|
30.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/109 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1227
tat-23 ta’ Lulju 2014
dwar l-għajnuna mill-istat SA.22614 (C 53/07) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn, Ryanair, Airport Marketing Services u Transavia
(notifikata bid-dokument C(2014)5085)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom skont l-imsemmija Artikoli (2) u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz tal-ittra tal-25 ta’ Jannar 2007, l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 108(3), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn issa ‘l quddiem it-“TFUE”), dwar miżura ta’ appoġġ lill-impriża Airport Marketing Services (minn issa ‘l quddiem “AMS”) – sussidjara totali tal-kumpanija tal-ajru Ryanair Limited (minn issa ‘l quddiem “Ryanair”) – fil-forma ta’ kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż ma’ din tal-aħħar. Din il-miżura ġiet innotifikata bħala għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet Franċiżi. Peress li l-miżura diġà kienet ġiet implimentata mill-awtoritajiet Franċiżi, hija irreġistrata mill-Kummissjoni fir-reġistru tal-għajnuniet illegali bin-numru NN 12/07. |
|
(2) |
Fuq talba tal-awtoritajiet Franċiżi, ġew organizzati laqgħat ta’ ħidma mas-servizzi tal-Kummissjoni fl-20 ta’ Frar 2007 u fis-16 ta’ Lulju 2007. |
|
(3) |
B’ittra tas-26 ta’ Frar 2007, il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Franċiżi jipprovdu aktar informazzjoni. Billi ma waslitx tweġiba fl-iskadenza mogħtija, intbagħtet nota ta’ tfakkir lill-awtoritajiet Franċiżi fil-15 ta’ Ġunju 2007. Bl-ittra tat-12 ta’ Lulju 2007, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew l-informazzjoni mitluba. |
|
(4) |
B’ittra tat-28 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Franċiżi dwar id-deċiżjoni tagħha li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE. |
|
(5) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-15 ta’ Frar 2008 (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura inkwistjoni. |
|
(6) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2007 u fid-29 ta’ Jannar 2008, l-awtoritajiet Franċiżi talbu estensjoni tal-iskadenza li kienet ingħatatilhom sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. Permezz tal-ittri tal-4 ta’ Jannar 2008 u tal-1 ta’ Frar 2008, il-Kummissjoni aċċettat li ttawwal l-iskadenza sat-28 ta’ Frar 2008. |
|
(7) |
Il-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi ntbagħtu lill-Kummissjoni fit-2 ta’ Ġunju 2008. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn (“chambre de commerce et d’industrie de Pau-Béarn”, minn hawn ‘il quddiem “is-CCIPB”)- fil-25 ta’ Frar 2008 (4), mingħand AMS (5), mingħand il-kumpanija tal-ajru Ryanair, u mill-għaqda tal-kumpaniji tal-ajru Ewropej (Association of European Airlines, minn hawn ‘il quddiem “l-AEA”) permezz tal-ittri tal-14 ta’ Marzu 2008 kif ukoll mingħand il-kumpanija tal-ajru Air France fid-19 ta’ Marzu 2008 (6). Il-Kummissjoni bagħtet dawn il-kummenti lil Franza permezz tal-ittra tal-11 ta’ Ġunju 2008 u tatha l-possibbiltà li tikkumenta dwarhom. |
|
(9) |
Permezz tal-ittra tas-7 ta’ Lulju 2008, l-awtoritajiet Franċiżi infurmaw lill-Kummissjoni li ma kellhomx kummenti dwar il-kummenti tal-partijiet terzi. |
|
(10) |
Fuq talba tal-awtoritajiet Franċiżi, fl-4 ta’ Novembru 2008 ġiet organizzata laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti tas-CCIPB. Waqt il-laqgħa, il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Franċiżi li kienet qabbdet konsulent indipendenti sabiex jgħinha tanalizza l-kuntratti inkwistjoni (minn hawn ‘il quddiem “il-konsulent”). Il-konsulent ippreżenta r-rapport tiegħu fit-30 ta’ Marzu 2011. |
|
(11) |
Permezz tal-ittra tas-17 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Franċiżi għal aktar informazzjoni. Permezz tal-ittra tat-13 ta’ April 2011, l-awtoritajiet Franċiżi talbu estensjoni tal-iskadenza sal-1 ta’ Ġunju 2011, li s-servizzi tal-Kummissjoni aċċettaw permezz tal-ittra tas-6 ta’ Mejju 2011. L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu t-tweġiba tagħhom permezz tal-ittra tat-30 ta’ Mejju 2011. |
|
(12) |
Bl-ittra tal-11 ta’ April 2011, il-Kummissjoni stiednet lil Ryanair tipprovdi aktar informazzjoni. Ryanair wieġbet bl-ittra tal-31 ta’ Awwissu 2011. Il-Kummissjoni bagħtet dawn il-kummenti lil Franza għall-kummenti tagħha bl-ittra tal-11 ta’ Ottubru 2011. Permezz tal-ittra tal-21 ta’ Novembru 2011, l-awtoritajiet Franċiżi għarrfu lill-Kummissjoni li ma xtaqux iwieġbu għal dawn il-kummenti. |
|
(13) |
Bl-ittra tal-25 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lil Franza bid-deċiżjoni tagħha li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali miftuħa fl-2007 għal diversi miżuri favur kumpaniji tal-ajru li jużaw l-ajruport ta’ Pau kif ukoll favur l-operatur tal-ajruport. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Marzu 2012 (7). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni. |
|
(14) |
Permezz tal-ittra tat-22 ta’ Frar 2012 il-Kummissjoni talbet lill- awtoritajiet Franċiżi għal aktar informazzjoni. Fit-28 ta’ Frar 2012, l-awtoritajiet Franċiżi talbu estensjoni tal-iskadenza li ngħatatilhom sabiex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-25 ta’ Jannar 2012, u tal-iskadenza li kienet ingħatatilhom fl-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Frar 2012. Il-Kummissjoni aċċettat li dawn l-iskadenzi jittawlu sas-27 ta’ Marzu 2012. Permezz tal-ittra tad-29 ta’ Marzu 2012, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew it-tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Frar 2012 u l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura. |
|
(15) |
Fil-kuntest tal-estensjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand is-CCIPB fit-30 ta’ April 2012 (8), mingħand AMS fit-30 ta’ April 2012 (9), u mingħand il-kumpanija tal-ajru Ryanair fit-30 ta’ April 2012 (10). Il-Kummissjoni bagħtet dawn il-kummenti lil Franza għall-kummenti tagħha permezz tal-ittra tal-31 ta’ Mejju 2012. Permezz tal-ittra tat-13 ta’ Ġunju 2012, Franza indikat li ma kellha l-ebda kumment. |
|
(16) |
Permezz tal-ittra tas-26 ta’ April 2012 il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Franċiżi aktar informazzjoni. L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu t-tweġiba tagħhom permezz tal-ittra tal-10 ta’ Mejju 2012. |
|
(17) |
Permezz tal-ittra tal-10 ta’ April 2013, Ryanair bagħtet lill-Kummissjoni żewġ noti mfassla mill-kumpanija Oxera u analiżi mwettqa mill-Professur Damien P. McLoughlin. Permezz tal-ittra tat-3 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni bagħtet dawn id-dokumenti lill-awtoritajiet Franċiżi għall-kummenti. Permezz tal-ittra tas-7 ta’ Ġunju 2013, Franza indikat li ma kellha l-ebda kumment. |
|
(18) |
Permezz tal-ittra tal-14 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand Franza. |
|
(19) |
Permezz tal-ittra tas-16 ta’ Diċembru 2013 il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport tal-konsulent lill-awtoritajiet Franċiżi għall-kummenti. Franza ma bagħtet l-ebda kumment sal-iskadenza mogħtija. |
|
(20) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2013, Franza talbet estensjoni tal-iskadenza li kienet ingħatatilha sabiex twieġeb għat-talba ta’ informazzjoni tal-14 ta’ Novembru 2013. Il-Kummissjoni aċċettat li l-iskadenza tiġi estiża sat-23 ta’ Jannar 2014. Billi ma rċeviet l-ebda tweġiba f’din l-iskadenza, il-Kummissjoni bagħtet tfakkira lil Franza permezz tal-ittra tal-24 ta’ Jannar 2014, waqt li stabbilixxiet estensjoni addizzjonali ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol. Franza wieġbet permezz tal-ittra tas-6 ta’ Frar 2014. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand Ryanair fl-20 ta’ Diċembru 2013, fis-17 ta’ Jannar 2014 u fil-31 ta’ Jannar 2014. Dawn il-kummenti addizzjonali ntbagħtu permezz ta’ ittra lil Franza fid-9 ta’ Jannar 2014, fit-23 ta’ Jannar 2014 u fl-4 ta’ Frar 2014 rispettivament. Franza, fl-ittri tagħha tad-29 ta’ Jannar 2014, tat-3 ta’ Frar 2014 u tal-21 ta’ Mejju 2014, għarrfet lill-Kummissjoni li ma kellha l-ebda kumment x’tagħmel. |
|
(22) |
Fl-24 ta’ Frar, fit-13 ta’ Marzu u fid-19 ta’ Marzu 2014, wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (11) (minn hawn ‘il quddiem “il-Linji Gwida l-ġodda”), il-Kummissjoni stiednet lil Franza u lill-partijiet interessati jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida l-ġodda għal dan il-każ. Fid-19 ta’ Marzu 2014, Franza bagħtet xi kummenti. |
|
(23) |
Barra minn hekk, fil-15 ta’ April 2014, ġie ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (12), li fih l-Istati Membri u l-partijiet interessati ġew mistiedna jippreżentaw il-kummenti tagħhom, inkluż għal dan il-każ, fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida l-ġodda. Il-kumpanija Air France, l-organizzazzjoni nongovernattiva Transport & Environment, u s-CCIPB, bagħtu l-kummenti sal-iskadenza mogħtija. Permezz tal-ittra tat-28 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni bagħtet dawn il-kummenti lill-awtoritajiet Franċiżi. Fl-ittra tagħha tas-6 ta’ Ġunju 2014 Franza għarrfet lill-Kummissjoni li ma kellha l-ebda kumment x’tagħmel. |
|
(24) |
Bl-ittra tas-27 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand Franza. Fis-17 ta’ Marzu 2014, Franza talbet estensjoni tal-iskadenza li ngħatat sabiex twieġeb għat-talba ta’ informazzjoni tas-27 ta’ Frar 2014. Il-Kummissjoni aċċettat li testendi l-iskadenza sas-27 ta’ April 2014. Franza wieġbet permezz tal-ittra tal-25 ta’ April 2014 (13). |
|
(25) |
Bl-ittra tas-16 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand Franza. Franza wieġbet permezz tal-ittra tas-6 ta’ Ġunju 2014. |
2. TAGĦRIF ĠENERALI RIGWARD L-AJRUPORT
|
(26) |
Kif indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-ajruport Pau-Pyrénées (minn hawn ‘il quddiem, “l-ajruport ta’ Pau”) jinsab fid-dipartiment tal-Pyrénées-Atlantiques, fir-Reġjun ta’ Aquitaine. |
|
(27) |
Għall-bidu dan l-ajruport kien proprjetà tal-Istat, li kien fda l-operat tiegħu lis-CCIPB permezz ta’ konċessjoni ta’ użu pubbliku stabbilita sal-31 ta’ Diċembru 2015 permezz ta’ digriet interministerjali tat-12 ta’ Marzu 1965 (minn hawn ‘il quddiem “id-Digriet tal-1965”), li miegħu hemm mehmużin l-ispeċifikazzjonijiet li jistabbilixxu l-obbligi rispettivi tal-Istat u tas-CCIPB. Id-digriet interministerjali u l-ispeċifikazzjonijiet tal-konċessjoni ġew immodifikati permezz ta’ erba’ emendi suċċessivi. |
|
(28) |
Is-CCIPB tagħmel parti min-netwerk tal-Kmamar tal-Kummerċ u tal-Industrija. Fi Franza, il-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija huma istituzzjonijiet amministrattivi pubbliċi. B’mod ġenerali, kamra tal-kummerċ u tal-industrija tirrappreżenta l-interessi ġenerali tal-kummerċ, tal-industrija u tas-servizzi tad-distrett tagħha. Il-missjonijiet u l-prerogattivi tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija huma stabbiliti bil-liġi u huma soġġetti għas-superviżjoni amministrattiva u finanzjarja tal-Istat, permezz tal-intermedjarji tal-Ministru tal-Finanzi u tal-Faċilitajiet u ta’ dak tal-Ippjanar u l-Amministrazzjoni Territorjali, b’kull wieħed jaġixxi fil-qasam tal-kompetenza tiegħu. Skont l-Artikolu R 712-2 tal-Kodiċi tal-Kummerċ, “Is-superviżjoni tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija tar-Reġjun u tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija territorjali ssir mill-prefett tar-reġjun, mgħejun mill-entità reġjonali responsabbli mill-finanzi pubbliċi” . L-awtorità ta’ superviżjoni għandha għalhekk tkun konxja minn ċerti kategoriji ta’ deċiżjonijiet importanti stabbiliti mir-regolament (dwar pereżempju l-baġit, is-self, l-għoti ta’ garanziji lil partijiet terzi, it-trasferimenti, l-akkwist jew l-estensjoni ta’ parteċipazzjonijiet finanzjarji f’kumpaniji ċivili jew kummerċjali, eċċ.). Dawn l-atti ma jistgħux isiru jekk l-ewwel ma jkunux indirizzati lill-awtorità ta’ superviżjoni, li għandha d-dritt toġġezzjona għalihom. Il-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija huma mmexxija minn assemblea eletta minn fost ir-rappreżentanti tal-kumpaniji fil-kostitwenza tagħhom. |
|
(29) |
Il-ġestjoni tal-ajruport ta’ Pau hija soġġetta għal kontabbiltà speċifika, separata mill-kontabbiltà ġenerali tas-CCIPB. |
|
(30) |
Fl-1 ta’ Jannar 2007, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Artikolu 28 tal-Liġi 2004-809 tat-13 ta’ Awwissu 2004 dwar il-libertajiet u r-responsabbiltajiet lokali, l-Istat għadda l-proprjetà tal-ajruport lil grupp ta’ awtoritajiet lokali, l-assoċjazzjoni konġunta tal-ajruport Pau-Pyrénées (minn hawn ‘il quddiem, l-“assoċjazzjoni konġunta”), li tagħha huma membri l-Kunsill Reġjonali tal-Aquitaine, il-Kunsill Ġenerali tal-Pyrénées-Atlantiques, il-Komunità ta’ agglomerazzjoni ta’ Pau Porte des Pyrénées u 14-il komunità ta’ komuni. Għal dan il-għan ġie konkluż ftehim bejn l-Istat u l-assoċjazzjoni konġunta, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2007. Dan il-ftehim ġie emendat permezz ta’ klawżola addizzjonali tat-12 ta’ Awwissu 2009. |
|
(31) |
Issa li saret proprjetarja tal-ajruport, l-assoċjazzjoni konġunta ħadet post l-Istat bħala l-awtorità ta’ konċessjoni. B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28-VI-2o tal-liġi msemmija qabel it-13 ta’ Awwissu 2004, hija ħadet f’idejha l-kuntratti preċedenti u fosthom il-kuntratt ta’ konċessjoni konkluż mas-CCIPB. Għaldaqstant is-CCIPB baqgħet l-operatur tal-ajruport qabel u wara t-trasferiment tal-proprjetà lill-assoċjazzjoni konġunta. |
|
(32) |
L-ajruport jilqa’ fih kemm ajruplani ċivili kif ukoll dawk militari. It-tabella li ġejja tindika t-total ta’ passiġġieri li waslu u telqu mill-ajruport matul il-perjodu tal-2000-2013. Tabella 1 It-traffiku tal-ajruport ta’ Pau (għadd ta’ passiġġieri) matul il-perjodu tal-2000-2013
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(33) |
L-attività ta’ Ryanair fl-ajruport ta’ Pau bdiet f’April 2003. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-2003 sal-2011), Ryanair għamlet titjiriet lejn Londra, Charleroi, Bristol u Beauvais. |
|
(34) |
Fl-2010, it-titjiriet li għamlet Ryanair ġarrew madwar 16 % tal-passiġġieri tal-ajruport. Ryanair waqqfet it-titjiriet tagħha fuq Pau wara li ntemmu l-impenji kuntrattwali tagħha mal-ajruport, fl-1 ta’ April 2011. |
|
(35) |
Minbarra Ryanair, il-kumpanija kummerċjali ewlenija li tuża l-ajruport ta’ Pau hija Air France. Din topera l-parti l-kbira tat-titjiriet tagħha minn Pau u tirrappreżenta l-parti l-kbira tat-traffiku ta’ dan l-ajruport (madwar 80 % tal-passiġġieri). |
|
(36) |
Kumpaniji tal-ajru oħrajn għamlu użu mill-ajruport fil-perjodu tal-investigazzjoni, b’mod partikolari Transavia CV (minn hawn ‘il quddiem “Transavia”), sussidjarja tal-grupp Air France KLM. |
3. IL-MIŻURI SOĠĠETTI GĦAD-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ TA’ PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI U R-RAPPORT TAL-KONSULENT
|
(37) |
Il-miżuri li kienu soġġetti għad-deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali kienu jikkonċernaw b’mod partikolari l-operat tar-rotta bejn l-ajruporti ta’ Pau u ta’ Londra, Stansted. Minn naħa kien hemm il-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni konkluż mis-CCIPB ma’ AMS fl-2005 u, min-naħa l-oħra, il-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport konkluż mis-CCIPB ma’ Ryanair fl-istess data. Iż-żewġ kuntratti msemmija (minn hawn ‘il quddiem “il-kuntratti tal-2005”) ġew iffirmati fit-30 ta’ Ġunju 2005 u konklużi għal perjodu ta’ ħames snin, bil-possibbiltà li jiġġeddu għal ħames snin oħra. |
3.1. IL-KUNTRATTI TAL-2005 KONKLUŻI MA’ AMS U RYANAIR
3.1.1. IL-KUNTRATT TA’ SERVIZZI TA’ PROMOZZJONI KONKLUŻ MA’ AMS GĦAR-ROTTA PAU – LONDRA, STANSTED
|
(38) |
AMS hija sussidjarja ta’ Ryanair li għandha liċenzja esklussiva biex toffri servizzi ta’ promozzjoni fuq is-sit tal-Internet ta’ Ryanair www.ryanair.com. Il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni fuq l-Internet konkluż ma’ AMS (minn hawn ‘il quddiem, “il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni tal-2005”), innotifikat minn Franza jgħid: “dan il-kuntratt huwa bbażat fuq l-impenn ta’ Ryanair li topera kuljum linja bejn Pau u Londra (Stansted)” (l-Artikolu 1). Il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni għandu l-għan li “jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom Airport Marketing Services għandha tipprovdi lis-CCIPB servizzi ta’ promozzjoni speċifiċi maħsuba sabiex jippromwovu d-diversi attrazzjonijiet turistiċi u ta’ negozju tar-reġjun ta’ Pau u ta’ Béarn” u jgħid li “l-għodda ewlenija li għandha tintuża biex jitwasslu s-servizzi ta’ promozzjoni skont dan il-ftehim hija s-sit tal-Internet http://www.ryanair.com li permezz tiegħu jintlaħqu b’mod dirett passiġġieri potenzjali tal-kumpanija tal-ajru bi prezz baxx Ryanair.” (l-Artikolu 1.1). |
|
(39) |
Il-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni tal-2005 jiddefinixxi l-modi li bih AMS għandha twettaq ċerti servizzi ta’ reklamar fuq is-sit tal-Internet ta’ Ryanair (14). Dawn is-servizzi kollha huma bbażati fuq:
|
|
(40) |
Fuq il-bażi ta’ dan il-kuntratt, is-CCIPB intrabtet li tħallas EUR 4 37 000 fis-sena lil AMS kull sena għal kemm idum il-kuntratt. |
3.1.2. IL-KUNTRATT TA’ SERVIZZI FL-AJRUPORT KONKLUŻ MA’ RYANAIR GĦAR-ROTTA PAU–LONDRA STANSTED
|
(41) |
Il-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport (minn hawn ‘il quddiem, “il-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport tal-2005”) konkluż ma’ Ryanair jiddefinixxi l-modi ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport ta’ Pau għat-trasportatur, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda s-servizzi ta’ groundhandling fl-ajruport u l-forniment ta’ postijiet privati. Dan il-kuntratt jirrigwarda r-rotta bejn Stansted Londra u Pau, imnedija f’April 2003. Jieħu post il-kuntratt inizjali konkluż fit-28 ta’ Jannar 2003, annullat mill-Qorti amministrattiva ta’ Pau fit-3 ta’ Mejju 2005. |
|
(42) |
L-għan ta’ dan il-kuntratt huwa li “jiġu ddeterminati kemm il-kundizzjonijiet operazzjonali kif ukoll dawk finanzjarji li bihom Ryanair tintrabat li topera u tipprovdi titjiriet kummerċjali internazzjonali minn u lejn l-ajruport. Barra minn hekk, il-[…] kuntratt jiddefinixxi l-kundizzjonijiet tal-inżul, tal-assistenza u tas-servizzi l-oħrajn offruti lil Ryanair mill-Ajruport” (l-Artikoli 1.1 u 1.2). |
|
(43) |
Skont l-Artikolu 4 tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport tal-2005, Ryanair għandha tipprovdi servizzi tal-ajru regolari u kuljum fuq ir-rotta Londra–Pau u tħallas lill-ajruport l-imposti speċifikati fl-Artikoli 7.1 (imposti tal-avjazzjoni rregolati) u 7.2 (imposti tal-avjazzjoni mhux irregolati). |
3.2. IR-RAPPORT TAL-KONSULENT
|
(44) |
Fir-rapport tiegħu, il-konsulent investiga b’mod partikolari n-natura tas-servizzi ta’ promozzjoni u d-dettalji tas-servizzi fl-ajruport li kienu s-suġġett tal-kuntratti konklużi mis-CCIPB ma’ kumpaniji tal-ajru, fosthom il-kuntratti tal-2005 li hija kkonkludiet ma’ Ryanair u ma’ AMS (15). |
3.2.1. IL-KUNTRATTI TA’ SERVIZZI TA’ PROMOZZJONI KONKLUŻI MA’ RYANAIR U MA’ AMS
|
(45) |
Il-konsulent ġabar fil-qosor il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni kollha tal-ajruport ta’ Pau li ġew iffirmati mis-CCIPB ma’ Ryanair u ma’ AMS bejn l-2003 u l-2008, li minnhom il-kuntratti tal-2005 bisskienu soġġetti għad-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(46) |
B’mod partikolari, il-konsulent:
|
|
(47) |
Il-konsulent xeħet dubji fuq l-interess tas-CCIPB li tiffirma kuntratt għax-xiri ta’ tali servizzi ta’ promozzjoni, għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, is-sit ta’ Ryanair huwa essenzjalment sit ta’ bejgħ ta’ biljetti u mhux sit ġenerali ta’ bejgħ ta’ vjaġġi. Għalhekk, skont il-konsulent, is-sit ta’ Ryanair jidher li jixbah aktar lis-siti ta’ kumpaniji tal-ajru oħrajn li ġeneralment jospitaw biss ftit reklamar bi flus u li fuqhom l-ajruporti ma jirreklamawx. It-tieni, il-konsulent josserva li l-ajruporti ma jistgħux jitqabblu mal-promoturi potenzjali l-oħrajn fuq is-siti tal-kumpaniji tal-ajru bħal Ryanair, peress li s-servizzi pprovduti mill-ajruport lill-passiġġieri ta’ Ryanair ma jistgħux ikunu separati mis-servizzi ta’ Ryanair infisha, għall-kuntrarju tas-servizzi anċillari bħall-akkomodazzjoni jew il-kiri ta’ karozzi. Fl-aħħar nett, b’mod ġenerali, il-konsulent jixħet dubju fuq il-loġika tal-imġiba ta’ ajruporti li jonfqu flushom fuq kumpaniji tal-ajru biex jattiraw klijenti fuq it-titjiriet minn u lejn l-ajruport, meta dawn il-passiġġieri addizzjonali jkunu ta’ vantaġġ dirett għall-imsemmija kumpaniji tal-ajru. |
|
(48) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-konsulent jikkonkludi li ftit li xejn hemm interess kummerċjali għal ajruport li jirreklama fuq is-sit ta’ Ryanair. |
|
(49) |
Min-naħa l-oħra, skont il-konsulent, jekk wieħed jassumi li jeżisti tali interess, dan ma jitkejjilx la mill-ajruport u lanqas minn Ryanair. Il-konsulent josserva wkoll li l-informazzjoni tal-promozzjoni li tidher fuq is-sit ta’ Ryanair hija pjuttost qasira u ftit li xejn elaborata, u li kieku r-reklam tqies effikaċi (kemm mill-ajruport kif ukoll minn Ryanair), kien isir investiment biex jitjiebu l-kwalità u d-dehra tiegħu. Minn dan, il-konsulent jikkonkludi li l-valur kummerċjali tas-servizzi ta’ promozzjoni ma kienx ta’ importanza kruċjali għaż-żewġ partijiet għall-kuntratt. |
|
(50) |
Għall-kuntrarju, fil-fehma tal-konsulent, ir-reġjun tad-destinazzjoni jista’ effettivament igawdi mis-servizzi ta’ reklamar li jħeġġeġ lill-klijenti ta’ Ryanair biex iqattgħu aktar żmien hemmhekk jew biex jonfqu aktar ladarba jkunu hemm. Madankollu, il-konsulent iqis li billi l-kuntratt ġie ffirmat bejn is-CCIPB u Ryanair jew is-sussidjarja tagħha, il-vantaġġi potenzjali li minnhom jista’ jgawdi r-reġjun għandhom ikunu esklużi mill-analiżi tal-kuntratt. |
|
(51) |
Skont il-konsulent, id-diskrepanza bejn in-natura ferm volatili tas-suq tal-promozzjoni onlajn u l-iskeda ta’ tariffi stabbilita minn AMS twassal ukoll biex wieħed jistaqsi x’inhu fil-verità l-iskop reali ta’ din il-kumpanija. Skont Ryanair, il-ftehim ma’ AMS huwa fakultattiv u l-operaturi tal-ajruporti ma kinux jiffirmawh kieku ma kellux valur kummerċjali. Madankollu l-konsulent huwa dubjuż dwar il-pressjoni li setgħet għamlet Ryanair waqt in-negozjati mal-ajruport b’rabta mal-operat tar-rotot tal-ajru, l-aktar meta diversi ajruporti fl-inħawi (pereżempju Tarbes u Biarritz lejn Pau) kienu f’kompetizzjoni biex jilqgħu lil Ryanair. |
|
(52) |
Skont il-konsulent, jirriżulta minn dawn il-fatti kollha li l-istrateġija ta’ Ryanair sottostanti għall-konklużjoni tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni hija li tikseb sussidju mill-ajruport biex tkun tista’ żżomm il-prezzijiet tagħha baxxi. |
3.2.2. IL-KUNTRATTI TA’ SERVIZZI TA’ PROMOZZJONI KONKLUŻI MA’ TRANSAVIA
|
(53) |
Il-konsulent investiga wkoll kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż bejn is-CCIPB u l-kumpanija tal-ajru Transavia fl-2006. Dan il-kuntratt ma kienx inkluż fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
3.2.3. IL-KUNTRATTI TA’ SERVIZZI FL-AJRUPORT
|
(54) |
Imbagħad il-konsulent analizza diversi kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport iffirmati bejn is-CCIPB u d-diversi kumpaniji tal-ajru (jiġifieri Ryanair, Air France u Transavia) matul il-perjodu ta’ bejn l-2003 u l-2005. |
|
(55) |
Skont il-konsulent, il-prezzijiet tas-servizzi fl-ajruport jevolvu b’dan il-mod: il-prezz tal-imposti regolati (imposta għad-dwal tar-runway, imposta għall-inżul, imposta għall-parkeġġar u l-imposta għall-passiġġieri) jirriżulta minn skeda ta’ tariffi applikabbli għall-kumpaniji tal-ajru kollha. It-tariffa applikabbli għal kull imposta hija aġġornata kull sena permezz ta’ rata bbażata fuq in-negozjati fil-kumitat ta’ konsulenza ekonomika tal-ajruport. Għalhekk, skont il-konsulent, ma jistax ikun hemm differenza fit-tariffi stabbiliti għas-servizzi rregolati bejn il-kumpaniji tal-ajru. |
|
(56) |
Skont il-konsulent, il-prezz tal-imposti mhux regolati (servizzi ta’ assistenza fl-ajruport) ivajra skont il-kumpaniji tal-ajru u joħroġ min-negozjati kummerċjali bilaterali. |
|
(57) |
Il-konsulent qabbel is-servizzi mhux irregolati fatturati lil Ryanair mal-istess servizzi fatturati lill-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn (Air France u Transavia). Dan it-tqabbil huwa bbażat kemm fuq it-tip ta’ servizz kif ukoll fuq il-prezz applikat. |
|
(58) |
Il-konsulent innota li s-servizzi ta’ assistenza previsti fil-kuntratti ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji jidhru li huma rrispettati sew, u li fil-fatt teżisti differenza vera bejn it-tip ta’ servizzi pprovduti lid-diversi kumpaniji. Fil-fatt il-kumpanija Air France tgawdi minn sensiela ta’ servizzi aktar kompluta. Barra minn hekk, Ryanair tgawdi wkoll minn rata fissa inqas (iżda għal attività akbar) meta mqabbla ma’ Transavia. |
|
(59) |
Madankollu, skont il-konsulent, li qabbel it-tariffi applikati b’rata fissa lil Ryanair u lil Transavia u t-tariffa applikata għal Air France għal servizzi simili, b’servizz komuni paragunabbli, Ryanair tgawdi minn tariffa inqas (EUR […] (*1)) minn dik applikata għal Air France (EUR […]) jew Transavia (EUR […]). Il-prezz imħallas huwa bejn wieħed u ieħor […]% ta’ dak imħallas mill-kumpaniji l-oħrajn. |
|
(60) |
Skont Franza, it-tqabbil tas-servizzi fl-ajruport – servizzi mhux irregolati – li għamel il-konsulent ma jiġborx b’mod korrett ir-riżultati tad-diversi negozjati mwettqa mis-CCIPB. Franza ssemmi xi ftit eżempji li jiġġustifikaw dawn it-tariffi, b’mod partikolari meta Ryanair ma tgawdix minn ċerti servizzi offruti lil Air France. |
4. IL-MIŻURI SOĠĠETTI GĦAD-DEĊIŻJONI TAL-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA
|
(61) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li kellha testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali u teżamina l-kuntratti kollha konklużi mis-CCIPB ma’ AMS u Ryanair matul il-perjodu kollu li matulu Ryanair wettqet l-attività tagħha fl-ajruport ta’ Pau (mill-2003 sal-2011) sabiex tiddetermina jekk il-kuntratti li s-CCIPB ikkonkludiet ma’ Ryanair u ma’ AMS kinux jinkludu għajnuna mill-Istat. |
|
(62) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali għall-kuntratt li s-CCIPB iffirmat mal-kumpanija tal-ajru Transavia fit-23 ta’ Jannar 2006, kif ukoll għal diversi kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula minn entitajiet pubbliċi favur l-ajruport matul il-perjodu investigat u li lista tagħhom ġiet mgħoddija lill-Kummissjoni minn Franza permezz tal-ittra tat-30 ta’ Mejju 2011. |
|
(63) |
Dettalji ta’ dawn il-miżuri huma mogħtija hawn taħt, fis-sezzjonijiet 4.1 sa 4.3. |
4.1. IL-KUNTRATTI KONKLUŻI BEJN IS-CCIPB U RYANAIR U AMS
|
(64) |
Id-deċiżjoni tal-estensjoni tal-proċedura tkopri diversi kuntratti konklużi mis-CCIPB mal-kumpaniji Ryanair u AMS bejn l-2003 u l-2011. |
4.1.1. IL-KUNTRATT TAT-28 TA’ JANNAR 2003
|
(65) |
Il-kuntratt iffirmat fit-28 ta’ Jannar 2003 ġie konkluż bejn is-CCIPB u Ryanair direttament (u mhux mal-kumpanija AMS). Dan il-kuntratt jinkludi dispożizzjonijiet dwar is-servizzi fl-ajruport u s-servizzi tal-promozzjoni. |
|
(66) |
L-Artikolu 2 tal-kuntratt isemmi l-obbligi ta’ Ryanair fir-rigward tas-CCIPB kif ukoll l-ammont ta’ imposti tal-ajruport. L-Artikolu 3 tal-kuntratt jispeċifika l-obbligi tas-CCIPB u jindika b’mod partikolari li din għandha, a spejjeż tagħha, fit-termini li ġejjin:
|
|
(67) |
L-Anness A għall-ftehim jipprovdi lista tas-servizzi ta’ groundhandling u tas-servizzi assoċjati applikabbli għat-titjiriet magħmula minn Ryanair. L-Anness B jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-funzjonijiet tar-relazzjonijiet pubbliċi, ta’ bejgħ u ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-ajruport. Il-parti li tirrigwarda l-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni tindika fost l-oħrajn: “L-ajruport għandu jipprovdi lil Ryanair appoġġ u assistenza għall-missjonijiet tagħha ta’ bejgħ perjodiku fiż-żona ta’ attrazzjoni tal-ajruport, b’mod partikolari l-provvista bla ħlas ta’ uffiċċju, linja tat-telefon u fax lit-tim ta’ Ryanair. L-ajruport għandu janalizza l-possibbiltajiet ta’ reklamar kollha (barra, gazzetti, televiżjoni, radju, eċċ.) fir-reġjun li huwa jqis ta’ interess għal Ryanair …”. |
|
(68) |
Dan il-kuntratt ġie annullat mill-Qorti Amministrattiva ta’ Pau fit-3 ta’ Mejju 2005 (16) għar-raġunijiet li ġejjin: “l-iżbilanċ […] żvelat bejn l-impenji reċiproċi tal-partijiet għall-ftehim, minħabba l-ambigwità tal-obbligi ta’ Ryanair Limited fir-rigward tal-attivitajiet ta’ promozzjoni turistika barra l-belt ta’ Pau u minħabba li lanqas rimborż anki parzjali tal-ammonti mħallsa ma huwa previst f’każ li ma jintlaħqux l-għanijiet proposti, iwassal biex id-deċiżjoni kkontestata titqies bħala għajnuna finanzjarja favur il-kumpanija Ryanair Limited”. “id-deċiżjoni kkontestata, li tapprova l-ftehim li jistabbilixxi għajnuna finanzjarja favur il-kumpanija Ryanair Limited, fin-nuqqas ta’ notifika minn qabel tal-imsemmija deċiżjoni lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, hija illegali u għandha tiġi annullata”. |
|
(69) |
Il-Qorti Amministrattiva ta’ Pau fakkret fis-sentenza tagħha tat-3 ta’ Mejju 2005 li s-CCIPB, li tmexxi l-ajruport ta’ Pau, kienet intrabtet li tħallas lil Ryanair EUR 80 000“mingħajr kontroparti” għall-ftuħ tar-rotta tagħha ta’ Londra Stansted-Pau fl-2003. Is-CCIPB kienet intrabtet ukoll li tħallas EUR 11 għal kull passiġġier lil Ryanair, sa limitu massimu annwali ta’ EUR 4 00 000, “bħala kontroparti ta’ azzjonijiet maħsuba biex jivvalorizzaw lill-belt ta’ Pau”. Il-Qorti kkonkludiet għalhekk li l-ftehim kien “għajnuna finanzjarja favur Ryanair” . |
|
(70) |
Għalhekk, dan il-kuntratt tal-2003 kien sostitwit miż-żewġ kuntratti tal-2005 li kienu s-suġġett tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
4.1.2. IL-KUNTRATTI TAL-2005 (17)
|
(71) |
Il-kuntratti tal-2005 kienu s-suġġett ta’ investigazzjoni mix-Chambre régionale des comptes (Kamra Reġjonali tal-Awdituri) ta’ Aquitaine (minn hawn ‘il quddiem “is-CRC”). |
|
(72) |
Ir-rapport tal-kummenti finali tas-CRC dwar is-CCIPB kien diskuss fid-19 ta’ Ottubru 2006 u jirrigwarda s-snin finanzjarji 2001 u dawk sussegwenti. Parti minn dan ir-rapport jirrigwarda “l-għajnuna mogħtija lil kumpanija tal-ajru bi prezz baxx” (il-Kapitolu 3 tar-rapport). Qabel dan ir-rapport is-CRC eżaminat il-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjonipromozzjoni. Fir-rapport tagħha tal-kummenti finali, fost l-oħrajn is-CRC għamlet l-kummenti li ġejjin: |
“is-CCI (…) irrikorriet, sabiex tevita l-effetti tad-deċiżjoni tal-qorti amministrattiva [li kkonkludiet li l-ftehim tal-2003 mal-kumpanija Ryanair kien joħloq għajnuna illegali mill-Istat], għal qafas legali ġdid.”
