52008PC0081(02)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru /* KUMM/2008/0081 finali - CNS 2008/0036 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 14.2.2008

KUMM(2008) 81 finali

2008/0036 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha B’segwitu għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-hekk imsejħin każijiet “Open Skies”, fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ terzi pajjiżi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet eżistenti bi ftehim Komunitarju[1] (il-“mandat orizzontali”). L-għanijiet ta’ ftehimiet ta’ dan it-tip huma li jagħtu aċċess mhux diskriminatorju lit-trasportaturi kollha ta' l-ajru ta’ l-UE għar-rotot bejn il-Komunità u terzi pajjiżi, u sabiex il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u terzi pajjiżi jikkonformaw mal-liġi Komunitarja. |

120 | Il-kuntest ġenerali Ir-relazzjonijiet fil-qasam ta’ l-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u terzi pajjiżi tradizzjonalment kienu rregolati permezz ta' ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u terzi pajjiżi, permezz ta' l-Annessi għat-tali ftehimiet u ta' arranġamenti oħra bilaterali jew multilaterali b’rabta ma' dan. Il-klawżoli tradizzjonali ta’ deżinjazzjoni fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru ta’ l-Istati Membri jiksru l-liġi Komunitarja. Jagħtu lok lill-pajjiż terz li jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta' trasportatur ta' l-ajru li kien iddeżinjat minn Stat Membru iżda li mhux proprjetà sostanzjali ta’ dak l-Istat Membru u kkontrollat effettivament minnu jew miċ-ċittadini tiegħu. Instab li dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità li, filwaqt li jkunu stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru, ikunu proprjetà ta' ċittadini ta' Stat Membru ieħor u kkontrollati minnhom. Dan imur kontra l-Artikolu 43 tat-Trattat li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri li jkunu eżerċitaw il-libertà ta' l-istabbiliment tagħhom l-istess trattament fl-Istat Membru li jkun qed jospitahom bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. Hemm kwistjonijiet oħra, bħat-taxxa fuq il-fjuwil ta’ l-avjazzjoni, it-tariffi introdotti minn trasportaturi ta' l-ajru ta' terzi pajjiżi fuq rotot intra-Komunitarji, jew ftehimiet obbligatorji kummerċjali bejn il-linji ta' l-ajru, li fil-każ tagħhom il-konformità mal-liġi Komunitarja għandha tiġi żgurata billi jiġu emendati jew ikkomplementati d-dispożizzjonijiet eżistenti fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u terzi pajjiżi. |

130 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jieħdu post jew jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet eżistenti fis-sittax-il ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u l-Pakistan. |

140 | Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Il-Ftehim se jaqdi għan fundamentali tal-politika Komunitarja dwar l-avjazzjoni esterna billi jikkonforma l-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi ta' l-ajru mal-liġi Komunitarja. |

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Metodi ta' konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u profil ġenerali ta' dawk li wieġbu L-Istati Membri ġew ikkonsultati mat-tul kollu tan-negozjati. |

212 | Sommarju tat-tweġibiet u kif dawn ġew ikkunsidrati Il-kummenti li saru mill-Istati Membri ġew ikkunsidrati. |

L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Skond il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għall-“mandat orizzontali”, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mal-Pakistan li jissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri u l-Pakistan. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jieħu post il-klawżoli tradizzjonali ta' deżinjazzjoni bi klawżola ta' deżinjazzjoni Komunitarja, li tippermetti lit-trasportaturi ta' l-ajru kollha tal-Komunità li jibbenefikaw mid-dritt ta' l-istabbiliment. L-Artikolu 4 jsolvi kunflitti bejn ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi ta' l-ajru u r-Regolament tal-Kunsill Nru 2409/92 dwar nollijiet u rati għas-servizzi ta' l-ajru li jipprojbixxu trasportaturi ta' l-ajru ta' terzi pajjiżi milli jkollhom pożizzjoni dominanti fuq il-prezzijiet tas-servizzi ta' l-ajru għat-trasport imwettaq kollu kemm hu fil-Komunità. L-Artikolu 5 jġib id-dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali li huma ċarament antikompetittivi (ftehimiet obbligatorji kummerċjali bejn il-linji ta' l-ajru) f'konformità mal-leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar il-kompetizzjoni. |

310 | Il-bażi ġuridika It-Trattat tal-KE, l-Artikoli 80(2) u 300(2). |

329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tissejjes kollha kemm hi fuq il-“mandat orizzontali" mogħti mill-Kunsill b'kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet koperti mil-liġi Komunitarja u l-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-Ftehim se jemenda jew jikkomplementa d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru biss safejn dan ikun ta' ħtieġa ħalli tiġi żgurata l-konformità mal-liġi Komunitarja. |

