<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑577/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0577</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:165">EU:C:2015:165</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20150312">12.3.2015</DATE> – KAWŻA C‑577/13</P><P>ACTAVIS GROUP PTC U ACTAVIS UK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20150312">12 ta’ Marzu 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 469/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ dan iċ-ċertifikat</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali li fihom, parzjalment jew totalment, l-istess ingredjent attiv</KEYWORD><KEYWORD>Tqegħid fis-suq sussegwenti</KEYWORD><KEYWORD>Kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi</KEYWORD><KEYWORD>Kummerċjalizzazzjoni preċedenti ta’ ingredjent attiv taħt forma ta’ prodott mediċinali għal ingredjent attiv uniku</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ diversi ċertifikati għall-istess privattiva</KEYWORD><KEYWORD>Emenda tal-ingredjenti attivi ta’ privattiva bażika</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑577/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division (Patents Court) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20131031">31 ta’ Ottubru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Actavis Group PTC EHF,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Actavis UK Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Boehringer Ingelheim Pharma GmbH &amp; Co. KG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn A. Ó Caoimh, President tal-Awla, C. Toader (Relatur) u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20141201">1 ta’ Diċembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Actavis Group PTC EHF u Actavis UK Ltd, minn R. Meade, QC, I. Jamal, barrister, kif ukoll minn M. Hilton, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għal Boehringer Ingelheim Pharma GmbH &amp; Co. KG, minn T. Mitcheson, QC, kif ukoll minn N. Dagg, solicitor,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn N. Saunders, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas, S. Menez u S. Ghiandoni, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, A. Antunes u I. Vieira Lopes, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Bulst u J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE>, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 152, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Actavis Group PTC EHF u Actavis UK Limited (iktar ’il quddiem, flimkien, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Actavis<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Boehringer Ingelheim Pharma GmbH &amp; Co. KG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Boehringer<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar il-validità taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ĊPS<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) miksub minn Boehringer għall-prodott mediċinali MicardisPlus.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 5, 9 u 10 tar-Regolament Nru 469/2009 huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(4)</NO.P><TXT>Bħalissa it-tul taż-żmien li jgħaddi bejn il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal privattiv għal prodott mediċinali ġdid u l-awtorizzazjoni sabiex il-prodott mediċinali jkun jista’ jitqiegħed fis-suq [iktar ’il quddiem l-ATS] jagħmel il-perijodu ta’ protezzjoni effettiva taħt il-privattiv insuffiċjenti biex ikopri l-investiment li jkun sar fir-riċerka;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Din is-sitwazzjoni toħloq nuqqas ta’ protezzjoni li tippenalizza r-riċerka farmacewtika;</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>It-tul taż-żmien tal-protezzjoni konċess miċ-ċertifikat għandu jkun tali illi jipprovdi protezzjoni adekwata u effettiva. Għal dan l-iskop, id-detentur kemm ta’ privattiva u kemm ta’ ċertifikat għandu jkun jista’ jgawdi massimu totali ta’ 15-il sena ta’ esklussività minn meta l-prodott mediċinali inkwistjoni jkun kiseb [ATS] għall-ewwel darba biex jitqiegħed fis-suq fil-Komunità.