“il-kumpanija AMS hija biss fergħa ta’ Ryanair, immexxija minn żewġ uffiċjali eżekuttivi tal-kumpanija Ryanair.”
“biex intennu r-raġunament użat mill-imħallef amministrattiv (il-Qorti Amministrattiva ta’ Strasbourg, 24 ta’ Lulju 2003, il-kumpanija Brit Air v is-CCI ta’ Strasbourg u tal-Bas-Rhin, is-CAA ta’ Strasbourg, it-18 ta’ Diċembru 2003, is-CCI ta’ Strasbourg u tal-Bas-Rhin v il-kumpanija Brit Air), l-iżbilanċ bejn l-impenji tal-partijiet għall-ftehim huwa ċar. Ir-reklamar fuq is-sit Internet tagħha huwa wkoll ta’ vantaġġ għall-kumpanija Ryanair u ma jistax jitqies bħala kontroparti diretta għall-impenji finanzjarji li ħadet il-Kamra Konsulari [is-CCIPB]” .
|
(73) |
Skont ir-rapport tal-kummenti, jidher “żbilanċ […] evidenti bejn l-impenji reċiproċi tal-partijiet għall-ftehim” . |
|
(74) |
Ir-rapport isemmi li s-CRC, minkejja l-argumenti ppreżentati mill-kumpanija AMS u minn Ryanair “iżżomm il-pożizzjoni tagħha” . Huwa jikkonkludi dan li ġej: |
|
(75) |
Ir-rapport jittratta wkoll l-effikaċja tal-għajnuna (il-Kapitolu 3.2) u l-effiċjenza tagħha (il-Kapitolu 3.3). Jgħid li l-effetti ekonomiċi tar-rotta tal-ajru Pau – Stansted Londra għar-reġjun ta’ Béarn huma evidenti: |
|
(76) |
F’dak li jirrigwarda l-effiċjenza tal-għajnuna, ir-rapport jgħid li “il-kost globali għas-CCI fl-2004 għar-rotta tal-ajru, li tinkludi d-dħul iġġenerat minn din l-attività, huwa stmat għal kważi EUR 3 60 000 ” . |
|
(77) |
Is-CRC tiddubita kemm kien possibbli li s-CCIPB tikseb l-istess riżultati għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Béarn kieku tat inqas għajnuna finanzjarja lill-kumpanija tal-ajru Ryanair. F’dan il-kuntest ir-rapport jirreferi għall-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti fil-Linji Gwida Komunitarji dwar l-iffinanzjar tal-ajruporti u l-għajnuna mill-Istat tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (18) tal-2005 (minn hawn ‘il quddiem “il-Linji Gwida tal-2005”). F’dan ir-rigward, ir-rapport jikkonkludi li l-kundizzjonijiet mhumiex irrispettati. |
4.1.3. IL-KUNTRATTI KONKLUŻI BEJN L-AJRUPORT U RYANAIR U AMS WARA L-2005
|
(78) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, id-diversi kuntratti jew emendi għall-kuntratti tal-2005 konklużi bejn is-CCIPB u Ryanair u AMS wara l-2005 huma dawn li ġejjin:
|
|
(79) |
Is-servizzi proposti minn AMS kif ukoll il-kundizzjonijiet finanzjarji tagħhom huma indikati fl-Artikolu 3 tad-diversi kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-evoluzzjoni tal-ammonti mħallsa lil AMS hija bbażata fuq l-iffirmar ta’ kuntratti ġodda konnessi mar-rotot il-ġodda (Charleroi, Bristol) u fuq il-varjazzjonijiet fil-programmi ta’ tbassir tat-titjiriet, b’mod partikolari fuq ir-rotta Pau-Londra Stansted. Meta skadew il-kuntratti mġedda tat-30 ta’ Ġunju 2005 u tal-25 ta’ Settembru 2007, ġie konkluż kuntratt ġdid li kien jinkludi r-rotot kollha koperti mit-30 ta’ Marzu 2010. |
|
(80) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, ma sar l-ebda kuntratt ġdid ta’ servizzi fl-ajruport wara li skada l-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport tal-2005, f’April tal-2010. Għaldaqstant, it-tariffi li applikaw għal Ryanair bejn April tal-2010 u April tal-2011 kienu dawk adottati mill-kummissjoni konsultattiva ekonomika għall-imposti regolati u dawk previsti mill-kuntratt tal-2005 għas-servizzi fl-ajruport, peress li n-negozjati għal kuntratt ġdid ma ġewx konklużi. L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li s-servizzi ta’ promozzjoni biss kienu soġġetti għal kuntratt ġdid. |
|
(81) |
Skont Franza, ir-rotot Pau-Londra, Pau-Charleroi u Pau-Beauvais koperti mill-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport infetħu fit-30 ta’ Marzu 2010 fil-każ tal-ewwel żewġ rotot u f’April tal-2010 fil-każ tat-tielet rotta. Għalhekk, il-perjodu inizjali kien dak tal-programm għax-xitwa 2010/2011. Permezz tal-ittra datata l-14 ta’ Frar 2011, is-CCIPB “billi nnutat li l-kuntratt ma ġiex estiż għal perjodu addizzjonali ta’ sena, fl-iskadenzi mogħtija” talbet lil AMS “tikkunsidra l-iskadenza awtomatika tal-kuntratt fl-1 ta’ April 2011 ” . |
|
(82) |
Fl-ittri tagħha tat-30 ta’ Mejju 2011 u tal-10 ta’ Mejju 2012, Franza ppreżentat rapport tal-ammonti mħallsa lill-kumpanija AMS (jew lil Ryanair fil-każ tal-kuntratt tat-28 ta’ Jannar 2003) mis-CCIPB u l-entitajiet pubbliċi l-oħrajn matul il-perjodu ta’ bejn l-2003 u l-2011. L-ammont totali ta’ dawn il-ħlasijiet bejn l-2003 u l-2011 kien ta’ EUR [4-6] miljun taħt il-kuntratti msemmija fil-premessi 64 sa 81. L-ammonti eżatti mħallsa mis-CCIPB u l-entitajiet pubbliċi l-oħrajn lill-kumpanija AMS (jew lil Ryanair) jidhru fit-Tabella 2 hawn taħt. Tabella 2 Sussidji lil AMS jew lil Ryanair skont ir-rotot operati
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.2. IL-KUNTRATT KONKLUŻ BEJN IS-CCIPB U TRANSAVIA
|
(83) |
Is-CCIPB iffirmat kuntratt mal-kumpanija tal-ajru Transavia fit-23 ta’ Jannar 2006. Dan il-kuntratt ġie konkluż għal tliet snin mis-26 ta’ April 2006, id-data li fiha bdiet taħdem ir-rotta Pau-Amsterdam, u seta’ jiġġedded għal perjodu addizzjonali ta’ sentejn. Fil-fatt dan iġġedded b’mod taċitu f’April tal-2009 iżda ġie tterminat f’Ottubru tal-2009 wara li Transavia ddeċidiet li twaqqaf is-servizzi tagħha. |
|
(84) |
Dan il-kuntratt jipprovdi ħlasijiet għal servizzi ta’ promozzjoni ta’ EUR 2 50 000 għall-ewwel sentejn, għal 156 titjira mill-ajruport fis-sena. F’każ li l-għadd ta’ titjiriet ikun inqas minn 156 fis-sena, il-ħlas irid jiġi aġġustat b’mod proporzjonali. Matul it-tielet sena, il-ħlas huwa ta’ EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport (b’limitu massimu fis-sena ta’ EUR […]). |
|
(85) |
Il-kuntratt jipprovdi wkoll għażla ta’ tiġdid għal sentejn oħra, bi ħlas ta’ EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport għar-raba’ sena, u EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport għall-ħames sena. |
|
(86) |
Il-kuntratt wassal għal total ta’ EUR [7 00 000-9 00 000] fi ħlasijiet mingħand is-CCIPB lil Transavia għas-servizzi ta’ promozzjoni pprovduti minn din tal-aħħar bejn is-26 ta’ April 2006 u d-29 ta’ Ottubru 2009. |
4.3. IL-KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI TAD-DIVERSI ENTITAJIET PUBBLIĊI LILL-AJRUPORT TA’ PAU
|
(87) |
Fl-ittra tagħha tat-30 ta’ Mejju 2011, Franza ppreżentat lill-Kummissjoni rapport tas-sussidji kollha mogħtija lill-ajruport permezz tar-riżorsi pubbliċi. Il-miżuri koperti mill-estensjoni tal-proċedura huma deskritti fil-premessi 88 sa 107. Skont Franza, l-ajruport ma jirċievi l-ebda finanzjament mill-Istat jew għajnuna pubblika maħsubin sabiex jibbilanċjaw l-operat tal-ajruport. |
|
(88) |
Għall-fini tal-valutazzjoni tagħhom skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-għajnuna mill-Istat, jeħtieġ li ssir distinjoni bejn is-sussidji “għat- tagħmir” imħallsa mid-diversi entitajiet pubbliċi u s-sussidji mogħtija mill-Istat biex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw mill-missjonijiet sovrani skont l-awtoritajiet Franċiżi. Tabella 3 Ajruport Pau Pyrénées Kontribuzzjonijiet finanzjarji riċevuti mill-ajruport mingħand diversi entitajiet pubbliċi matul il-perjodu 2000-2010
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.3.1. SUSSIDJI “GĦAT-TAGĦMIR”
|
(89) |
Matul il-perjodu 2000-2010, l-ajruport irċieva ħlasijiet (minn hawn ‘il quddiem “sussidji għat-tagħmir”) imħallsa mill-Assoċjazzjoni Konġunta, l-Istat, diversi awtoritajiet lokali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) u Gaz de France għall-iffinanzjar ta’ diversi investimenti (terminal, tiswija tar-runway, tiġdid tad-dawl, stazzjon tal-merkanzija, impjant ta’ koġenerazzjoni eċċ.) għall-ammont totali ta’ madwar EUR 17,8 miljun (ara t-tabella 3 hawn fuq). |
|
(90) |
Il-Kunsill ġenerali tal-Pyrénées Atlantiques ta lill-ajruport “allokazzjoni ta’ tagħmir” ta’ EUR 1,895 miljun għall-iffinanzjar tat-terminal tal-merkanzija, tal-materjal għar-runway u tax-xogħlijiet tat-taxiway. Franza indikat ukoll li l-Kunsill Ġenerali tal-Pyrénées Atlantiques kien ħallas, bejn is-sena 2000 u s-sena 2005, ammont ta’ EUR 7 79 000 għar-rimborż tal-kapital ta’ self. Franza spjegat li din il-miżura ġejja minn protokoll dwar il-pjan ta’ finanzjament tal-ajruport ta’ Pau konkluż fil-5 ta’ Novembru 1990 bejn l-awtoritajiet lokali u s-CCIPB. Dan il-pjan b’ammont totali massimu ta’ EUR 5,680 miljun, kien jinkludi x-xogħol ta’ mmodernizzar taż-żoni u tad-dwal kif ukoll estensjoni tat-terminal. Skont il-protokoll, il-finanzjament tal-awtoritajiet lokali seta’ jsir biss fil-forma ta’ allokazzjoni għat-tagħmir, jew fil-forma ta’ rimborż ta’ self sottoskritt mill-operatur sabiex jiffinanzja l-investimenti, jew anki fil-forma ta’ taħlita ta’ dawn il-mezzi ta’ finanzjament. Is-somma ta’ EUR 7 79 000 imsemmija hawn fuq tikkorrispondi għar-rimborż tal-kapital ta’ self li l-Kunsill Ġenerali tal-Pyrénées Atlantiques intrabat li jkopri skont il-protokoll tal-1990, u li kien jiġi fi tmiemu fl-2005. |
|
(91) |
Mingħand il-Kunsill reġjonali ta’ Aquitaine, l-ajruport irċieva erba’ sussidji għal ammont totali ta’ EUR 4,288 miljun għall-finanzjament tat-terminal tal-merkanzija u tal-passiġġieri u għal xogħlijiet fuq it-taxiway. |
|
(92) |
L-Assoċjazzjoni tal-Muniċipalitajiet u l-Komunità ta’ Agglomerazzjoni ta’ Pau Pyrénées taw lill-ajruport EUR 3,810 miljun għall-finanzjament tat-terminal tal-merkanzija u tal-passiġġieri. |
|
(93) |
Il-FEŻR issussidja l-iżvilupp tat-terminal tal-passiġġieri u x-xogħlijiet fuq it-taxiway għal EUR 3,687 miljun. |
|
(94) |
Fl-2003 Gaz de France tat EUR 38 000 lill-ajruport ta’ Pau għall-finanzjament ta’ tagħmir ta’ koġenerazzjoni wkoll. Meta tat dan il-finanzjament, Gaz de France kienet stabbiliment pubbliku industrijali u kummerċjali. |
|
(95) |
Fl-aħħar nett, l-Assoċjazzjoni Konġunta ffinanzjat programm ta’ investimenti li jinkludi t-tiswija tar-runway u tad-dawl, kif ukoll l-estensjoni tal-parkeġġ tal-karozzi, għal EUR 4,130 miljun. |
|
(96) |
It-tabella 4 hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn id-diversi miżuri, jiġifieri d-diversi atti legali li wasslu għas-sussidji tat-tagħmir deskritti hawn fuq. Din tipprovdi għal dawn il-miżuri differenti, id-dati tal-għoti tas-sussidju għat-tagħmir, it-tip ta’ investiment iffinanzjat u l-kostijiet totali ta’ dawn l-investimenti, l-ammonti totali tas-sussidju għat-tagħmir riċevuti skont dawn il-miżuri, kif ukoll il-perjodi li matulhom tħallsu dawn l-ammonti. Tabella 4 Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri li wasslu għas-sussidji għat-tagħmir
|
||||||||||||||||||||||||||||||
4.3.2. SUSSIDJI MILL-ISTAT LI SKONT FRANZA KIENU MAĦSUBA BIEX JIFFINANZJAW IL-MISSJONIJIET SOVRANI – SISTEMA TA’ FINANZJAMENT TAL-MISSJONIJIET SOVRANI FL-AJRUPORTI FRANĊIŻI
|
(97) |
It-tabella 3 tippreżenta wkoll is-sussidji mill-Istat maħsuba, skont Franza, biex jiffinanzjaw il-missjonijiet sovrani. Dawn huma (ara l-linja 1 u 2 tat-tabella, il-perjodu mis-sena 2000 sal-2010):
|
|
(98) |
B’kollox, bejn l-2000 u l-2010, l-ajruport ta’ Pau irċieva ammont totali ta’ EUR 3,521 miljun f’sussidji. |
|
(99) |
Skont Franza, dawn is-sussidji jkopru l-kost tal-missjonijiet sovrani li l-implimentazzjoni tagħhom taqa’ f’idejn l-operaturi tal-ajruporti u l-finanzjament f’idejn l-Istat, skont il-liġi Franċiża. Il-missjonijiet inkwistjoni huma ffinanzjati mir-rikavat tat-taxxa tal-ajruport kif ukoll minn mekkaniżmi anċillari. L-istorja u l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-mekkaniżmi kif ukoll it-tipi ta’ missjonijiet li jiffinanzjaw huma deskritti fil-premessi 100 sa 108. |
|
(100) |
Fl-1998, il-Kunsill tal-Istat fis-sentenza SCARA (19), iddeċieda li l-missjonijiet ta’ sigurtà u ta’ sikurezza fl-ajruporti kienu missjonijiet sovrani taħt ir-responsabbiltà tal-Istat u għal din ir-raġuni ma setgħux jiġu imposti fuq l-utenti tal-ajruporti permezz ta’ imposti. Wara din is-sentenza, il-Liġi Nru 98-1171 tat-18 ta’ Diċembru 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ ċerti servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-Artikolu 136 tal-Liġi Nru 98-1266 tat-30 ta’ Diċembru 1998 (Liġi tal-finanzi għall-1999) (20) stabbilixxew t-taxxa tal-ajruport, mill-1 ta’ Lulju 1999. Din hija taxxa assenjata, fis-sens li r-rikavat tagħha jista’ jintuża biss sabiex jiġu ffinanzjati ċerti spejjeż, f’dan il-każ il-kostijiet tal-missjonijiet li Franza tikkunsidra sovrani fl-ajruporti. Id-dispożizzjonijiet imsemmija stabbilixxew ukoll mekkaniżmu anċillari ta’ finanzjament ta’ dawn il-missjonijiet, deskritti fil-premessi 105 sa 107. |
|
(101) |
Il-leġiżlazzjoni, speċifikata mir-regolamenti, tiddefinixxi eżattament il-missjonijiet eliġibbli għall-iffinanzjar mit-taxxa tal-ajruport. Dawn huma s-salvataġġ u t-tifi tan-nar fuq l-ajruplani, il-prevenzjoni tal-periklu mill-annimali (21), l-ispezzjoni tal-bagalji fl-istiva, l-ispezzjoni tal-passiġġieri u tal-bagalji fil-kabina, il-kontroll tal-aċċess komuni għaż-żoni riservati (22), miżuri ta’ kontroll ambjentali (23) kif ukoll il-kontroll awtomatizzat fuq il-fruntieri permezz tal-identifkazzjoni bijometrika. Ir-referenza għall-kontroll awtomatizzat fil-fruntieri permezz tal-identifkazzjoni bijometrika ddaħħlet fil-leġiżlazzjoni fl-2008. Mill-bqija, l-ambitu tal-missjonijiet eliġibbli għall-finanzjament mit-taxxa tal-ajruport baqa’ l-istess minn meta ġie stabbilit dan il-mekkaniżmu, u jikkorrispondi għall-missjonijiet imsemmija mis-sentenza SCARA. Diversi regolamenti, nazzjonali u Ewropej jispeċifikaw l-obbligi tal-operaturi tal-ajruporti fir-rigward tat-twettiq ta’ dawn il-missjonijiet. Pereżempju, f’dak li jirrigwarda s-salvataġġ u t-tifi tan-nar fuq l-ajruplani, ir-regolamenti jiddeterminaw eżatt ir-riżorsi umani u materjali li għandhom ikunu implimentati skont il-karatteristiċi tal-ajruport. |
|
(102) |
Fil-każ ta’ kwalunkwe ajruport, it-taxxa tal-ajruport għandha titħallas minn kull kumpanija tal-ajru li tuża l-ajruport. Hija msejsa fuq l-għadd ta’ passiġġieri u l-piż tal-merkanzija u tal-posta mgħobbija mill-kumpanija. It-tariffa tat-taxxa tal-ajruport għal kull passiġġier jew tunnellata ta’ merkanzija jew posta tiġi stabbilita kull sena, għal kull ajruport individwali, skont l-kostijiet stmati għat-twettiq tal-missjonijiet iffinanzjati mill-mekkaniżmu. |
|
(103) |
L-operaturi tal-ajruporti jistabbilixxu kull sena dikjarazzjoni annwali tal-kostijiet u tat-traffiku. Din id-dikjarazzjoni tippreżenta, għas-sena ta’ qabel, il-livelli ta’ traffiku u l-kostijiet tal-missjonijiet ta’ sigurtà u ta’ sikurezza rreġistrati kif ukoll l-ammonti riċevuti mit-taxxa tal-ajruport u mill-mekkaniżmu addizzjonali għall-iffinanzjar ta’ dawn il-missjonijiet. Ikunu jinkludu wkoll it-tbassir tat-traffiku, tal-kost u tad-dħul marbuta mal-missjonijiet ta’ sigurtà u ta’ sikurezza għas-sena kurrenti u s-sentejn segwenti. Dawn id-dikjarazzjonijiet jiġu vverifikati mill-awtoritajiet amministrattivi, li fost l-oħrajn jistgħu jagħmlu kontrolli fuq is-sit. Imbagħad, it-tariffa tat-taxxa tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ dan permezz ta’ digriet interministerjali. |
|
(104) |
Peress li l-kalkoli tat-tariffa tat-taxxa jsiru skont id-dejta stmata tal-kost u tat-traffiku, ġie stabbilit, a posteriori, mekkaniżmu ta’ aġġustament, li jiżgura li r-rikavat mit-taxxa tal-ajruport, miżjud jekk ikun meħtieġ bil-finanzjamenti mogħtija bil-mekkaniżmu addizzjonali deskritt fil-premessi 105 sa 107, ma jaqbiżx il-kostijiet attwalment imġarrba mill-missjonijiet ikkonċernati. Il-kostijiet inkwistjoni jinkludu l-kostijiet tal-funzjonament u tal-persunal imġarrba fit-twettiq ta’ dawn il-missjonijiet, l-amortizzazzjoni li tikkorrispondi għall-investimenti magħmula f’dawn il-missjonijiet, kif ukoll il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali marbuta ma’ dawn il-missjonijiet (24). L-operaturi jridu jżommu kont multiannwali tad-dħul mit-taxxa tal-ajruport u mill-mekkaniżmu addizzjonali, kif ukoll tal-ispejjeż imġarrba minħabba l-missjonijiet ikkonċernati. Ladarba jiġi osservat bilanċ pożittiv, dan jiġi rreġistrat fil-kontijiet kumulattivi tas-snin preċedenti, li minnhom jista’ jirriżulta bilanċ pożittiv jew negattiv, u dan il-bilanċ jiġi kkunsidrat fl-iffissar tat-tariffa tat-taxxa għas-sena segwenti. Barra minn hekk, kwalunkwe bilanċ pożittiv jiżdied mal-ispejjeż finanzjarji sostnuti mill-operatur. |
|
(105) |
Minn meta nħoloq, il-mekkaniżmu ta’ finanzjament mit-taxxa tal-ajruport kellu jkun akkumpanjat minn mekkaniżmu addizzjonali. Fil-fatt, il-kostijiet tas-sigurtà u tas-sikurezza mhumiex proporzjonali għat-traffiku tal-ajru, għall-kuntrarju tad-dħul mit-taxxa tal-ajruport. F’dan il-kuntest, deher li fl-ajruporti bi ftit li xejn traffiku, kien ikun meħtieġ li t-tariffa tat-taxxa tal-ajruport tiġi ffissata għal livell għoli u diffiċilment tollerabbli mill-utenti, biex tibbilanċja il-kostijiet tas-sigurtà u tas-sikurezza. Għaldaqstant, għal dawn l-ajruporti kien previst li t-taxxa tal-ajruport tkun tista’ tiġi ffissata għal livell inqas minn dak meħtieġ biex jitkopru l-kostijiet u li jintuża mekkaniżmu ta’ finanzjament addizzjonali li jiffinanzja, kif xieraq, il-missjonijiet eliġibbli għall-finanzjament mit-taxxa tal-ajruport. |
|
(106) |
Segwew lista ta’ diversi mekkaniżmi kumplimentari. Għall-ewwel, l-awtoritajiet Franċiżi rrikorrew għal fond fiduċjarju, il-fond ta’ intervent għall-ajruporti u t-trasport bl-ajru (“FIATA”), stabbilit b’mod parallel mat-taxxa tal-ajruport, u bħalha, mil-Liġi Nru 98-1266 tat-30 ta’ Diċembru 1998 imsemmija qabel. Dan il-fond, ipprovdut minn sehem tat-taxxa tal-avjazzjoni ċivili, issostitwixxa l-fond ta’ aġġustament tat-trasport bl-ajru (“FPTA”) li għall-ewwel kien riservat għall-finanzjament tar-rotot tal-ajru li jservu l-iżvilupp reġjonali u l-ippjanar spazjali. Il-finanzjament mill-FIATA kien ikopri l-istess missjonijiet iffinanzjati mill-FPTA u ġie estiż għall-missjonijiet koperti mit-taxxa tal-ajruport, sabiex jikkumplimentaw lil din tal-aħħar għall-ajruporti ż-żgħar. B’mod konkret, il-missjonijiet tal-FIATA kienu essenzjalment maqsuma f’żewġ “sezzjonijiet” differenti: is-sezzjoni “ajruporti” għall-kopertura addizzjonali tal-missjonijiet ta’ sigurtà u ta’ sikurezza fl-ajruporti ż-żgħar u s-sezzjoni “trasport bl-ajru” għas-sussidji lir-rotot tal-ajru li jservu l-iżvilupp reġjonali u l-ippjanar spazjali. Id-deċiżjonijiet ta’ ħlas tas-sussidji mill-FIATA għall-finanzjament addizzjonali tal-missjonijiet ta’ sigurtà u ta’ sikurezza kienu jittieħdu fuq il-parir ta’ kumitat ta’ ġestjoni tas-sezzjoni “ajruporti” tal-FIATA. |
|
(107) |
Fl-2005, il-FIATA tneħħa u l-finanzjament korrispondenti ġie inkorporat direttament fil-baġit tal-Istat għal sentejn skont l-istess prinċipji ta’ funzjonament, u kien jinvolvi b’mod partikolari l-opinjoni ta’ kumitat ta’ ġestjoni. Mill-2008, l-Istat issostitwixxa dan il-mekkaniżmu b’żieda fit-taxxa tal-ajruport, li wasslet biex it-taxxa tiġi ffissata għal livell ogħla minn kemm meħtieġ biex tkopri l-kostijiet tal-missjonijiet ta’ sigurtà u ta’ sikurezza għal ċerti ajruporti. Is-surplus li nħoloq b’konsegwenza ta’ dan tqassam mill-ġdid fost l-ajruporti ż-żgħar biex jissupplimenta r-rikavat mit-taxxa tal-ajruport, fejn stabbilita. |
|
(108) |
Kif kien indikat qabel, id-dikjarazzjonijiet annwali tal-operaturi tal-ajruporti, li jiġu vverifikati mill-awtoritajiet amministrattivi, jindikaw il-kostijiet proġettati u rreġistrati kif ukoll id-dħul proġettat u rreġistrat, li jkunu ġejjin kemm mit-taxxa tal-ajruport kif ukoll mill-mekkaniżmu addizzjonali. Bl-istess mod, il-kontijiet annwali miżmuma mill-operaturi, li abbażi tagħhom jiġi kkalkolat il-bilanċ tal-kost u tad-dħul reali, li, jekk ikun pożittiv, iwassal għal tnaqqis tat-taxxa u allokazzjoni tal-ispejjeż finanzjarji li jridu jitħallsu mill-operaturi, jinkludi kemm ir-rikavat mit-taxxa tal-ajruport kif ukoll il-finanzjamenti riċevuti mill-mekkaniżmu addizjonali. Għalhekk, il-mekkaniżmu ta’ dikjarazzjoni, ta’ kontroll u ta’ aġġustament a posteriori maħsub biex jiġi evitat milli jitħallsu aktar riżorsi pubbliċi mill-kostijeit realment imġarrba japplika kemm għat-taxxa tal-ajruport kif ukoll għall-mekkaniżmu addizzjonali. |
5. IR-RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ U GĦALL-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
5.1. ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(109) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tosserva, skont in-notifika ta’ Franza, li l-ħlas ibbażat fuq il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni tal-2005 huwa sussidju mħallas lil AMS mis-CCIPB. Minħabba n-natura pubblika tas-CCIPB, il-Kummissjoni qieset li l-kuntratt kien jinvolvi l-użu ta’ riżorsi tal-Istat. |
|
(110) |
Rigward l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar kemm is-CCIPB, meta kkonkludiet dawn il-kuntratti ma’ AMS u Ryanair, ġabet ruħha bħal operatur f’ekonomija tas-suq prudenti li jsegwi politika strutturali, globali jew settorjali, u ggwidat minn prospetti ta’ profittabbiltà ftit jew wisq fit-tul. |
|
(111) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qieset b’mod partikolari u b’mod preliminari, fuq il-bażi tal-informazzjoni li kellha, li l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni tal-2005, minkejja s-servizzi effettivament ipprovduti, kien konkluż biex jissussidja r-rotta Pau–Stansted Londra u li permezz tas-sussidjarja tagħha AMS, kien jagħti lil Ryanair, vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tingħata f’kundizzjonijiet normali tas-suq. Il-Kummissjoni qieset li l-miżura inkwistjoni setgħet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat soġġetta għall-projbizzjoni tal-prinċipju tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, imħallsa lil AMS mis-CCIPB. Din il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-analiżi tal-informazzjoni ppreżentata minn Franza u ċ-ċirkostanzi tal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt. |
|
(112) |
Rigward il-kuntratt ta’ servizz ta’ groundhandling tal-2005, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-preżenza ta’ vantaġġ ekonomiku lil Ryanair permezz tal-imposti tal-avjazzjoni imnaqqsa. |
|
(113) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-kompatibbiltà ta’ dawn il-miżuri mas-suq intern skont il-Linji Gwida tal-2005. |
5.2. ID-DEĊIŻJONI TA’ ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(114) |
F’dak li jirrigwarda l-kuntratti konklużi bejn is-CCIPB u Ryanair u AMS (jiġifieri l-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport u l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni), fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura l-Kummissjoni qieset li l-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport u l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni konklużi fl-istess żmien kellhom ikunu vvalutati flimkien, peress li Ryanair u AMS huma benefiċjarju wieħed tal-miżuri inkwistjoni. Minħabba dan, il-Kummissjoni qieset li sabiex tiddetermina jekk dawn id-diversi kuntratti kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, kien jeħtieġ li tapplika l-kriterju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq fid-diversi dati li fihom ġew konklużi l-kuntratti (25), jiġifieri:
|
|
(115) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li ma tistax teskludi fuq il-bażi tal-informazzjoni li kellha li Ryanair u AMS gawdew minn għajnuna mill-Istat bħala parti mill-kuntratti investigati, iżda madankollu hija kkunsidrat li ma kellhiex biżżejjed evidenza biex tkun tista’ tiddeċiedi b’mod definittiv dwar dan il-punt. Biex twettaq din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fuq il-bażi tal-indizji li kellha, l-imġiba tas-servizz tas-CCIPB li jmexxi l-ajruport, tas-CCIPB u tal-entitajiet pubbliċi l-oħrajn kellha tiġi vvalutata b’mod konġunt fir-relazzjoni tagħhom ma’ Ryanair u ma’ AMS. |
