fuqhom jiddekorru interessi anormalment baxxi, meta dawn id-djun:</P><P>1° huma rimborsabbli f’data ’l bogħod iktar minn sena, b’effett mid-dħul tagħhom fil-patrimonju tal-kumpannija, u</P><P>2° jirrigwardaw jew ammonti mniżżla bħala dħul fir-rendikont tal-qligħ jew telf, jew prezz ta’ trasferiment ta’ attiv fiss jew fergħat ta’ attività.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 77 ta’ dan id-Digriet Irjali, l-Artikolu 67 tiegħu japplika b’mod analogu għad-djun ta’ natura u ta’ tul korrispondenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ftehim tal-<DATE ISO="19970110">10 ta’ Jannar 1997</DATE>, Wagram Invest, li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Belġju u li kienet imsejħa, fiż-żmien tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, SCRL HDB de promotion et de gestion, akkwistat mingħand id-direttur tagħha azzjonijiet ta’ IENA SA għal prezz ta’ BEF <FT TYPE="NUMBER">24000000</FT> Frank Belġjan (EUR 594 944.45), pagabbli f’16-il pagament ta’ kull sitt xhur ta’ BEF <FT TYPE="NUMBER">1500000</FT> (EUR 37 184.02), mingħajr interessi, fejn l-aħħar pagament kien dovut fl-<DATE ISO="20040710">10 ta’ Lulju 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni ftehim, tal-<DATE ISO="19990310">10 ta’ Marzu 1999</DATE>, Wagram Invest akkwistat mingħand id-direttur tagħha azzjonijiet oħra ta’ IENA għal prezz ta’ BEF <FT TYPE="NUMBER">31760400</FT> (EUR 787 319.75), pagabbli fi 12-il pagament ta’ kull sitt xhur ta’ BEF <FT TYPE="NUMBER">2646700</FT> (EUR 65 609.97), mingħajr interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-prezz li serva bħala bażi għal dawn iż-żewġ ftehimiet ta’ ċessjoni tal-azzjonijiet ta’ IENA jikkorrispondi għall-prezz imħallas mill-azzjonisti ta’ din il-kumpannija meta dawn kienu ssottoskrivew għaż-żieda fil-kapital, ftit żmien qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Sabiex tikkalkola l-imsemmija tranżazzjonijiet ta’ xiri ta’ azzjonijiet, Wagram Invest għaddiet l-entrati ta’ kontabbiltà li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>reġistrazzjoni fil-passiv tal-karta tal-bilanċ tagħha tad-dejn fir-rigward tad-direttur fost id-djun ta’ iktar minn sena, bil-valur nominali tiegħu, jiġifieri ta’ BEF <FT TYPE="NUMBER">24000000</FT> (EUR 594 944.45) u ta’ BEF <FT TYPE="NUMBER">31760400</FT> (EUR 787 319.75);</P></ITEM><ITEM><P>reġistrazzjoni fl-attiv tal-2 005 azzjoni miksuba fil-<DATE ISO="19970110">10 ta’ Jannar 1997</DATE> b’valur attwalizzat ta’ BEF <FT TYPE="NUMBER">18233827</FT> (EUR 452 004.76) u ta’ <FT TYPE="NUMBER">1993</FT> azzjoni miksuba fl-<DATE ISO="19990310">10 ta’ Marzu 1999</DATE> b’valur attwalizzat ta’ BEF <FT TYPE="NUMBER">25871302</FT> (EUR 641 332.82);</P></ITEM><ITEM><P>reġistrazzjoni fil-kont tal-aġġustament (kont 4901) tal-iskont li jikkonsisti fid-differenza bejn il-valur nominali tad-dejn u l-valur attwalizzat tal-attiv fiss, jiġifieri BEF <FT TYPE="NUMBER">5766173</FT> (EUR 142 939.69) u BEF <FT TYPE="NUMBER">5889098</FT> (EUR 145 986.93), u</P></ITEM><ITEM><P>reġistrazzjoni bħala spejjeż finanzjarji, fl-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, ta’ proporzjon ta’ spejjeż li għandhom jiġu posposti li jikkorrispondu għall-iskont tad-dejn.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-għeluq tas-sena fiskali 2000, Wagram Invest ikkontabbilizzat proporzjon tal-ispejjeż ta’ BEF <FT TYPE="NUMBER">1970339</FT> (EUR 48 843.42), jiġifieri BEF <FT TYPE="NUMBER">1000506</FT> (EUR 24 801.89) għall-azzjonijiet akkwistati matul is-sena 1997 u BEF <FT TYPE="NUMBER">969833</FT> (EUR 24 041.53) għal dawk akkwistati matul is-sena 1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-għeluq tas-sena fiskali 2001, Wagram Invest ikkontabbilizzat proporzjon tal-ispejjeż ta’ BEF <FT TYPE="NUMBER">2676318</FT> (EUR 66 344.19), jiġifieri BEF <FT TYPE="NUMBER">843090</FT> (EUR 20 899.65) għall-azzjonijiet akkwistati matul is-sena 1997 u BEF <FT TYPE="NUMBER">1833228</FT> (EUR 45 444.53) għal dawk akkwistati matul is-sena 1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rata tal-iskont adottata għall-attwalizzazzjoni kienet ir-rata tas-suq applikabbli għal tali djun fil-mument tad-dħul tagħhom fil-patrimonju, jiġifieri 8 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara verifika, l-amministrazzjoni fiskali Belġjana