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>L-interessi kollha involuti, inklużi dawk tas-saħħa pubblika, f’settur kumplikat u sensittiv daqs dak tal-farmaċewtiċi għandhom madanakollu jittieħdu inkonsiderazzjoni; Għal dan l-għan, iċ-ċertifikat ma jistax jiġi konċess għal kull perjodu li jaqbeż il-ħames snin. Il-protezzjoni mogħtija għandha wkoll tkun strettament limitata għall-prodott li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi preżentata għal trattament jew prevenzjoni ta’ mard fil-bnedmin [...];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser l-ingredjent attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi ta’ prodott mediċinali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser privattiva li tipproteġi prodott, bħala tali, proċess sabiex jinkiseb prodott jew applikazzjoni ta’ prodott, u li hija nominata mid-detentur tagħha għall-iskop tal-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ċertifikat’ tfisser [ĊPS];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kondizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Ċertifikat għandu jingħata jekk, fl-Istat Membru fejn tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 u fid-data ta’ dik l-applikazzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-prodott ikun protett minn privattiv bażiku fis-seħħ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tkun ingħatat [ATS] valida sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali konformement mad-Direttiva 2001/83/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69)] [...];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-prodott ma kienx diġà suġġett ta’ ċertifikat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-awtorizzazzjoni msemmija f’punt (b) tkun l-ewwel [ATS] bħala prodott mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 469/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Applikazzjoni għal ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-applikazzjoni għal ċertifikat għandha tiġi ppreżentata fi żmien sitt xhur mid-data ta’ meta l-[ATS] msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3 sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali tkun ingħatat.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Żmien ta’ validità taċ-ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Iċ-ċertifikat għandu jibda jgħodd mill-aħħar tat-terminu legali tal-patenti [privattiva] bażika għal kull perjodu li hu ugwali għall-perijodu li jkun għadda bejn id-data li fiha kienet depożitata l-applikazzjoni għal kull patenti bażika u d-data ta’ l-ewwel [ATS] sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq fil-Komunità, imnaqqas b’kull perjodu ta’ ħames snin.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tal-Att dwar il-Privattivi tar-Renju Unit tal-1977 (UK Patents Act 1977) jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>emenda ta’ speċifikazzjoni ta’ privattiva taħt dan l-artikolu għandha tidħol fis-seħħ u għandha tiġi kkunsidrata li dejjem kienet fis-seħħ mill-għoti tal-privattiva.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="19920131">31 ta’ Jannar 1992</DATE>, Boehringer ressqet applikazzjoni intiża għall-għoti tal-privattiva Ewropea (UK) Nru EP 0 502 314. Din il-privattiva ngħatatlu fl-<DATE ISO="19980520">20 ta’ Mejju 1998</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>privattiva bażika Boehringer<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>). Il-privattiva bażika Boehringer hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Derivattivi tal-benżimidażol, prodotti mediċinali li fihom dawn id-derivattivi u l-proċess għall-preparazzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Hija timmanifesta u tinvoka diversi molekoli li waħda minnhom hija t-telmisartan. Dan huwa ingredjent attiv użat fil-kura tal-pressjoni tad-demm għolja, jiġifieri l-ipertensjoni, u t-tnaqqis tal-morbidità kardjovaskolari fl-adulti.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-pretensjonijiet 5 u 8 tal-privattiva bażika Boehringer jirrigwardaw, rispettivament it-telmisartan waħdu u wieħed mill-imluħa tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Abbażi tal-imsemmija privattiva u ta’ ATS mogħtija fis-<DATE ISO="19981216">16 ta’ Diċembru 1998</DATE> lil waħda mill-kumpanniji tal-grupp Boehringer għall-prodott mediċinali Micardis li fih it-telmisartan bħala ingredjent attiv uniku, Boehringer kisbet l-ewwel ĊPS għal dan l-ingredjent attiv (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ĊPS telmisartan<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Id-deskrizzjoni tal-prodott taċ-ĊPS telmisartan hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[t]elmisartan, jista’ jiġi fil-forma ta’ melħ farmaċewtikament aċċettabbli<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Iċ-ĊPS telmisartan ingħata fid-<DATE ISO="19990809">9 ta’ Awwissu 1999</DATE> u skada fl-<DATE ISO="20131210">10 ta’ Diċembru 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20020419">19 ta’ April 2002</DATE>, waħda mill-kumpanniji tal-Grupp Boehringer kisbet ATS għal kombinazzjoni tat-telmisartan mal-hydrochlorothiazide. L-hydrochlorothiazide huwa dijuretiku li jaħdem billi jinibixxi l-kapaċità tal-kliewi li jżommu l-ilma. Din is-sustanza hija molekola li ilha teżisti mill-1958 u li saret ta’ dominju pubbliku. It-telmisartan u l-hydrochlorothiazide huma l-uniċi ingredjenti attivi fil-prodott mediċinali mibjugħ minn Boehringer taħt it-trade mark MicardisPlus.