|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1131 |
12.2.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11857 — OAKTREE / BASALT / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/1131)
1.
Fit-30 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Oaktree Capital Management, L.P. (“Oaktree”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Basalt Infrastructure Partners III GP Limited (“Basalt”, Guernsey). |
Oaktree u Basalt se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (“JV”), li tinkludi l-attivitajiet ta’ Zzoomm plc (ir-Renju Unit), li bħalissa hija kkontrollata biss minn Oaktree, u Full Fibre Limited (ir-Renju Unit), li bħalissa hija kkontrollata biss minn Basalt.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Oaktree hija kumpanija globali tal-ġestjoni tal-investiment, |
|
— |
Basalt hija ditta ddedikata għall-investiment fl-infrastruttura b’enfasi transatlantika fuq l-infrastruttura fis-suq medju. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-Impriża Konġunta se jkunu dawn: fornitur ta’ servizzi tal-broadband fir-Renju Unit.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11857 — OAKTREE / BASALT / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1131/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)