|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2466 |
5.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/2466
tat-2 ta’ Diċembru 2025
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2025)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta’ April 2014 dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, huwa awtorizzat jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”). |
|
(2) |
Fit-28 ta’ Jannar 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/200 (2), li testendi l-mandat tas-Sur Peter KOLDING bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Frar 2025 sal-31 ta’ Jannar 2026. |
|
(3) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2025, ir-Rappreżentant Għoli pproponiet li testendi l-mandat tas-Sur Peter KOLDING bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Frar 2026 sal-10 ta’ April 2026, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Peter KOLDING bħala l-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) huwa estiż mill-1 ta’ Frar 2026 sal-10 ta’ April 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/219/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2025/200 tat-28 ta’ Jannar 2025 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2025) (ĠU L, 2025/200, 30.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/200/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2466/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)