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20020906">6 ta’ Settembru 2002</DATE>, Boehringer ressqet applikazzjoni bil-għan li jikseb ĊPS għall-kombinazzjoni tal-ingredjenti attivi telmisartan u hydrochlorothiazide (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ĊPS tal-kombinazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20030710">10 ta’ Lulju 2003</DATE>, il-United Kingdom Intellectual Property Office (L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tar-Renju Unit, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>UK IPO<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) informa lill-applikant taċ-ĊPS tal-kombinazzjoni li, fir-rigward taċ-ċertifikati li jirrigwardaw il-prodotti li jinkludu kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi, il-kombinazzjoni għandha tkun espliċitament mitluba bil-għan li tiġi kkunsidrata li għandha tiġi protetta bħala tali. Peress li l-privattiva bażika Boehringer fiha biss pretensjonijiet li jirrigwardaw wieħed mill-ingredjenti attivi tal-prodott, b’mod partikolari l-komponent telmisartan, l-UK IPO ssuġġerixxa lil Boehringer li għandha titlob emenda ta’ din il-privattiva sabiex tiġi inkluża pretensjoni għall-kombinazzjoni tat-telmisartan u l-hydrochlorothiazide.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20031110">10 ta’ Novembru 2003</DATE>, Boehringer talbet is-sospensjoni tal-applikazzjoni taċ-ĊPS tal-kombinazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20031119">19 ta’ Novembru 2003</DATE>, Boehringer talbet lill-UK IPO li tiġi emendata l-privattiva bażika Boehringer kif mogħtija billi tiġi inkluża pretensjoni, jiġifieri l-pretensjoni 12, li tirrigwarda, barra dan, kombinazzjoni farmaċewtika ta’ telmisartan u hydrochlorothiazide.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-<DATE ISO="20031222">22 ta’ Diċembru 2003</DATE>, l-UK IPO aċċetta li jissospendi l-proċedura għall-kisba taċ-ĊPS tal-kombinazzjoni għal erba’ xhur, sakemm tintemm il-proċedura ta’ emenda tal-privattiva bażika Boehringer.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20040505">5 ta’ Mejju 2004</DATE>, it-talba għal emenda tal-imsemmija privattiva bażika ġiet ippubblikata. Fl-<DATE ISO="20040514">14 ta’ Mejju 2004</DATE>, wara l-estensjoni tas-sospensjoni tal-proċedura għall-kisba taċ-ĊPS tal-kombinazzjoni sat-tmiem tal-proċedura ta’ emenda tal-privattiva bażika Boehringer, l-UK IPO laqa’ t-talba għal emenda tagħha tal-<DATE ISO="20041110">10 ta’ Novembru 2004</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>privattiva emendata<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>). Il-privattiva emendata skadiet fit-<DATE ISO="20120130">30 ta’ Jannar 2012</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20041118">18 ta’ Novembru 2004</DATE>, Boehringer talbet lill-UK IPO sabiex tirrakkomanda l-applikazzjoni tagħha għaċ-ĊPS tal-kombinazzjoni. Din it-talba tressqet mill-ġdid abbażi tal-privattiva emendata, f’din id-data, jew ftit warajha.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Iċ-ĊPS tal-kombinazzjoni ngħata fit-<DATE ISO="20050113">13 ta’ Jannar 2005</DATE>, b’data ta’ skadenza stabbilita fit-<DATE ISO="20170130">30 ta’ Jannar 2017</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Actavis, li tipproduċi prodotti mediċinali ġeneriċi, ippreżentat rikors, quddiem il-qorti tar-rinviju, sabiex tikkontesta l-validità taċ-ĊPS tal-kombinazzjoni minħabba li, fid-data tal-applikazzjoni inizjali tiegħu, fis-<DATE ISO="20020906">6 ta’ Settembru 2002</DATE>, il-prodott inkwistjoni ma kienx imsemmi fil-kliem tal-pretensjonijiet tal-privattiva bażika Boehringer, peress li din tal-aħħar, li kienet is-suġġett ta’ din l-applikazzjoni għaċ-ĊPS tal-kombinazzjoni, ma kienx fiha l-pretensjoni 12 u l-ebda waħda mill-pretensjonijiet tal-imsemmija privattiva ma semmiet il-prodott f’kombinazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, Boehringer issostni, li l-leġiżlazzjonijiet tal-Unjoni u nazzjonali jippermettu l-emenda tal-privattivi wara l-għoti tagħhom. Għalhekk, wara emenda bħal din, il-privattiva bażika Boehringer ipproteġiet, retroattivament, il-prodott li għalih saret applikazzjoni għaċ-ĊPS tal-kombinazzjoni qabel l-emenda.