|
(116) |
B’mod simili, il-Kummissjoni wriet dubji dwar il-konformità tal-kuntratt iffirmat ma’ Transavia mal-kriterju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq. |
|
(117) |
F’dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà ta’ għajnuna eventwali lill-kumpaniji tal-ajru (26), il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn il-miżuri ta’ qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2005, u l-miżuri li ġew wara. |
|
(118) |
F’dak li jirrigwarda l-ewwel kategorija, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna eventwali inkwistjoni mas-suq intern kienu dawn li ġejjin:
|
|
(119) |
Il-Kummissjoni esprimiet dubju rigward l-issodisfar ta’ dawn il-kriterji, kif ukoll rigward il-kompatibbiltà ta’ dawn l-għajnuniet operatorji eventwali mas-suq intern. |
|
(120) |
Rigward il-kompatibbiltà tal-miżuri sussegwenti mad-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2005, il-Kummissjoni għamlet referenza primarja għall-kriterji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida għall-għajnuniet tal-bidu lill-kumpaniji tal-ajru. Il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha rigward l-issodisfar ta’ dawn il-kriterji. |
|
(121) |
Rigward is-sussidji għat-tagħmir lis-CCIPB, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar kemm l-awtoritajiet pubbliċi aġixxew bħal investitur prudenti meta taw dawn is-sussidji. Għalhekk il-Kummissjoni indikat li hija ma setgħetx teskludi li dawn tal-aħħar kienu għajnuna mill-Istat. |
|
(122) |
F’dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà ta’ dawn l-għajnuniet eventwali mas-suq intern, il-Kummissjoni rreferiet għall-kriterji stabbiliti mil-Linji Gwida tal-2005 għall-għajnuna għall-investimenti lill-ajruporti. Il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha rigward il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna eventwali mas-suq intern. |
6. IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
6.1. IL-KUMMENTI PPREŻENTATI MILL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI WARA L-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(123) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand ħames partijiet terzi interessati: |
6.1.1. IL-KAMRA TAL-KUMMERĊ U TAL-INDUSTRIJA TA’ PAU-BÉARN (IS-CCIPB)
6.1.1.1. Il-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport konkluż ma’ Ryanair
|
(124) |
Skont is-CCIPB, meta wieħed iqis il-kundizzjonijiet oġġettivi u nondiskriminatorji li fihom l-imposti tal-ajruport jiġu applikati għal Ryanair u għall-bqija tal-kumpaniji tal-ajru li jużaw l-ajruport ta’ Pau, il-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport ma fih l-ebda element ta’ għajnuna mill-Istat. |
|
(125) |
Is-CCIPB tinnota li l-ajruport ta’ Pau jiffinanzja huwa stess l-operat tiegħu permezz tad-dħul tiegħu u tqis li ma jgawdi mill-ebda għajnuna jew finanzjament mill-Istat sabiex jibbilanċja l-operat tiegħu. |
|
(126) |
F’dak li jirrigwarda l-imposti tal-ajruport applikati għal Ryanair, is-CCIPB tikkonferma li dawn huma r-riżultat tal-applikazzjoni tat-tariffi applikabbli għal Ryanair u għal kwalunkwe kumpanija tal-ajru oħra. |
|
(127) |
Is-CCIPB tinnota li jeżistu tliet kategoriji ta’ imposti tal-ajruport:
|
|
(128) |
L-ewwel nett, is-CCIPB tikkonferma li tapplika l-imposti tal-avjazzjoni rregolati (li huma erbgħa: l-imposta tal-inżul, l-imposta tal-ipparkjar, l-imposta għad-dawl tar-runway, l-imposta tal-passiġġieri) għall-kumpaniji tal-ajru b’mod oġġettiv u nondiskriminatorju. L-ammont tagħhom huwa ddeterminat minn kummissjoni konġunta li tiġbor fiha lill-operaturi u lill-kumpaniji tal-ajru kif ukoll lill-awtorità ta’ superviżjoni. |
|
(129) |
Is-CCIPB tindika li ma teżentax lil Ryanair mill-imposti tal-ipparkjar u tad-dwal, iżda li l-kuntratt jindika sempliċiment li “Ryanair normalment ma jkollhiex tħallas” it-tali imposti. Is-CCIPB tinnota li fir-rigward tal-imposta tal-ipparkjar, din tkun dovuta biss jekk l-ajruplan ikun ilu aktar minn sagħtejn ipparkjat fl-ajruport, filwaqt li l-waqfa ta’ Ryanair normalment ma ddumx aktar minn 25 minuta. Is-CCIPB tinnota wkoll li rigward il-ħlas għad-dwal, it-titjiriet ta’ Ryanair isiru biss binhar, u dan inaqqas il-probabbiltà li Ryanair ikollha tħallas għad-dawl. |
|
(130) |
It-tieni, rigward l-imposti tas-servizzi ta’ grounhandling mhux irregolati (pereżempju s-servizzi ta’ għajnuna fl-ajruport jew l-irmiġġ tal-ajruplani), is-CCIPB tinnota li t-tariffi jiġu nnegozjati ma’ kull kumpanija tal-ajru waqt li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni individwali. Fil-prattika, mhux bilfors ikun rilevanti li jsir tqabbil purament matematiku bejn il-kumpaniji peress li minkejja li l-ajruplani huma ndaqs, iridu jkunu kkunsidrati diversi kriterji oħra bħall-volum annwali ta’ movimenti li tagħmel il-kumpanija, il-frekwenza tagħhom, il-perjodu (kwiet jew attiv) li matulu t-titjiriet isiru matul il-ġurnata, is-supplimenti għat-titjiriet ta’ bil-lejl, l-operazzjonijiet ta’ tneħħija tas-silġ, l-operazzjonijiet ta’ tindif tal-ajruplani, eċċ. |
|
(131) |
Is-CCIPB tenfasizza wkoll li rigward it-taxxi tal-Istat (li huma tnejn: it-taxxa tal-ajruport u t-taxxa tal-avjazzjoni ċivili), dawn jiġu applikati strettament bl-istess mod għall-kumpaniji tal-ajru kollha. Is-CCIPB ma tintervjenix fid-determinazzjoni tal-ammont tagħhom li jkun stabbilit mill-awtorità regolatorja. |
6.1.1.2. Il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż ma’ AMS
|
(132) |
Skont is-CCIPB, l-ammonti mħallsa mis-CCIPB lill-kumpanija AMS, mhumiex għajnuna mill-Istat. Is-CCIPB tinnota li bħala awtorità konċessjonarja tal-ajruport ta’ Pau, hija ddeċidiet, f’konformità mal-Linji Gwida tal-2005, li tippubblika fir-rivista Air & Cosmos tax-xahar ta’ Diċembru 2007, sejħa għal proġetti biex issib kumpanija tal-ajru jew aktar li, permezz ta’ għajnuna finanzjarja, lesti jiftħu rotot ġodda fl-Ewropa minn Pau (kienu previsti tmien lottijiet). Madankollu, indikat li sal-31 ta’ Jannar 2008, id-data li fiha għalqet is-sejħa, l-ebda kumpanija tal-ajru ma kienet għamlet offerta. |
|
(133) |
Is-CCIPB tikkunsidra wkoll li d-deċiżjoni tagħha li tikkonkludi l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni ma’ Ryanair mhijiex attribwibbli lill-Istat. Skont is-CCIPB, la l-awtoritajiet pubbliċi, u lanqas l-awtoritajiet amministrattivi ma ġew involuti, fi kwalunkwe ħin, fl-iżvolġiment tan-negozjati ma’ Ryanair u fil-konklużjoni tas-sħubija kummerċjali ma’ din il-kumpanija. |
|
(134) |
Is-CCIPB tqis li l-Kmamar tal-Kummerċ u tal-Industrija (“is-CCI”) joperaw il-faċilitajiet tal-ajruporti “bil-kundizzjonijiet tad-dritt privat” . |
|
(135) |
Skont is-CCIPB, is-CCI huma “kategorija speċifika ħafna ta’ entitajiet pubbliċi (…) li l-għan tagħhom huwa li jirrappreżentaw b’mod liberu l-interessi kummerċjali u industrijali tal-kostitwenza tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi” . Is-CCIPB tkompli tgħid li “il-fatt li huma marbutin mal-Istat (…) fih innifsu ma jimplika l-ebda subordinazzjoni” . Meta topera l-ajruport u, għaldaqstant, meta tikkonkludi sħubija ma’ Ryanair, is-CCIPB tkun qiegħda taġixxi b’mod awtonomu vis-à-vis l-ġestjoni tagħha u, għalhekk, mingħajr ebda intervent dirett jew indirett mill-Istat. |
6.1.1.3. Il-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq
|
(136) |
Is-CCIPB tindika li hija kienet irċeviet offerta mingħand il-kumpanija Ryanair sabiex topera r-rotta Pau-Stansted Londra wara li fit-3 ta’ Mejju 2005 il-Qorti Amministrattiva ta’ Pau ħassret il-kuntratt tat-28 ta’ Jannar 2003. |
|
(137) |
Is-CCIPB ikkonkludiet mal-kumpanija Ryanair, għall-aspett operazzjonali tar-rotta, kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport li skont is-CCIPB ma juri l-ebda differenza sostanzjali ta’ trattament bejn Ryanair u l-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn li jużaw l-ajruport ta’ Pau. Is-CCIPB iżżid li għall-iżvilupp kummerċjali tal-ajruport, ikkonkludiet kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni fuq l-Internet ma’ sussidjarja sħiħa tal-kumpanija Ryanair, il-kumpanija AMS. Rigward dan il-kuntratt, is-CCIPB tqis li aġixxiet bħal investitur privat f’ekonomija tas-suq għal ħames raġunijiet, li huma spjegati fil-premessi 138 sa 142. |
|
(138) |
L-ewwel nett, bħala kontroparti għall-prezz li ħallset is-CCIPB, AMS kellha tipprovdi benefiċċji kummerċjali reali, jiġifieri diversi links tal-Internet fuq is-sit ryanair.com li jippermettu lill-utenti tal-Internet jiġu ggwidati direttament lejn is-siti tas-CCIPB, tal-ajruport, tal-infrastrutturi tar-reġjun (il-karozzi tal-linja, il-ferroviji, it-taxis), tal-uffiċċju tat-turiżmu ta’ Béarn, eċċ. |
|
(139) |
It-tieni, mingħajr ebda dubju, illum is-sit ryanair.com sar l-ewwel sit ta’ prenotazzjoni tal-vjaġġi fl-Ewropa u żgur wieħed mill-aktar siti mfittxija mill-utenti tal-Internet li jidħlu fil-mutur tat-tiftix Google. L-użu tas-sit Ryanair.com biex jiġi rreklamat l-ajruport ta’ Pau huwa opportunità ta’ vera għall-ajruport ta’ Pau jew il-komunitajiet lokali li jaqdi. L-ajruporti, u l-partijiet terzi (dawk li jikru l-karozzi, il-lukandi, ir-reġjuni, eċċ.) huma lesti jħallsu l-prezz tal-iskala ta’ prezzijiet stabbilita fil-lista tat-tariffi ppubblikata fis-sit ta’ AMS. Jidher li anki ċerti ajruporti li huma għal kollox privati aċċettaw li jħallsu dawn l-ammonti. Is-CCIPB tisħaq fuq il-valur miżjud tar-reklamar fuq is-sit ryanair.com, billi ssemmi studju tal-kumpanija Planet-Work li nnota li r-reklami mixtrija fuq is-sit ryanair.com offrew viżibbiltà ogħla għall-ajruport ta’ Pau u r-reġjun tiegħu, f’termini ta’ numru ta’ klikks mill-utenti tal-Internet, meta mqabblin ma’ reklam fuq is-sit voyages-sncf.com. Għalhekk, is-CCIPB tikkonkludi li għall-benefiċċji pprovduti, il-prezzijiet mitluba minn AMS u mħallsa mis-CCIPB jikkorrispondu “għall-prezzijiet tas-suq” . |
|
(140) |
It-tielet, mill-perspettiva tas-CCIPB, in-natura unika tal-prezz imħallas għas-servizzi pprovduti ma jidhirx li għandu jkun kriterju li jiddetermina l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat. |
|
(141) |
Ir-raba’, l-ammonti mħallsa skont il-kuntratt ta’ Pau-Charleroi jippermettu li jinkisbu benefiċċji differenti minn dawk li s-CCIPB tgawdi minnhom fil-kuntratt ta’ Pau-Londra. B’hekk, is-CCIPB ma tħallasx darbtejn għall-istess servizz, fatt li jkompli juri li l-ammonti mħallsa mhumiex sussidji għall-ftuħ ta’ xi rotta. Is-CCIPB tiddikjara wkoll li kieku l-ammont kien maħsub biex issostni d-defiċit strutturali tal-operat tar-rotta, ovvjament dan ma kienx ikun biżżejjed. |
|
(142) |
Il-ħames, is-CCIPB tqis li huwa diffiċli ferm għal “awtorità pubblika li mhijiex maħsuba biex tagħmel profitt” , li turi li l-EUR […] mogħtija lill-kumpanija AMS għenu biex “irendu” EUR […] għas-CCIPB. Madankollu, is-CCIPB hija ċerta, li mill-aspett ta’ reputazzjoni u/jew attrazzjoni, il-link fuq is-sit www.ryanair.com (u l-assenza ta’ destinazzjonijiet oħrajn fil-qrib fuq is-sit) kien jistħoqqlu dan l-investiment. |
6.1.1.4. Distorsjoni tal-kompetizzjoni
|
(143) |
Is-CCIPB tqis li l-flus li hija ħallset bħala kontroparti għas-servizzi ta’ promozzjoni pprovduti minn AMS ma jaffettwawx il-kompetizzjoni |
|
(144) |
Id-destinazzjoni ta’ Pau waħedha ma kienet tinteressa lill-ebda kumpanija tal-ajru għajr Air France, u minkejja l-isforzi tal-ajruport, ippreżentaw rwieħhom biss Ryanair għal Londra u Transavia għal Amsterdam. |
|
(145) |
Is-CCIPB tinnota li l-wasla tal-linji bi prezz baxx ma affettwatx ir-rotot ta’ Air France, li mill-2003 ‘l hawn tidher li żiedet it-traffiku tagħha li jitlaq minn Pau. |
6.1.2. L-ASSOĊJAZZJONI TAL-KUMPANIJI TAL-AJRU EWROPEJ (ASSOCIATION OF EUROPEAN AIRLINES “AEA”)
|
(146) |
L-AEA tqis lilha nfisha bħala parti interessata fil-kuntest ta’ dan il-każ. Fil-fatt, fost il-membri tagħha għandha kumpanija tal-ajru li tuża l-ajruport ta’ Pau (Air France). B’mod aktar ġenerali, l-AEA, li tirrappreżenta l-interessi tat-trasportaturi Ewropej “fuq netwerk”, tqis li għandha interess naturali li ssegwi l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-2005. Fil-fehma tagħha, it-trasportaturi li jgawdu b’mod illegali minn ċertu tnaqqis tal-imposti tagħhom joħolqu distorsjonijiet fil-kompetizzjoni fis-suq komuni, bi ħsara għal trasportaturi oħrajn li jridu jġarrbu l-kostijiet tal-attivitajiet tagħhom. |
|
(147) |
L-AEA hija tal-fehma li ż-żewġ kuntratti li s-CCIPB iffirmat ma’ Ryanair u ma’ AMS, is-sussidjarja sħiħa tagħha, jiġifieri 1) il-kuntratt tas-servizzi fl-ajruport li jirrigwardaw ir-rotta Londra Stansted-Pau u 2) il-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni fuq l-Internet, li għalihom AMS tirċievi ammont fiss ta’ EUR 4 37 000 fis-sena, għandhom għaliex joħolqu tħassib serju. |
|
(148) |
Fil-fehma tagħha, il-fatt li Ryanair hija l-uniku utent tal-ajruport li jgawdi minn kuntratt speċifiku għas-servizzi fl-ajruport huwa prattika ferm dubjuża. Barra minn hekk, tqis li Ryanair ma għandhiex tkun eżenti mill-imposti tal-ipparkjar u tad-dawl u li meta r-rotazzjonijiet tal-kumpanija jaqbżu s-sagħtejn, din għandha tkun soġġetta għall-istess imposti li jħallsu l-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn. |
|
(149) |
L-AEA tiddikjara li d-diversi ġurisdizzjonijiet Franċiżi rrikonoxxew b’mod ġenerali li l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni iffirmat ma’ AMS ħoloq kundizzjonijiet favorevoli wisq għal Ryanair (27). Hija tindika li ntużaw ukoll espressjonijiet bħal “żbilanċ” mill-Qorti Amministrattiva ta’ Pau f’sentenza mogħtija f’Mejju 2005, li setgħet tikkonkludi biss li dan it-tip ta’ kuntratt huwa għajnuna finanzjarja lil Ryanair. L-AEA ma tiddubitax dwar il-prattika tas-servizzi ta’ promozzjoni bħala tali, iżda tiddubita kemm il-kundizzjonijiet normali tas-suq ġew irrispettati fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali inkwistjoni. |
6.1.3. RYANAIR
|
(150) |
Ryanair tiddikjara li l-patti u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport tal-2005 huma konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq u li l-kuntratt ma jagħti l-ebda vantaġġ selettiv lill-kumpanija, u minħabba f’hekk ma jipperikolax il-kompetizzjoni, u lanqas ma jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(151) |
Il-kumpanija tisħaq li hija tħallas l-imposti u t-taxxi tal-avjazzjoni standard fis-seħħ fl-ajruport ta’ Pau minbarra l-kommissjonijiet fuq il-bejgħ tal-biljetti u l-eċċess tal-bagalji. Hija tippreċiża li l-imposti huma simili għal dawk applikati f’ajruporti oħrajn simili jew għal trasportaturi tal-ajru oħrajn li joperaw fl-ajruport ta’ Pau. Safejn taf hi, is-CCIPB ma tittrattahiex aħjar mill-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn. |
|
(152) |
Skont Ryanair, it-tnaqqis kundizzjonali mogħti fuq l-imposti għall-ipparkjar u għad-dawl u fuq l-ispejjeż ta’ manutenzjoni previsti fl-Artikoli 7.1.3 u 7.2 tal-kuntratt tas-servizzi fl-ajruport tal-2005 huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi speċifikati fil-kuntratt, jiġifieri l-assenza ta’ dawl binhar u ta’ pparkjar jew ta’ mmaniġġjar tqil minħabba t-tul tar-rotazzjoni ta’ 25 minuta ta’ Ryanair u s-servizz “bla frilli” li hija toffri lill-passiġġieri tagħha. Ryanair tindika li dawn l-eżenzjonijiet japplikaw ukoll għal kumpaniji tal-ajru oħrajn simili, u li l-Artikolu 3 tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport tal-2005 isemmi espliċitament l-obbligu, tas-CCIPB, li tapplika l-kundizzjonijiet mogħtija lil Ryanair għal kumpaniji tal-ajru simili oħrajn (28). |
|
(153) |
Ryanair tisħaq li t-termini u l-kundizzjonijiet li ġew proposti lilha mhumiex sigrieti u li, għall-kuntrarju tal-prattiki attwali fis-settur, il-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport tal-2005 jawtorizza b’mod espliċitu lis-CCIPB sabiex tiżvela l-kontenut tiegħu lil kumpaniji tal-ajru oħrajn. |
|
(154) |
Ryanair issostni li hija ma kinitx tirċievi vantaġġi illegali mingħand is-CCIPB skont il-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport tal-2005 u li r-relazzjoni trasparenti koperta mill-kuntratt hija kkaratterizzata min-nuqqas ta’ selettività, kundizzjoni essenzjali (għalkemm mhux biżżejjed) biex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. Hija targumenta li l-kundizzjonijiet l-oħrajn meħtieġa biex tinħoloq għajnuna mill-Istat (effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u distorsjonijiet fil-kompetizzjoni, pereżempju) mhumiex issodisfati mill-miżuri inkwistjoni. |
6.1.4. AIRPORT MARKETING SERVICES (AMS)
|
(155) |
AMS tindika li hija toffri spazji għar-reklamar fuq is-sit tal-Internet ta’ Ryanair fil-kundizzjonijiet tas-soltu tas-suq u għal tariffi ppubblikati fuq is-sit tal-Internet tagħha stess. |
|
(156) |
Il-kumpanija tqis li l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni fuq l-Internet (WMS) mis-CCIPB ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar it-trasport peress li huwa kuntratt ta’ reklamar kummerċjali klassiku, simili għal dawk li jiġu konklużi spiss mal-gazzetti, mal-kanali tat-televiżjoni, mal-istazzjonijiet tar-radju u mal-fornituri tal-ispazji għar-reklamar fuq barra, eċċ. |
|
(157) |
Skont AMS, il-kundizzjonijiet relatati max-xiri tal-ispazji għar-reklamar fuq is-sit tal-Internet ta’ Ryanair mis-CCIPB jirriflettu l-kundizzjonijiet tas-suq u huma konformi magħhom. F’dak li jirrigwarda l-valur tal-ispazji għar-rekalmar fuq is-sit tal-Internet ta’ Ryanair, AMS tisħaq li l-prezzijiet stabbiliti minnha għal dawn l-ispazji jirriflettu s-suċċess kummerċjali dejjem akbar li qed jagħmel dan is-sit u l-kapaċità unika tiegħu li jservi bħala appoġġ għal reklam li jindirizza pubbliku speċifiku ħafna. |
|
(158) |
AMS targumenta li s-sit tal-Internet ta’ Ryanair huwa ferm aktar imfittex għall-ispazju ta’ reklamar minn kwalunkwe sit tal-ivvjaġġar ieħor ta’ kwalunkwe portal ġenerali użat bħala punt ta’ paragun mill-Kummissjoni. Hija tippreċiża li s-sit tal-Internet ta’ Ryanair jirreġistra aktar minn 300 miljun żjara tal-paġna fix-xahar. |
|
(159) |
AMS tallega li s-CCIPB xtrat spazji għar-reklami fl-istess kundizzjonijiet tal-klijenti privati. Fil-fehma tagħha, il-prezzijiet definiti fil-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni fuq l-Internet jikkorrispondu għat-tariffi kurrenti li hija kienet titlob fiż-żmien tal-kuntratt u kienu l-istess għall-klijenti kollha, kemm pubbliċi kif ukoll privati. Il-kumpanija tindika li operaturi privati ta’ ajruporti (pereżempju […] u […]) iffirmaw ma’ AMS kuntratti simili għall-ftehim konkluż mas-CCIPB. |
|
(160) |
AMS tikkontesta r-rilevanza tal-ħtieġa tas-suq inkwistjoni, imsemmija mill-Kummissjoni b’dan il-mod fid-deċiżjoni tal-ftuħ: “[…] il-Kummissjoni tiddubita kemm is-servizzi ta’ promozzjoni miftiehma huma meħtieġa għas-CCIPB u jekk il-Kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni kienx konkluż biss biex jissussidja r-rotta Pau-Londra Stansted” (29). |
|
(161) |
Fil-fatt, skont AMS, dan it-tip ta’ operazzjoni mwettqa bil-kundizzjonijiet tas-suq jeskludi l-eżistenza ta’ għajnuna u ma jeżisti l-ebda preċedent ġuridiku f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-“ħtieġa”. Madankollu, AMS tfakkar li, peress li l-Kummissjoni tkompli tinsisti fuq din il-ħtieġa, is-CCIPB hija inkarigata kemm mill-promozzjoni tar-reġjun ta’ Pau-Béarn kif ukoll mill-operat tal-ajruport ta’ Pau. Hija tqis li minħabba dawn iż-żewġ objettivi, ir-reklamar fuq is-sit tal-Internet ta’ Ryanair huwa loġiku mill-perspettiva kummerċjali. |
|
(162) |
F’dak li jirrigwarda x-xiri tal-ispazji ta’ reklamar għall-promozzjoni tar-reġjun, AMS tenfasizza li l-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija Franċiżi huma f’kompetizzjoni kontra xulxin u jridu jirrikorru għal “promozzjoni territorjali” biex ir-reġjun tagħhom jisboq lill-kompetituri tiegħu. |
|
(163) |
AMS hija tal-fehma li l-ispazju tar-reklamar mixtri fuq is-sit tal-Internet ta’ Ryanair jippermetti li tiżdied il-viżibbiltà tal-ajruport ta’ Pau. Fil-fehma tagħha, is-CCIPB għandha interess kummerċjali dirett li taġixxi b’dan il-mod peress li ż-żieda fl-għadd ta’ passiġġieri li tirriżulta minnu tattira kumpaniji anċillari lejn l-ajruport u żżid id-dħul tiegħu. |
|
(164) |
AMS targumenta li s-CCIPB ma tirreklamax fuq is-sit tal-Internet ta’ Ryanair biex tissussidja r-rotta Pau-Londra, iżda li l-ispazju fuq is-sit tal-Internet ta’ Ryanair li AMS tqiegħed għad-dispożizzjoni tas-CCIPB jikkostitwixxi riżorsa mfittxija li għaliha ntwera bil-provi li teżisti domanda mingħand oħrajn li jixtiequ jirreklamaw, inkluż mis-settur privat. Għaldaqstant ma jkunx eżatt li wieħed jiddeskrivi l-bejgħ ta’ dan l-ispazju bħala sempliċi skuża biex tikseb il-ħlas ta’ xi sussidju. |
|
(165) |
Skont AMS, il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni fuq l-Internet mhuwiex għajnuna peress li l-kundizzjonijiet tiegħu huma konformi ma’ dawk ta’ kuntratt kummerċjali klassiku u ma jagħti l-ebda vantaġġ lil AMS (jew lil Ryanair). Il-kumpanija tqis li dan il-ftehim ma joħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni u ma jaffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
6.1.5. AIR FRANCE
|
(166) |
Mill-ajruport ta’ Pau, Air France toffri madwar ħames vjaġġi kuljum lejn l-ajruport ta’ Paris Orly, tliet vjaġġi kuljum lejn l-ajruport ta’ Paris Roissy Charles de Gaulle, u erba’ vjaġġi ta’ kuljum lejn l-ajruport ta’ Lyon (permezz ta’ sussidjarja). |
|
(167) |
Air France tiddikjara li l-vantaġġi mogħtija lill-kumpanija Ryanair kif ukoll lis-sussidjarja tagħha AMS u li ma tgawdix minnhom Air France għandhom l-effett li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-kostijeit operatorji ta’ Ryanair. Għalhekk, skont Air France, dan jaffettwa l-kompetizzjoni diretta li teżisti bejn Ryanair u Air France għat-titjiriet offruti minn u lejn l-ajruport ta’ Pau iżda wkoll il-kompetizzjoni fuq ir-rotot kollha fil-Komunità. Għaldaqstant il-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa direttament affettwat. |
6.1.5.1. Imposti tal-ajruport
|
(168) |
Air France tosserva li skont il-ktejjeb tat-tariffi tal-2007 ippubblikat mis-CCIPB, it-tariffa pubblika tal-imposta tal-ipparkjar hija ffissata għal EUR 0,16 kull tunnellata/siegħa. Dan il-ħlas japplika meta l-ajruplan jieqaf tal-inqas sagħtejn fuq it-tarmak. Air France tindika li mhuwiex anormali li Ryanair ma tħallasx din it-tariffa għal rotazzjoni ta’ 25 minuta iżda, madankollu, malli r-rotazzjoni taqbeż is-sagħtejn, Ryanair għandha tħallas it-tariffa. |
|
(169) |
Air France tinnota li skont il-ktejjeb tat-tariffi tal-2007 ippubblikat mis-CCIPB, it-tariffa pubblika tal-imposta għad-dwal hija stabbilita għal EUR 35,18 għal kull moviment tal-ajruplan. Din l-imposta hija dovuta meta t-tagħmir tad-dawl jintuża għal “moviment tal-ajruplan”, jiġifieri nżul jew tlugħ, binhar jew billejl. Għaldaqstant, il-fatt li din l-imposta ma tiġix applikata għall-kumpanija Ryanair bl-iskuża li din tagħmel biss rotazzjonijiet binhar mhuwiex konformi mal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ applikazzjoni ta’ din l-imposta. |
|
(170) |
Air France tisħaq li dawn it-tariffi pubbliċi normalment ikunu riverduti minn żmien għal ieħor u tqis li Ryanair – bħat-trasportaturi l-oħrajn li joperaw minn u lejn l-ajruport ta’ Pau – għandha tkun soġġetta għall-varjazzjonijiet eventwali fil-livell ta’ dawn l-imposti. |