L-għażla ta’ l-istrumenti |

342 | Il-Ftehim bejn il-Komunità u l-Pakistan huwa l-aktar strument effiċjenti sabiex jinġiebu konformi mad-dritt Komunitarju l-ftehimiet bilaterali eżistenti kollha dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u l-Pakistan. |

IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT |

409 | Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju. |

TAGħRIF IEħOR |

510 | Simplifikazzjoni |

511 | Il-proposta tipprovdi dwar is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. |

512 | Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u l-Pakistan se jiġu ssuperati jew ikkomplementati b'dispożizzjonijiet fi ftehim Komunitarju waħdieni. |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Skond il-proċedura standard għall-iffirmar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, il-Kunsill huwa mitlub japprova d-deċiżjonijiet dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja u dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru u jinnomina l-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità. |

1. Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[2],

Billi:

(1) Fil-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' terzi pajjiżi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2) Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunità, Ftehim mal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru f'konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' terzi pajjiżi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3) Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

1. Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f'isem il-Komunità l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar ’il quddiem.

2. Fl-istennija tad-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan ikunu tlestew. Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

3. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

2008/0036 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[4],

Billi:

(1) Fil-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' terzi pajjiżi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2) Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunità, Ftehim mar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru f'konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' terzi pajjiżi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3) Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem il-Komunità fi […], suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar 'il quddiem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill …/…/KE ta’ […][5].

(4) Il-Ftehim għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru b'dan huwa approvat f'isem il-Komunità.

2. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li tagħmel/jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

minn naħa, u

R-REPUBBLIKA IŻLAMIKA TAL-PAKISTAN

(minn hawn 'il quddiem 'il-Pakistan')

min-naħa l-oħra

(minn hawn 'il quddiem 'il-Partijiet')

FILWAQT LI JINNUTAW li ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan jeħtiġilhom jinġiebu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta' bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u terzi pajjiżi,

FILWAQT LI JINNUTAW li t-trasportaturi ta’ l-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri ingħataw id-dritt, mill-Komunità Ewropea skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta' l-ajru bejn dak l-Istat Membru u terzi pajjiżi,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u l-erba' pajjiżi Ewropej elenkati fl-Anness 3 li jipprovdu dwar il-possibbiltà għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi li jiksbu dritt ta' sjieda fi trasportaturi ta' l-ajru mogħtija liċenzja f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea,

FILWAQT LI JAGĦRFU li l-aspetti kollha relatati mal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan jeħtiġilhom ikunu konformi mal-liġijiet tal-partijiet sabiex tiġi stabbilita bażi ġuridika soda għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u sabiex tinżamm il-kontinwità ta’ servizzi ta’ l-ajru bħal dawn,

FILWAQT LI JINNUTAW li d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, li ma jmorrux kontra l-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea u dik tal-Pakistan, ma għandhomx bżonn jiġu affettwati minn dan il-Ftehim,

FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan li i) jirrikjedu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta' ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi jew prattiki kkonċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi ta' l-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta' dan it-tip; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi ta' l-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħrajn ir-responsabbiltà għat-teħid ta' miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi ta' l-ajru fuq ir-rotot rilevanti, jistgħu jrendu mhux effettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi,

FILWAQT LI JINNUTAW li, f'dan il-ftehim, mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea u tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan li jiżdied il-volum totali tat-traffiku ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, jew li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi ta' l-ajru rigward id-drittijiet tat-traffiku,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

ARTIKOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ‘Stati Membri’ tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

2. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għaċ-ċittadini ta' l-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għat-trasportaturi ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru ta' l-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-trasportaturi ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru ddeżinjati minn dak l-Istat Membru.

ARTIKOLU 2

Deżinjazzjoni minn Stat Membru

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jirbħu fuq id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportatur ta' l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu mogħtija mir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportatur ta' l-ajru, rispettivament.

2. Malli tirċievi deżinjazzjoni mingħand Stat Membru tal-Komunità Ewropea, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

i. it-trasportatur ta' l-ajru jkun stabbilit fit-territorju ta' l-Istat Membru li jiddeżinja skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li għandu Liċenzja Operattiva valida maħruġa minn Stat Membru f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea; kif ukoll

ii. kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta' l-ajru jitħaddem u jinżamm mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' Operatur ta' l-Ajru tiegħu u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tkun identifikata b'mod ċar fid-deżinjazzjoni; kif ukoll

iii. it-trasportatur ta' l-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, u jkun ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta' dawn l-istati l-oħra; kif ukoll

iv. it-trasportatur ta' l-ajru għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju ta' l-Istat Membru li jkun ħariġlu l-Liċenzja Operattiva valida tiegħu.

3. Ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan tista' tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' trasportatur ta' l-ajru ddeżinjat minn Stat Membru fejn:

i. it-trasportatur ta' l-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju ta' l-Istat Membru li ddeżinjah skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma għandux Liċenzja Operattiva valida minn Stat Membru f'konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea; jew

ma jitħaddimx jew ma jinżammx kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta' l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta' l-Operatur ta' l-Ajru, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; jew

it-trasportatur ta' l-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, jew ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta' dawn l-istati l-oħra; jew

iv. it-trasportatur ta' l-ajru ma għandux il-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju ta' l-Istat Membru li jkun ħariġlu l-Liċenzja Operattiva valida tiegħu. jew

v. it-trasportatur ta’ l-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u xi Stat Membru ieħor u, billi jeżerċita d-drittijiet tat-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew

vi. it-trasportatur ta’ l-ajru ddeżinjat ikun fil-pussess ta' Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru u Liċenzja Operattiva maħruġin minn Stat Membru li miegħu r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan ma għandhiex ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru, u dak l-Istat Membru jkun ċaħad lil trasportatur ta' l-ajru b'liċenzja maħruġa mir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan id-drittijiet tat-traffiku jew l-opportunitajiet kummerċjali relatati.

4. Hija u tħaddem id-dritt tagħha skond il-paragrafu 3, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan ma għandhiex tiddiskrimina bejn trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità abbażi tan-nazzjonalità, bil-kundizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' hawn fuq.

ARTIKOLU 3

Is-sikurezza

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(c).

2. Fejn Stat Membru jkun iddeżinja trasportatur ta' l-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan skond id-dispożizzjonijiet ta' sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ddeżinja t-trasportatur ta' l-ajru u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan għandhom japplikaw b'mod ugwali fir-rigward ta' l-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma ta' l-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta' l-awtorizzazzjoni għall-operat ta' dak it-trasportatur ta' l-ajru.

ARTIKOLU 4

It-tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(d).

2. It-tariffi li għandhom jinżammu mit-trasportatur/i ta' l-ajru ddeżinjat/i mir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan permezz ta' ftehim elenkat fl-Anness 1 li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness 2(e) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea. Il-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea hija applikata fuq bażi mhux diskriminatorja.

ARTIKOLU 5

Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1. Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 ma għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ akkordji bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki kkonċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta' dan it-tip; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2. Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

ARTIKOLU 6

Annessi għal dan il-Ftehim

L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

ARTIKOLU 7

Reviżjoni jew emendar

Il-Partijiet jistgħu, f'kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b'kunsens reċiproku. Kull waħda mill-Partijiet tista', fi kwalunkwe waqt, titlob konsultazzjonijiet bil-għan li jiġi revedut jew emendat dan il-Ftehim b'kunsens reċiproku, u l-parti l-oħra għandha twieġeb għal din it-talba sa mhux aktar tard minn 60 (sittin) jum wara li tkun saret it-talba għall-konsultazzjoni.

ARTIKOLU 8

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni provviżorja

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew.

2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan ikunu tlestew.

3. Ftehimiet u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan li, fid-data ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, ma jkunux għadhom daħlu fis-seħħ u li ma jkunux qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness 1(b). Dan il-Ftehim għandu japplika għall-Ftehimiet u l-arranġamenti kollha tali mad-dħul fis-seħħ jew ma' l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.

ARTIKOLU 9

Terminazzjoni

1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness 1 ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.

2. Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi [...] f'żewġ kopji, il-[...] jum ta' [..., ...] bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża.

GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA: | GĦAR-REPUBBLIKA IŻLAMIKA TAL-PAKISTAN: |

ANNESS 1

Lista provviżorja ta' ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim

(a) Ftehimiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament

- Il-Ftehim bejn il-Gvern Federali ta’ l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul f'Rawalpindi fit-28 ta' Mejju 1971, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Awstrija" fl-Anness 2;

Emendat l-aħħar bil-Memorandum ta' Qbil magħmul f'Iżlamabad fis-27 ta' Settembru 2006, minn hawn 'il quddiem "il-Memorandum ta' Qbil Pakistan – Awstrija" fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul f'Iżlamabad fit-22 ta' Ottubru 1969, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Bulgarija" fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul fi Praga fit-2 ta' Settembru 1969, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Repubblika Ċeka" fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul f'Karachi fil-31 ta' Lulju 1950, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Franza" fl-Anness 2;