qieset li kellha tiċħad l-ispejjeż tal-iskont ikkontabbilizzati u mnaqqsa għas-snin fiskali 2000 u 2001 u, minkejja n-nuqqas ta’ qbil ta’ Wagram Invest, bagħtitilha deċiżjoni ta’ taxxa fit-<DATE ISO="20021028">28 ta’ Ottubru 2002</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fuq din il-bażi, l-amministrazzjoni fiskali Belġjana imponiet fuq Wagram Invest żewġ kontribuzzjonijiet addizzjonali tat-taxxa fuq il-kumpanniji għas-snin fiskali 2000 u 2001, fl-<DATE ISO="20021120">20 ta’ Novembru 2002</DATE> u fit-<DATE ISO="20021118">18 ta’ Novembru 2002</DATE> rispettivament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li l-ilment imressaq minn Wagram Invest fit-<DATE ISO="20030218">18 ta’ Frar 2003</DATE> ma wassalx għal deċiżjoni tad-direttur ta’ din l-amministrazzjoni fit-terminu applikabbli ta’ sitt xhur, din il-kumpannija ppreżentat azzjoni quddiem it-tribunal de première instance de Namur (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Namur, il-Belġju) fl-<DATE ISO="20050310">10 ta’ Marzu 2005</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20071220">20 ta’ Diċembru 2007</DATE>, dik il-qorti ddikjarat it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni fiskali infondata u kkonfermat il-fondatezza tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali tat-taxxa kkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant Wagram Invest appellat minn din is-sentenza quddiem il-cour d’appel de Liège (il-Qorti tal-Appell ta’ Liège, il-Belġju), li, f’sentenza tal-<DATE ISO="20111014">14 ta’ Ottubru 2011</DATE>, ikkonfermat is-sentenza tal-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Wagram Invest ressqet appell ta’ kassazzjoni fit-<DATE ISO="20140702">2 ta’ Lulju 2014</DATE>. Il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Belġju) annullat, b’sentenza tal-<DATE ISO="20160311">11 ta’ Marzu 2016</DATE>, is-sentenza tal-cour d’appel de Liège (il-Qorti tal-Appell ta’ Liège) u bagħtet il-kawża quddiem il-cour d’appel de Mons (il-Qorti tal-Appell ta’ Mons, il-Belġju).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalkemm din il-qorti tal-aħħar tammetti li l-metodu ta’ kontabbiltà użat minn Wagram Invest huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tad-dritt Belġjan, b’mod partikolari mal-Artikolu 77 tad-Digriet Irjali tat-<DATE ISO="20010130">30 ta’ Jannar 2001</DATE>, hija tistaqsi jekk tali metodu huwiex konformi mal-Artikolu 2(3) sa (5) tad-Direttiva 78/660, moqri flimkien mal-Artikolu 32 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-cour d’appel de Mons (il-Qorti tal-Appell ta’ Mons) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ stampa vera u ġusta msemmija fl-Artikolu 2(3) [tad-Direttiva 78/660] jawtorizza, meta jkun hemm xiri ta’ attiv finanzjarju fiss minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, ir-reġistrazzjoni bħala telf fil-kont tal-qligħ u t-telf ta’ skont marbut ma’ dejn ta’ iktar minn sena, mingħajr interessi, u r-reġistrazzjoni tal-prezz ta’ akkwist tal-attiv fiss bħala attiv fil-karta tal-bilanċ wara t-tnaqqis tal-imsemmi skont, fid-dawl tal-prinċipji ta’ evalwazzjoni li jidhru fl-Artikolu 32 tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-formula <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>f’każijiet eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> li tikkundizzjona l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva [78/660] u li tippermetti li tiġi miċħuda l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni (oħra) tal-imsemmija direttiva għandha tiġi interpretata f’sens li din id-dispożizzjoni tista’ tapplika biss sa fejn jiġi kkonstatat li l-osservanza tal-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta ma tistax tintlaħaq bl-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, jekk ikun il-każ, flimkien ma’ riferiment komplementari fl-annessi skont l-Artikolu 2(4) tal-imsemmija direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(4) tad-[Direttiva 78/660] għandu jiġi applikat bi prijorità b’mod li huwa biss jekk riferiment komplementari ma jippermettix li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta stipulat mill-Artikolu 2(3) tal-imsemmija direttiva li tista’ ssir applikazzjoni tal-possibbiltà li tiġi miċħuda l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ din id-direttiva prevista mill-Artikolu 2(5) tagħha u dan, biss f’każijiet eċċezzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-kawża prinċipali hija ta’ natura fiskali. Issa, id-Direttiva 78/660, li l-interpretazzjoni tagħha hija mitluba f’dan il-każ, ma għandhiex l-għan li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom il-kontijiet annwali tal-kumpanniji jistgħu jew għandhom iservu<?PAGE NO="7"?