6.1.5.2. Servizzi ta’ assistenza fl-ajruport.
|
(171) |
Air France tindika li s-servizz ta’ assistenza fuq l-art li hija tingħata f’Pau huwa r-riżultat ta’ kuntratt formali. Air France tinnota li skont il-Linji Gwida tal-2005, “operatur ta’ ajruport li jaġixxi bħala fornitur ta’ servizzi ta’ groundhandling jista’ juża tariffi differenti fuq il-ħlasijiet ta’ assistenza mitluba mingħand il-kumpaniji tal-ajru, jekk dawn id-differenzi fit-tariffi jirriflettu differenzi fil-kostijiet marbuta mat-tip jew mal-ammont ta’ servizzi pprovduti” . Air France tenfasizza li fis-sentenza tagħha tat-3 ta’ Mejju 2005, il-Qorti Amministrattiva ta’ Pau qieset li skont mhux ġustifikat fuq it-tariffi tas-servizzi ta’ groundhandling mogħti lil Ryanair kien jirrappreżenta għajnuna mill-Istat li, minħabba li ma ġietx notifikata, għandha titqies illegali. |
|
(172) |
Air France tinnota li toffri ferm aktar servizzi minn u lejn l-ajruport ta’ Pau mill-kumpanija Ryanair. F’dawn il-kundizzjonijiet, Air France tħoss li t-tariffi mogħtija mis-CCIPB lill-kumpanija Ryanair għas-servizzi ta’ assistenza fl-ajruport ma għandhomx ikunu aktar vantaġġjużi minn dawk li tgawdi minnhom Air France. |
6.1.5.3. Il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż ma’ AMS
|
(173) |
Air France tgħid li dan it-tip ta’ kuntratti bejn l-entità li topera ajruport u s-sussidjarja ta’ Ryanair AMS huwa prattika komuni ta’ Ryanair fl-ajruporti li minnhom tiddeċiedi li tiftaħ rotot tal-ajru. Air France tindika li l-qrati amministrattivi Franċiżi diġà ssanzjonaw dan it-tip ta’ miżuri, billi s-servizzi preżunti ta’ promozzjoni ma kinux qegħdin jitwettqu jew kienu qegħdin jitwettqu f’kundizzjonijiet favorevoli wisq għal Ryanair. |
|
(174) |
Air France ssemmi l-“iżbilanċ” li l-Qorti Amministrattiva ta’ Pau innutat fis-sentenza tagħha tat-3 ta’ Mejju 2005 bejn l-impenji reċiproċi tal-partijiet għall-ftehim konkluż bejn is-CCIPB u Ryanair fl-2003. Air France taħseb li huwa ġġustifikat li tiddubita dwar l-eżistenza ta’ bilanċ bejn l-obbligi tal-partijiet għall-ftehim tal-2005 ma’ AMS. Skont Air France, ma hemm xejn li jindika li dan l-ammont kollu jew parti minnu jista’ jitħallas lura minn Ryanair kemm f’każ li tingħalaq ir-rotta tal-ajru kkonċernata kif ukoll f’każ li l-objettivi promozzjonali eventwalment stabbiliti ma jintlaħqux. |
|
(175) |
Air France ma tikkontestax il-fatt li ċerta għajnuna ta’ “promozzjoni” tista’ tkun aċċettabbli f’dak li jirrigwarda r-regoli Komunitarji. Madankollu, Air France tqis li hemm ftit probabbiltà li l-kuntratt imsejjaħ ta’ “servizzi ta’ promozzjoni” jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa biex ikun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
6.1.5.4. Konklużjoni
|
(176) |
Air France tixtieq li l-ħlasijiet li fil-fehma tagħha huma indebiti u li minnhom Ryanair ilha tgawdi fl-ajruport ta’ Pau mill-2005 jieqfu u li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna illegali mingħand Ryanair. |
6.2. IL-KUMMENTI MRESSQA MILL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI WARA L-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
6.2.1. IL-KAMRA TAL-KUMMERĊ U TAL-INDUSTRIJA TA’ PAU-BÉARN (CCIPB)
|
(177) |
Is-CCIPB taħseb li l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni u l-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport li hija kkonkludiet mal-kumpaniji tal-ajru u/jew mas-sussidjarji tagħhom ma jinkludu l-ebda għajnuna mill-Istat. |
|
(178) |
Is-CCIPB tinnota li rigward il-kuntratti, in-natura u l-għan tagħhom huma radikalment differenti u għandhom ikunu analizzati b’mod separat. Ftit li xejn jimporta li dawn il-kuntratti setgħu ġew konklużi fl-istess jum peress li kull wieħed għandu għan differenti. Il-kuntratt tas-servizzi fl-ajruport għandu l-għan li jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom l-ajruport ta’ Pau jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kumpaniji tal-ajru l-faċilità tal-ajruport tiegħu u jipprovdilhom diversi servizzi fl-ajruport bi ħlas. Għall-kuntrarju, il-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni għandu l-għan li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom kumpanija tal-ajru għandha, bi ħlas, tippromwovi lill-ajruport ta’ Pau u l-attrazzjonijiet turistiċi u tan-negozju tar-reġjun ta’ Pau u ta’ Béarn fuq is-sit tal-Internet tagħha. Għaldaqstant, iż-żewġ tipi ta’ kuntratti mhumiex intrinsikament marbutin. Bl-istess mod, għad li l-patti u l-kundizzjonijiet li fihom is-servizzi fl-ajruport ipprovduti mill-ajruport u s-servizzi ta’ promozzjoni ipprovduti minn kumpanija tal-ajru jew sussidjarja tagħha jistgħu jidhru f’kuntratt wieħed, dan xorta waħda ma jfissirx li l-analiżi ġuridika dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat għandha tkopri dawn iż-żewġ tipi ta’ servizzi li ma “jikkumpensawx” lil xulxin. |
|
(179) |
Rigward l-imġiba tas-CCIPB u tal-entitajiet pubbliċi l-oħra, is-CCIPB tqis li ma jistgħux jiġu vvalutati flimkien, għall-inqas fir-rigward tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni (li jiġġustifika l-valutazzjoni separata tal-kuntratti), billi dawn il-kuntratti ġew innegozjati u konklużi mis-CCIPB b’mod strettament awtonomu, mingħajr l-intervent tal-entitajiet pubbliċi l-oħrajn. |
6.2.1.1. Il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni konklużi mis-CCIPB
Imputabbiltà
|
(180) |
Skont is-CCIPB, il-ħlasijiet magħmula skont il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni mhumiex imputabbli lill-Istat peress li s-CCIPB tgawdi minn awtonomija totali fil-ġestjoni tal-ajruport vis-à-vis l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tagħha. Id-deċiżjonijiet li tħallas, min-naħa, lil Ryanair, imbagħad lil AMS, u min-naħa l-oħra, lil Transavia, għal servizzi ta’ promozzjoni, ittieħdu mis-CCIPB b’mod awtonomu u individwali, mingħajr l-intervent dirett jew indirett tal-Istat. |
Vantaġġ ekonomiku mogħti lill-kumpaniji tal-ajru
|
(181) |
Is-CCIPB tqis li aġixxiet b’mod ċar bħal investitur privat prudenti fl-ekonomija tas-suq. B’mod partikolari, il-kumpanija AMS u l-kumpanija Transavia pprovdew servizzi kummerċjali reali, b’mod partikolari links fuq is-sit tal-Internet tagħhom li jippermettu lill-utenti tal-Internet jiġu ggwidati direttament lejn is-siti tas-CCIPB, u li l-ħlas tagħhom kien jikkorrispondi għall-prezz tas-suq. F’dan ir-rigward is-CCIPB tisħaq fuq il-volum kbir ta’ frekwenza li għandhom is-siti tal-Internet ta’ Ryanair u ta’ Transavia. |
|
(182) |
Barra minn hekk, is-CCIPB tinnota li l-prezzijiet applikati minn AMS huma bbażati fuq skala stabbilita f’lista pubblika ta’ tariffi disponibbli fuq is-sit tagħha. Din l-iskala tiġi applikata għall-ajruporti kollha klijenti ta’ AMS mingħajr distinzjoni, inklużi ċerti ajruporti Britanniċi għal kollox privati. Min-naħa tagħha Transavia tipprovdi servizzi ta’ promozzjoni lil ajruport privat fl-Italja. |
|
(183) |
Barra minn hekk, skont is-CCIPB, ċerti ajruporti Franċiżi, immexxija minn kumpaniji privati (bħala delegati tas-servizz pubbliku) jidhru li kkonkludew kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni ma’ AMS, fosthom l-ajruport ta’ Tarbes-Lourdes-Pyrénées, ġestit mill-kumpanija Kanadiża SNC-Lavalin. Is-CCIPB tqis dan bħala prova tal-konformità tal-imġiba tagħha ma’ dik ta’ operatur privat. |
|
(184) |
Is-CCIPB tinnota wkoll li n-natura fissa tal-prezz imħallas għas-servizzi pprovduti ma jidhirx li huwa kriterju determinanti għall-kwalifika ta’ għajnuna mill-Istat u li l-ammonti mħallsa skont il-kuntratt Pau-Charleroi jippermettu li jinkisbu servizzi differenti minn dawk li s-CCIPB tgawdi minnhom skont il-kuntratt Pau-Londra, u għalhekk is-CCIPB mhijiex qiegħda tħallas darbtejn għall-istess servizz. Barra minn hekk, is-CCIPB tikkunsidra li l-ammonti mħallsa mhumiex biżżejjed għall-ftuħ ta’ rotta tal-ajru. |
|
(185) |
Is-CCIPB tikkunsidra li bix-xiri ta’ dawn is-servizzi ta’ promozzjoni għall-prezzijiet imsemmija fil-kuntratti, hija gawdiet minn kontropartijiet ekonomiċi indiskutibbli, u għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, is-servizzi ta’ promozzjoni kellhom impatt favorevoli fuq id-dħul tal-operat tal-ajruport b’mod partikolari billi kkontribwixxew għal żieda fil-fluss ta’ passiġġieri fl-ajruport. Barra minn hekk, dawn il-kontropartijiet kienu wkoll ta’ benefiċċju għall-belt kollha ta’ Pau u għar-reġjun tagħha. |
|
(186) |
Is-CCIPB mhijiex tal-istess fehma bħall-konsulent li “l-istrateġija ta’ Ryanair sottostanti għall-konklużjoni tal-kuntratti ta’ promozzjoni hija li tikseb sussidju mill-ajruport sabiex iżżomm il-prezzjijiet tagħha baxxi” . Għall-kuntrarju tal-konsulent, is-CCIPB tqis li għandha interess kummerċjali kbir li tixtri tali servizzi peress li l-ajruport ta’ Pau huwa ajruport reġjonali li ma jgawdix minn fluss naturali ta’ passiġġieri f’volum suffiċjenti biex jibbilanċja l-kontijiet operazzjonali tagħha. Is-CCIPB tindika li minn meta waslet Ryanair fl-ajruport u l-isforzi ta’ reklamar li saru fuq is-sit tal-Internet tagħha, l-ajruport ta’ Pau żied it-traffiku tiegħu b’mod sostanzjali. |
|
(187) |
Fl-aħħar nett, is-CCIPB tindika li rrifjutat li ġġedded il-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni ma’ AMS minħabba li l-prezzijiet il-ġodda nnegozjati kienu għoljin wisq. Din id-deċiżjoni tikkonferma li hija ma kinitx lesta li tilqa’ lil Ryanair akkost ta’ kollox. |
Distorsjoni tal-Kompetizzjoni
|
(188) |
Skont is-CCIPB, l-ammonti mħallsa bħala kontroparti għas-servizzi ta’ promozzjoni bl-ebda mod ma affettwaw il-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji tal-ajru u lanqas bejn l-ajruporti. Is-CCIPB tisħaq li hija trid tagħmel sforzi ta’ promozzjoni, peress li huwa ferm diffiċli għaliha li tattira kumpaniji tal-ajru peress li dawn jippreferu jmorru fl-ajruporti qrib u aktar attraenti għat-turiżmu tad-divertiment. Is-CCIPB issemmi l-ajruport ta’ Biarritz-Anglet-Bayonne, li jservi reġjun rinomat għall-bajjiet tiegħu, u l-ajruport ta’ Tarbes-Lourdes, li jibbenefika mil-lokalità reliġjuża ta’ Lourdes. |
|
(189) |
Is-CCIPB tinnota li fl-ajruport ta’ Pau, il-kompetizzjoni kkawżata mill-kumpaniji bi prezz baxx xejn ma affettwat lill-attività ta’ Air France li kompliet tikber sal-2008, meta feġġet il-kriżi ekonomika. Is-CCIPB tenfasizza wkoll li qabel il-wasla ta’ Ryanair fl-2003, l-ebda kumpanija tal-ajru ma kienet topera rotot internazzjonali mill-ajruport ta’ Pau, u li għalhekk din il-wasla ma affettwatx il-kompetizzjoni fuq ir-rotot eżistenti. |
6.2.1.2. Il-Kuntratti tas-servizzi fl-ajruport
|
(190) |
Is-CCIPB tfakkar li l-imposti tal-ajruport jiġu applikati kollha b’mod strett għal kull utent kif ukoll għal kull kumpanija tal-ajru tal-pjattaforma tal-ajruport ta’ Pau bl-istess mod. Is-CCIPB tiċħad f’dan ir-rigward li teżisti xi prattika diskriminatorja. |
|
(191) |
Min-naħa l-oħra, is-CCIPB ma taqbilx mal-konsulent meta jgħid li l-imposti mhux regolati jvarjaw minn kumpanija tal-ajru għal oħra mingħajr raġuni valida. Skont is-CCIPB, it-tariffi tas-servizzi mhux irregolati jiġu nnegozjati ma’ kull kumpanija tal-ajru skont l-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni individwali. Is-CCIPB tikkonkludi minn dawn l-argumenti li l-ebda wieħed mill-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport eżaminati mill-Kummissjoni ma jinkludi xi element ta’ għajnuna mill-Istat. |
6.2.1.3. Sussidji lill-ajruport
|
(192) |
Is-CCIPB tqis li l-ebda “sussidju” riċevut mill-ajruport ta’ Pau matul il-perjodu tas-sena 2000 sal-2010 u kopert mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma kien fih element ta’ għajnuna mill-Istat. |
Sussidji sovrani
|
(193) |
Skont is-CCIPB, is-sussidji ta’ EUR 3,521 miljun imsemmija fis-sezzjoni 4.3.1, kienu maħsuba biex jiffinanzjaw il-missjonijiet fdati mil-liġi lill-operaturi tal-ajruporti iżda li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fit-twettiq tar-responsabbiltajiet pubbliċi tiegħu. B’hekk, dawn il-missjonijiet mhumiex ekonomiċi u għal din ir-raġuni, is-sussidji inkwistjoni ma jaqgħux fl-ambitu ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
Sussidji għat-tagħmir
|
(194) |
Is-CCIPB tqis li s-sussidji għat-tagħmir mogħtija mill-assoċjazzjoni konġunta u l-awtoritajiet lokali ma jinkludux element ta’ għajnuna mill-Istat. Dawn l-ammonti kienu jservu biex jiffinanzjaw investimenti magħmulin mill-proprjetarji tal-faċilità tal-ajruport għall-manutenzjoni u t-titjib tiegħu, jiġifieri għall-valorizzazzjoni tal-patrimonju proprju. Għaldaqstant dawn l-investimenti jsiru għall-vantaġġ biss tal-proprjetarji tagħhom. Dawn is-somom għall-kuntrarju ma jagħtu l-ebda vantaġġ ekonomiku lis-CCIPB għaliex ma jtaffux il-piżijiet tal-operat li normalment ikollha ġġarrab bħala operatur tal-ajruport. Kull ma jagħmlu dawn l-ammonti huwa li “jittranżitaw” permezz tas-CCIPB li, fil-kwalità tagħha ta’ amministratur ta’ faċilità pubblika, tingħata l-missjoni li twettaq l-imsemmija ħidma ta’ manutenzjoni, tiġdid u titjib. |
|
(195) |
Għalhekk, skont is-CCIPB, bl-għoti tas-sussidji għat-tagħmir, l-awtorità konċessjonarja u l-awtoritajiet lokali jintervjenu b’mod naturali fil-kwalità tagħhom ta’ proprjetarji ta’ faċilitajiet tal-ajruport, fil-kuntest tal-konċessjoni ta’ faċilità pubblika, għal finijiet ta’ xogħol ta’ standardizzazzjoni, ta’ manutenzjoni u ta’ titjib tas-servizz pubbliku fl-ajruport, bl-għan li jivvalorizzaw il-patrimonju tagħhom. Dawn huma investimenti li jaqgħu, naturalment, fuq il-proprjetarju tal-faċilità pubblika u mhux fuq l-operatur tagħha. |
|
(196) |
Is-CCIPB tinnota wkoll li hija ser ikollha trodd lura fl-aħħar tal-konċessjoni (fl-aħħar tal-2015) l-imsemmija infrastruttura tal-ajruport lill-proprjetarji tagħha, flimkien mal-investimenti magħmula. |
|
(197) |
Barra minn hekk, is-sussidji inkwistjoni ma fixklux il-kompetizzjoni mal-ajruporti l-oħrajn fil-qrib (Tarbes-Lourdes-Pyrénées u Biarritz-Anglet-Bayonne) għaliex dawn ukoll ħadu sussidji simili mingħand l-awtoritajiet konċessjonarji tagħhom. |
|
(198) |
Rigward l-ammont ta’ EUR 38 000 riċevut mingħand Gaz de France fl-2003, is-CCIPB tinnota li din il-miżura mhijiex imputabbli lill-Istat iżda ttieħdet b’mod awtonomu minn Gaz de France. Din id-deċiżjoni ma tat l-ebda vantaġġ ekonomiku lill-ajruport ta’ Pau billi Gaz de France aġixxiet bħala investitur privat prudenti f’ekonomija tas-suq. Fil-fatt, Gaz de France kienet issuġġeriet lis-CCIPB li tistabbilixxi impjant ta’ koġenerazzjoni, li kien jippermetti lill-ajruport jiffranka l-enerġija għat-tisħin u għall-arja kundizzjonata u lil Gaz de France li tipprovdi l-gass meħtieġ għall-funzjonament tiegħu. |
Kompatibbiltà fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 2005/842/KE tal-Kummissjoni
|
(199) |
Is-CCIPB tinnota li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE (30) (minn hawn ‘il quddiem id-“Deċiżjoni SIEĠ tal-2005”) hija applikabbli għall-miżuri eżaminati. Is-CCIPB tenfasizza li fl-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jidhru fil-fatt “kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ajruporti (…) fejn it-traffiku medju annwali matul is-sentejn finanzjarji qabel is-sena li fiha jkun ġie assenjat is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ma jkunx jaqbeż il-miljun passiġġier (…)” u li “jirċievi kumpens annwlai għas-servizz inkwistjoni ta’ anqas minn EUR 30 miljun” (l-Artikolu 2). B’hekk, għas-CCIPB, li tikkunsidra li hija inkarigata bil-provvediment ta’ servizz pubbliku ta’ ajruport, jekk is-sussidji mħallsa lill-ajruport jikkostitwixxu għajnuna, din l-għajnuna hija kompatibbli u ħielsa mill-obbligu ta’ notifika minn qabel abbażi tad-Deċiżjoni SIEĠ tal-2005. |
Kompatibbiltà fuq il-bażi tal-Linji Gwida tal-2005
|
(200) |
Is-CCIPB targumenta b’mod sussidjarju li s-sussidji riċevuti mill-ajruport ta’ Pau u mis-CCIPB jissodisfaw il-kriterji ta’ kompatibbiltà previsti mil-Linji Gwida tal-2005. |
6.2.2. RYANAIR
|
(201) |
Ryanair targumenta li l-Kummissjoni għamlet żball li għaqqdet iż-żewġ ftehimiet konklużi mas-CCIPB, wieħed minn Ryanair u l-ieħor minn AMS, f’każ wieħed ta’ għajnuna preżunta mill-Istat. Il-kumpanija tal-ajru żżid li l-inkjesta dwar ir-relazzjoni bejn AMS u l-ajruport ta’ Pau hija kontra l-kurrent tas-suċċess kummerċjali tal-offerta ta’ Ryanair, li AMS għandha għadd kbir ta’ klijenti (mhux biss ajruporti) u li l-mudell tagħha qed ikun dejjem aktar ikkuppjat fuq is-siti tal-Internet ta’ kumpaniji tal-ajru oħrajn. |
6.2.2.1. Ir-rapport tal-konsulent tat-30 ta’ Marzu 2011
|
(202) |
Ryanair tikkontesta ċerti konklużjonijiet tar-rapport tal-konsulent, b’mod partikolari t-tliet allegazzjonijiet li ġejjin (31):
|
6.2.2.2. It-trattament ta’ AMS u ta’ Ryanair bħala benefiċjarju wieħed
|
(203) |
Ryanair tqis li l-ftehim ta’ servizzi fl-ajruport konkluż mis-CCIPB magħha u l-ftehim tal-promozzjoni konkluż ma’ AMS huma separati u indipendenti, li jirrigwardaw servizzi differenti u li ma hemm l-ebda rabta li tiġġustifika l-fatt li wieħed iqishom bħala sors wieħed ta’ “miżuri”. Fil-fehma tagħha, il-ftehimiet ta’ AMS kienu ta’ vantaġġ għas-CCIPB, bħala xerrejja ta’ servizzi ta’ reklamar, u mhumiex maħsuba biex itejbu r-rata ta’ mili jew il-prestazzjoni tal-kumpanija fuq ir-rotot li hija topera. |
6.2.2.3. Riżorsi tal-Istat u n-nuqqas ta’ imputabbiltà
|
(204) |
Ryanair ma taqbilx li d-deċiżjonijiet meħuda mis-CCIPB jiġu attribwiti lill-Istat u tiddikjara li l-ftehimiet konklużi minn din tal-aħħar ma’ Ryanair u ma’ AMS ma kienu jinvolvu l-ebda trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat Franċiż. |
|
(205) |
Ryanair tiddikjara li s-CCIPB mhijiex aspett ieħor tal-Istat Franċiż u li l-imputabbiltà ma tistax tkun stabbilita sempliċiment għax is-CCIPB hija impriża pubblika u allura taħt il-kontroll tal-Istat Franċiż. Il-kumpanija tal-ajru hija tal-fehma li l-Kummissjoni għandha teżamina r-rwol tal-awtoritajiet pubbliċi fid-deċiżjonijiet meħuda mis-CCIPB fir-rigward ta’ Ryanair u ta’ AMS. |
|
(206) |
Barra minn hekk, Ryanair tirreferi għall-ġurisprudenza tal-qrati Franċiżi, li abbażi tagħha hija tqis li l-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija huma entitajiet oriġinali kkaratterizzati min-natura doppja tagħhom u li għalhekk jeħtieġ li jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-“istabbilimenti pubbliċi ekonomiċi”. |
|
(207) |
F’dak li jirrigwarda l-parteċipazzjoni tal-Istat fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni, Ryanair tqis li l-Istat għandu jkun informat biss dwar ċerti deċiżjonijiet u unikment b’mod a posteriori. |
6.2.2.4. Pjan tal-kumpanija
|
(208) |
Ryanair issostni li n-nuqqas ta’ pjan tal-kumpanija meta ġew konklużi l-ftehimiet tal-2005 ma jistax jintuża bħala prova li l-ftehimiet ma kinux konformi mal-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. |
6.2.2.5. Il-kummenti ta’ Ryanair tal-Erbgħa, 10 ta’ April 2013
|
(209) |
Fl-10 ta’ April 2013, Ryanair bagħtet żewġ dokumenti mħejjija mill-kumpanija Oxera u analiżi magħmula mill-professur Damien P. McLoughlin. |
L-ewwel dokument ta’ Oxera – Id-definizzjoni tal-valur ta’ referenza tas-suq fl-analiżi komparattiva għat-testijiet dwar il-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Il-każ tal-għajnuna mill-Istat lil Ryanair, dokument imħejji minn Oxera għal Ryanair, 9 ta’ April 2013
|
(210) |
Oxera tqis li l-metodu tal-Kummissjoni li taċċetta biss ajruporti ta’ referenza li jinsabu fl-istess żona ta’ kummerċ tal-ajruport inkwistjoni huwa żbaljat. |
|
(211) |
Oxera targumenta li l-prezzijiet ta’ referenza tas-suq miksuba mingħand l-ajruporti ta’ referenza mhumiex affettwati mill-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-ajruporti tal-inħawi. Għaldaqstant huwa possibbli li ssir stima affidabbli tal-valur ta’ referenza tas-suq meta wieħed japplika l-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(212) |
Fil-fatt,
|
It-tieni dokument ta’ Oxera – Prinċipji sottostanti għall-analiżi tal-profittabbiltà fl-ittestjar tal-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Każijiet ta’ għajnuna mill-Istat relatati ma’ Ryanair, dokument imħejji minn Oxera għal Ryanair, 9 ta’ April 2013
|
(213) |
Oxera targumenta li l-analiżi tal-profittabbiltà li hija għamlet fir-rapporti tagħha ppreżentati lill-Kummissjoni ssegwi l-prinċipji li jadotta operatur raġonevoli fis-settur privat u tirrifletti l-approċċ li jirriżulta mid-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni. |
|
(214) |
Il-prinċipji sottostanti għall-analiżi tal-profittabbiltà huma dawn li ġejjin:
|
|
(215) |
Il-profittabbiltà addizzjonali miġjuba mill-ftehimiet konklużi minn Ryanair mal-ajruporti għandha tkun ivvalutata fuq il-bażi ta’ stimi tar-rata ta’ profittabbiltà interna jew ta’ miżuri bbażati fuq il-valur preżenti nett. |
Analiżi tal-professur Damien P. McLoughlin – Consolidation d’une marque: pourquoi et comment les petites marques devraient investir dans le marketing (Konsolidazzjoni ta’ marka kummerċjali: għalfejn u kif il-marki kummerċjali żgħar għandhom jinvestu fil-promozzjoni), dokument imħejji għal Ryanair, l-10 ta’ April 2013
|
(216) |
Id-dokument huwa maħsub biex jesponi l-loġika kummerċjali li tispjega għalfejn l-ajruporti reġjonali jiddeċiedu li jixtru spazji ta’ reklamar fuq ryanair.com mingħand AMS. |
|
(217) |
Hemm għadd kbir ta’ ajruporti b’saħħithom ħafna, magħrufa u li jintużaw b’mod regolari. Il-kompetituri dgħajfa jridu jegħlbu l-imġiba ta’ xiri statiku tal-konsumaturi sabiex jiżviluppaw l-attività tagħhom. L-ajruporti reġjonali ż-żgħar iridu jsibu l-mezz kif ixandru kontinwament il-messaġġ marbut mal-marka kummerċjali tagħhom lill-akbar numru ta’ persuni possibbli. Il-forom tradizzjonali ta’ komunikazzjoni ta’ promozzjoni jeħtieġu spejjeż li jisbqu r-riżorsi tagħhom. |
|
(218) |
Ir-reklamar permezz ta’ AMS:
|
6.2.2.6. Il-kummenti ta’ Ryanair tal-20 ta’ Diċembru 2013
|
(219) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2013, Ryanair ippreżentat kummenti dwar il-ħlasijiet lil AMS. Ryanair tikkontesta l-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li l-ħlasijiet magħmula lil AMS huma kosijiet għall-ajruport, peress li dan l-approċċ ma jikkunsidrax il-valur tas-servizzi pprovduti minn AMS lill-ajruport. Barra minn hekk hija tqis li għall-finijiet tal-analiżi dwar il-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn ix-xiri ta’ servizzi ta’ promozzjoni ivvalorizzat bil-prezz tas-suq u kuntratt ta’ relazzjoni bejn ajruport u kumpanija tal-ajru. |
|
(220) |
Biex issostni l-argument tagħha, Ryanair ippreżentat analiżi li tqabbel il-prezzijiet użati minn AMS ma’ dawk proposti għal servizzi simili minn siti oħrajn tal-ivvjaġġar (32). L-analiżi tikkonkludi li l-prezzijiet użati minn AMS kienu kemm inqas mill-medja kif ukoll fil-medda medjana tal-prezzijiet mitluba mis-siti tal-Internet ta’ referenza. |
|
(221) |
Skont Ryanair, dan juri li l-prezzijiet ta’ AMS huma konformi għall-prezzijiet tas-suq u li d-deċiżjoni ta’ ajruport pubbliku li jixtri s-servizzi ta’ AMS hija konformi mal-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Ryanair ġabet ukoll provi tas-servizzi pprovduti lill-ajruporti fil-kuntratti ma’ AMS, sabiex turi l-valur ta’ dawn is-servizzi għall-ajruporti. |
|
(222) |
Skont Ryanair, għalkemm il-Kummissjoni insistiet sabiex tissottometti l-ftehimiet ta’ AMS u l-ftehimiet tas-servizzi fl-ajruport ta’ Ryanair għall-istess kriterju uniku tal-operatur f’ekonomija tas-suq (approċċ li Ryanair tikkontesta), il-valur tas-servizzi pprovduti minn AMS lill-ajruporti ma għandux ikun sottovalutat. |
|
(223) |
Barra minn hekk, Ryanair tirreferi għall-konklużjonijiet ta’ diversi rapporti li jikkonfermaw li l-kumpanija għandha marka kummerċjali pan-Ewropea b’saħħitha tant li kapaċi tiġġenera valur għas-servizzi ta’ reklamar tagħha. |
6.2.2.7. Il-kummenti ta’ Ryanair tas-17 ta’ Jannar 2014
|
(224) |
Ryanair ippreżentat rapport maħdum mill-konsulent ekonomiku tagħha dwar il-prinċipji li, skont il-kumpanija tal-ajru, għandhom japplikaw għal kriterju ta’ profittabbiltà tal-operatur f’ekonomija tas-suq li jkopri kemm il-ftehimiet dwar is-servizzi fl-ajruport konklużi bejn Ryanair u l-ajruporti kif ukoll il-ftehimiet ta’ promozzjoni konklużi bejn AMS u dawn l-istess ajruporti (33). Ryanair tenfasizza li dan xejn ma jibdel il-pożizzjoni tagħha li l-ftehimiet ta’ AMS u l-ftehimiet tas-servizzi fl-ajruport għandhom ikunu soġġetti separatament għall-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(225) |
Ir-rapport jindika li d-dħul iġġenerat minn AMS għandu jkun inkluż fid-dħul f’analiżi konġunta tal-profittabbiltà fejn l-ispejjeż ta’ AMS għandhom ikunu attribwiti lill-kostijiet. Biex dan isir, ir-rapport jipproponi metodu bbażat fuq il-flussi tal-flus li jipprevedi li l-ispejjeż li jirrigwardaw lil AMS ikunu ttrattati bħala spejjeż operatorji addizzjonali. |
|
(226) |
Ir-rapport jargumenta li l-attivitajiet ta’ promozzjoni jikkontribwixxu għall-ħolqien u għat-tisħiħ tal-valur tal-marka kummerċjali, li x’aktarx jiġġenera negozju u qligħ, mhux biss matul il-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni, iżda wkoll wara li jiskadi. Dan ikun il-każ b’mod partikolari meta minħabba ftehim ma’ Ryanair, kumpaniji tal-ajru oħrajn jistabbilixxu ruħhom fl-ajruport, u min-naħa tagħhom jattiraw operaturi kummerċjali u b’hekk iżidu d-dħul mhux mill-avjazzjoni tal-ajruport. Skont Ryanair, jekk il-Kummissjoni tagħmel analiżi konġunta tal-profittabbiltà, dawn il-profitti għandhom jiġu kkunsidrati meta jkunu trattati l-ispejjeż relatati ma’ AMS bħala spejjeż operatorji addizzjonali, bil-profitt addizzjonali li jiġi kkalkolat wara t-tnaqqis tal-ħlasijiet lil AMS. |
|
(227) |
Ryanair taħseb ukoll li valur finali jista’ jkun inkluż fil-profitti addizzjonali previsti fi tmiem it-terminu tal-ftehim dwar is-servizzi fl-ajruport sabiex jiġi kkunsidrat il-valur iġġenerat wara li jiskadi l-ftehim. Il-valur finali jista’ jkun adattat fuq il-bażi ta’ ipoteżi konservattiva dwar il-probabbiltà tat-tiġdid tal-ftehim ma’ Ryanair jew skont liema mill-kundizzjonijiet simili jiġu miftiehma ma’ kumpaniji oħrajn. Ryanair tqis li b’hekk huwa possibbli li jiġi stmat limitu aktar baxx għall-benefiċċji ġġenerati b’mod konġunt mill-ftehim konkluż ma’ AMS u mill-ftehim dwar is-servizzi fl-ajruport, waqt li jiġi kkunsidrat il-karattru inċert tal-profitti addizzjonali wara li jiskadi l-ftehim dwar is-servizzi fl-ajruport. |
|
(228) |
B’appoġġ għal dan l-approċċ, ir-rapport jippreżenta sinteżi tar-riżultati tal-istudji dwar l-effett tar-reklamar fuq il-valur ta’ marka kummerċjali. Dawn l-istudji jirrikonoxxu li r-reklamar jista’ jsaħħaħ il-valur ta’ marka kummerċjali u jżid il-lealtà tal-klijenti. Skont ir-rapport, ir-reklamar fuq ryanair.com iżid b’mod partikolari l-viżibbiltà tal-marka kummerċjali fil-każ ta’ ajruport. Ir-rapport iżid li l-ajruporti reġjonali ż-żgħar li jixtiequ jkabbru t-traffiku tagħhom jistgħu fost l-oħrajn isaħħu l-valur tal-marka tagħhom billi jidħlu fi ftehimiet ta’ reklamar ma’ AMS. |
|
(229) |
Ir-rapport jindika li l-approċċ ibbażat fuq il-flussi tal-flus huwa aħjar mill- approċċ bil-kapitalizzazzjoni, li fih l-ispejjeż relatati ma’ AMS jiġu ttrattati bħala spejjeż ta’ kapital f’assi intanġibbli (jiġifieri l-valur tal-marka kummerċjali tal-ajruport). L-ispejjeż għall-promozzjoni jiġu rreġistrati bħala assi intanġibbli u mbagħad amortizzat tul iż-żmien tal-utilità ta’ dan l-assi, billi jiġi pprevedut valur residwu fl-iskadenza skedata tal-ftehim dwar is-servizzi tal-ajruport. Madankollu dan l-approċċ ma jikkunsidrax il-profitti addizzjonali li jikseb l-ajruport permezz tal-iffirmar tal-ftehim dwar is-servizzi fl-ajruport ma’ Ryanair u huwa wkoll diffiċli li wieħed jistma l-valur tal-assi intanġibbli dovut għall-ispejjeż tal-marka kummerċjali u għat-tul taż-żmien tal-utilità tal-assi. |
6.2.3. AIRPORT MARKETING SERVICES (AMS)
|
(230) |
AMS tiddikjara li hija ma bbenefikatx minn għajnuna mill-Istat u li s-CCIPB aġixxiet skont il-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq fil-konfront tagħha. |
|
(231) |
AMS targumenta li l-ammonti dovuti mis-CCIPB lil AMS għas-servizzi ta’ promozzjoni kienu jikkorrispondu għall-prezzijiet tas-suq għal servizzi li għandhom valur reali għall-ajruport. |
|
(232) |
AMS tgħid li t-tliet allegazzjonijiet li ġejjin ippreżentati fir-rapport tal-konsulent, kif esposti fid-deċiżjoni tal-estensjoni tal-proċedura, huma żbaljati għar-raġunijiet spjegati hawn taħt:
|
|
(233) |
AMS tisħaq li ma hemm l-ebda raġuni għaliex għandu jinxteħet dubju fuq il-loġika kummerċjali sottostanti għad-deċiżjoni meħuda minn ajruport li jirreklama fuq ryanair.com meta s-servizzi huma pprovduti bil-prezz tas-suq. Hija tkompli tgħid li l-ajruporti reġjonali għandhom bżonn dan it-tip ta’ reklami biex jibqgħu miftuħin u jkabbru. |
|
(234) |
AMS tikkunsidra li r-reklamar li jsir fuq is-sit tal-Internet ta’ Ryanair jgħin biex jiżdied l-għadd ta’ passiġġieri li jaslu, u li huma ħafna aktar fiċ-ċans li jiġġeneraw dħul mhux mill-avjazzjoni għall-ajruport milli l-passiġġieri li jitilqu biex imorru jżuru pajjiż ieħor. Minn dan tikkonkludi li huwa aktar xieraq li wieħed jagħmel reklami kummerċjali fuq is-sit tal-Internet ta’ Ryanair biex jattira passiġġieri lejh milli jagħmel reklami diretti għal passiġġieri lokali f’gazzetti jew f’mezzi tax-xandir oħra. |
|
(235) |
AMS tallega li l-Linji Gwida tal-2005 ma japplikawx għar-relazzjoni bejn ajruport u fornitur ta’ servizzi ta’ promozzjoni u l-fatt li l-kumpanija prinċipali ta’ AMS hija trasportatur tal-ajru mhuwiex biżżejjed biex jagħmel il-Linji Gwida applikabbli. |
6.3. KUMMENTI MRESSQA MILL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI WARA L-PUBBLIKAZZJONI F’IL-ĠURNAL UFFIĊJALI TAL-UNJONI EWROPEA TA’ AVVIŻ LI JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI JIKKOPNDIVIDU L-KUMMENTI TAGĦHOM DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-LINJI GWIDA L-ĠODDA GĦALL-KAŻIJIET PENDENTI
6.3.1. AIR FRANCE
|
(236) |
Air France tikkontesta l-applikazzjoni tal-Linji Gwida l-ġodda għall-każijiet li jinvolvu għajnuna għall-operat tal-ajruporti, anki jekk din l-għajnuna tħallset qabel il-pubblikazzjoni tagħhom, għal diversi raġunijiet:
|
|
(237) |
Air France issostni li l-Linji Gwida l-ġodda ser ikollhom l-effett li jiffavorixxu lill-operaturi l-ġodda għad-detriment tal-operaturi antiki. Fil-fatt, jekk jippermettu lil kumpanija tal-ajru ġdida tħallas biss il-kost inkrimentali assoċjat mal-attività tagħha, ikunu qegħdin jiddiskriminaw lill-operaturi antiki tal-ajruport li huma soġġetti għal imposti ogħla. |
|
(238) |