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju rrilevat li, taħt l-Artikolu 27 tal-Att dwar il-Privattivi tar-Renju Unit 1977, l-emenda magħmula fil-privattiva bażika Boehringer hija dejjem kkunsidrata li kienet fis-seħħ, u dan mid-data tal-għoti ta’ din il-privattiva, jiġifieri mill-<DATE ISO="19980520">20 ta’ Mejju 1998</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division (Patents Court) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Jekk, meta tingħata, privattiva ma tinkludix pretensjoni li tidentifika espliċitament żewġ ingredjenti attivi f’kompożizzjoni [kombinazzjoni], iżda din tkun tista’ tiġi emendata sabiex tinkludi tali pretensjoni, din il-privattiva, sew jekk issir l-emenda, sew jekk le, tista’ tiġi invokata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>privattiva bażika fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> għal prodott li jinkludi dawn l-ingredjenti f’kompożizzjoni [kombinazzjoni] skont l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Privattiva li ġiet emendata wara li ngħatat [...] (i) qabel u/jew (ii) wara l-għoti ta’ [ĊPS], tista’ tiġi invokata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>privattiva bażika fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> bil-għan li tiġi [s]sodisfatta l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>Fejn applikant japplika għal ĊPS għal prodott li jinkludi l-ingredjenti attivi A u B, f’ċirkustanzi fejn,</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>wara d-data ta’ applikazzjoni għaċ-ĊPS iżda qabel l-għoti taċ-ĊPS, il-privattiva bażika fis-seħħ, li tkun Privattiva Ewropea [mogħtija mir-Renju Unit), hija emendata sabiex tinkludi pretensjoni li tidentifika A u B b’mod espliċitu;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>l-emenda titqies, skont id-dritt nazzjonali, li dejjem kellha effett mid-data tal-għoti tal-Privattiva,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></TXT><P>l-applikant għaċ-ĊPS għandu d-dritt jinvoka l-Privattiva fil-forma emendata tagħha sabiex tiġi [s]sodisfatta l-kundizzjoni tal-Artikolu 3(a)?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 3 ġewx stabbiliti fid-data tal-applikazzjoni għal ĊPS għal prodott inkluż fil-kompożizzjoni [kombinazzjoni] ta’ ingredjenti attivi A u B, fejn</TXT><?PAGE NO="6"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-privattiva bażika fis-seħħ tinkludi pretensjoni għal prodott li jinkludi l-ingredjent attiv A u pretensjoni ulterjuri għal prodott li jinkludi l-kompożizzjoni [kombinazzjoni] tal-ingredjenti attivi A u B u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jeżisti diġà ĊPS għal prodott li jinkludi l-ingredjent attiv A (iktar ’il-quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Prodott X<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>) huwa neċessarju li jiġi kkunsidrat jekk il-kompożizzjoni [kombinazzjoni] tal-ingredjenti attivi A u B hijiex invenzjoni distinta u separata minn dik ta’ A waħedha?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fejn il-privattiva bażika fis-seħħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>tipproteġi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> skont l-Artikolu 3(a) [tar-Regolament Nru 469/2009]:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>prodott li jinkludi l-ingredjent attiv A (il-Prodott X); u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>prodott li jinkludi l-kompożizzjoni [kombinazzjoni] tal-ingredjent attiv A u l-ingredjent attiv B (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Prodott Y<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>)</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>u fejn:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>ingħatat ATS sabiex il-Prodott X jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>ingħata ĊPS fir-rigward tal-Prodott X; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>sussegwentement ingħatat awtorizzazzjoni separata sabiex il-Prodott Y jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>ir-Regolament [Nru 469/2009], b’mod partikolari l-Artikoli 3(ċ), 3(d) u/jew 13(1) tiegħu, jipprekludi l-ħruġ taċ-ĊPS lill-proprjetarju tal-Privattiva fir-rigward tal-Prodott Y? Jew inkella, jekk jista’ jingħata ĊPS fir-rigward tal-Prodott Y, it-terminu tiegħu għandu jiġi evalwat b’riferiment għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-Prodott X jew l-awtorizzazzjoni għall-Prodott Y?