Emendat bi skambju ta' noti fid-29 ta' Awwissu u fl-20 u l-31 ta' Ottubru 1960;

Emendat bi skambju ta' noti fit-2 u d-9 ta' Lulju 1974;

- Il-Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Pakistan dwar it-trasport ta' l-ajru magħmul f'Bonn fl-20 ta' Lulju 1960, minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Ġermanja” fl-Anness 2;

Għandu jinqara flimkien mal-Minuti Maqbula magħmula f'Bonn fit-12 ta' Novembru 1998;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul f'Ateni fil-15 ta' Novembru 2005, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Greċja” fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' l-Ungerija u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul f'Budapest fil-11 ta' Mejju 1977, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Ungerija" fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul f'Ruma fil-5 ta' Ottubru 1957, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Italja" fl-Anness 2;

Emendat bil-Memorandum ta' Qbil magħmul f'Ruma fis-16 ta' Jannar 1974;

Emendat l-aħħar bil-Memorandum ta’ Qbil magħmul f'Ruma fl-24 ta' Marzu 2004;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul fil-Belt Valletta fil-25 ta' April 1975, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Malta" fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Olandiż u l-Gvern tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul f'Karachi fis-17 ta' Lulju 1952; minn hawn 'il quddiem "il-Ftehim Pakistan – Olanda" fl-Anness 2;

Emendat bil-Minuti Maqbula magħmula f'The Hague fis-27 ta' April 1995;

Emendat bil-Minuti Maqbula magħmula f'The Hague fit-28 ta' Ġunju 1995;

Emendat bil-Memorandum ta' Qbil magħmul f'Bhurban fis-16 ta' Novembru 1995;

Emendat bil-Minuti Maqbula magħmula f'The Hague fil-25 ta' Marzu 1997;

Emendat l-aħħar bil-Memorandum Kunfidenzjali ta’ Qbil magħmul f'Karachi fit-28 ta' Novembru 1998;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul f'Rawalpindi fit-30 ta' Ottubru 1970, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Polonja" fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u l-Gvern tal-Portugall dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul f'Karachi fis-7 ta' Ġunju 1958, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Portugall" fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u l-Gvern tar-Renju ta' Spanja dwar it-trasport ta' l-ajru magħmul f'Madrid fid-19 ta' Ġunju 1979, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Spanja” fl-Anness 2;

Emendat bi skambju ta' noti fl-20 u d-29 ta' Lulju 1988;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul f'Rawalpindi fid-9 ta' Jannar 1973, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Rumanija" fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru, magħmul f'Karachi fl-14 ta' Settembru 1999, minn hawn 'il quddiem "il-Ftehim Pakistan- Renju Unit" fl-Anness 2;

Emendat bil-Memorandum ta' Qbil magħmul f'Londra fid-9 ta' Frar 2000.

(b) Ftehimiet dwar is-servizzi ta' l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul f'Oslo fit-23 ta' Marzu 1999, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Danimarka" fl-Anness 2;

Issupplimentat bil-Memorandum ta' Qbil bejn il-pajjiżi Skandinavi u l-Pakistan magħmul f'Oslo fit-23 ta' Marzu 1999;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u l-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu dwar is-servizzi ta' l-ajru inizjalat f'Karachi fl-14 ta' Ottubru 1997, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Lussemburgu" fl-Anness 2;

Issupplimentat bil-Memorandum ta' Qbil iffirmat f'Karachi fl-14 ta' Ottubru 1997;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju ta' l-Iżvezja u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi ta' l-ajru magħmul f'Oslo fit-23 ta' Marzu 1999 , minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan – Żvezja” fl-Anness 2;

Issupplimentat bil-Memorandum ta' Qbil bejn il-pajjiżi Skandinavi u l-Pakistan magħmul f'Oslo fit-23 ta' Marzu 1999.

ANNESS 2

Lista provviżorja ta' Artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 ta' dan il-Ftehim

(a) Deżinjazzjoni minn Stat Membru:

- L-Artikoli 3 tal-Ftehim Pakistan – Awstrija u 2a tal-Memorandum ta' Qbil Pakistan – Awstrija magħmul f'Iżlamabad fis-27 ta' Settembru 2006;

- L-Artikolu III tal-Ftehim Pakistan – Bulgarija;

- L-Artikolu III tal-Ftehim Pakistan – Repubblika Ċeka;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Pakistan – Danimarka;

- L-Artikolu 2 tal-Ftehim Pakistan – Franza;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Pakistan – Ġermanja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Pakistan – Greċja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Pakistan – Ungerija;

- L-Artikolu II tal-Ftehim Pakistan – Italja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Pakistan – Malta;

- L-Artikolu III tal-Ftehim Pakistan – Polonja;

- L-Artikolu II tal-Ftehim Pakistan – Portugall;

- L-Artikolu III tal-Ftehim Pakistan – Rumanija;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Pakistan – Spanja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Pakistan – Żvezja;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan-Renju Unit.