Fl-aħħar nett, Air France tfakkar li għalkemm il-kundizzjoni tal-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura ta’ ajruport tista’ tidher faċilment issodisfata fit-teorija, il-prattika hija kompletament differenti, billi ċerti mudelli tal-operat huma xjentement żvantaġġjati. |
6.3.2. IS-CCIPB
|
(239) |
Is-CCIPB irreferiet għall-kummenti preċedenti tagħha, u pprovdiet analiżi li tiddeskrivi r-raġunijiet għalfejn, għalkemm is-sussidji għat-tagħmir kienu kkunsidrati għajnuna għall-operat favur tagħha, dawn huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tas-sezzjoni 5.1.2 tal-Linji Gwida l-ġodda, li jippermettu l-awtorizzazzjoni retroattiva tal-għajnuna għall-operat imħallsa lill-ajruporti qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. |
6.3.3. TRANSPORT & ENVIRONMENT (T&E)
|
(240) |
Din l-organizzazzjoni nongovernattiva bagħtet kummenti li jikkritikaw il-Linji Gwida l-ġodda, u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fis-settur tal-ajru sal-lum, minħabba l-konsegwenzi allegatament dannużi tagħhom għall-ambjent. |
7. IL-KUMMENTI TA’ FRANZA
7.1. IL-KUMMENTI MRESSQA MINN FRANZA WARA L-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
7.1.1. IL-KUNTRATT TAS-SERVIZZI FL-AJRUPORT TAL-2005
|
(241) |
Franza tinnota li l-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport tal-2005 jindika sempliċiment il-kundizzjonijiet tat-tariffi tal-ajruport li huma pubbliċi u li japplikaw bl-istess mod għal kull trasportatur li jservi lill-ajruport. |
|
(242) |
Rigward l-imposta tal-ipparkjar, ir-regolament dwar it-tariffi tal-ajruport jipprovdi li din l-imposta tkun dovuta jekk l-ajruplan idum ipparkjat fl-ajrudrom għal aktar minn sagħtejn. B’hekk, skont Franza, billi l-ħin tal-waqfa tal-ajruplani operati minn Ryanair ma jaqbiżx ġeneralment il-25 minuta, huwa normali li din il-kumpanija normalment ma tħallasx għall-ipparkjar. |
|
(243) |
Bl-istess mod, rigward l-imposta għad-dwal, din hija dovuta biss meta jinxtegħel id-dawl ta’ indikazzjoni (jiġifieri billejl jew meta l-viżibbiltà tkun baxxa). Skont Franza, billi t-titjiriet ta’ Ryanair isiru biss filgħodu, ma jagħmlux użu mis-servizz tad-dwal ta’ indikazzjoni u għalhekk il-ħlas korrispondenti ma għandux għalfejn isir. |
7.1.2. IT-TAXXA TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI
|
(244) |
Franza għamlet xi kjarifiki rigward it-taxxa tal-ajruport, deskritta fis-sezzjoni 4.3.2, kif ukoll dwar it-taxxa tal-avjazzjoni ċivili. |
|
(245) |
Fil-każ tat-taxxa tal-avjazzjoni ċivili, prevista mill-Artikolu 302(a)(K) tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa, din tinġabar mill-Istat mingħand it-trasportaturi bl-ajru bil-ħsieb li tiffinanzja l-missjonijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-avjazzjoni ċivili li mhumiex iffinanzjati mill-imposti għas-servizzi pprovduti. Hija bbażata fuq l-għadd ta’ passiġġieri u t-tunnellaġġ tal-merkanzija u tal-posta li jitilqu minn Franza. It-tariffa intrakomunitarja tagħha hija stabbilita mill-Artikolu msemmi qabel u hija l-istess għat-territorju kollu ta’ Franza. Huwa l-Istat li jistabbilixxi t-tariffa tat-taxxa u l-ġbir tagħha, u l-operaturi tal-ajruporti mhumiex involuti fil-proċess. |
7.1.3. IL-KUNTRATT LI JORBOT LIS-CCIPB MAL-KUMPANIJA AMS
|
(246) |
Rigward il-kuntratt li jorbot lis-CCIPB ma’ AMS, li huwa l-bażi tal-proċedura ta’ notifika, l-awtoritajiet Franċiżi jinnutaw li dan il-kuntratt jistipula li AMS għandha liċenzja esklussiva sabiex tipproponi servizzi ta’ promozzjoni fuq is-sit tal-ivvjaġġar www.ryanair.com. Franza tinnota li dan is-sit tal-Internet jipproponi wkoll servizzi tal-ajru minn diversi ajruporti fl-Ewropa. |
|
(247) |
Franza tinnota li s-CCIPB ipprovdiet dokument li jagħmel parti mill-offerta kummerċjali tas-sit www.voyages-sncf.com li fuqu s-servizzi proposti jidhru ferm simili għal dawk koperti fil-kuntratt ma’ AMS. Dawn is-servizzi jammontaw għal EUR […] minbarra t-taxxa, jiġifieri EUR […] inklużi t-taxxi kollha, ammont li jidher simili għal dak mitlub mis-sussidjarja ta’ Ryanair. |
|
(248) |
Franza tqis li l-karatteristiċi l-oħrajn ta’ dan il-kuntratt ukoll għandhom jiġu kkunsidrati, fosthom:
|
7.2. IL-KUMMENTI TA’ FRANZA DWAR IL-KUMMENTI PPREŻENTATI MILL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI WARA L-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(249) |
Franza ma xtaqitx tikkumenta dwar il-kummenti mressqa mill-partijiet terzi interessati wara l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
7.3. IL-KUMMENTI MRESSQA MINN FRANZA WARA L-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
7.3.1. L-ALLEGATA GĦAJNUNA MOGĦTIJA LILL-KUMPANIJI TAL-AJRU
|
(250) |
Franza tqis li l-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport u l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni għandhom ikunu vvalutati flimkien għal kull perjodu kkunsidrat biex ikun iddeterminat jekk jeżistix vantaġġ ekonomiku. |
|
(251) |
Franza tikkunsidra wkoll li l-imġiba tas-CCIPB kollha, tas-CCIPB bħala operatur tal-ajruport u tal-Istat jew tal-awtoritajiet pubbliċi l-oħrajn li jikkontrollaw lill-operatur tal-ajruport jew jintervjenu fil-finanzjament tiegħu għandha tiġi vvalutata b’mod konġunt, fir-relazzjoni tagħhom ma’ Ryanair u ma’ AMS biex ikun jista’ jiġi applikat il-kriterju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq. |
|
(252) |
Madankollu Franza tinnota li l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom jibbażaw l-awtoritajiet pubbliċi sabiex jieħdu sehem f’ċerti finanzjamenti ma jistriħux biss fuq kriterji ta’ profittabbiltà għall-ajruport iżda, b’mod aktar ġenerali, fuq l-impatt ekonomiku u soċjali tal-attività tal-ajruport għar-reġjun, li mhumiex ikkunsidrati fir-raġunament tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq. |
|
(253) |
F’dan ir-rigward, Franza tirreferi għal żewġ studji li saru fl-2005 u fl-2011 mis-CCIPB fuq l-impatt tat-traffiku tal-kumpanija Ryanair. Dawn l-istudji juru l-impatt ekonomiku sinifikanti tal-linja tal-ajru fuq ir-reġjun. |
|
(254) |
Rigward id-dubji li esprimiet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni li testendi l-proċeduri f’dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna eventwali mogħtija permezz tal-kuntratt konkluż ma’ Ryanair fl-2003 u l-kuntratti tal-2005 mas-suq intern, Franza tfakkar li hija stess innotifikat dan il-fajl f’Jannar tal-2007 biex tesprimi d-dubji tagħha u tikseb mingħand il-Kummissjoni deċiżjoni dwar ir-regolarità, fir-rigward tas-sistema Komunitarja tal-għajnuna mill-Istat, tal-miżuri ta’ għajnuna eventwalment mogħtija bil-kuntratti tal-2005. F’dan il-kuntest, Franza ma tħossx li hija kapaċi turi l-kompatibbiltà. |
|
(255) |
Franza tikkonferma l-impatt kbir tal-attività tal-kumpaniji tal-ajru ffinanzjati mis-CCIPB fuq l-iżvilupp ekonomiku reġjonali. Franza ma tistax madankollu tikkonkludi li huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE jew ir-regoli applikabbli għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
7.3.2. KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI LILL-AJRUPORT
|
(256) |
F’dak li jirrigwarda l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fil-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-ajruport ta’ Pau, Franza tqis li għal dan l-ajruport, bħal fil-każ tal-parti l-kbira tal-ajruporti l-oħrajn tal-istess daqs, id-deċiżjonijiet ta’ investiment tal-awtoritajiet pubbliċi kontribwenti kienu bbażati mhux fuq kontroparti diretta mħallsa mill-konċessjonarju iżda fuq l-impatt ekonomiku u soċjali fuq ir-reġjun li tiġġenera l-attività tal-ajruport. |
|
(257) |
Barra minn hekk Franza tirreferi għall-istrument legali ta’ finanzjament tal-missjonijiet tas-sigurtà u ta’ sikurezza, deskritt fis-sezzjoni 4.3.2. Franza tqis li dan l-istrument jeskludi kwalunkwe kumpens żejjed tal-kostijiet imġarrba mill-operaturi tal-ajruporti għat-twettiq tal-missjonijiet ta’ sigurtà u ta’ sikurezza, li jaqgħu fil-missjonijiet sovrani tal-Istat. B’hekk, skont Franza, l-ammonti mħallsa mill-Istat għall-kopertura tal-ispejjeż ta’ sikurezza (persunal u tagħmir jew vetturi tan-nar, il-prevenzjoni tal-periklu mill-annimali, għeluq) u ta’ sigurtà (persunal u tagħmir għall-kontrolli tal-passiġġieri u tal-bagalji tagħhom) mhumiex simili għall-għajnuna mill-Istat. |
7.4. IL-KUMMENTI TA’ FRANZA DWAR IL-KUMMENTI PPREŻENTATI MILL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI WARA L-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(258) |
Franza ma xtaqitx tikkumenta dwar il-kummenti ppreżentati mill-partijiet terzi interessati wara l-estensjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
7.5. IL-KUMMENTI TA’ FRANZA DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-LINJI GWIDA L-ĠODDA GĦAL DAN IL-KAŻ
|
(259) |
Franza tindika li l-Linji Gwida l-ġodda huma aktar flessibbli minn dawk ta’ qabel għall-għajnuna operatorja. Għalhekk, l-applikazzjoni retroattiva tagħhom għal kull għajnuna sejra tgħin biex, skont Franza, is-sitwazzjonijiet passati ta’ ċerti ajruporti jiġu ppenalizzati inqas. |
|
(260) |
Madankollu Franza tiddikjara li l-għajnuna għall-investiment sejra tkun ivvalutata b’mod aktar sever minn qabel fid-dawl tal-Linji Gwida l-ġodda billi dawn jipprovdu intensitajiet massimi permessi tal-għajnuna skont id-daqs tal-ajruport. |
7.6. IL-KUMMENTI TA’ FRANZA DWAR IL-KUMMENTI PPREŻENTATI MILL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-LINJI GWIDA L-ĠODDA GĦAL DAN IL-KAŻ
|
(261) |
Franza ma xtaqitx tikkummenta dwar il-kummenti ppreżentati mill-partijiet terzi interessati dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida l-ġodda għal dan il-każ. |
8. VALUTAZZJONI
|
(262) |
Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-miżuri inkwistjoni, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-għajnuna potenzjali mogħtija lill-kumpaniji tal-ajru (sezzjoni 8.1 ta’ din id-deċiżjoni) u l-għajnuna potenzjali lill-operatur tal-ajruport ta’ Pau fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji (sezzjoni 8.2 ta’ din id-deċiżjoni). |
8.1. MIŻURI FAVUR IL-KUMPANIJI TAL-AJRU
8.1.1. L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA SKONT IT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE
|
(263) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(264) |
Biex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet li ġejjin iridu jkunu ssodisfati b’mod kumulattiv: 1) il-miżura inkwistjoni hija ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lill-Istat, 2) tagħti vantaġġ ekonomiku, 3) dan il-vantaġġ huwa selettiv u 4) il-miżura inkwistjoni toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u 5) il-benefiċjarju huwa kumpanija skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li jimplika li jeżerċita attività ekonomika. |
8.1.1.1. Riżorsi tal-Istat fil-kuntratti li s-CCIPB ikkonkludiet mal-kumpaniji tal-ajru matul il-perjodu eżaminat
|
(265) |
Il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni u ta’ servizzi fl-ajruport ġew konklużi bejn il-kumpaniji tal-ajru, minn naħa, u s-CCIPB, min-naħa l-oħra. |
|
(266) |
Il-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija huma stabbilimenti pubbliċi skont il-liġi Franċiża. Skont il-verżjoni attwalment fis-seħħ tal-Artikolu L710-1 tal-Kodiċi tal-Kummerċ, “l-istabbilimenti jew il-kmamar dipartimentali tan-netwerk tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija għandhom kull wieħed, skont il-kwalità tagħhom ta’ korp intermedjarju tal-Istati, il-funzjoni li jirrappreżentaw l-interessi tal-industrija, tal-kummerċ u tas-servizzi mal-awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet barranin. Waqt li jiżguraw il-komunikazzjoni bejn id-diversi atturi kkonċernati, huma jiżvolġu l-attività tagħhom mingħajr preġudizzju għall-missjonijiet ta’ rappreżentanza konferiti lill-organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali mid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji fis-seħħ u għall-missjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet territorjali taħt l-amministrazzjoni libera tagħhom. In-netwerk u, fi ħdanu, kull stabbiliment jew kamra dipartimentali jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku, għall-attrazzjoni u għall-ippjanar territorjali kif ukoll għall-appoġġ lill-impriżi u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom billi jwettqu, f’kundizzjonijiet stabbiliti b’digriet, kull missjoni ta’ servizz pubbliku u kwalunkwe missjoni ta’ interess ġenerali meħtieġa għat-twettiq ta’ dawn il-missjonijiet” |
|
(267) |
L-istess dispożizzjoni tistipula: “ Għal dan il-għan, kull istituzzjoni jew kamra dipartimentali tan-netwerk tista’ twettaq, fir-rigward, jekk ikun il-każ, tal-iskemi settorjali applikabbli għaliha:
|
|
(268) |
L-Artikolu L710-1 tal-Kodiċi tal-Kummerċ jindika wkoll: “L-assemblea tal-kmamar Franċiżi tal-kummerċ u tal-industrija, il-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija tar-reġjun, il-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija territorjali u l-gruppi interkonsulari huma stabbilimenti pubbliċi taħt is-superviżjoni tal-Istat u amministrati minn diriġenti tal-kumpanija magħżulin.” |
|
(269) |
Din id-dispożizzjoni leġiżlattiva evolviet tul il-perjodu eżaminat, jiġifieri mill-2003 sal-2010. Madankollu, il-prinċipji fundamentali tagħha baqgħu l-istess. Fil-fatt, matul dan il-perjodu kollu, il-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija bħas-CCIPB baqgħu istituzzjonijiet pubbliċi stabbiliti mil-liġi, amministrati minn diriġenti ta’ kumpaniji magħżula u taħt is-superviżjoni tal-Istat. Min-naħa l-oħra, peress li huma entitajiet intermedji tal-Istat, l-iskop tagħhom u l-għan ewlieni tagħhom huwa (skont it-termini tal-Artikolu L710-1 tal-Kodiċi kummerċjali) li jwettqu missjonijiet ta’ interess ġenerali li tkun fdatilhom il-liġi, jiġifieri essenzjalment, ir-rappreżentanza tal-interessi tal-industrija, tal-kummerċ u tas-servizzi mal-awtoritajiet pubbliċi, l-appoġġ lill-impriżi lokali, u l-iżvilupp tal-attratività u tal-ippjanar tat-territorji. L-attivitajiet industrijali u kummerċjali tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija huma relatati mal-eżerċizzju tal-missjonijiet tagħhom ta’ interess ġenerali, u huma maħsuba biex jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ dawn tal-aħħar. |
|
(270) |
Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi arranġamenti speċifiċi ta’ finanzjament għall-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija, b’mod partikolari fl-Artikolu L710-1 tal-Kodiċi tal-Kummerċ. Għalhekk, ir-riżorsi tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija huma magħmula b’mod partikolari minn dħul mit-taxxa (it-taxxa għall-ispejjeż tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija stabbilita mill-Artikolu 1600 tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi), minn sussidji jew riżorsi li jkunu ġejjin mill-attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ ġestjoni ta’ infrastrutturi tat-trasport. Għalhekk, il-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija ma jiddependux biss mid-dħul kummerċjali tagħhom biex ilaħħqu mal-ispejjeż tagħhom. Dan jappoġġja l-konklużjoni li l-attivitajiet industrijali u kummerċjali tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija huma relatati mal-eżerċizzju ta’ dawn il-missjonijiet ta’ interess ġenerali, u huma maħsuba biex jikkontribwixxu għat-twettiq tagħhom. |
|
(271) |
Franza kkonfermat din il-konklużjoni f’dak li jirrigwarda lis-CCIPB. Fil-fatt hija ddikjarat li: “Bħala rappreżentanta legali tal-interessi tat-13 000 impriża lokali, is-CCI ta’ Pau Béarn hija l-kelliema tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi u mal-awtoritajiet lokali. (…) Fil-kuntest ta’ dawn il-missjonijiet, il-ġestjoni tal-ajruport ta’ Pau Pyrénées tagħmel sens meta dan tal-aħħar jitqies bħala għodda ta’ tkabbir u ta’ żvilupp tal-attività ekonomika tat-territorju tiegħu. (…). Minn dan jirriżulta li s-CCI għandhom missjoni legali ta’ interess ġenerali marbuta fost l-oħrajn mal-iżvilupp ekonomiku u t-titjib tal-attrazzjoni tat-territorju. Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq juru wkoll li huwa proprju fil-qafas ta’ din il-missjoni li tinsab il-ġestjoni tal-faċilitajiet tal-ajruport.” |
|
(272) |
Franza żiedet li: “Is-CCI jwettqu u jiffinanzjaw regolarment azzjonijiet ta’ lobbying favur l-attrazzjoni tat-territorju tagħhom u l-promozzjoni ta’ faċilitajiet ġodda. Iwettqu anki azzjonijiet speċifiċi ta’ promozzjoni turistika permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’diversi strutturi reġjonali u dipartimentali f’dan il-qasam, b’mod partikolari permezz tal-kumitati reġjonali u dipartimentali tat-turiżmu previsti mill-Artikoli L131-4 u L132-3 tal-Kodiċi tat-Turiżmu (…). Fil-fatt, il-proċess tal-iżvilupp tal-attrazzjoni ta’ territorju jeħtieġ għadd ta’ azzjonijiet f’daqqa li jiġbdu l-kapital, is-swieq, l-impriżi, it-talenti, l-istudenti u t-turisti li jagħtu l-ħajja lill-impriżi u lir-reġjun. L-attazzjoni tirrikjedi wkoll influwenza internazzjonali. Il-kumpaniji tal-ajru bi prezz baxx bis-siti tal-Internet tagħhom jistgħu jgħinu wkoll f’dan il-proċess. Fl-aħħar nett, l-abitanti tar-reġjun stess jitolbu linji ġodda, diversità fl-offerta u b’mod aktar partikolari servizzi ‘bi prezz baxx’ biex ikunu konnessi aktar faċilment mal-Ewropa bi prezzijiet irħas.” |
|
(273) |
Dawn id-dikjarazzjonijiet juru biċ-ċar li l-għan u l-loġika essenzjali tas-CCIPB jikkonsistu, bħal fil-każ tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija l-oħrajn kollha, li sservi l-interessi tal-impriżi lokali kollha u li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u l-attrazzjoni tat-territorju. Dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ Franza jindikaw ukoll li għal kamra tal-kummerċ u tal-industrija bħas-CCIPB, attività kummerċjali bħall-ġestjoni tal-ajruport ta’ Pau ma ssirx f’perspettiva ta’ profittabbiltà, iżda bl-għan li tikkontribwixxi kif xieraq għall-missjonijiet ta’ interess ġenerali vestiti f’din l-entità bil-liġi. Kif kien imfakkar aktar ‘il fuq fil-premessa 142, is-CCIPB tqis lilha nfisha bħala awtorità pubblika mingħajr skop ta’ qligħ. |
|
(274) |
Fid-dawl ta’ dan li ntqal, il-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija bħas-CCIPB għandhom jitqiesu bħala awtoritajiet pubbliċi li d-deċiżjonijiet kollha tagħhom, bħal dawk tal-amministrazzjoni ċentrali tal-Istat jew tal-awtoritajiet territorjali, għandhom jitqiesu bħala “attribwibbli lill-Istat” skont il-ġurisprudenza dwar l-għajnuna mill-Istat (34), u li r-riżorsi tagħhom huma riżorsi tal-Istat (35). Ma jimpurtax f’dan ir-rigward li l-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija huma amministrati minn persuni magħżula minn kummerċjanti, kapijiet ta’ impriżi u rappreżentanti ta’ impriżi u mhux minn uffiċjali maħtura minn awtoritajiet pubbliċi oħrajn. Fil-fatt anki l-parlamenti nazzjonali huma eletti miċ-ċittadini kollha li għandhom id-dritt jivvutaw. Madankollu huma jirrappreżentaw waħda mis-setgħat kostituzzjonali ta’ kwalunkwe Stat demokratiku, li d-deċiżjonijiet tagħha huma neċessarjament attribwibbli lill-Istat. |
|
(275) |
Għalhekk, is-sitwazzjoni tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija tiddistingwi ruħha minn dik tal-impriżi pubbliċi, li dwarhom, fis-sentenza Stardust Marine (36), il-Qorti ddikjarat li: “Fil-fatt, anki jekk l-Istat jista’ jikkontrolla impriża politika u jeżerċita influwenza dominanti fuq l-operat tagħha, l-eżerċizzju effettiv ta’ dan il-kontroll f’każ partikolari ma jistax ikun supponut b’mod awtomatiku. Impriża pubblika tista’ taġixxi b’xi ftit jew wisq indipendenza, skont il-grad ta’ awtonomija li jħallilha l-Istat. (…) Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li impriża pubblika hija taħt il-kontroll tal-Istat mhuwiex biżżejjed biex il-miżuri li tieħu, bħall-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju inkwistjoni, jiġu attribwiti lill-Istat. Hemm bżonn li jiġi eżaminat ukoll jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhomx jitqiesu li kinux involuti, b’xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri.” |
|
(276) |
Fil-fatt, fil-każ ta’ miżura li tkun ittieħdet minn impriża pubblika, li l-missjoni tagħha hija li twettaq attività ekonomika, jeħieġ li jkun iddeterminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi li jikkontrollaw lil din l-impriża, pereżempju minħabba s-sehem tal-kapital li huma jkollhom f’din l-impriża, humiex involuti fil-miżura inkwistjoni. Is-sitwazzjoni ta’ kamra tal-kummerċ u tal-industrija hija differenti billi entità bħal din hija hi stess parti mill-amministrazzjoni pubbliku, jew “korp intermedjarju tal-Istat” u allura awtorità pubblika maħluqa mil-liġi bl-għan li tissodisfa interessi ġenerali. Għalhekk, biex ikun iddeterminat jekk deċiżjoni ta’ kamra tal-kummerċ u tal-industrija hijiex attribwibbli lill-istat, ma hemmx bżonn li jiġi ddeterminat jekk xi awtorità pubblika oħra (pereżempju l-Istat fis-sens strett jew il-muniċipalità jew awtoritajiet lokali oħrajn) kinitx involta fid-deċiżjoni inkwistjoni. Fir-realtà, tali deċiżjoni bilfors tissodisfa l-kriterju tal-imputabbiltà. |
|
(277) |
Dan l-approċċ diġà ntuża mill-Kummissjoni fil-prattika ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha. B’hekk, dwar il-kamra tal-kummerċ u tal-industrija tal-Var, il-Kummissjoni ddikjarat li: “minħabba l-istatus tagħha ta’ istituzzjoni pubblika taħt il-liġi Franċiża, hija twettaq l-attività tagħha f’territorju ġeografiku speċifiku, hija mmexxija minn membri eletti u għandha riżorsi fiskali miġbura mingħand l-impriżi elenkati fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji u għalhekk taqa’ taħt il-kategorija tal-‘awtoritajiet pubbliċi’ skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/52/KE (37) . Għaldaqstant, ma hemmx għalfejn tiġi stabbilita l-imputabbiltà tal-miżura lill-Istat skont il-ġurisprudenza Stardust Maritime ” (38). |
|
(278) |
Is-CCIPB ikkontestat l-imputabbiltà lill-Istat tal-kuntratti koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali billi ċaħdet l-involviment tal-Istat u tal-awtoritajiet lokali fid-deċiżjonijiet tagħha. Fid-dawl ta’ dak li ntqal, dan l-argument ma jaħdimx peress li s-CCIPB hija hi stess awtorità pubblika li d-deċiżjonijiet tagħha huma bilfors imputabbli lill-Istat fis-sens tal-ġurisprudenza dwar l-għajnuna mill-Istat, ikun xi jkun ir-rwol li awtoritajiet oħrajn jista’ jkollhom fid-deċiżjonijiet tagħha. Għall-istess raġunijiet, l-argument tas-CCIPB li s-superviżjoni tal-Istat ma timplikax subordinazzjoni huwa irrilevanti wkoll. Kif diġà tfakkar fil-premessa 273, fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, is-CCIPB stess ippreżentat lilha nfisha bħala “awtorità pubblika mingħajr ebda skop ta’ qligħ” , u hekk tikkonferma t-teżi tal-Kummissjoni li s-CCIPB hija awtorità pubblika li d-deċiżjonijiet kollha tagħha huma imputabbli lill-Istat, mingħajr ma hemm bżonn li wieħed jivverifika l-involviment ta’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn fihom. |
|
(279) |
Il-kummenti ta’ Ryanair dwar dan il-punt huma, sostanzjalment, simili għal dawk tas-CCIPB. Ryanair qieset b’mod partikolari li l-Kummissjoni kellha teżamina l-kriterju tal-imputabbiltà billi tanalizza l-involviment tal-“awtoritajiet pubbliċi” fid-deċiżjonijiet tas-CCIPB vis-à-vis Ryanair u AMS. Barra minn hekk, Ryanair ikkwotat opinjoni tal-Kunsill tal-Istat li turi l-indipendenza tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija f’relazzjoni mal-Istat fit-tifsira stretta. Skont din l-opinjoni, il-fatt li l-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija “huma marbuta mal-Istat, il-fatt li kwalunkwe istituzzjoni pubblika għandha tkun teknikament marbuta ma’ persuna ġuridika fih innifsu ma jimplika l-ebda subordinazzjoni” . F’dan ir-rigward Ryanair targumenta li l-Istat (fit-tifsira stretta) huwa involut biss f’ċerti deċiżjonijiet tas-CCIPB, u jkun biss infurmat dwarhom a posteriori. Għar-raġunijiet kollha esposti hawnhekk, dan l-argument mhuwiex rilevanti, peress li ma hemmx bżonn li jiġi kkunsidrat l-involviment eventwali tal-awtoritajiet pubbliċi minbarra s-CCIPB fid-deċiżjonijiet tagħha. |
|
(280) |
Bl-istess mod, l-argument tas-CCIPB li hija tamministra l-ajruport ta’ Pau “bil-kundizzjonijiet tal-liġi privata” huwa irrilevanti, peress li l-miżuri inkwistjoni ġew adottati minn awtorità pubblika u għaldaqstant bilfors li huma imputabbli lill-Istat (39). |
|
(281) |
Għaldaqstant, id-diversi kuntratti li qegħdin jiġu analizzati huma imputabbli għall-Istat u jinvolvu l-użu ta’ riżorsi tal-Istat. |
8.1.1.2. Vantaġġ selettiv għal Ryanair, AMS u Transavia fil-kuntratti konklużi mas-CCIPB matul il-perjodu investigat
|
(282) |
Biex ikun ivvalutat jekk miżura tal-Istat hijiex għajnuna, jeħtieġ li jkun iddeterminat jekk l-impriża benefiċjarja tirċevix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi f’kundizzjonijiet normali tas-suq (40). |
|
(283) |
Biex issir din l-analiżi, jeħtieġ li jiġi applikat il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għall-miżuri inkwistjoni. Dan ifisser li jrid jiġi ddeterminat jekk operatur ipotetiku f’ekonomija tas-suq, li jaġixxi minflok is-CCIPB u jkun iggwidat minn prospetti ta’ profittabbiltà, kienx jidħol f’kuntratti simili. |
|
(284) |
L-ewwel jeħtieġ li, sabiex il-prinċipju jiġi applikat kif suppost, jiġu eżaminati diversi mistoqsijiet ġenerali, fosthom dawn li ġejjin:
|
|
(285) |
Wara li tanalizza dawn id-diversi mistoqsijiet, il-Kummissjoni tapplika l-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għad-diversi miżuri inkwistjoni. |
Analiżi konġunta tal-kuntratti tas-servizzi fl-ajruport u l-kuntratti tas-servizzi ta’ promozzjoni
|
(286) |
Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni kkunsidrat li ż-żewġ tipi ta’ kuntratti koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali, jiġifieri l-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport u l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni, kellhom jiġu vvalutati b’mod konġunt, għal kull perjodu rivedut, fil-mument tal-konklużjoni ta’ kull wieħed mill-kuntratti kkunsidrati. Dan l-approċċ ifisser b’mod partikolari li kull wieħed mill-gruppi ta’ kuntratti li ġejjin, konklużi mis-CCIPB, għandhom jitqiesu bħala miżura waħda:
|
|
(287) |
Franza qablet mal-approċċ adottat fid-deċiżjoni tal-estensjoni tal-proċedura li jiġu analizzati flimkien il-kuntratti tas-servizzi fl-ajruport u l-kuntratti tas-servizzi ta’ promozzjoni konklużi b’mod korrispondenti. Għall-kuntrarju, ċerti partijiet terzi interessati, fosthom is-CCIPB u Ryanair, jikkontestaw dan l-approċċ, u jqisu li l-kuntratti tas-servizzi ta’ promozzjoni għandhom ikunu analizzati b’mod separat. |
|
(288) |
Madankollu, l-elementi tal-każ jikkonfermaw il-merti tal-approċċ adottat fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura, u approvat minn Franza. Fil-każ ta’ Transavia u tal-kuntratt konkluż ma’ Ryanair fl-2003, huwa evidenti peress li s-servizzi ta’ promozzjoni u s-servizzi fl-ajruport huma l-oġġett ta’ kuntratt wieħed. Għar-raġunijiet esposti fil-premessi 289 sa 313, dan huwa validu wkoll għall-kuntratti l-oħrajn konklużi ma’ Ryanair u AMS. |
|
(289) |
L-ewwel nett, kull kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni kien konkluż kważi fl-istess żmien ta’ kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport. Fil-fatt, il-konklużjoni ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti saret kull darba fl-istess data ħlief fil-każ tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni tal-31 ta’ Marzu 2008 li madankollu ġie ffirmat ftit żmien wara (14-il jum) wara l-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport relatat mar-rotta Pau-Bristol, koperta wkoll mill-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni. |
|
(290) |
Barra minn hekk, iż-żewġ tipi ta’ kuntratti ġew konklużi mill-istess partijiet. Fil-fatt, AMS hija sussidjarja sħiħa ta’ Ryanair u d-diriġenti tagħha huma uffiċjali għolja ta’ Ryanair (44). Għalhekk, Ryanair u AMS jikkostitwixxu entità ekonomika waħda, fis-sens li AMS taġixxi skont l-interessi ta’ Ryanair u hija taħt il-kontroll tagħha, u li l-benefiċċji li hija tiġġenera huma intiżi għal Ryanair, fil-forma ta’ dividendi jew żieda fil-valur tal-kumpanija. Barra minn hekk, kif ser ikun spjegat aktar tard, id-diversi kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni huma relatati mal-operat ta’ ċerti rotot tal-ajru ta’ Ryanair li jitilqu mill-ajruport ta’ Pau. Fil-fatt il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni jindikaw li oriġinaw mill-impenn ta’ Ryanair li topera dawn ir-rotot, u barra minn hekk ġew konklużi fl-istess żmien tal-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport bejn is-CCIPB u Ryanair relatati mal-istess rotot. Għaldaqstant, il-fatt li l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni ġew konklużi mis-CCIPB ma’ AMS u mhux ma’ Ryanair ma jimpedixxux li kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni u kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport konklużi fl-istess żmien jistgħu jitqiesu li jiffurmaw tranżazzjoni waħda, b’mod partikolari għall-fini tal-analiżi ta’ dawn il-kuntratti fid-dawl tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq u li fil-kuntest ta’ din l-analiżi, Ryanair u AMS għandhom jitqiesu bħala entità ekonomika waħda. |
|
(291) |
Fl-aħħar nett, ċertu għadd ta’ elementi oħrajn, ippreżentati fil-premessi 292 sa 313 għal kull kuntratt, jiżvelaw rabtiet addizzjonali mill-qrib bejn minn naħa, kull kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni u min-naħa l-oħra, il-kuntratt tas-servizzi fl-ajruport konkluż fl-istestt żmien ta’ dan. |
|
(292) |
B’hekk, il-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni tat-30 ta’ Ġunju 2005 kien iffirmat għal ħames snin, l-istes bħall-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport tal-istess jum, li permezz tiegħu Ryanair intrabtet li toffri servizz kuljum bejn Londra u Pau. Barra minn hekk, il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni jistabbilixxi rabta espliċita bejnha stess u s-servizzi tat-trasport bl-ajru koperti mill-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport: “dan il-kuntratt huwa bbażat fuq l-impenn ta’ Ryanair li topera kuljum rotta bejn Pau u Londra (Stansted).” Din il-frażi turi biċ-ċar li l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni żgur ma kienx ser isir kieku Ryanair ma kinitx sejra topera r-rotta msemmija fil-kuntratt tas-servizzi fl-ajruport. |
|
(293) |