> ta’ bażi għad-determinazzjoni, mill-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri, tal-bażi taxxabbli u tal-ammont ta’ taxxi, bħat-taxxa fuq il-kumpanniji inkwistjoni fil-kawża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-kontijiet annwali jistgħu jintużaw bħala bażi ta’ riferiment mill-Istati Membri għal skopijiet ta’ taxxa, kif inhu l-każ fid-dritt Belġjan (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170615">15 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Immo Chiaradia u Docteur De Bruyne</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/16 u C‑445/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:465">EU:C:2017:465</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, f’każ ta’ akkwist, minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, ta’ attiv finanzjarju fiss li għalih il-ħlas tal-prezz huwa previst li jsir progressivament fuq medda ta’ żmien twil mingħajr interessi, f’kundizzjonijiet simili għal dawk ta’ self, il-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta stabbilit fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 78/660 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-użu ta’ metodu ta’ kontabbiltà li jipprevedi r-reġistrazzjoni, bħala telf, fil-kont tal-qligħ u t-telf, ta’ skont marbut mad-dejn ta’ iktar minn sena, li ma jiġġenerax interessi fir-rigward ta’ dan l-akkwist, u r-reġistrazzjoni tal-prezz tal-akkwist tal-attiv fiss, bħala attiv, fil-karta tal-bilanċ wara t-tnaqqis tal-imsemmi skont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi enfasizzat li d-Direttiva 78/660, skont it-tielet premessa tagħha, hija intiża biss sabiex tistabbilixxi kundizzjonijiet minimi dwar il-portata tal-informazzjoni finanzjarja li għandha tingħata lill-pubbliku (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-osservanza tal-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta tikkostitwixxi l-għan prinċipali tad-Direttiva 78/660. Skont dan il-prinċipju, li jinsab fl-Artikolu 2(3) ta’ din id-direttiva, il-kontijiet annwali għandhom jagħtu stampa vera u ġusta tal-patrimonju, tas-sitwazzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew tat-telf tal-kumpannija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li dan il-prinċipju jeżiġi, minn naħa, li l-kontijiet jirriflettu l-attivitajiet u t-tranżazzjonijiet li huma meqjusa li jiddeskrivu u, min-naħa l-oħra, li l-informazzjoni ta’ kontabbiltà tingħata fil-forma meqjusa l-iktar valida u l-iktar waħda adatta sabiex tissodisfa l-bżonnijiet ta’ informazzjoni tat-terzi, mingħajr ma jiġu ppreġudikati l-interessi tal-kumpannija kkonċernata (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990914">14 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>DE + ES Bauunternehmung</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑275/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:406">EU:C:1999:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta għandu jkun iggwidat, sa fejn dan ikun possibbli, mill-prinċipji ġenerali inklużi fl-Artikoli 31 tad-Direttiva 78/660, fosthom il-prinċipju ta’ prudenza stabbilit fl-Artikolu 31(1)(ċ) ta’ din id-direttiva li huwa ta’ importanza partikolari (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(1)(ċ) tad-Direttiva 78/660, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi kollha – profitti magħmula, spejjeż, dħul, riskji u telf – li huma realment marbuta mas-sena inkwistjoni jippermetti li tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta għandu jiftiehem ukoll fid-dawl tal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 78/660, li jistabbilixxi li l-evalwazzjoni tal-entrati inklużi fil-kontijiet annwali għandha tkun ibbażata fuq il-prezz tal-akkwist jew fuq l-ispiża tal-produzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont dan l-artikolu, l-istampa vera u ġusta li l-kontijiet annwali ta’ kumpannija għandhom jagħtu