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-domanda 1(a) tkun fin-negattiv u r-risposta għad-domanda 1(b)(i) tkun fl-affermattiv u r-risposta għad-domanda 1(b)(ii) tkun fin-negattiv, f’ċirkustanzi fejn:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>skont l-Artikolu 7(1) [tar-]Regolament [Nru 469/2009], tiġi ppreżentata applikazzjoni għal ĊPS fi żmien sitt xhur mid-data li fiha ingħatat ATS valida sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali skont id-Direttiva 2001/83/KE jew id-Direttiva 2001/82/KE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>sussegwentement għall-preżentata tal-applikazzjoni għal ĊPS, l-uffiċċju kompetenti mill-proprjetà industrijali jagħmel oġġezzjoni għall-għoti taċ-ĊPS skont l-Artikolu 3(a) tar-Regolament [Nru 469/2009];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>sussegwentement u sabiex tiġi ttrattata l-imsemmija oġġezzjoni potenzjali mill-uffiċċju kompetenti mill-proprjetà industrijali kompetenti, issir u tinħareġ applikazzjoni sabiex tiġi emendata l-privattiva bażika fis-seħħ invokata mill-applikant għal ĊPS.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>meta ssir l-emenda tal-privattiva bażika fis-seħħ, l-imsemmija privattiva emendata tkun konformi mal-Artikolu 3(a) [tar-Regolament Nru 469/2009],</TXT></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="7"?><P>ir-Regolament [Nru 469/2009] ĊPS jipprekludi lill-uffiċċju kompetenti mill-proprjetà industrijali milli japplika dispożizzjonijiet proċedurali nazzjonali sabiex jippermetti a) is-sospensjoni tal-applikazzjoni għaċ-ĊPS sabiex l-applikant għal ĊPS ikun jista’ japplika l-emenda għall-privattiva bażika, u b) il-preżentata mill-ġdid tal-imsemmija applikazzjoni f’data ulterjuri ladarba l-emenda tkun saret, fejn l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mill-ġdid:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>iktar minn sitt xhur wara d-data li fiha tingħata ATS valida għat-tqegħid tal-imsemmi prodott fis-suq bħala prodott mediċinali iżda,</P></ITEM><ITEM><P>fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tinħareġ l-applikazzjoni sabiex tiġi emendata l-privattiva bażika fis-seħħ?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u t-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien u l-ewwel nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(a) u (c) tar-Regolament Nru 469/2009 għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta privattiva bażika jkun fiha pretensjoni ta’ prodott li jkun fih ingredjent attiv, li għalih il-proprjetarju ta’ din il-privattiva jkun diġà kiseb ĊPS, kif ukoll pretensjoni sussegwenti ta’ prodott li jkun fih kombinazzjoni ta’ dan l-ingredjent attiv ma’ sustanza oħra, din id-dispożizzjoni tipprekludix lill-proprjetarju milli jikseb it-tieni ĊPS għall-imsemmija kombinazzjoni. Fil-każ ta’ risposta negattiva, l-qorti tar-rinviju tistaqsi, ukoll, kif għandu jiġi ddeterminat it-tul taċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ĊPS tal-kombinazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, għall-finijiet l-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni qed titqajjem fir-rigward ta’ applikazzjoni għat-tieni ĊPS għal prodott li fih kombinazzjoni tal-ingredjenti attivi telmisartan u hydrochlorothiazide. F’dan ir-rigward, huwa stabbilit, fil-kawża prinċipali, li, f’din il-kombinazzjoni, it-telmisartan, li huwa l-ingredjent attiv innovattiv tal-privattiva bażika Boehringer, huwa l-uniku suġġett tal-invenzjoni. Il-hydrochlorothiazide hija molekola li fi kwalunkwe każ Boehringer ma kkontribwietx għall-iskoperta tagħha, u li taqa’ fid-dominju pubbliku, u l-pretensjoni dwar din is-sustanza ma tikkostitwixxix is-suġġett tal-invenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 3(a) sa (d) tar-Regolament Nru 469/2009, ĊPS jingħata jekk, fl-Istat Membru fejn titressaq din l-applikazzjoni, il-prodott huwa protett minn privattiva bażika fis-seħħ, meta dan il-prodott ma kienx diġà s-suġġett ta’ ĊPS u li nkisbet ATS valida bħala prodott mediċinali u meta l-imsemmija ATS hija l-ewwel awtorizzazzjoni fid-data tal-imsemmija applikazzjoni. F’dak li jikkonċerna l-prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament Nru 469/2009, minn qari flimkien ta’ din id-dispożizzjoni mal-Artikolu 1(c) tal-istess regolament jirriżulta li ĊPS jingħata biss jekk il-prodott huwa protett bħala tali mill-privattiva bażika.