Fil-preambolu tiegħu l-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni tat-30 ta’ Ġunju 2005 jindika wkoll li: “(…) Airport Marketing Services Limited hija – għal raġunijiet tekniċi – l-unika kumpanija li tista’ tieħu f’idejha l-promozzjoni tar-reġjun ta’ Pau u ta’ Béarn permezz tas-sit tal-Internet oriġinali u esklussiv www.ryanair.com bl-għan li tikseb prenotazzjonijiet ta’ biljetti tal-ajru Ryanair diretti lejn Pau.” Din il-frażi tikkonferma li l-għan essenzjali tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni mhuwiex il-promozzjoni tar-reġjun ta’ Pau u ta’ Béarn b’mod ġenerali, iżda, b’mod aktar speċifiku, il-massimizzazzjoni tal-bejgħ ta’ biljetti ta’ Ryanair għal Pau permezz tal-promozzjoni ta’ dan ir-reġjun. |
|
(294) |
Min-naħa l-oħra, skont il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni, is-servizzi li għandha toffri AMS jikkonsistu f’li ddaħħal messaġġi u links fuq il-paġna li tikkorrispondi għad-destinazzjoni ta’ Pau fis-sit tal-Internet ta’ Ryanair, u li ddaħħal link lejn is-sit tal-Internet iddisinjat mis-CCIPB fuq il-paġna ewlenija Ingliża ta’ dan l-istess sit tal-Internet. Madankollu, il-paġna li tikkorrispondi għad-destinazzjoni ta’ Pau fis-sit tal-Internet ta’ Ryanair tindirizza essenzjalment lill-persuni li diġà ddeċidew jew li aktarx qegħdin jaħsbu li jużaw is-servizzi ta’ Ryanair lejn Pau. Rigward il-paġna ewlenija tas-sit tal-Internet, huwa minnu li hija indirizzata lil pubbliku ferm usa’ iżda l-verżjoni bl-Ingliż tagħha biss hija koperta mill-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni. Dan ikompli jindika li s-servizzi ta’ promozzjoni huma maħsuba essenzjalment sabiex jgħinu l-promozzjoni tas-servizzi ta’ Ryanair bejn Pau u Londra, u mhux taż-żjarat lejn Pau u r-reġjun tagħha b’mod indiskriminat. Fil-fatt, kieku kienu maħsuba biex jippromwovu lil Pau u r-reġjun tagħha fost it-turisti u n-negozjanti kollha li jistgħu juru interess fir-reġjun, kien ikun aktar probabbli li s-CCIPB titlob li l-link lejn sit tal-għażla tagħha jitqiegħed fuq il-verżjonijiet kollha, jew mill-inqas fuq diversi verżjonijiet tal-paġna ewlenija tas-sit ta’ Ryanair, u mhux fuq il-verżjoni bl-Ingliż biss. |
|
(295) |
Fl-aħħar nett, il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni tat-30 ta’ Ġunju 2005 jistipula li: “f’każ ta’ bidla kbira fil-kundizzjonijiet kummerċjali essenzjali wara l-iffirmar ta’ dan il-Kuntratt, fosthom fil-livell tal-passiġġieri li jaslu ġġenerat minħabba dan il-Kuntratt, il-Partijiet jintrabtu b’rieda tajba li jemendaw dan il-Kuntratt sabiex jikkunsidraw l-imsemmija bidla.” Għalhekk, il-livell ta’ passiġġieri li jaslu huwa ippreżentat bħala “kundizzjoni kummerċjali essenzjali” tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni, li jerġa’ jikkonferma li mhumiex iż-żjarat lejn Pau u r-reġjun tagħha inġenerali li huma mfittxija l-aktar mis-servizzi ta’ promozzjoni iżda, b’mod aktar speċifiku, il-massimizzazzjoni tal-għadd ta’ passiġġieri fuq it-titjiriet ta’ Ryanair lejn Pau. |
|
(296) |
Jinstabu elementi simili fil-kuntratti l-oħrajn tas-servizzi ta’ promozzjoni. Fir-rigward tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni tal-25 ta’ Settembru 2007, dan kien konkluż għal ħames snin, li huwa ż-żmien li għalih l-ittra tas-CCIPB lil Ryanair bid-data tal-istess jum estendiet għar-rotta Pau-Charleroi t-termini tal-kuntratt tas-servizzi fl-ajruport tat-30 ta’ Ġunju 2005. Barra minn hekk, il-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni jistabbilixxi li: “dan il-Kuntratt joriġina mill-impenn ta’ Ryanair li topera servizz kull ġimgħa ta’ 3 titjiriet fil-ġimgħa bejn PAU u CHARLEROI, ħlief f’każ ta’ force majeure, għal kull sena ta’ operat. Is-CCIPB, bħala tali, tista’ tirreklama l-attrazzjonijiet kummerċjali u turistiċi ta’ PAU BEARN u tar-reġjun tagħha billi timmira għal għadd kbir ta’ turisti u ta’ vjaġġaturi fuq xogħol li jżuru lil www.ryanair.com, u li tattira lejn PAU BEARN numru akbar ta’ passiġġieri b’kapaċità kbira tal-akkwist mill-Belġju.” |
|
(297) |
Fil-preambolu tiegħu jindika wkoll li: “(…) [Airport Marketing Services] hija l-unika li tista’ timmira għal passiġġieri potenzjali ta’ Ryanair f’numri kbar sabiex tirreklama l-attrazzjonijiet kummerċjali u turistiċi tar-reġjun.” . Dawn id-dikjarazzjonijiet jikkonfermaw li l-għan essenzjali tal-kuntratt mhuwiex ir-reklamar taż-żjarat lejn Pau u r-reġjun tagħha b’mod ġenerali iżda, b’mod aktar speċifiku, il-massimizzazzjoni tal-bejgħ tal-biljetti ta’ Ryanair fuq ir-rotta ta’ Charleroi-Pau. |
|
(298) |
Min-naħa l-oħra, skont il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni, is-servizzi li għandhom jingħataw minn AMS jikkonsistu f’li ddaħħal link lejn is-sit indikat mis-CCIPB fuq il-paġna ewlenija Belġjana u Olandiża tas-sit tal-Internet ta’ Ryanair. Għalhekk is-servizzi ta’ promozzjoni mhumiex indirizzati lejn il-persuni kollha li jistgħu jiġu mħajra jżuru Pau jew ir-reġjun tagħha, iżda jindirizzaw biss lil dawk li jistgħu jużaw is-servizzi ta’ Ryanair bejn Charleroi u Pau, jiġifieri r-residenti tal-Belġju u tal-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(299) |
F’dak li jirrigwarda l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni tal-31 ta’ Marzu 2008, dan kien konkluż għal perjodu mis-16 ta’ Mejju sat-13 ta’ Settembru 2008, li huwa l-perjodu li matulu Ryanair intrabtet li topera rotta lejn Bristol, kif tindika l-frażi li ġejja minn dan l-istess kuntratt: “dan il-ftehim joriġina mill-impenn ta’ Ryanair li topera rotta kull ġimgħa bejn PAU u BRISTOL, permezz ta’ tliet titjiriet fil-ġimgħa, mis-16 ta’ Mejju 2008 sat-13 ta’ Settembru 2008, ħlief f’każ ta’ force majeure, għal sena ta’ operat. B’hekk, is-CCIPB tista’ tirreklama l-attrazzjonijiet turistiċi u kummerċjali ta’ PAU BEARN u tar-reġjun tagħha fost għadd kbir ta’ turisti u ta’ vjaġġaturi fuq xogħol li jżuru s-sit www.ryanair.com u tattira lejn PAU BEARN għadd akbar ta’ passiġġieri Ingliżi b’kapaċità kbira ta’ akkwist” (45). |
|
(300) |
Huwa jindika wkoll fil-preambolu tiegħu li: “[Airport Marketing Services] hija l-unika impriża li tista’ tattira għadd kbir ta’ passiġġieri potenzjali ta’ Ryanair sabiex tirreklama l-attrazzjonijiet turistiċi u kummerċjali tar-reġjun” (46). Min-naħa l-oħra, skont il-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni, is-servizzi li għandhom jingħataw minn AMS jikkonsistu ‘li ddaħħal link lejn is-sit indikat mis-CCIPB fuq il-paġna ewlenija Ingliża tas-sit tal-Internet ta’ Ryanair. |
|
(301) |
Il-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni tas-16 ta’ Ġunju 2009 min-naħa tiegħu ġie konkluż għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ April u l-24 ta’ Ottubru 2009, li huwa l-perjodu li matulu Ryanair intrabtet li topera rotta bejn Pau u Bristol, kif tindika l-frażi li ġejja minn dan l-istess kuntratt: “dan il-Kuntratt jirriżulta mill-impenn ta’ Ryanair li topera rotta kull ġimgħa bejn PAU u BRISTOL, ta’ 2 titjiriet fil-ġimgħa mill-1 ta’ April 2009 sal-24 ta’ Ottubru 2009, jiġifieri stima ta’ 60 titjira għall-programm kollu tal-2009, ħlief f’każ ta’ force majeure, għal sena ta’ operat. Għalhekk, is-CCIPB tista’ tirreklama l-attrazzjonijiet kummerċjali u turistiċi ta’ PAU BEARN u tar-reġjun tagħha billi timmira għal għadd kbir ta’ turisti u ta’ vjaġġaturi fuq xogħol li jżuru lil www.ryanair.com, u tattira lejn PAU BEARN għadd akbar ta’ passiġġieri Ingliżi b’kapaċità kbira tal-akkwist.” |
|
(302) |
Fil-preambolu tiegħu jindika wkoll li: “(…) [Airport Marketing Services] hija l-unika li tista’ timmira għal passiġġieri potenzjali ta’ Ryanair f’numri kbar sabiex tirreklama l-attrazzjonijiet kummerċjali u turistiċi tar-reġjun”. Min-naħa l-oħra, skont il-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni, is-servizzi li għandhom jingħataw minn AMS jikkonsistu f’li ddaħħal link lejn is-sit indikat mis-CCIPB fuq il-paġna ewlenija Ingliża tas-sit tal-Internet ta’ Ryanair. |
|
(303) |
F’dak li jirrigwarda l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni tat-28 ta’ Jannar 2010, dan jipprovdi li għandu japplika għal sena wara t-tnedija tas-servizzi ta’ trasport bl-ajru li Ryanair kienet intrabtet li topera minn Pau lejn Londra, Charleroi u Beauvais skont l-Artikolu 1 ta’ dan l-istess kuntratt. Din id-dispożizzjoni turi fiha nfisha rabta ċara bejn il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni u dawn is-servizzi ta’ trasport bl-ajru. Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni jispeċifika: “Dan il-kuntratt joriġina mill-impenn ta’ Ryanair li tistabbilixxi u topera rotot bejn:
B’hekk, is-CCIPB tista’ tirreklama l-impriżi u l-attrazzjonijiet kummerċjali u turistiċi ta’ PAU BEARN u tar-reġjun tagħha fost għadd kbir ta’ turisti u vjaġġaturi fuq xogħol li jżuru s-sit www.ryanair.com u tattira lejn PA U BEARN numru akbar ta’ passiġġieri li għandhom kapaċità għolja tal-akkwist (47) ” |
|
(304) |
Fil-preambolu tiegħu l-kuntratt jindika wkoll li: “(…) [Airport Marketing Services] hija l-unika impriża li tista’ tattira għadd kbir ta’ passiġġieri potenzjali ta’ Ryanair sabiex tirreklama l-impriżi u l-attrazzjonijiet turistiċi u kummerċjali tar-reġjun (48)”. Min-naħa l-oħra, bħall-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni tal-2005, il-kuntratt tal-2010 jipprovdi li s-servizzi li għandha tagħti AMS jikkonsistu f’li ddaħħal messaġġi u links fuq il-paġna korrispondenti għad-destinazzjoni ta’ Pau fis-sit tal-Internet ta’ Ryanair, u f’li ddaħħal link lejn is-sit tal-Internet indikat mis-CCIPB (i) fuq il-paġna ewlenija Ingliża tas-sit tal-Internet ta’ Ryanair f’dak li jirrigwarda r-rotta lejn Londra, (ii) fuq il-paġna ewlenija Belġjana u Olandiża tas-sit tal-Internet ta’ Ryanair f’dak li jirrigwarda r-rotta lejn Charleroi, (iii) fuq il-paġna ewlenija Franċiża tas-sit tal-Internet ta’ Ryanair f’dak li jirrigwarda r-rotta lejn Beauvais. Fl-aħħar nett, il-kuntratt jispeċifika li jekk is-servizzi ta’ trasport bl-ajru ta’ Ryanair lejn Londra, Charleroi u Beauvais imsemmija fl-Artikolu 1 tiegħu ma jkunux imħabbra jew mibdija sa Frar tal-2010, il-kuntratt jiskadi mingħajr ebda responsabbiltà vis-à-vis kwalunkwe parti. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi għalhekk rabta addizzjonali bejn il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni u s-servizzi ta’ Ryanair lejn Londra, Charleroi u Beauvais. |
|
(305) |
Dawn l-elementi relatati mad-diversi kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni juru li s-servizzi ta’ promozzjoni previsti f’dawn il-kuntratti huma, kemm minħabba t-tul tagħhom kif ukoll minħabba n-natura tagħhom, marbuta mill-qrib mas-servizzi ta’ trasport bl-ajru offruti minn Ryanair imsemmija fil-kuntratti tas-servizzi ta’ promozzjoni u koperti mill-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport korrispondenti. Il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni jindikaw ukoll li joriġinaw mill-impenn ta’ Ryanair li topera s-servizzi tat-trasport inkwistjoni. Aktar milli kienu maħsuba biex iżidu b’mod ġenerali u mingħajr distinzjoni ż-żjarat lejn Pau u r-reġjun tagħha mit-turisti u n-negozjanti, is-servizzi ta’ promozzjoni huma mmirati speċifikament lejn persuni li aktarx jużaw is-servizzi ta’ trasport ta’ Ryanair koperti mill-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni, u essenzjalment għandhom l-għan li jirreklamaw dawn is-servizzi. |
|
(306) |
Għaldaqstant il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni huma inseparabbli mill-kuntratti tas-servizzi fl-ajruport li huma jagħmlu refernza għalihom u mis-servizzi tat-trasport bl-ajru koperti minnhom. Il-fatti ppreżentati fil-premessi 286 sa 305 juru wkoll li fin-nuqqas tar-rotot tal-ajru inkwistjoni (u għalhekk, tas-servizz fl-ajruport relatati magħhom), il-kuntratti tas-servizzi ta’ promozzjoni ma kinux ikunu konklużi. Fil-fatt, kif indikat fil-premessi 286 sa 305, il-kuntratti tas-servizzi ta’ promozzjoni jindikaw b’mod espliċitu li joriġinaw mill-impenn ta’ Ryanair li topera ċerti rotot bl-ajru u, barra minn hekk, jipprovdu servizzi ta’ promozzjoni li essenzjalment għandhom l-għan li jiżguraw il-promozzjoni ta’ dawn ir-rotot. |
|
(307) |
F’dan ir-rigward, l-argument tas-CCIPB li dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti għandhom ikunu analizzati separatament għaliex “kull wieħed isegwi għan differenti” huwa ineffettiv. Fil-fatt, minn dak li ntqal qabel jirriżulta biċ-ċar li l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni jagħmlu parti integrali, flimkien mal-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport, mir-relazzjonijiet kummerċjali ta’ Ryanair u tas-CCIPB li jirregolaw l-operat tar-rotot tal-ajru koperti minn dawn iż-żewġ kuntratti. |
|
(308) |
Barra minn hekk, jidher li qabel ma ffirmat il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni inkwistjoni, is-CCIPB ma organizzatx sejħa għall-offerti miftuħa għall-kumpaniji kollha li jipprovdu servizzi ta’ dan it-tip (49), u lanqas ma kellmet lil xi fornituri potenzjali biex tqabbel l-offerti tagħhom. B’mod aktar ġenerali, hija ma qisitx fornituri oħrajn minbarra l-kumpaniji tal-ajru kkonċernati jew is-sussidjarji tagħhom għall-fornitura tas-servizzi ta’ promozzjoni inkwistjoni. Dan jikkorrobora d-dipendenza li teżisti bejn il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni u r-rotot tal-ajru operati minn Pau minn Ryanair. Fil-fatt, kieku l-kuntratti tas-servizzi ta’ promozzjoni kienu verament indipendenti mill-kuntratti tas-servizzi fl-ajruport, aktarx li s-CCIPB kienet tikkonsulta diversi fornituri minbarra AMS, speċjalment billi hija korp pubbliku li normalment juża s-sejħa għall-offerti għall-akkwisti tiegħu. |
|
(309) |
Barra minn hekk, jidher ukoll li l-konklużjoni tal-kuntratti kollha tas-servizz fl-ajruport kienet ikkundizzjonata mill-konklużjoni tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni. |
|
(310) |
Fil-fatt, l-ewwel nett, skont Franza ż-żewġ kuntratti tal-2005 (il-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport u l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni tat-30 ta’ Ġunju 2005), “għalkemm legalment indipendenti, huma marbuta mill-qrib ma’ xulxin” (50) u “r-rabta stretta bejn il-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport konkluż ma’ Ryanair u l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż ma’ AMS, sussidjarja sħiħa tal-kumpanija, ma tistax tiġi miċħuda” (51). Jekk wieħed jikkunsidra s-similaritajiet kbar li jeżistu bejn il-kuntratti tal-2005 u l-kuntratti konklużi wara ma’ Ryanair u ma’ AMS, il-kummenti msemmija qabel ta’ Franza jistgħu faċilment ikunu ġeneralizzati għal dawn il-kuntratti sussegwenti. |
|
(311) |
Fl-ittra tagħha tat-30 ta’ Mejju 2011, Franza tindika wkoll li “s-CCIPB kienet imġiegħla tikkonkludi” il-kuntratti fit-30 ta’ Ġunju 2005. Fl-ittra tagħha, hija tfakkar ukoll li “wara li l-kuntratt ma’ AMS ma ġiex imġedded, Ryanair iddeċidiet, mingħajr ebda forma ta’ kitba indirizzata lis-CCIPB, li ma ġġeddidx it-titjiriet tagħha fl-ajruport ta’ Pau-Pyrénées mill-istaġun IATA tas-sajf 2011 (April 2011)” . Dan jindika li mill-inqas f’ċerti każijiet, Ryanair ma taċċettax li topera rotta tal-ajru jekk ikollha tħallas l-imposti ġenerali tal-ajruport mingħajr kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż bejn l-operatur tal-ajruport u AMS. |
|
(312) |
Is-CRC ukoll qablet ma’ dan l-approċċ fir-rapport tagħha tal-5 ta’ Jannar 2007 (52). |
|
(313) |
Minn dak kollu li ntqal, jirriżulta li kull kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni huwa inseparabbli mill-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport sottostanti, flimkien jiffurmaw tranżazzjoni waħda, u huwa ferm probabbli li ma kienx ikun konkluż fin-nuqqas tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport relatat u r-rotot tal-ajru koperti minn dawn iż-żewġ kuntratti. Għaldaqstant jeħtieġ, għal kull kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni, li dan il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni u l-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport konklużi fl-istess ħin jiġu analizzati bħala miżura waħda, biex ikun iddeterminat jekk dan il-kuntratt huwiex għajnuna mill-Istat. |
L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għas-CCIPB f’dak li jirrigwarda l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni
|
(314) |
Biex wieħed japplika l-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq f’dak li jirrigwarda l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni, jeħtieġ li jkun iddeterminat għal liema operatur tas-suq ipotetiku jeħtieġ li wieħed jirreferi sabiex janalizza l-imġiba tas-CCIPB. |
|
(315) |
L-ewwel soluzzjoni hija li wieħed jikkunsidra li s-CCIPB ikkonkludiet il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni bħala operatur ta’ ajruport (53), u għalhekk, li jqabbel l-imġiba tagħha u ma’ dik ta’ operatur ta’ ajruport ipotetiku ggwidat minn prospetti ta’ profittabbiltà. |
|
(316) |
Soluzzjoni oħra tkun li wieħed jikkunsidra li s-CCIPB aġixxiet bħala entità pubblika inkarigata b’missjoni ta’ interess ġenerali, f’dan il-każ l-iżvilupp ekonomiku ta’ Pau u tar-reġjun tagħha, u li xtrat dawn is-servizzi ta’ promozzjoni sabiex twettaq din il-missjoni, irrispettivament mill-kwalità tagħha ta’ operatur tal-ajruport ta’ Pau. B’din it-tieni soluzzjoni, jeħtieġ li, skont il-ġurisprudenza, jiġi vverifikat minn naħa li s-servizzi inkwistjoni jissodisfaw il-“ħtiġijiet effettivi” tax-xerrej pubbliku, u min-naħa l-oħra, li nxtraw bl-istess “prezz tas-suq” (54) jew orħos jew, inkella, li operatur f’ekonomija tas-suq iggwidat minn prospetti ta’ profittabbiltà u li kien jeħtieġ servizzi ekwivalenti (mingħajr ma jkun bilfors operatur ta’ ajruport), kien ikun lest li jaċċetta kundizzjonijiet simili għal dawk aċċettati mis-CCIPB. |
|
(317) |
Il-kummenti ta’ ċerti partijiet terzi interessati jindikaw li jippreferu t-tieni soluzzjoni, għall-inqas b’mod impliċitu. B’mod partikolari, Ryanair ippreżentat elementi, b’mod speċjali fl-istudju tagħha tal-20 ta’ Diċembru 2013 li ssemma qabel, biex turi li l-prezz tas-servizzi ta’ promozzjoni ta’ AMS ma kinux jaqbżu dak li jista’ jitqies bħala prezz tas-suq għal dawn is-servizzi, u żiedet ukoll ma’ dan l-argument li l-operaturi tal-ajruporti ma humiex differenti mit-tipi l-oħra ta’ klijenti ta’ AMS. |
|
(318) |
Is-CCIPB ipprovdiet elementi li jmorru fl-istess direzzjoni u nnutat ukoll: “Hawnhekk infakkru li s-CCIPB hija inkarigata sabiex tiżviluppa l-attrazzjoni ekonomika tat-territorju li jaqa’ taħt il-kompetenza tagħha. B’hekk, l-ammonti mħallsa għal dawn is-servizzi ta’ promozzjoni għenu biex nippromwovu l-aspetti sbieħ ta’ Pau u tar-reġjun tagħha, u s-56 miljun euro annwali li l-passiġġieri ta’ Ryanair nefqu fl-2010 (…) matul il-waqfa tagħhom kienu ta’ benefiċċju dirett għas-setturi tal-akkomodazzjoni, tar-ristoranti, tal-kummerċ u tal-proprjetà (dan l-ammont kien ta’ tmien miljun euro fl-2005, ipoteżi baxxa ħafna meta mqabbla mal-istudji tal-impatt magħmula minn ajruporti oħrajn).” Din il-frażi tissuġġerixxi li skont is-CCIPB, l-imġiba tagħha għandha tkun analizzata bħal dik ta’ xerrej pubbliku li jakkwista servizzi meħtieġa għat-twettiq tal-missjonijiet ta’ interess ġenerali tiegħu. |
|
(319) |
Il-Kummissjoni tikkumenta f’dan ir-rigward li, minn naħa, dan l-argument jikkontradixxi t-teżi li d-deċiżjonijiet tas-CCIPB dwar il-miżuri inkwistjoni mhumiex attribwibbli lill-Istat. Għalkemm is-CCIPB issostni li ffirmat dawn il-kuntratti biex twettaq il-kompitu tagħha ta’ żvilupp tal-ekonomija lokali, hija ma tistax ma tammettix li l-imġiba tagħha hija tipikament dik ta’ awtorità pubblika lokali. |
|
(320) |
Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tikkunsidra li fost iż-żewġ soluzzjonijiet imsemmija hawn fuq, it-tieni waħda għandha tkun skartata peress li tinjora n-natura inseparabbli tal-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport u tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni korrispondenti, stabbilita qabel. Dan l-approċċ iwassal fil-fatt sabiex jiġi kkunsidrat li s-CCIPB iffirmat il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni mingħajr rigward għar-rotot tal-ajru offruti minn Ryanair mill-ajruport li hija tamministra, u li hija kienet tiffirma dawn il-kuntratti anki fl-assenza tar-rotot tal-ajru inkwistjoni u tal-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport korrispondenti. Għar-raġunijiet dettaljati fil-premessi 286 sa 313, tali ipoteżi hija ferm improbabbli. |
|
(321) |
Barra minn hekk, kieku kellha tiġi adottata t-tieni soluzzjoni, din ma twassalx għall-konklużjoni li l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni ma humiex ta’ vantaġġ ekonomiku għal Ryanair u għal AMS. |
|
(322) |
Fil-fatt, kif tfakkar fil-premessa 316, biex akkwisti magħmula minn entità pubblika ma jkunux vantaġġ ekonomiku favur il-bejjiegħ, mhuwiex biżżejjed li dawn ikunu saru bi prezz orħos jew ugwali għall-“prezz tas-suq”. Jeħtieġ ukoll li jikkorrispondu għal “ħtieġa effettiva” tax-xerrej pubbliku. |
|
(323) |
B’mod kategoriku ma jistax jiġi eskluż li fit-twettiq tal-missjoni tagħha ta’ żvilupp ekonomiku tar-reġjun tagħha, is-CCIPB tħoss il-ħtieġa li tuża fornituri kummerċjali sabiex twettaq attivitajiet ta’ promozzjoni tat-territorju. Madankollu, f’dan il-każ, din hija attività promozzjonali li timmira lejn l-attività kummerċjali ta’ żewġ impriżi ferm speċifiċi, jiġifieri Ryanair u s-CCIPB innifisha bħala operatur tal-ajruport ta’ Pau. Entità pubblika ma tistax tikkunsidra li servizzi ta’ promozzjoni li jiżguraw l-aktar il-promozzjoni tal-attivitajiet ta’ impriża jew ta’ xi impriżi ferm speċifiċi jagħmlu parti mill-kompitu ta’ din l-entità li jikkonsisti fil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku lokali. Fil-fatt, huwa loġiku li tali entità pubblika titlaq mill-prinċipju li l-impriżi lokali jridu jipprovdu jew jiffinanzjaw huma stess l-operazzjonijiet ta’ promozzjoni tagħhom, u li hija tillimita l-azzjonijiet tagħha għall-promozzjoni ġenerali tat-territorju u tal-ekonomija lokali, mingħajr ma timmira lejn impriżi speċifiċi. |
|
(324) |
Kull soluzzjoni oħra twassal biex jiġi kkunsidrat li entità pubblika inkarigata mill-iżvilupp ekonomiku lokali tista’, mingħajr ma dawn il-miżuri jkunu għajnuna mill-Istat, tixtri servizzi ta’ promozzjoni li essenzjalment jippromwovu l-prodotti jew is-servizzi ta’ ċerti impriżi stabbiliti lokalment, minħabba li dawn is-servizzi jiffavorixxu l-iżvilupp ekonomiku lokali, u huma mixtrija bil-“prezz tas-suq”. Soluzzjoni bħal din iddur mal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(325) |
Għaldaqstant, jidher li s-servizzi ta’ promozzjoni mixtrija mis-CCIPB mingħand AMS ma jistgħux jitqiesu li jwieġbu għal “ħtieġa effettiva” tas-CCIPB bħala entità pubblika inkarigata b’missjoni ta’ żvilupp ekonomiku lokali. Din il-konklużjoni hija kkonfermata minn ċerti elementi kkomunikati minn Franza, li fil-fehma tagħha, b’mod partikolari, “żgur mhuwiex normali li kmamar tal-kummerċ u tal-industrija li ma joperawx ajruporti jixtru servizzi ta’ promozzjoni mingħand kumpaniji tal-ajru” (55). |
|
(326) |
Għalhekk, jekk wieħed jadotta t-tieni soluzzjoni msemmija fil-premessi 316 sa 321 jasal għall-konklużjoni li l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni jagħtu vantaġġ ekonomiku lill-impriżi li pprovdew dawn is-servizzi kif ukoll lill-kumpaniji tal-ajru li bbenefikaw direttament minn dawn is-servizzi ta’ promozzjoni. B’hekk, skont din is-soluzzjoni, il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni konklużi ma’ AMS huma għajnuna lil AMS bħala fornitur tas-servizzi ta’ promozzjoni u għajnuna għal Ryanair bħala l-benefiċjarja diretta u essenzjali ta’ dawn is-servizzi. |
|
(327) |
Barra minn hekk, meta entità pubblika tagħmel xi akkwisti waqt it-twettiq tal-missjonijiet ta’ interess ġenerali tagħha, wieħed ġeneralment jistenna li hija tnaqqas l-ispejjeż tagħha billi torganizza sejħa għall-offerti, jew għall-inqas, tikkonsulta ma’ diversi fornituri u tqabbel l-offerti tagħhom. Dan japplika aktar u aktar għal oġġetti jew servizzi differenti ħafna minn xulxin li għalihom ma hemm l-ebda referenza ovvja ta’ prezz tas-suq, li huwa fiċ-ċar il-każ tas-servizzi ta’ promozzjoni. Għall-kuntrarju, f’dan il-każ, il-kuntratti ta’ promozzjoni ma sarux fuq sejħa għall-offerti. Sejħa għal proġetti mnedija mis-CCIPB ma sabitx kumpanija tal-ajru lesta li topera fl-ajruport ta’ Pau fil-kundizzjonijiet maħsuba (56). Din il-konsiderazzjoni tikkonferma n-nuqqas ta’ adegwatezza tat-tieni approċċ. |
|
(328) |
Dan in-nuqqas ta’ adegwatezza huwa kkonfermat ukoll mill-kummenti ppreżentati ms-CCIPB dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura. Huwa tabilħaqq notevoli li meta qabblet l-imġiba tagħha ma’ dik ta’ diversi impriżi privati sabiex tistabbilixxi r-rispett tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, is-CCIPB qabblet lilha nfisha l-aktar ma’ operaturi ta’ ajruporti. B’hekk, semmiet diversi ajruporti privati kbar Ingliżi, ajruport Taljan u sitt ajruporti Franċiżi. Dan l-approċċ isostni l-konklużjoni li huwa l-ewwel nett fir-rwol tagħha bħala operatur ta’ ajruport u mhux bħala awtorità pubblika li taġixxi skont il-missjoni ta’ żvilupp ekonomiku lokali li s-CCIPB ikkonkludiet il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni. |
|
(329) |
Barra minn hekk, Franza indikat li l-promozzjoni turistika ta’ Béarn kienet taqa’ taħt il-kompetenza tal-Kumitat Dipartimentali tat-Turiżmu ta’ Béarn Pays Basque u li b’mod ġenerali, is-CCI jwettqu “attivitajiet speċifiċi ta’ promozzjoni turistika permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’diversi strutturi reġjonali u dipartimentali f’dan il-qasam, fosthom permezz tal-kumitati reġjonali u dipartimentali tat-turiżmu” . Madankollu, il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni li, skont is-CCIPB, għandhom l-għan primarju li jippromwovu l-attrazzjonijiet turistiċi u kummerċjali ta’ Pau u tar-reġjun tagħha, ġew konklużi direttament mis-CCIPB, mingħajr ebda intervent mingħand strutturi lokali responsabbli mill-promozzjoni turistika. Dan huwa element ieħor li aktarx jikkonferma li huwa l-ewwel nett bħala operatur ta’ ajruport li s-CCIPB iffirmat il-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni. |
|
(330) |
Għalhekk, biex ikun jista’ jiġi applikat il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, jeħtieġ li tiġi adotatta l-ewwel soluzzjoni msemmija fil-premessa 315 li tinvolvi t-tqabbil tal-imġiba tas-CCIPB ma’ operatur f’ekonomija tas-suq ipotetiku, iggwidat minn prospetti ta’ profittabbiltà, li kien iġestixxi l-ajruport ta’ Pau minflokha. |
|
(331) |
Din il-konklużjoni, stabbilita għall-kuntratti konklużi ma’ Ryanair u ma’ AMS tapplika wkoll, għall-istess raġunijiet, għall-kuntratt konkluż ma’ Transavia, aktar u aktar peress li fil-każ ta’ Transavia kuntratt wieħed biss jittratta s-servizzi fl-ajruport u s-servizzi ta’ promozzjoni f’daqqa. |
Il-benefiċċji li operatur f’ekonomija tas-suq kien jippretendi mill-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni u l-prezz li kien ikun lest li jħallas għal dawn is-servizzi
|
(332) |
Minn dak kollu li ntqal qabel jirriżulta li biex jiġi applikat il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għall-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni inkwistjoni, dawn għandhom ikunu analizzati fl-istess waqt mal-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport korrispondenti, daqslikieku jiffurmaw tranżazzjoni waħda ma’ dawn tal-aħħar (57), u li l-imġiba tas-CCIPB għandha tkun analizzata skont l-imġiba ta’ operatur f’ekonomija tas-suq ipotetiku li jopera l-ajruport ta’ Pau minflokha. |
|
(333) |
Meta tiġi analizzata kull waħda mit-tranżazzjonijiet identifikati, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-benefiċċji li dan l-operatur f’ekonomija tas-suq ipotetiku, iggwidat minn prospetti ta’ profittabbiltà, seta’ jippretendi mis-servizzi ta’ promozzjoni. F’dan ir-rigward, l-impatti ġenerali ta’ tali servizzi fuq it-turiżmu u l-attività ekonomika tar-reġjun ma għandhomx, bħala tali, jiġu kkunsidrati. Jgħoddu biss l-effetti ta’ dawn is-servizzi fuq il-profittabbiltà tal-ajruport peress li huma dawk biss li l-operatur f’ekonomija tas-suq ipotetiku kien jikkunsidra f’din l-analiżi. |
|
(334) |
Is-servizzi ta’ promozzjoni huma maħsuba biex iħeġġu l-frekwentazzjoni tar-rotot bl-ajru koperti mill-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni u l-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport korrispondenti, peress li huma maħsuba biex jirreklamaw dawn ir-rotot. Anki jekk dan l-effett huwa l-ewwel nett ta’ vantaġġ għall-kumpanija tal-ajru, huwa ta’ vantaġġ għall-operatur tal-ajruport ukoll. Fil-fatt, numru akbar ta’ passiġġieri jista’ jirriżulta f’żieda fid-dħul għall-operatur tal-ajruport li tkun ġejja mill-imposti tal-avjazzjoni, mill-provvedimenti ta’ servizzi ta’ groundhandling, kif ukoll mid-dħul mhux mill-avjazzjoni li jkun ġej mill-attività tal-parkeġġi, ristoranti u ħwienet oħrajn eċċ. |
|
(335) |
Għalhekk, wieħed ma jistax jiċħad li operatur f’ekonomija tas-suq li jmexxi l-ajruport ta’ Pau minflok is-CCIPB seta’ kkunsidra dan l-effett pożittiv meta kkunsidra l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni u tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport korrispondenti. Huwa kien jagħmel dan waqt li jivvaluta l-impatt tar-rotot tal-ajru kkonċernati fuq id-dħul u l-kost futuri tiegħu, u waqt li jipprevedi, f’dan il-kuntest, għadd ta’ passiġġieri li jużaw dawn ir-rotot li kien jirrifletti l-effett pożittiv tas-servizzi ta’ promozzjoni. Kien jikkunsidra dan l-effett tul l-operat kollu tar-rotot ikkonċernati, kif previst fil-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport u l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni. |
|
(336) |
Waqt il-proċedura, il-Kummissjoni aċċettat dan il-punt, peress li meta stiednet lil Franza tibni mill-ġdid l-estimi tad-dħul u l-kost li operatur f’ekonomija tas-suq kien ikollu wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni u tal-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport, hija pproponitilha li tikkunsidra l-effetti tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni fuq it-traffiku mistenni. Meta operatur ta’ ajruport jikkonkludi kuntratt li jipprovdi attivitajiet ta’ promozzjoni effettivi minn ċerti rotot tal-ajru, huwa fil-fatt possibbli li jipprovdi rata ta’ mili (jew il-fattur tat-tagħbija) (58) relattivament għolja fuq ir-rotot tal-ajru kkonċernati, u jikkunsidraha fil-valutazzjoni tad-dħul futur tiegħu. Fuq dan il-punt, il-Kummissjoni tinnota l-opinjoni ta’ Ryanair li l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni ma jfissrux biss kost għal amministratur ta’ajruport, iżda wkoll bħala benefiċċju possibbli. |