hija bbażata fuq evalwazzjoni tal-attiv mhux abbażi tal-valur reali tiegħu, iżda abbażi tal-ispiża storika tiegħu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fejn kuntratt ta’ akkwist ta’ attiv finanzjarju fiss jipprevedi l-ħlas tal-prezz progressivament fuq medda ta’ żmien twil, mingħajr interessi, il-leġiżlatur Belġjan ikkunsidra t-tranżazzjoni ta’ akkwist, li hija formalment unika, bħala tranżazzjoni kkostitwita, fir-realtà, minn żewġ elementi, jiġifieri, minn naħa, l-akkwist innifsu tal-attiv finanzjarju fiss u, min-naħa l-oħra, tranżazzjoni ta’ self impliċitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-valur nominali tal-prezz imħallas għall-akkwist tal-attiv finanzjarju fiss, li jikkorrispondi għall-prezz storiku ta’ dan l-attiv fiss, jinkludi, fir-realtà, żewġ elementi, jiġifieri, minn naħa, il-valur attwalizzat tal-prezz tal-akkwist tal-attiv fiss, li jikkorrispondi għall-prezz tax-xiri mingħajr l-interessi impliċiti tas-self, u, min-naħa l-oħra, ammont li jikkorrispondi għal dawn l-interessi impliċiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalhekk, il-metodu ta’ kontabbiltà inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedi, minn naħa, l-inklużjoni fl-attiv tal-valur attwalizzat tal-prezz imħallas għall-attiv finanzjarju fiss, jiġifieri l-valur nominali mingħajr l-interessi impliċiti, u, min-naħa l-oħra, l-inklużjoni f’kont ta’ aġġustament ta’ skont li jirrappreżenta l-interessi impliċiti, li l-ammont tiegħu jikkorrispondi għad-differenza bejn il-valur nominali tad-dejn ikkuntrattat għall-akkwist tal-attiv fiss u l-valur attwali ta’ dan id-dejn, jagħti stampa vera u ġusta taż-żewġ elementi ta’ din it-tranżazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Kif tenfasizza l-Kummissjoni Ewropea, dan il-metodu ta’ kontabbiltà, meta jiġi applikat f’kundizzjonijiet normali tas-suq, jagħti preċedenza lis-sustanza tat-tranżazzjoni fuq il-forma tagħha, billi jagħti lok għal teħid inkunsiderazzjoni tal-valur tal-attiv fiss li josserva l-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta, abbażi ta’ evalwazzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikolari, f’dan il-każ, l-ispejjeż finanzjarji, anki jekk tali piżijiet, li huma impliċiti, ma jirriżultawx formalment mill-valur nominali tal-prezz tal-akkwist tal-element tal-attiv ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għall-ewwel domanda għandha tingħata r-risposta li, fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ akkwist minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata ta’ attiv finanzjarju fiss, li għaliha l-ħlas tal-prezz huwa previst li jsir progressivament fuq medda ta’ żmien twil, mingħajr interessi, taħt kundizzjonijiet simili għal dawk ta’ self, il-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta stipulat fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 78/660 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-użu ta’ metodu ta’ kontabbiltà li jipprevedi r-reġistrazzjoni, bħala telf, fil-kont tal-qligħ u t-telf, ta’ skont, bir-rata tas-suq, marbut mad-dejn ta’ iktar minn sena, li ma jiġġenerax interessi fir-rigward ta’ dak l-akkwist, u r-reġistrazzjoni tal-prezz tal-akkwist tal-attiv fiss, bħala attiv, fil-karta tal-bilanċ wara t-tnaqqis tal-imsemmi skont.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni u t-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ akkwist minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata ta’ attiv finanzjarju fiss, li għalih il-ħlas tal-prezz huwa previst li jsir progressivament fuq medda ta’ żmien twil, mingħajr interessi, taħt kundizzjonijiet simili għal dawk ta’ self, il-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta stipulat fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-<DATE ISO="19780725">25 ta’ Lulju 1978</DATE> ibbażata fuq l-Artikolu [44(2)(g) KE] dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-użu ta’ metodu ta’ kontabbiltà li jipprevedi r-reġistrazzjoni, bħala telf, fil-kont tal-qligħ u t-telf, ta’ skont, bir-rata tas-suq, marbut mad-dejn ta’ iktar minn sena, li ma jiġġenerax interessi fir-rigward ta’ dak l-akkwist, u r-reġistrazzjoni tal-prezz tal-akkwist tal-attiv fiss, bħala attiv, fil-karta tal-bilanċ wara t-tnaqqis tal-imsemmi skont.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>