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk il-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali humiex protetti jew le, il-partijiet fil-kawża prinċipali ma jaqblux fuq l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> li tissemma fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament Nru 469/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Filwaqt li skont Boehringer u l-Gvern Portugiż, is-sempliċi riferiment għaż-żewġ ingredjenti attivi fit-test tal-pretensjonijiet huma biżżejjed sabiex jitqiesu li huma protetti, Actavis issostni li l-imsemmija espressjoni għandha tinftiehem fis-sens li l-proprjetarju ta’ privattiva għandu jibbenefika minn monopolju estiż biss għall-iżvilupp ta’ prodott li jikkostitwixxi s-suġġett veru tal-invenzjoni tal-privattiva inkwistjoni, jiġifieri għall-kontribuzzjoni teknika tagħha jew l-essenza tal-attività inventiva.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li l-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> għandu jiġi interpretat li jindika ingredjent <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>waħdu<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, jiġifieri ingredjent li ma jidħolx f’kombinazzjoni ma’ ingredjent attiv ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż ifakkar li, fil-kawża prinċipali, min-naħa waħda, huwa biss it-telmisartan li jikkostitwixxi l-essenza tal-invenzjoni jew ukoll l-ingredjent attiv innovattiv tal-privattiva bażika Boehringer u, min-naħa l-oħra, l-ebda waħda mill-pretensjonijiet ta’ din il-privattiva ma tirrigwarda l-hydrochlorothiazide waħdu.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Bil-għan li tingħata risposta utli għat-tieni u t-tielet domandi, għandu jiġi rrilevat li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, kif użata fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament Nru 469/2009, għandha tiġi interpretata b’mod awtonomu fid-dawl tal-għanijiet mixtieqa minn dan ir-regolament kif ukoll mis-sistema li fi ħdanha hija inkluża din l-espressjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar l-ewwel nett li, privattiva li tipproteġi diversi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>prodotti<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> distinti tista’ tippermetti, bħala prinċipju, li jinkisbu diversi ĊPS marbutin ma’ kull wieħed minn dawn il-prodotti distinti, b’mod partikolari sakemm kull wieħed minn dawn tal-aħħar huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>protett<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> bħala tali minn din il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> skont l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 1(b) u (c) tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Actavis Group PTC u Actavis UK, C‑443/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:833">EU:C:2013:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29, kif ukoll Georgetown University, C‑484/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:828">EU:C:2013:828</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat li, skont il-premessi 4, 5 u 9 tar-Regolament Nru 469/2009, iċ-ĊPS huwa intiż sabiex jistabbilixxi mill-ġdid perijodu suffiċjenti ta’ protezzjoni effettiva ta’ privattiva bażika billi jippermetti lill-proprjetarju tagħha li jibbenefika minn perijodu ta’ esklużività addizzjonali fl-iskadenza tal-privattiva tiegħu intiż li jikkumpensa, għallinqas parzjalment, id-dewmien li seħħ fil-kummerċjalizzazzjoni tal-invenzjoni tiegħu minħabba t-tul taż-żmien li ddekorra mid-data tat-tressiq tal-applikazzjoni ta’ din il-privattiva u dik tal-kisba tal-ewwel ATS fl-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Actavis Group PTC u Actavis UK, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:833">EU:C:2013:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31, kif ukoll l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja, ddeċidiet ukoll li l-għan tar-Regolament Nru 469/2009 ma huwiex li jiġi kkumpensat integralment id-dewmien fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ invenzjoni u lanqas li jiġi kkumpensat tali dewmien b’rabta fil-forom kollha ta’ kummerċjalizzazzjoni possibbli tal-imsemmija invenzjoni, inkluża fil-forma ta’ kombinazzjonijiet ċċentrati madwar l-istess ingredjent attiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Actavis Group PTC u Actavis UK, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:833">EU:C:2013:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-neċessità, imfakkra b’mod partikolari fil-premessa 10 tar-Regolament Nru 469/2009, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-interessi kollha involuti, inklużi dawk tas-saħħa pubblika, jekk jiġi aċċettat li kull tqegħid fis-suq sussegwenti ta’ ingredjent attiv ma’ numru illimitat ta’ ingredjenti attivi ma jikkostitwixxux is-suġġett tal-invenzjoni kopert minn privattiva bażika jagħti d-dritt għall-għoti ta’ diversi ĊPS, jista’ jmur kontra l-ibbilanċjar li għandu jsir, fir-rigward tal-inkoraġġiment tar-riċerka fl-Unjoni permezz taċ-ĊPS, bejn l-interessi tal-industrija farmaċewtika u dawk tas-saħħa pubblika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Actavis Group PTC et Actavis UK, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:833">EU:C:2013:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, inkunsiderazzjoni tal-interessi msemmija fil-premessi 4, 5, 9 u 10 tar-Regolament Nru 469/2009, ma jistax jiġi aċċettat li l-proprjetarju ta’ privattiva bażika fis-seħħ jista’ jikseb ĊPS ġdid, li eventwalment ikollu tul ta’ validità iktar estiż, kull darba li jqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru prodott mediċinali li fih, minn naħa l-waħda, ingredjent attiv, protett bħala tali mill-privattiva bażika tiegħu, li jikkostitwixxi s-suġġett tal-invenzjoni koperta minn din il-privattiva, u, min-naħa l-oħra, sustanza oħra, li ma tikkostitwixxix is-suġġett tal-invenzjoni koperta mill-privattiva bażika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Actavis Group PTC u Actavis UK, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:833">EU:C:2013:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sabiex privattiva bażika tipproteġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> ingredjent attiv skont l-Artikoli 1(c) u 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009, dan l-ingredjent attiv għandu jikkostitwixxi s-suġġett tal-invenzjoni koperta mill-imsemmija privattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domandi magħmula għandha tkun, li l-Artikolu 3(a) u (c) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta privattiva bażika jkun fiha pretensjoni ta’ prodott li fih ingredjent attiv li jkun l-uniku suġġett tal-invenzjoni, li għalih il-proprjetarju ta’ din il-privattiva jkun diġà kiseb ĊPS, kif ukoll pretensjoni sussegwenti ta’ prodott li jkun fih kombinazzjoni ta’ dan l-ingredjent attiv ma’ sustanza oħra, din id-dispożizzjoni tipprekludi lil dan il-proprjetarju li jikseb it-tieni ĊPS fir-rigward tal-imsemmija kombinazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Peress li, fil-kawża prinċipali, iċ-ĊPS tal-kombinazzjoni ma għandux jiġi kkunsidrat bħala ĊPS mogħti konformement mar-Regolament Nru 469/2009, ma hemmx iktar lok li tingħata risposta għall-aħħar parti tat-tielet domanda li tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament, li jistabbilixxi t-tul ta’ ĊPS.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u r-raba</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Inkunsiderazzjoni tar-risposta mogħtija għat-tieni u t-tielet domandi, li minnha jirriżulta li t-tieni ĊPS, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistax jingħata lil Boehringer għall-kombinazzjoni telmisartan-hydrochlorothiazide, u dan indipendentement mill-punt ta’ jekk pretensjoni ġdida li tirrigwarda l-hydrochlorothiazide tkunx ġiet inkluża fil-privattiva bażika wara l-għoti tagħha konsegwentement għal rakkomandazzjoni min-naħa tal-UK IPO, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel u r-raba’ domandi magħmula.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(a) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE>, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta privattiva bażika jkun fiha pretensjoni ta’ prodott li fih ingredjent attiv li jkun l-uniku suġġett tal-invenzjoni, li għalih il-proprjetarju ta’ din il-privattiva jkun diġà kiseb ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari, kif ukoll pretensjoni sussegwenti ta’ prodott li jkun fih kombinazzjoni ta’ dan l-ingredjent attiv ma’ sustanza oħra, din id-dispożizzjoni tipprekludi lil dan il-proprjetarju li jikseb it-tieni ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fir-rigward tal-imsemmija kombinazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>