|
(337) |
Jeħtieġ li jkun iddeterminat jekk għal operatur f’ekonomija tas-suq ipotetiku li jopera l-ajruport ta’ Pau minflok is-CCIPB, setgħux ikunu raġonevolment mistennija u kkwantifikati benefiċċji oħrajn minbarra dawk li jirriżultaw mill-effett pożittiv fuq il-frekwentazzjoni tar-rotot tal-ajru msemmija fil-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni tul l-operat kollu ta’ dawn ir-rotot, kif previst mill-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni jew il-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport. |
|
(338) |
Ċerti partijiet terzi interessati, fosthom Ryanair fl-istudju tagħha tas-17 ta’ Jannar 2014, isostnu din it-teżi. L-istudju tas-17 ta’ Jannar 2014 huwa bbażat fuq l-idea li s-servizzi ta’ promozzjoni mixtrija minn operatur ta’ ajruport bħas-CCIPB huma tali li jsaħħu l-immaġni tal-marka kummerċjali tal-ajruport u allura, jagħtu spinta sostenibbli lill-għadd ta’ passiġġieri li jużaw dan l-ajruport, lil hinn mir-rotot tal-ajru biss li huma koperti mill-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni u l-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport tul l-operat kollu ta’ dawn ir-rotot previst minn dawn il-kuntratti. B’mod partikolari, jirriżulta minn dan l-istudju li skont Ryanair, is-servizzi ta’ promozzjoni kapaċi jipproduċu effetti pożittivi sostenibbli fuq il-frekwentazzjoni tal-ajruport, lil hinn mill-iskadenza tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni. |
|
(339) |
Jeħtieġ li jkun innutat l-ewwel nett f’dan ir-rigward li ma hemm l-ebda element fil-fajl li jissuġġerixxi li meta ġew konklużi l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali, is-CCIPB ikkontemplat u a fortiori kkwantifikat l-effetti pożittivi potenzjali mill-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni li jmorru lil hinn mir-rotot tal-ajru koperti mill-kuntratti biss, jew li temporanjament, imorru lil hinn miż-żmien tal-operat previst tar-rotot inkwistjoni. Barra minn hekk, la Franza u lanqas is-CCIPB ma pproponew xi metodu li jippermetti l-valutazzjoni tal-valur potenzjali li operatur f’ekonomija tas-suq ipotetiku li jmexxi l-ajruport ta’ Pau minflok is-CCIPB kien jattribwixxi lil dawn l-effetti fil-mument li jivvaluta l-opportunità li jikkonkludi l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni u l-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport. |
|
(340) |
Kif kien indikat qabel, is-servizzi ta’ promozzjoni akkwistati mingħand AMS huma mmirati lejn il-persuni li jżuru s-sit ta’ Ryanair u, b’mod aktar speċifiku, il-paġna ddedikata lil Pau fuq dan is-sit, jew il-paġna Ingliża tas-sit (għall-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni relatati mar-rotot ta’ Pau-Londra u Pau-Bristol), jew il-paġna Belġjana u dik Olandiża (għall-kuntratti relatati mar-rotta Pau-Charleroi) jew il-paġna Franċiża (għall-kuntratt relatat mar-rotta Pau-Beauvais). Għal Transavia, kien previst li s-servizzi ta’ promozzjoni kollha fuq is-sit www.transavia.com jirrigwardaw il-paġna relatata mad-destinazzjoni ta’ Pau. Għaldaqstant is-servizzi ta’ promozzjoni inkwistjoni kienu jiffukaw l-aktar fuq il-persuni li aktarx jużaw ir-rotot tal-ajru koperti mill-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni. L-effett pożittiv fuq il-frekwentazzjoni ta’ rotot oħrajn lejn Pau jidher ferm aktar ipotetiku, u xorta waħda jibqa’ ferm inċert biex jista’ jiġi kkwantifikat minn operatur prudenti f’ekonomija tas-suq fil-valutazzjoni tiegħu tal-interess li jikkonkludi l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni. |
|
(341) |
Barra minn hekk, rigward in-natura sostenibbli ta’ dawn l-effetti, din ukoll tidher ferm inċerta. Huwa konċepibbli li l-promozzjoni ta’ Pau u tar-reġjun tagħha fuq is-sit tal-Internet ta’ Ryanair setgħet ħeġġet lill-persuni li jżuru dan is-sit jixtru biljetti ta’ Ryanair lejn Pau meta kellhom aċċess għal dan ir-reklam jew ftit wara. Għall-kuntrarju, ftit hemm probabbiltà li l-memorja ta’ dan ir-reklam li wieħed ikun ra meta żar is-sit tal-Internet ta’ Ryanair tibqa’ tippersisti u tinfluwenza x-xiri tal-biljetti tal-ajru għal aktar minn ftit ġimgħat. Kampanja ta’ reklamar jista’ jkollha effetti sostenibbli meta l-operazzjonijiet ta’ promozzjoni jsiru permezz ta’ mezz wieħed jew aktar ta’ promozzjoni li għalihom il-konsumaturi jkunu esposti spiss għal perjodu speċifiku. Pereżempju, kampanja ta’ reklami fuq il-kanali tat-televiżjoni u fuq l-istazzjonijiet tar-radju ġenerali, għadd ta’ siti tal- Internet u/jew għadd ta’ billboards imxerrda barra jew f’postijiet pubbliċi, aktarx li tipproduċi tali effett sostenibbli jekk il-konsumaturi jkollhom aċċess għal dawn il-mezzi b’mod passiv u ripetut. Għall-kuntrarju, operazzjoni ta’ reklamar limitata għal ċerti paġni tas-sit tal-Internet ta’ Ryanair biss ftit li xejn jista’ jkollha effett li jdum aktar mill-operazzjoni ta’ promozzjoni. |
|
(342) |
Fil-fatt, huwa probabbli ħafna li għall-parti l-kbira tan-nies, iż-żjara fuq is-sit tal-Internet ta’ Ryanair mhijiex frekwenti biżżejjed biex tistampa waħedha memorja dejjiema tal-promozzjoni ta’ reġjun magħmula fuq dan is-sit. Din l-osservazzjoni hija msaħħa b’mod sinifikanti minn żewġ elementi. L-ewwel nett, meta ntemmu d-diversi kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni, il-promozzjoni tar-reġjun ta’ Pau fuq il-paġna ewlenija tas-sit ta’ Ryanair kienet limitata għal sempliċi link lejn sit indikat mis-CCIPB għal perjodi limitati u saħansitra qosra ħafna (42 jum fis-sena għal ħames snin skont il-kuntratt tal-2005, sena sħiħa skont il-kuntratt tal-2007, 8 ijiem skont il-kuntratt tal-2008, 9 ijiem skont il-kuntratt tal-2009, 45 jum fuq il-paġna Ingliża, 25 jum fuq il-paġna Belġjana u Olandiża u 25 jum fuq il-paġna Franċiża skont il-kuntratt tal-2010). Kemm in-natura ta’ dawn l-operazzjonijiet ta’ promozzjoni (il-preżenza ta’ sempliċi link, b’valur promozzjonali limitat) kif ukoll il-qosor tagħhom setgħu llimitaw ħafna l-effett ta’ dawn l-operazzjonijiet fiż-żmien wara li spiċċaw, aktar u aktar meta dawn l-operazzjonijiet kienu limitati biss għas-sit tal-Internet ta’ Ryanair u ma kinux imxandra fuq mezzi oħrajn. It-tieni, l-operazzjonijiet l-oħrajn ta’ promozzjoni previsti fil-kuntratti konklużi ma’ AMS kienu jirrigwardaw biss il-paġni tas-sit Internet tagħha li jirrigwardaw id-destinazzjoni ta’ Pau. Huwa ferm probabbli li l-parti l-kbira tan-nies ma jżurux din il-paġna spiss, u jagħmlu dan biss meta aktarx li jkunu diġà interessati f’din id-destinazzjoni. |
|
(343) |
Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti japplikaw ukoll għall-kuntratt tal-2006 konkluż ma’ Transavia. Fil-fatt, is-servizzi ta’ promozzjoni previsti f’dan il-kuntratt kienu jikkonsistu sempliċiment f’li jiddaħlu messaġġi u links fuq il-paġna relatata mad-destinazzjoni ta’ Pau fuq is-sit tal-Internet ta’ Transavia, kif ukoll li jintbagħtu offerti permezz tal-posta elettronika li jippreżentaw l-attrazzjonijiet tad-destinazzjoni ta’ Pau, mibgħuta regolarment lill-abbonati tar-rivista elettronika transavia.com. |
|
(344) |
B’hekk, anki jekk is-servizzi ta’ promozzjoni setgħu ħeġġew il-frekwentazzjoni tar-rotot tal-ajru koperti mill-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ dawn is-servizzi, huwa possibbli ħafna li tali effett kien null jew negliġibbli lil hinn minn dan il-perjodu jew fuq rotot oħrajn. |
|
(345) |
Barra minn hekk, mill-istudji ta’ Ryanair tas-17 u l-31 ta’ Jannar 2014 jirriżulta li l-benefiċċji tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni li jmorru lil hinn mir-rotot tal-ajru koperti minn dawn il-kuntratti jew lil hinn mit-tul tal-operat ta’ dawn ir-rotot, kif previst mill-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni u l-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport, huma estremament inċerti u ma jistgħux ikunu kkwantifikati bi grad ta’ affidabbiltà li jkun meqjus suffiċjenti minn operatur prudenti f’ekonomija tas-suq. |
|
(346) |
Għalhekk, pereżempju, skont l-istudju tas-17 ta’ Jannar 2014 (59), “[…] profitt inkrementali futur lil hinn mill-iskadenza prevista tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport huwa intrinsikament inċert” (60). Barra minn hekk, dan l-istudju jipproponi żewġ metodi biex jiġu vvalutati ex ante l-effetti pożittivi tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni, approċċ “ibbażat fuq il-flussi tal-flus” u approċċ ta’ “kapitalizzazzjoni”. |
|
(347) |
L-approċċ “ibbażat fuq il-flussi tal-flus” jikkonsisti fil-valutazzjoni tal-benefiċċji tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni u tal-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport fil-forma ta’ dħul futur iġġenerat għall-operatur tal-ajruport mis-servizzi ta’ promozzjoni u mill-kuntratt tas-servizzi fl-ajruport, bit-tnaqqis tal-kostijiet korrispondenti. L-approċċ ta’ “kapitalizzazzjoni” jikkonsisti fl-ikkunsidrar tat-titjib tal-immaġni tal-marka tal-ajruport dovut għas-servizzi ta’ promozzjoni bħala assi intanġibbli, mixtri fil-prezz previst fil-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni. |
|
(348) |
L-istudju madankollu jinvoka l-iskala tad-diffikultajiet maħluqa mill-approċċ tal-“kapitalizzazzjoni”, biex b’hekk juri n-nuqqas ta’ affidabbiltà tar-riżultati li jista’ jipproduċi tali metodu, u jagħti preferenza lill-approċċ tal-“flussi tal-flus”. L-istudju jindika fost l-oħrajn li: “L-approċċ tal-‘kapitalizzazzjoni’ għandu jikkunsidra biss il-proporzjon tal-ispejjeż tal-promozzjoni imputabbli għall-assi intanġibbli ta’ ajruport. Madankollu, jista’ jkun diffiċli li wieħed jidentifika l-proporzjon tal-ispejjeż tal-promozzjoni maħsuba biex jiġġeneraw dħul futur għall-ajruport (jiġifieri, investiment fl-assi intanġibbli tal-ajruport), għall-kuntrarju ta’ dawk li jiġġeneraw dħul attwali għall-ajruport (61)”. Huwa jenfasizza wkoll li “Biex jiġi implimentat l-approċċ tal-‘kapitalizzazzjoni’, jeħtieġ li wieħed jistma t-tul medju li matulu ajruport ikun jista’ jżomm klijent bis-saħħa tal-kampanja ta’ promozzjoni ta’ AMS. Fil-prattika, ikun diffiċli ħafna li wieħed jistma t-tul medju ta’ żamma tal-klijentela wara kampanja ta’ AMS minħabba n-nuqqas ta’ dejta suffiċjenti (62)”. |
|
(349) |
Min-naħa tiegħu l-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014 ippropona li jiġi applikat b’mod prattiku l-approċċ “ibbażat fuq il-flussi tal-flus”. Skont dan l-approċċ, il-benefiċċji tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni u tal-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport li jmorru lil hinn mill-iskadenza tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni jieħdu l-forma ta’ “valur terminali” kkalkolat fid-data ta’ skadenza tal-kuntratt. Dan il-valur terminali huwa kkalkolat fuq il-bażi ta’ profitti inkrementali mistennija mill-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport u ta’ servizzi ta’ promozzjoni matul l-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport. Fil-fatt, il-metodu jikkonsisti f’li wieħed jibda mill-profitt inkrementali mistenni fl-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-kuntratt ta’ servizz fl-ajruport u jipproġettahom fil-futur b’tul ta’ żmien ugwali għat-tul tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport, aġġustati skont ir-rata ta’ tkabbir tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa u b’fattur ta’ probabbiltà meqjus li jirrifletti l-kapaċità tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport u tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni li jikkontribwixxi għall-profitti tal-ajruport lil hinn mill-iskadenza tagħhom (63). Din il-kapaċità li jiġu prodotti benefiċċji sostenibbli tirriżulta skont l-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014 minn sensiela ta’ fatturi “[…] li jinkludu fama akbar u marka kummerċjali b’saħħitha aktar kif ukoll aspetti esterni tan-netwerk u tal-passiġġieri rikorrenti” (64), mingħajr aktar preċiżjoni f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, dan il-metodu jikkunsidra rata ta’ skont li tirrifletti l-kost tal-kapital. |
|
(350) |
F’dak li jirrigwarda l-fattur ta’ probabbiltà, l-istudju jipproponi rata ta’ […] % li huwa jqis prudenti. Madankollu, l-istudju, ta’ natura teorika ħafna, ma jipprovdi l-ebda ġustifikazzjoni serja fuq dan il-punt, kemm jekk kwantitattiva kif ukoll kwalitattiva. Ma jibbaża fuq l-ebda element fattwali speċifiku għall-attività ta’ Ryanair jew għas-swieq tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi fl-ajruport biex jappoġġja din ir-rata ta’ […] %. Ma jistabbilixxi l-ebda rabta bejn din ir-rata u l-fatturi li jsemmi fil-qasir ħafna (fama, marka b’saħħitha, aspetti esterni tan-netwerk u passiġġieri rikorrenti), meqjusa li jtawlu l-benefiċċji tal-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport u tas-servizzi ta’ promozzjoni lil hinn mill-iskadenza tagħhom. Fl-aħħar nett, xejn ma jibbaża fuq il-kontenut speċifiku tas-servizzi ta’ promozzjoni previsti fid-diversi kuntratti ma’ AMS sabiex janalizza safejn dawn is-servizzi jistgħu jinfluwenzaw il-fatturi msemmija hawn fuq. |
|
(351) |
Barra minn hekk, dan ma jurix li mal-iskadenza tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport u ta’ kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni, il-profitti li ġġeneraw għall-operatur tal-ajruport matul l-aħħar sena ta’ applikazzjoni jistgħu jkomplu fil-futur bi kwalunkwe grad ta’ probabbiltà. Lanqas ma jiġġustifika r-rilevanza tar-rata ta’ tkabbir tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa sabiex jivvaluta l-effetti ta’ kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport u kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni għal ajruport speċifiku. |
|
(352) |
“Valur terminali” kkalkolat skont il-metodu propost minn Ryanair ftit ikun jista’ jiġi kkunsidrat minn operatur prudenti f’ekonomija tas-suq li jivvaluta l-interess li jikkonkludi l-kuntratt. |
|
(353) |
Għaldaqstant, l-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014 juri li l-metodu bbażat fuq il-“flussi tal-flus” jista’ jagħti biss riżultati inċerti ħafna u ftit li xejn affidabbli, bħall-metodu tal-“kapitalizzazzjoni”. |
|
(354) |
Barra minn hekk, la Franza, u lanqas xi parti terza oħra interessata ma pprovdiet xi element li jista’ jindika li l-metodu propost minn Ryanair f’dan l-istudju, jew kwalunkwe metodu ieħor li għandu l-għan li jikkunsidra b’mod ikkwantifikat il-benefiċċji li jmorru lil hinn mill-iskadenza tal-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport u tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni, jista’ jkun effettivament ipprattikat minn operaturi ta’ ajruporti reġjonali li jixbhu lil dak ta’ Pau. Franza ma kkummentat xejn dwar l-istudji tas-17 u tal-31 ta’ Jannar 2014 u għaldaqstant ma aċċettatx il-konklużjonijiet tagħhom. |
|
(355) |
Barra minn hekk, kif indikat qabel, is-servizzi ta’ promozzjoni koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali jiffukaw fuq il-persuni li jistgħu jużaw ir-rotot imsemmija fil-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni. Jekk dawn ir-rotot ma jiġux imġedda meta jiskadi l-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport, ftit li xejn huwa probabbli li s-servizzi ta’ promozzjoni jistgħu jkomplu jkollhom effetti pożittivi fuq il-frekwentazzjoni tal-ajruport lil hinn minn din l-iskadenza. Madankollu, huwa diffiċli ħafna li operatur ta’ ajruport jivvaluta l-probabbiltà li kumpanija tal-ajru tkun trid tkompli topera rotta lil hinn miż-żmien li hija tkun intrabtet li toperaha fil-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport. Il-kumpaniji tal-ajru bi prezz baxx, b’mod partikolari, urew li huma jamministraw il-ftuħ u l-għeluq tar-rotot b’mod dinamiku ħafna. Fil-konklużjoni ta’ tranżazzjoni bħal dawk eżaminati fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali, operatur prudenti f’ekonomija tas-suq ma jkunx jista’ għalhekk jibbaża fuq ir-rieda tal-kumpanija tal-ajru li tkompli topera r-rotta kkonċernata meta jiskadi l-kuntratt. |
|
(356) |
Barra minn hekk, ta’ min jinnota li valur terminali kkalkolat skont il-metodu propost minn Ryanair fl-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014 huwa pożittiv biss (u għalhekk, għandu biss effett pożittiv fuq il-profittabbiltà mistennija mill-kuntratt tas-servizzi fl-ajruport u mill-kuntratt tas-servizzi ta’ promozzjoni) meta l-profitt inkrementali mistenni minn dawn il-kuntratti matul l-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport ikun pożittiv. Fil-fatt, il-metodu jikkonsisti f’li wieħed jitlaq mill-profitt inkrementali mistenni matul l-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport u jipproġettah fil-futur bl-applikazzjoni ta’ żewġ fatturi. L-ewwel fattur jirrappreżenta t-tkabbir globali tas-suq Ewropew tat-trasport bl-ajru u jirrifletti t-tkabbir tat-traffiku mistenni. It-tieni huwa fattur ta’ […] % li jirrappreżenta skematikament il-probabbiltà li t-twettiq tal-kuntratti li skadew jiffavorixxi l-konklużjoni ta’ kuntratti simili fil-futur, b’mod li jiġġeneraw flussi finanzjarji simili. B’hekk, jekk il-profitt inkrementali futur mistenni matul l-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport huwa negattiv, il-valur terminali jkun ukoll negattiv, (jew l-aktar ikun ugwali għal żero), u dan jirrifletti l-fatt li l-konklużjoni ta’ kuntratti simili għal dawk li għadhom kemm skadew għandha fin-natura tagħha, eżatt bħal tali kuntratti, it-tendenza li kull sena tnaqqas il-profitabbiltà tal-ajruport. |
|
(357) |
L-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014 jikkunsidra fil-qosor ħafna dan il-każ, billi sempliċiment jindika f’nota ta’ qiegħ il-paġna, mingħajr kummenti jew ġustifikazzjonijiet li: “[…] l-ebda valur terminali ma jista’ jiġi kkalkolat jekk il-profitt inkrementali nett tal-ħlasijiet lil AMS ikun negattiv matul l-aħħar sena tal-perjodu inkwistjoni” (65). Madankollu, kif ser jintwera wara, il-kuntratti kollha kkonċernati f’dan il-każ iwasslu għal flussi inkrementali proġettati li huma negattivi kull sena, u mhux biss globalment, f’valur nett preżenti. B’hekk, fil-każ ta’ dawn il-kuntratti, “valur terminali” ikkalkolat skont il-metodu propost minn Ryanair ikun null jew saħansitra negattiv. Il-kunsiderazzjoni ta’ tali valur terminali ma tixħetx dubju fuq il-konklużjoni li d-diversi kuntratti jinvolvu vantaġġ ekonomiku. |
|
(358) |
Bħala konklużjoni, minn dak li ntqal jirriżulta li l-uniku benefiċċju tanġibbli li operatur prudenti f’ekonomija tas-suq jistenna minn kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni u li jikkunsidra b’mod kwantifikat waqt li jivvaluta l-interess li jikkonkludi tali kuntratt, flimkien ma’ kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport, ikun effett pożittiv possibbli tas-servizzi ta’ promozzjoni fuq l-għadd ta’ passiġġieri li jużaw ir-rotot imsemmija mill-kuntratti inkwistjoni, sakemm idumu joperaw ir-rotot, kif previst mill-kuntratti. Il-benefiċċji eventwali l-oħrajn jitqiesu inċerti wisq biex jiġu kkunsidrati b’mod kwantifikat u, fil-fatt, l-ebda element ma jissuġġerixxi li dawn ġew ikkunsidrati mis-CCIPB. |
Ir-rilevanza tat-tqabbil tat-termini tal-kuntratti tas-servizzi fl-ajruport koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali mal-imposti tal-avjazzjoni mitluba f’ajruporti oħrajn
|
(359) |
Skont il-Linji Gwida l-ġodda, minħabba l-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, l-eżistenza ta’ għajnuna favur kumpanija tal-ajru li tuża ajruport tista’ fil-prinċipju tkun eskluża diment li:
|
|
(360) |
Barra minn hekk, skont il-Linji Gwida l-ġodda, “meta hija tevalwa l-ftehimiet bejn l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru, il-Kummissjoni sejra tikkunsidra wkoll il-miżura li fiha l-imsemmija ftehimiet jistgħu jkunu kkunsidrati li jaqgħu fil-kuntest ta’ strateġija globali tal-ajruporti maħsuba biex tiksbilhom profittabbiltà, għall-inqas fit-tul” (67). |
|
(361) |
Madankollu, rigward l-ewwel approċċ (it-tqabbil ma’ “prezz tas-suq”), il-Kummissjoni tiddubita serjament kemm huwa fil-fatt possibbli li wieħed jiddefinixxi element ta’ tqabbil xieraq għall-finijiet tal-iffissar ta’ prezz tas-suq ġust għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti. Hija tqis li analiżi ex ante tal-profittabbiltà addizzjonali hija l-kriterju l-aktar rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-arranġamenti konklużi mill-ajruporti mal-kumpaniji tal-ajru individwali (68). |
|
(362) |
F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li, b’mod ġenerali, l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq b’referenza għal prezz medju osservat fi swieq oħrajn simili tista’ tirriżulta konklużiva meta prezz tas-suq jista’ ikun identifikat jew jitnaqqas b’mod raġonevoli minn indikaturi oħrajn tas-suq. Madankollu, dan il-metodu ma jistax ikollu l-istess rilevanza fil-każ tas-servizzi tal-avjazzjoni. Fil-fatt, l-istruttura tal-kost u d-dħul għandha tendenza li tvarja ħafna minn ajruport għal ieħor. Dawn l-kostijiet u d-dħul jiddependu mill-istat ta’ żvilupp tal-ajruport, min-numru ta’ kumpaniji tal-ajru li jużawh, mill-kapaċità f’termini ta’ traffiku ta’ passiġġieri, mill-istat tal-infrastrutturi, mill-qafas regolatorju li jista’ jvarja minn Stat Membru għal ieħor kif ukoll mid-defiċits u mill-obbligi tal-ajruport fil-passat (69). |
|
(363) |
Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru tikkomplika kull analiżi strettament komparattiva. Kif juri dan il-każ, il-prattiki kummerċjali bejn l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru mhumiex ibbażati bilfors fuq lista ta’ prezzjijiet pubbliċi mqabbla ma’ servizzi individwali. Fil-fatt, dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali jvarjaw ħafna. Jinkludu kondiviżjoni tar-riskji f’termini ta’ frekwentazzjoni u ta’ responsabbiltajiet kummerċjali u finanzjarji konsegwenzjali, ġeneralizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ inċentivazzjoni (pereżempju fil-forma ta’ tnaqqis marbut mal-għadd ta’ rotot jew ta’ passiġġieri trasportati) kif ukoll varjazzjonijiet bejn il-kondiviżjoni tar-riskji matul id-durata tal-kuntratti. Għaldaqstant, it-tranżazzjonijiet ftit li xejn jistgħu jitqabblu bejniethom fuq il-bażi ta’ prezz skont ir-rotazzjoni jew għal kull passiġġier. |
|
(364) |
Fl-istudju tagħha tad-9 ta’ April 2013, Ryanair sostanzjalment issostni t-teżi li huwa possibbli li wieħed japplika l-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq billi wieħed jibbaża fuq tqabbil mal-prattiki kummerċjali ta’ ajruporti oħrajn Ewropej. |
|
(365) |
Jeħtieġ li jkun innutat l-ewwel nett li matul il-proċedura, la Franza u lanqas xi parti terza interessata ma pproponiet lill-Kummissjoni kampjun ta’ ajruporti għat-tqabbil li seta’ jintuża f’dan il-każ u li huma komparabbli biżżejjed mal-ajruport ta’ Pau f’dak li jirrigwarda l-volum tat-traffiku, it-tip ta’ traffiku, it-tip u l-livell ta’ servizzi tal-avjazzjoni, il-preżenza ta’ belt kbira qrib l-ajruport, l-għadd ta’ abitanti fiż-żona ta’ attrazzjoni, il-prosperità fl-inħawi, u l-eżistenza ta’ żoni ġeografiċi oħrajn li jistgħu jattiraw lill-passiġġieri (70). |
|
(366) |
Anki jekk tali kampjun ta’ ajruporti kien ikun disponibbli, metodu komparattiv xorta waħda ma kienx ikun prattiku f’dan il-każ. Fil-fatt, kif diġà ntwera qabel, it-tranżazzjonijiet li jridu jiġu analizzati huma sett ikkumplikat magħmul minn kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport u kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni (xi drabi magħquda flimkien fuq bażi legali waħda). Dawn it-tranżazzjonijiet jinkludu diversi “prezzijiet”, jiġifieri d-diversi imposti tal-avjazzjoni, il-prezz tas-servizzi ta’ groundhandling u l-prezz tas-servizzi ta’ promozzjoni, li wħud minnhom jiddependu mill-għadd ta’ passiġġieri, oħrajn mill-għadd ta’ movimenti tal-ajruplani u oħrajn huma ammonti fissi. Għalhekk, kull waħda minn dawn it-tranżazzjonijiet tiġġenera sett kompless ta’ flussi finanzjarji bejn l-operatur tal-ajruport u l-kumpanija tal-ajru u s-sussidjarji tagħha, iffurmati mid-dħul li ġej mill-imposti tal-avjazzjoni, id-dħul marbut mas-servizzi ta’ groundhandling u d-dħul marbut mas-servizzi ta’ promozzjoni. |
|
(367) |
B’hekk, tqabbil tal-imposti tal-avjazzjoni biss mitluba mis-CCIPB lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati mal-imposti tal-avjazzjoni mitluba mill-ajruporti paragunabbli ma joffri l-ebda indikazzjoni utli rigward l-issodisfar tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Biex wieħed japplika metodu komparattiv validu għat-tranżazzjonijiet koperti minn din il-valutazzjoni, huwa mill-inqas meħtieġ li fost l-ajruporti tal-kampjun ta’ tqabbil jinstab sett ta’ tranżazzjonijiet komparabbli, li jinkludu b’mod partikolari servizzi ta’ promozzjoni ekwivalenti u servizzi ta’ groundhandling ekwivalenti. It-tfittxija għal kampjun ta’ tranżazzjonijiet komparabbli bħal dan hija impossibbli, tant kemm huma komplessi u speċifiċi t-tranżazzjonijiet li qegħdin jiġu vvalutati, aktar u aktar meta l-prezzijiet tas-servizzi ta’ groundhandling u tas-servizzi ta’ promozzjoni rarament ikunu informazzjoni pubblika u diffiċilment ikunu aċċessibbli biex wieħed jista’ jqabbel magħhom. |
|
(368) |
Fl-aħħar nett, jekk nassumu li jista’ jkun stabbilit, abbażi ta’ analiżi komparattiva valida, li l-“prezzijiet” inkwistjoni fid-diversi tranżazzjonijiet li qegħdin jiġu analizzati huma ekwivalenti jew ogħla mill-“prezzijiet tas-suq” stabbiliti permezz ta’ kampjun ta’ tranżazzjonijiet simili, il-Kummissjoni xorta waħda ma tkunx tista’ tikkonkludi li dawn it-tranżazzjonijiet huma konformi mal-prezz tas-suq jekk jirriżulta li meta ġew miftiehma, l-operatur tal-ajruport seta’ jippretendi li jiġġeneraw kostijiet inkrementali ogħla mid-dħul inkrementali. Fil-fatt, operatur f’ekonomija tas-suq ma għandu l-ebda interess li joffri oġġetti jew servizzi fil-“prezz tas-suq” meta din l-imġiba twassal għal telf inkrementali. |
|
(369) |
Il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tfakkar fil-kuntest ta’ din l-analiżi li, wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida l-ġodda, kemm Franza kif ukoll il-partijiet interessati ġew mistiedna jifformulaw kummenti dwar l-applikazzjoni għal dan il-każ tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-Linji Gwida (ara l-premessi 22 u 23). F’dan il-każ, la Franza u lanqas il-partijiet interessati ma kkontestaw il-merti tal-approċċ tal-Kummissjoni li diment li huwa impossibbli li wieħed jiddefinixxi element ta’ tqabbil xieraq biex jiġi stabbilit prezz tas-suq ġust għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti lill-kumpaniji tal-ajru, l-aktar kriterju rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-arranġamenti magħmula bejn dawn iż-żewġ partijiet hija analiżi ex ante tar-redditu addizzjonali tagħhom. |
|
(370) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkunsidra li f’dan il-każ għandu jkun applikat l-approċċ ġeneralment rakkomandat fil-Linji Gwida l-ġodda għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għar-relazzjonijiet bejn l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru, jiġifieri l-analiżi ex ante tar-redditu addizzjonali (jew inkrementali). |
|
(371) |
Dan l-approċċ huwa ġġustifikat minħabba l-fatt li operatur ta’ ajruport jista’ jkollu interess oġġettiv li jikkonkludi tranżazzjoni ma’ kumpanija tal-ajru diment li jista’ raġonevolment jippretendi li din it-tranżazzjoni ttejjeb il-profitti tiegħu (jew tnaqqaslu t-telf) meta mqabbla ma’ sitwazzjoni kontrofattwali fejn din it-tranżazzjoni ma ssirx (71), u dan irrispettivament minn kwalunkwe paragun mal-kundizzjonijiet offruti lill-kumpaniji tal-ajru minn operaturi ta’ ajruporti oħrajn, jew inkella, mal-kundizzjonijiet offruti mill-istess amministratur lil-kumpaniji tal-ajru oħrajn. |
|
(372) |
Dwar dan l-aħħar punt, kif innutat il-Kummissjoni fil-Linji Gwida l-ġodda, “id-differenzazzjoni tal-prezz hija prassi standard tan-negozju, sakemm tkun konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha dwar il-kompetizzjoni u dik settorjali. Madanakollu, tali politiki ta’ pprezzar iddifferenzjat għandhom jiġu ġustifikati mil-lat kummerċjali sabiex jikkonformaw mal-prinċipju ta’ operatur fl-ekonomija tas-suq” (72) (noti ta’ qiegħ il-paġna mneħħija). F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jkun innotat li l-kummenti ta’ ċerti partijiet terzi li jakkużaw sostanzjalment lis-CCIPB li ma applikatx is-sistema ta’ pprezzar ġenerali tagħha b’mod ugwali mal-kumpaniji tal-ajru kollha, mhumiex rilevanti f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Pereżempju, il-kummenti ta’ Air France miġburin fil-premessa 169, li skont dan is-CCIPB kellha titlob lil Ryanair l-“imposta tad-dwal” f’ċerti ċirkostanzi, huma irrilevanti. Fil-fatt, jekk operatur ta’ ajruport jinnegozja ma’ kumpanija tal-ajru kundizzjonijiet differenti mis-sistema ġenerali ta’ pprezzar tiegħu, jew saħansitra jinnegozja struttura ta’ tariffi differenti minn din is-sistema ġenerali, dan ma jfissirx li qed jgħati vantaġġ ekonomiku lil din il-kumpanija. |
Valutazzjoni konġunta tal-imġiba tal-operatur tal-ajruport u tas-CCIPB kollha
|
(373) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni kienet qieset b’mod preliminari li l-imġiba tas-CCIPB kollha kellha tkun ivvalutata b’mod konġunt ma’ dik tal-operatur tal-ajruport u, jekk ikun il-każ, ma’ dak tal-Istat jew tal-awtoritajiet pubbliċi l-oħrajn li jikkontrollaw lill-operatur tal-ajruport jew li jintervjenu fl-iffinanzjar tiegħu. |
|
(374) |
Franza ddikjarat li kienet taqbel mal-valutazzjoni konġunta tal-imġiba tas-servizz li jopera l-ajruport, tas-CCIPB kumplessivament u ta’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn. |
|
(375) |
Fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, jeħtieġ fil-fatt li tiġi kkunsidrata l-imġiba tas-CCIPB kumplessivamentg, u mhux biss dik tas-servizz tagħha li jopera l-ajruport. Fil-fatt, is-servizz li jmexxi l-ajruport fi ħdan is-CCIPB ma għandux personalità ġuridika separata mis-CCIPB. Min-naħa l-oħra, għalkemm il-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport ġew konklużi mal-ajruport li jirċievi l-imposti tal-avjazzjoni mħallsa minn Ryanair u l-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn, il-kostijiet tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni huma primarjament attribwiti għall-baġit ġenerali tas-CCIPB u mhux bilfors jidhru fil-kontijiet tal-ajruport. Franza tindika wkoll f’dan ir-rigward li s-CCIPB assumiet dawn il-kostijiet direttament (73). |
|