(b) Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi:

- L-Artikoli 4 tal-Ftehim Pakistan – Awstrija u 2b tal-Memorandum ta' Qbil Pakistan – Awstrija;

- L-Artikolu IV tal-Ftehim Pakistan – Bulgarija;

- L-Artikolu IV tal-Ftehim Pakistan – Repubblika Ċeka;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan – Danimarka;

- L-Artikolu 2 tal-Ftehim Pakistan – Franza;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan – Ġermanja;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan – Greċja;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan – Ungerija;

- L-Artikolu VIII tal-Ftehim Pakistan – Italja;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan – Lussemburgu;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan – Malta;

- L-Artikolu VIII tal-Ftehim Pakistan-Olanda;

- L-Artikolu IV tal-Ftehim Pakistan – Polonja;

- L-Artikolu VIII tal-Ftehim Pakistan – Portugall;

- L-Artikolu IV tal-Ftehim Pakistan – Rumanija;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan – Spanja;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan – Żvezja;

- L-Artikolu 5 tal-Ftehim Pakistan-Renju Unit.

(c) Sikurezza:

- L-hemża D għall-Memorandum ta' Qbil Pakistan – Awstrija;

- L-Artikolu V tal-Ftehim Pakistan – Bulgarija;

- L-Artikolu V tal-Ftehim Pakistan – Repubblika Ċeka;

- L-Artikolu 16 tal-Ftehim Pakistan – Danimarka;

- L-Artikolu 8 tal-Ftehim Pakistan – Greċja;

- L-Artikolu 5 tal-Ftehim Pakistan – Ungerija;

- L-Artikolu II tal-Ftehim Pakistan – Italja;

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Pakistan – Ġermanja;

- L-Artikolu 5 tal-Ftehim Pakistan – Malta;

- L-Appendiċi II għall-Minuti Maqbula Pakistan – Olanda tal-25 ta' Marzu 1997;

- L-Artikolu V tal-Ftehim Pakistan – Rumanija;

- L-Artikolu 5 tal-Ftehim Pakistan – Spanja;

- L-Artikolu 16 tal-Ftehim Pakistan – Żvezja.

(d) Tariffi għall-Ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea:

- L-Artikolu 9 tal-Ftehim Pakistan – Awstrija;

- L-Artikolu VIII tal-Ftehim Pakistan – Bulgarija;

- L-Artikolu VIII tal-Ftehim Pakistan – Repubblika Ċeka;

- L-Artikolu 11 tal-Ftehim Pakistan – Danimarka;

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Pakistan – Franza;

- L-Anness 4 għall-Minuti Maqbula magħmula f'Bonn fit-12 ta' Novembru 1998 – kif applikati provviżorjament fil-qafas tal-Ftehim Pakistan – Ġermanja;

- L-Artikolu 13 tal-Ftehim Pakistan – Greċja;

- L-Artikolu 9 tal-Ftehim Pakistan – Ungerija;

- L-Artikolu VI tal-Ftehim Pakistan – Italja;

- L-Artikolu 10 tal-Ftehim Pakistan – Lussemburgu;

- L-Artikolu 9 tal-Ftehim Pakistan – Malta;

- L-Artikolu VI tal-Ftehim Pakistan-Olanda;

- L-Artikolu VIII tal-Ftehim Pakistan – Polonja;

- L-Artikolu VI tal-Ftehim Pakistan – Portugall;

- L-Artikolu IX tal-Ftehim Pakistan – Rumanija;

- L-Artikolu 9 tal-Ftehim Pakistan – Spanja;

- L-Artikolu 11 tal-Ftehim Pakistan – Żvezja;

- L-Artikolu 7 tal-Ftehim Pakistan-Renju Unit.

ANNESS 3

Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a) Ir-Repubblika ta' l-Iżlanda (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea) ;

(b) Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea) ;

(c) Ir-Renju Norveġiż (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea) ;

(d) Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport ta' l-Ajru)

[1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta' Ġunju 2003 (dokument ristrett).

[2] ĠU C [...], [...], p. [...].

[3] ĠU C [...], [...], p. [...].

[4] ĠU C [...], [...], p. [...].

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].