(376) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-imġiba tal-operatur tal-ajruport u tas-CCIPB kollha għandha tkun ivvalutata b’mod konġunt fir-relazzjoni tagħhom mal-kumpaniji tal-ajru u s-sussidjarji tagħhom biex ikun applikat il-kriterju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq. |
Konklużjoni dwar il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq
|
(377) |
Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li biex jiġi applikat il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għall-kuntratti kkonċernati, il-Kummissjoni, għal kull kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni, trid tanalizza flimkien dan il-kuntratt u l-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport korrispondenti u trid tiddetermina jekk operatur f’ekonomija tas-suq ipotetiku, iggwidat minn prospetti ta’ redditu u li jmexxi l-ajruport ta’ Pau minflok is-CCIPB, kienx jikkonkludi dawn it-tranżazzjonijiet. Biex tagħmel dan, jeħtieġ li tiddetermina r-redditu inkrementali tal-kuntratti kif kien jivvalutah l-operatur f’ekonomija tas-suq fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratti, waqt li jistma, tul il-perjodu kollu li matulu japplikaw il-kuntratti:
|
|
(378) |
Minn dawn il-kalkoli għandhom jirriżultaw flussi annwali futuri li jikkorrispondu mad-differenza bejn id-dħul u l-kostijiet inkrementali, li jiġu aġġornati jekk ikun meħtieġ b’rata li tirrifletti l-kost tal-kapital għall-operatur tal-ajruport. Valur aġġornat nett pożittiv jindika fil-prinċipju li l-kuntratti kkonċernati ma jagħtux vantaġġ ekonomiku filwaqt li valur aġġornat nett negattiv jiżvela l-preżenza ta’ tali vantaġġ. |
|
(379) |
Ta’ min jinnota li f’valutazzjoni bħal din, l-argumenti tas-CCIPB u ta’ Ryanair li l-prezz tas-servizzi ta’ promozzjoni mixtrija mis-CCIPB huwa ekwivalenti jew orħos minn dak li jista’ jitqies bħala “prezz tas-suq” għal tali servizzi huma irrilevanti. Fil-fatt, operatur f’ekonomija tas-suq ipotetiku ggwidat minn prospetti ta’ profittabbiltà ma jkunx lest li jixtri t-tali servizzi, anki bi prezz orħos jew ekwivalenti għall-“prezz tas-suq”, kieku jbassar li minkejja l-effett pożittiv ta’ dawn is-servizzi fuq il-frekwentazzjoni tar-rotot tal-ajru kkonċernati, il-kostijiet inkrementali ġġenerati mill-kuntratti jisbqu d-dħul inkrementali fil-valur aġġornat. Fil-fatt, f’każ bħal dan, il-“prezz tas-suq” jisboq ir-rieda tiegħu li jħallas u, għalhekk, loġikament jasal biex jirrinunzja għas-servizzi inkwistjoni. |
|
(380) |
Għall-istess raġunijiet, il-fatt li l-prezzijiet previsti għas-servizzi fl-ajruport fil-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport jistgħu jkunu ogħla jew ekwivalenti għall-prezzijiet mitluba minn operaturi ta’ ajruporti xi ftit simili għal servizzi simili jkun irrilevanti fil-kuntest ta’ din l-analiżi, billi wieħed ma jistax jistenna li jwasslu għal dħul inkrementali suffiċjenti biex ikopri l-kostijiet inkrementali f’valur preżenti. |
L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq
|
(381) |
Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kuntratti inkwistjoni u minħabba l-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jeħtieġ li jitfakkar li kemm l-eżistenza kif ukoll il-kobor tal-elementi ta’ għajnuna f’dawn il-kuntratti jridu jkunu vvalutati meta wieħed iqis is-sitwazzjoni prevalenti fil-mument tal-konklużjoni tagħhom (74), u b’mod aktar preċiż, minħabba l-informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli f’dak iż-żmien. |
|
(382) |
Fl-ittra tagħha tat-30 ta’ Mejju 2011, Franza indikat li fiż-żmien meta ġew konklużi l-kuntratti tal-2005 ma’ Ryanair u ma’ AMS, ma kien hemm l-ebda studju tas-suq, u lanqas pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jivvaluta u jappoġġja ekonomikament l-impenji li ħa l-ajruport vis-à-vis Ryanair. |
|
(383) |
Skont l-elementi pprovduti minn Franza, jidher ukoll li s-CCIPB ma għamlet l-ebda studju tas-suq, pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jew valutazzjoni tar-redditu f’ċifri qabel il-konklużjoni tal-kuntratti l-oħrajn koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali, ħlief għall-kuntratt tal-2006 ma’ Transavia, li għalih sar pjan ta’ direzzjoni tan-negozju f’Diċembru 2005 (“il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Transavia” ). |
|
(384) |
Minbarra l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Transavia, l-unika valutazzjoni ekonomika f’ċifri pprovduta minn Franza hija studju tal-impatt li sar għall-perjodu 2003-2004, li vvaluta l-impatt ekonomiku tal-passiġġieri ta’ Ryanair għar-reġjun għal EUR 8-10 miljun. Stħarriġ li sar fost il-passiġġieri tal-ajruport f’Jannar 2011 li wkoll ġie pprovdut minn Franza jikkonferma dawn ir-riżultati u jivvaluta n-nefqa medja għal kull passiġġier ta’ titjira Ryanair lejn id-destinazzjoni ta’ Pau għal EUR 339. Madankollu, dawn l-istudji mhumiex rilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Fil-fatt, jirrigwardaw l-impatt tal-attività ta’ Ryanair fuq l-ekonomija reġjonali inġenerali, u mhux fuq il-profittabbiltà tal-ajruport biss. Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunsiderazzjonijiet ta’ żvilupp reġjonali ma jistgħux jiġu kkunsidrati għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq (75). |
|
(385) |
Skont Ryanair, in-nuqqas ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju fil-konklużjoni ta’ kuntratti bħal dawk koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma jistax jintuża bħala prova tan-nuqqas ta’ ssodisfar tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(386) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li n-nuqqas ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju huwa indikazzjoni serja biex wieħed jikkonkludi li l-kuntratti konklużi ma’ Ryanair u ma’ AMS ma jissodisfawx il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq u dan aktar u aktar meta, f’dawn il-kuntratti, la Franza u lanqas is-CCIPB ma kienu kapaċi jipprovdu l-iċken analiżi ta’ profittabbiltà, anki jekk mhux kompluta, imfassla qabel il-konklużjoni tal-kuntratti. |
|
(387) |
B’mod ġenerali, Franza ma pprovdiet l-ebda element li jindika li l-operatur tal-ajruport għamel xi analiżi tar-riskju meħud fir-rigward tal-benefiċċji li jistgħu jirriżultaw ladarba jiġu ffirmati l-kuntratti ma’ Ryanair u ma’ AMS. Għall-kuntrarju, skont Franza, is-CCIPB kienet iggwidata minn għan ta’ żvilupp reġjonali. Dan l-element huwa indikazzjoni oħra li tissuġġerixxi li l-kuntratti ma’ Ryanair u ma’ AMS mhumiex konformi mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(388) |
Kif spjegat aktar ‘il quddiem, dawn l-indikazzjonijiet huma kkonfermati mill-valutazzjoni li saret mill-Kummissjoni dwar dik li kellha tkun l-analiżi tal-profittabbiltà magħmula minn operatur f’ekonomija tas-suq ipotetiku. |
|
(389) |
Matul il-proċedura, il-Kummissjoni stiednet lil Franza tagħmel rikostruzzjoni kwantifikata tal-analiżi tal-profittabbiltà li operatur f’ekonomija tas-suq kien jagħmel qabel jiffirma l-kuntratti ma’ Ryanair u ma’ AMS, waqt li tibbaża fuq l-informazzjoni oġġettiva magħrufa dwar is-CCIPB fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratti u fuq l-iżviluppi prevedibbli. |
|
(390) |
Bi tweġiba għal din l-istedina, Franza pprovdiet rikostruzzjoni tal-kostijiet u d-dħul inkrementali proġettati marbuta ma’ kull kuntratt konkluż ma’ Ryanair u ma’ AMS. Din l-analiżi tibbaża fil-parti l-kbira tagħha fuq id-dejta osservata a posteriori, jiġifieri wara l-konklużjoni tal-kuntratti. B’hekk il-metodu magħżul minn Franza kien jikkonsisti fil-kalkolu tal-kostijiet u tad-dħul medji ta’ unità għal kull passiġġier fuq il-bażi tal-kostijiet operatorji, id-dħul u t-traffiku tal-ajruport irreġistrati matul il-perjodu ta’ bejn l-2003 u l-2011. Fl-analiżi tagħha ta’ kull kuntratt, Franza użat din id-dejta u mmultiplikatha bit-traffiku inkrementali proġettat ta’ kull kuntratt, jiġifieri t-traffiku li wieħed seta’ jistenna li joħloq il-kuntratt ladarba dan ikun konkluż. Billi l-parti l-kbira ta’ din l-analiżi tibbaża fuq dejta ta’ kostijiet u ta’ dħul osservati wara l-konklużjoni tad-diversi kuntratti, u mhux bilfors fuq elementi prevedibbli meta ġew konklużi l-kuntratti, dan il-metodu ma jistax jirrifletti l-valutazzjoni tal-profittabbiltà li operatur f’ekonomija tas-suq kien jagħmel qabel ma jiddeċiedi li jikkonkludi dawn il-kuntratti. |
|
(391) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-kostijiet operatorji inkrementali, il-metodu magħżul minn Franza jikkunsidra l-kostijiet sħaħ ta’ unità, jiġifieri t-total tal-kostijiet operatorji tal-ajruport għal kull passiġġier, minflok il-kostijiet inkrementali, jiġifieri l-kostijet għal kull passiġġier speċifikament maħluqa minn kull kuntratt. Madankollu, il-kostijiet inkrementali jistgħu jkunu differenti mill-kostijiet sħaħ ta’ unità, u ġeneralment, ferm inqas, jekk wieħed iqis is-sehem importanti tal-kostijiet fissi ta’ ajruport. Għalhekk, l-użu tal-kostijiet sħaħ ta’ unità huwa punt dgħajjef ieħor tal-metodu propost minn Franza. Dan iwassal ukoll biex inaqqas sew il-profittabbiltà ta’ ċerti kuntratti, u b’hekk jippenalizza lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati li kkonkludew il-kuntratti inkwistjoni. |
|
(392) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni għamlet l-analiżi hija stess billi reġgħet fasslet il-kostijiet u d-dħul inkrementali tad-diversi kuntratti, kif kien jivvalutahom operatur f’ekonomija tas-suq ex ante, bl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Is-suppożizzjonijiet u r-riżultati tal-analiżi huma ppreżentati fil-premessi 393 sa 440. F’dak li jirrigwarda l-kuntratt ma’ Transavia, il-Kummissjoni użat direttament il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Transavia biex tivvalutah. |
Qafas ta’ żmien
|
(393) |
Meta jivvaluta jekk jikkonkludix kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport u/jew kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni, operatur f’ekonomija tas-suq kien jagħżel bħala perjodu ta’ żmien tal-valutazzjoni tiegħu t-tul tal-kuntratti inkwistjoni. Fi kliem ieħor, kien jivvaluta l-kostijiet u d-dħul inkrementali matul it-terminu tal-kuntratti. |
|
(394) |
Ma hemmx raġuni għaliex għandu jintuża perjodu itwal. Fil-fatt, fid-dati tal-konklużjoni tal-kuntratti, operatur prudenti f’ekonomija tas-suq ma kienx jaħseb li jġedded dawn il-kuntratti malli jiskadu, bl-istess termini jew b’termini differenti, aktar u aktar meta l-kumpaniji tal-ajru bi prezz baxx bħal Ryanair u Transavia kienu u għadhom magħrufa għal kif jibdlu l-attivitajiet tagħhom b’mod ferm dinamiku fir-rigward tal-ftuħ u l-għeluq ta’ rotot, jew inkella ż-żieda u t-tnaqqis tal-frekwenzi. Għalhekk, kwalunkwe tiġdid tal-kuntratti kien perspettiva futura mbiegħda u inċerta wisq biex operatur tas-suq jista’ jibbaża deċiżjonijiet ekonomiċi raġonevoli fuq din il-perspettiva. |
|
(395) |
Barra minn hekk, ta’ min jinnota li għal ċerti kuntratti, id-data tal-bidu effettiv tal-attivitajiet imsemmija fil-kuntratt mhijiex id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt. F’dan il-każ, hija d-data tal-bidu effettiv li ttieħdet bħala punt ta’ tluq, u mhux id-data tal-konklużjoni (76). |
|
(396) |
Ta’ min jinnota wkoll li fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, il-fatt li Ryanair ma operatx ċerti rotot tul il-perjodu previst f’ċerti kuntratti ma ġiex ikkunsidrat peress li dan l-element la kien magħruf u lanqas ma kien prevedibbli meta ġew konklużi l-kuntratti. |
|
(397) |
Fil-bqija tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni ser teżamina l-kuntratti konklużi ma’ Ryanair u ma’ AMS fir-rigward tat-traffiku, id-dħul u l-kostijiet inkrementali fid-dawl tas-suppożizzjonijiet magħmula, qabel ma mbagħad tippreżenta r-riżultati tal-analiżi tal-kuntratti konklużi ma’ Ryanair u ma’ AMS, u wara l-analiżi tal-kuntratt konkluż ma’ Transavia. |
It-traffiku inkrementali u l-għadd ta’ rotazzjonijiet proġettati (il-kuntratti ma’ Ryanair u ma’ AMS)
|
(398) |
L-analiżi li għamlet il-Kummissjoni hija bbażata fuq it-traffiku inkrementali (jiġifieri l-għadd ta’ passiġġieri addizzjonali) li operatur f’ekonomija tas-suq li jmexxi l-ajruport ta’ Pau minflok is-CCIPB seta’ jbassar meta kkonkluda l-kuntratti. F’dak li jirrigwarda l-kuntratt tal-2003 pereżempju, irid jiġi stabbilit l-għadd ta’ passiġġieri li, fl-2003, l-operatur tal-ajruport ta’ Pau seta’ jistenna li ser jużaw ir-rotta Pau-Londra operata minn Ryanair, matul it-terminu tal-kuntratt. |
|
(399) |
It-traffiku inkrementali proġettat ġie stabbilit skont in-numru ta’ rotot u frekwenzi previsti fid-diversi kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport u ta’ servizzi ta’ promozzjoni, u mill-għadd ta’ rotazzjonijiet annwali li jirriżultaw. |
|
(400) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kapaċità tal-ajruplani użati minn Ryanair, jiġifieri Boeing 737-800 mgħammra b’189 post (77). |
|
(401) |
Il-Kummissjoni bdiet billi assumiet rata ta’ mili ta’ 85 % kull titjira. Din hija suppożizzjoni favorevoli għal Ryanair, peress li rata ta’ 85 % hija valur għoli. Din ir-rata hija wkoll xi ftit ogħla mill-medja tat-titjiriet operati minn Ryanair fuq in-netwerk tagħha (78) u ogħla jew daqs ir-rata ta’ mili proposta minn Franza għad-diversi kuntratti fir-rikostruzzjoni tagħha tal-analiżi tal-profittabbiltà. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li din ir-rata ta’ mili għolja, anki jekk hija suppożizzjoni favorevoli, tista’ tintuża sabiex tirrifletti effett benefiku potenzjali tas-servizzi ta’ promozzjoni fuq il-frekwentazzjoni tar-rotot tal-ajru koperti mid-diversi kuntratti, u fin-nuqqas ta’ elementi oħrajn li jikkwantifikaw l-impatt prevedibbli ta’ dawn is-servizzi fuq ir-rata ta’ mili. |
|
(402) |
Meta t-terminu ta’ kuntratt ma kienx jaħbat ma’ snin kalendarji sħaħ, il-Kummissjoni qieset dan il-fatt billi kkalkolat, għal kull sena ta’ terminu tal-kuntratt, it-traffiku prevedibbli prorata mal-għadd ta’ ġranet tas-sena li fihom kellu japplika l-kuntratt. |
|
(403) |
Ċerti kuntratti kienu jinkludu indikazzjonijiet rigward l-għadd ta’ passiġġieri mistenni fuq ir-rotot previsti. Madankollu, peress li dawn l-indikazzjonijiet ma kinux legalment vinkolanti, mhux bilfors kienu jiġu kkunsidrati minn operatur prudenti f’ekonomija tas-suq fl-analiżi tal-profittabbiltà tiegħu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma kkunsidrathomx u żammet is-suppożizzjoni ta’ 85 % rata ta’ mili għall-kuntratti kollha (li hija ogħla minn dawn l-indikazzjonijiet). |
|
(404) |
Barra minn hekk, ċerti kuntratti kienu jinkludu impenn tal-kumpanija tal-ajru rigward in-numru minimu ta’ passiġġieri li kellhom ikunu ttrasportati fuq ir-rotot ikkonċernati. Madankollu, operatur f’ekonomija tas-suq aktarx li kien jibbaża fuq għadd ta’ passiġġieri akbar mill-minimu garantit mill-kumpanija tal-ajru. Fil-fatt, aktarx li kien jissupponi li l-kumpanija tal-ajru kienet ippjanat marġni ta’ sigurtà bejn l-inqas traffiku li għalih kienet ser tintrabat u t-traffiku li wieħed seta’ jistenna b’mod raġonevoli. Għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tikkunsidrax dawn il-minimi obbligatorji fil-valutazzjoni tagħha. |
|
(405) |
It-traffiku addizzjonali kkalkolat mill-Kummissjoni huwa ġeneralment ogħla kemm mill-minimi vinkolanti kif ukoll mill-indikazzjonijiet mhux vinkolanti li jinsabu fid-diversi kuntratti. |
|
(406) |
Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota li fl-2009, is-CCIPB u Ryanair/AMS bidlu t-termini tal-kuntratti tal-2005 billi naqqsu l-frekwenza tar-rotta Pau-Londra, waqt li stabbilixxew in-numru ta’ titjiriet prevedibbli għal 211 għas-sena 2009, u billi naqqsu għal EUR […] l-ammont annwali tas-servizzi ta’ promozzjoni. Waqt li applikat il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni rraġunat bl-istess mod tal-kuntratti l-oħrajn, jiġifieri, billi kkunsidrat li t-traffiku inkrementali marbut ma’ din l-emenda kien jikkorrispondi għar-rotot, il-frekwenzi u t-titjiriet kollha msemmija f’din l-emenda. |
Id-dħul inkrementali (il-kuntratti konklużi ma’ Ryanair u ma’ AMS)
|
(407) |
Għal kull tranżazzjoni meqjusa fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni ppruvat tiddetermina d-dħul inkrementali, jiġifieri d-dħul iġġenerat mit-tranżazzjoni, kif kien jipprovdi operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(408) |
Skont il-prinċipju ta’ “fond uniku”, il-Kummissjoni tqis li jeħtieġ li tikkunsidra d-dħul mill-avjazzjoni u d-dħul mhux mill-avjazzjoni. |
|
(409) |
Rigward id-dħul mill-avjazzjoni, dan huwa magħmul mill-prodott tad-diversi imposti li jridu jitħallsu mill-kumpanija tal-ajru lill-operatur tal-ajruport, jiġifieri:
|
|
(410) |
L-imposta għall-inżul u l-imposta għall-passiġġieri li titlob is-CCIPB huma fil-prinċipju imposti regolati li jitħallsu għall-aċċess għall-infrastrutturi tal-ajruport, stabbiliti għall-kumpaniji tal-ajru kollha li jużaw l-ajruport wara proċess ta’ konsultazzjoni u mbagħad jiġu ppubblikati. Id-diversi kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport konklużi ma’ Ryanair u Transavia jagħmlu s-sistema ta’ imposti pubbliċi tal-ajruport applikabbli. Għal dawn id-diversi kuntratti, il-Kummissjoni għażlet bħala ammonti unitarji proġettati ta’ imposti għall-inżul u imposti għall-passiġġieri, l-imposti pubbliċi fis-seħħ fil-mument li saru l-kuntratti, filwaqt li integrat indiċjar ta’ 2 % fis-sena. Il-Kummissjoni tqis li operatur f’ekonomija tas-suq seta’ jipprevedi rata ta’ inflazzjoni ta’ 2 %, peress li din hija r-rata msemmija mill-Bank Ċentrali Ewropew (il-“BĊE”) għaż-Żona tal-Euro (79). Fil-fatt, kien raġonevoli li wieħed jistenna li l-imposti regolati jiżdiedu kull sena biex iżommu l-pass mal-inflazzjoni. |
|
(411) |
Min-naħa tagħhom, l-imposti għas-servizz ta’ groundhandling mhumiex irregolati iżda jiġu nnegozjati miż-żewġ naħat. Fid-diversi kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport konklużi ma’ Ryanair u fil-kuntratt konkluż ma’ Transavia, dawn jieħdu l-forma ta’ ammonti fissi għal kull rotazzjoni, mingħajr indiċjar. Għaldaqstant, il-Kummissjoni żammet dawn l-ammonti fl-analiżi tagħha. |
|
(412) |
Biex tikkalkola r-riżultat tat-tliet imposti tal-avjazzjoni msemmija hawn fuq li operatur f’ekonomija tas-suq kien jippretendi minn kull kuntratt, il-Kummissjoni użat l-għadd ta’ rotazzjonijiet previsti (għall-imposta għall-inżul u l-imposta għas-servizzi ta’ groundhandling) u l-għadd ta’ passiġġieri addizzjonali previsti (għall-imposta għall-passiġġieri), stabbiliti għal kull kuntratt, u mmultiplikathom bl-ammonti unitarji tal-imposti. |
|
(413) |
Rigward id-dħul mhux mill-avjazzjoni, fil-prinċipju dan huwa kważi proporzjonat għall-għadd ta’ passiġġieri. Fil-fatt, l-attività tal-parkeġġi, tar-ristoranti u ta’ ħwienet oħrajn li jinsabu fl-ajruport tiddependi mill-għadd ta’ passiġġieri. Dan huwa l-każ tad-dħul li jagħmel l-operatur tal-ajruport b’rabta ma’ dawn l-attivitajiet. Għalhekk, l-aktar approċċ raġonevoli biex wieħed jistabbilixxi d-dħul inkrementali previst li mhuwiex mill-avjazzjoni jikkonsisti fl-istabbiliment tal-ammont ta’ dħul mhux mill-avjazzjoni għal kull passiġġier, li mbagħad jiġi mmultiplikat bit-traffiku inkrementali previst. |
|
(414) |
F’dak li jirrigwarda l-ammont tad-dħul mhux mill-avjazzjoni għal kull passiġġier, il-Kummissjoni tqis li huwa probabbli li operatur raġonevoli f’ekonomija tas-suq kien jistabbilixxih, fil-mument tal-konklużjoni tad-diversi kuntratti, billi jibbaża fuq it-total tad-dħul mhux mill-avjazzjoni għal kull passiġġier tul perjodu twil biżżejjed biex ikun rappreżentattiv, u eżatt qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ikkonċernat (80). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li perjodu ta’ tliet snin huwa raġonevoli (81). Il-Kummissjoni tqis ukoll li operatur f’ekonomija tas-suq kien jipprovdi indiċjar ta’ dan l-ammont tul iż-żmien, sabiex jirrifletti l-inflazzjoni. Minħabba f’hekk il-Kummissjoni għażlet rata ta’ 2 % (82), (li tapplika mis-sena f’nofs il-perjodu ta’ tliet snin). |
|
(415) |
It-tabella li ġejja tippreżenta d-dħul totali mhux mill-avjazzjoni rreġistrat tal-ajruport tul il-perjodu bejn is-sena 2000 u l-2011, sena b’sena, kif ukoll, għal kull sena, l-ammont unitarju medju tad-dħul mhux mill-avjazzjoni għal kull passiġġier matul it-tliet snin ta’ qabel. Tabella 5 Dħul mhux mill-avjazzjoni
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kostijiet inkrementali (il-kuntratti konklużi ma’ Ryanair u ma’ AMS)
|
(416) |
Il-kostijiet inkrementali li setgħu jkunu mistennija ex ante minn kull tranżazzjoni (inklużi, fejn rilevanti, kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport u kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni) minn operatur f’ekonomija tas-suq li jmexxi l-ajruport minflok is-CCIPB jaqgħu taħt it-tliet kategoriji li ġejjin:
|
|
(417) |
F’dak li jirrigwarda l-kostijiet tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat l-ammonti previsti fid-diversi kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni. Il-kuntratti tas-servizzi ta’ promozzjoni ġeneralment jipprovdu ammonti fissi, annwali jew totali. Min-naħa tiegħu, il-kuntratt konkluż ma’ Ryanair fl-2003 għar-rotta Pau-Londra kien jipprovdi arranġamenti partikolari, jiġifieri pagament inizjali, u pagamenti annwali għal kull passiġġier sa massimu ta’ EUR 4 00 000 fis-sena. Jekk wieħed iqis it-tbassir tat-traffiku marbut mal-kuntratt tal-2003, fuq il-bażi ta’ rata ta’ mili ta’ 85 %, jidher li l-operatur f’ekonomija tas-suq kien jipprevedi li jintlaħaq dan il-massimu ta’ EUR 4 00 000. Għaldaqstant huwa dan l-ammont massimu li l-Kummissjoni żammet bħala kost għas-servizzi ta’ promozzjoni, minbarra l-pagament inizjali definit fil-kuntratt. |
|
(418) |
Bħal fil-każ tal-previżjonijiet tat-traffiku, il-pagamenti proġettati ta’ promozzjoni mhux bilfors jirrappreżentaw l-ammonti li effettivament tħallsu, għaliex ċerti avvenimenti li seħħew wara l-konklużjoni tal-kuntratti setgħu varjaw l-ammonti previsti fil-bidu. Dan kien partikolarment il-każ meta l-kuntratt ġie tterminat kmieni. Madankollu, dawn l-avvenimenti ma jistgħux jiġu kkunsidrati fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq peress li seħħew wara l-konklużjoni tal-kuntratti. |
|
(419) |
F’dak li jirrigwarda l-kostijiet tal-investimenti inkrementali, ta’ min jinnota li, skont Franza, ma kellu jsir l-ebda investiment fl-ajruport ta’ Pau minħabba d-diversi kuntratti li qegħdin jiġu investigati. Għalhekk, u minħabba l-fatt li l-ebda element mid-dokument ma juri li operatur f’ekonomija tas-suq kien jistenna li jagħmel ċerti investimenti minħabba xi wieħed jew aktar mill-kuntratti fost dawk li qegħdin jiġu formalment investigati, ma ġie kkunsidrat l-ebda kost ta’ investiment inkrementali f’din l-analiżi. |
|
(420) |
Rigward il-kostijiet operatorji inkrementali prevedibbli fil-konklużjoni tad-diversi kuntratti, dawn huma, fin-nuqqas ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għal kull kuntratt, l-aktar kategorija diffiċli. B’mod partikolari, approċċ bħal dak użat għad-dħul mhux mill-avjazzjoni, li kien jikkonsisti fit-tnaqqis tad-dħul inkrementali mhux mill-avjazzjoni għal kull passiġġier mit-total tad-dħul mhux mill-avjazzjoni tal-ajruport, ma jistax jintuża għall-kostijiet operatorji. Fil-fatt, approċċ bħal dan jikkunsidra l-kostijiet operatorji totali tal-ajruport, imnaqqsa għall-għadd ta’ passiġġieri, bħala kostijiet inkrementali. Madankollu, parti kbira mill-kostijiet operatorji ta’ ajruport hija fissa, li jfisser li l-kostijiet operatorji totali għal kull passiġġier aktarx li jkunu ferm ogħla, fil-parti l-kbira tal-każijiet, mill-kostijiet inkrementali marbuta mal-konklużjoni ta’ kuntratt ġdid li joħloq traffiku addizzjonali. |
|
(421) |
Biex tistma l-kostijiet operatorji inkrementali, il-Kummissjoni trid tibbaża fuq l-elementi tal-analiżi tal-operatur tal-ajruport, peress li hija stess ma tistax tistma l-mod kif kuntratt partikolari jista’ jaffettwa d-diversi oġġetti tal-kostijiet tal-ajruport. |
|
(422) |
Madankollu, l-unika stima li fuqha l-Kummissjoni tista’ tibbaża tinsab fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Transavia, li fih is-CCIPB stmat li l-kuntratt konkluż ma’ Transavia jirriżulta f’kost operatorju inkrementali medju ta’ EUR […] għal kull passiġġier addizzjonali matul il-perjodu tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Transavia tal-2006-2012 (83). Fin-nuqqas ta’ xi ħaġa aħjar, il-Kummissjoni tqis li din iċ-ċifra hija bażi aċċettabbli sabiex tiddetermina l-impatt ta’ traffiku addizzjonali fuq l-kostijiet operatorji tal-ajruport. Għaldaqstant il-Kummissjoni użatha fil-valutazzjoni tagħha tal-kuntratti konklużi ma’ Ryanair u ma’ AMS, b’indiċjar ta’ 2 % fis-sena (84), meta mqabbel mas-sena 2009, li tinsab f’nofs il-perjodu ta’ referenza tal-2006-2012. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-indiċjar jirrappreżenta trattament konsistenti mal-indiċjar imsemmi aktar ‘il fuq rigward id-dħul. |
|
(423) |
Il-Kummissjoni tinnota li din l-istima saret mis-CCIPB qabel ma ffirmat il-parti l-kbira tal-kuntratti konklużi ma’ Ryanair u ma’ AMS koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali u, għaldaqstant, kienet disponibbli meta ġew konklużi dawn il-kuntratti. L-uniċi eċċezzjoniijiet huma l-kuntratti konklużi ma’ Ryanair u ma’ AMS fl-2003 u fl-2005. Dawn huma ttrattati fil-premessi 425 u 426. |
|
(424) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Transavia sar għal kumpanija tal-ajru differenti, mhux Ryanair. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li Transavia għandha mudell ekonomiku ta’ trasportatur “bi prezz baxx” paragunabbli għal dak ta’ Ryanair u li, għalhekk, l-kostijiet operatorji inkrementali previsti minn operatur f’ekonomija tas-suq x’aktarx li kienu jkunu simili għaż-żewġ kumpaniji, ladarba li jkunu maħduma għall-għadd ta’ passiġġieri. |
|
(425) |
Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Transavia jġib id-data tal-15 ta’ Diċembru 2005. Għaldaqstant jiġi wara d-data ta’ konklużjoni tal-kuntratti tal-2003 u tal-2005 ma’ Ryanair u ma’ AMS, jiġifieri t-28 ta’ Jannar 2003 u t-30 ta’ Ġunju 2005. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li operatur f’ekonomija tas-suq ma kienx jistma l-kostijiet operatorji inkrementali għal kull passiġġier b’mod differenti f’Ġunju 2005 u f’Diċembru 2005, jiġifieri sitt xhur wara biss. Fil-fatt, huwa ferm improbabbli li l-istruttura tal-kostijiet ta’ operatur ta’ ajruport jinbidlu b’mod sinifikanti fi żmien sitt xhur. Għaldaqstant, l-istima ta’ Diċembru 2005 hija approssimazzjoni aċċettabbli tal-istima li operatur f’ekonomija tas-suq kien jagħmel f’Ġunju 2005 sabiex jivvaluta jekk hux rilevanti li jikkonkludi l-kuntratti tiegħu ma’ Ryanair u ma’ AMS. |
|
(426) |
Rigward il-kuntratt tal-2003, dan kien konkluż kważi tliet snin qabel it-tfassil tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Transavia. Madankollu, l-istruttura tat-traffiku u l-attivitajiet tal-ajruport ma nbidlux wisq matul dan il-perjodu ta’ tliet snin. Għaldaqstant, u fin-nuqqas ta’ alternattiva aħjar, il-Kummissjoni tqis li l-kost operatorju inkrementali medju ta’ EUR […] għal kull passiġġier, bl-indiċjar ta’ 2 % meta mqabbla mas-sena 2009, huwa adegwat għall-analiżi tal-ftehim tal-2003 ukoll. |
|
(427) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-kost operatorju inkrementali propost minn Franza (EUR […] għal kull passiġġier), ikkalkolat bħala medja tal-kostijiet operatorji għal kull passiġġier irreġistrat matul il-perjodu bejn l-2003 u l-2011, huwa ferm ogħla mill-kost inkrementali għal kull passiġġier użat mill-Kummissjoni, li din tqis aktar rilevanti fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet elaborati aktar ‘il fuq. |
|
(428) |
Għal kull tranżazzjoni, il-kost operatorju inkrementali għal kull passiġġier huwa mmultiplikat bit-traffiku inkrementali previst sabiex jiġi ddeterminat, sena b’sena, il-kost operatorju inkrementali totali marbut mal-kuntratt. |
Preżentazzjoni tar-riżultati f’dak li jirrigwarda l-kuntratti konklużi ma’ Ryanair u ma’ AMS
|
(429) |
Ladarba ddeterminat għal kull kuntratt id-dħul kollu inkrementali u l-kostijiet kollha inkrementali li kien jipprovdi operatur f’ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina għal kull kuntratt u sena b’sena tul it-terminu sħiħ previst tal-kuntratt, il-flussi inkrementali mistennija (id-dħul mingħajr il-kostijiet). Dawn ir-riżultati huma ppreżentati fit-tabelli 6 sa 11 aktar ‘l isfel. |
|
(430) |
Il-Kummissjoni tinnota li għall-kuntratti kollha, u għall-emenda tas-16 ta’ Ġunju 2009 għall-kuntratt tal-2005 għar-rotta Pau-Londra, il-flussi inkrementali annwali kollha huma negattivi, kif indikat fit-tabelli li ġejjin u dan minkejja s-suppożizzjonijiet favorevoli għal Ryanair li għamlet il-Kummissjoni, fosthom rigward it-traffiku inkrementali u l-kostijiet inkrementali. |
|
(431) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li din il-konklużjoni tibqa’ valida għall-kuntratti tal-2007, l-2008, l-2009 u l-2010 anki jekk wieħed jeskludi għal kollox l-kostijiet operatorji inkrementali, u jekk iżomm biss bħala spejjeż inkrementali l-ispejjeż tal-akkwist tas-servizzi ta’ promozzjoni. |
|
(432) |
Għaldaqstant, huwa ċar li kull wieħed mill-kuntratti u l-emenda tas-16 ta’ Ġunju 2009 għall-kuntratt tal-2005 għal Londra, konklużi mis-CCIPB ma’ Ryanair u ma’ AMS, u li qegħdin jiġu investigati, jagħti vantaġġ ekonomiku lil Ryanair u/jew lil AMS. Peress li dan il-vantaġġ ġej minn dispożizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi ma’ Ryanair jew ma’ AMS, dan huwa selettiv. |
|
(433) |
L-emenda tas-16 ta’ Ġunju 2009 għall-kuntratt tal-2007 għar-rotta Pau-Charleroi, li ġġib l-isforz ta’ promozzjoni minn EUR […] għal EUR […] fis-sena mill-1 ta’ Jannar 2009 mingħajr tibdil fis-servizzi, tagħti wkoll vantaġġ selettiv lil Ryanair u lil AMS, minħabba li s-CCIPB ma tirċievi xejn għall-ħlas supplementari ta’ EUR […] fis-sena, u b’mod partikolari, ma setgħetx tistenna traffiku addizzjonali minnu. Tabella 6 Passiġġieri. (“(s)” = staġjonali).
Tabella 7 Il-kuntratt tal-2003 relatat mar-rotta Pau-Londra
Tabella 8 Il-kuntratt tal-2005 relatat mar-rotta Pau-Londra
Tabella 9 Emenda tas-16 ta’ Ġunju 2009 għall-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni tat-30 ta’ Ġunju 2005
Tabella 10 Il-kuntratt tal-2007 relatat mar-rotta Pau-Charleroi
Tabella 11 Il-kuntratt tal-2008 u tal-2009 relatati mar-rotot Pau-Bristol u l-kuntratti tal-2010 relatati mar-rotot Pau-Londra, Pau-Charleroi u Pau-Beauvais
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għall-kuntratt konkluż ma’ Transavia
|
(434) |
Il-Kummissjoni tfakkar li s-CCIPB ħejjiet pjan ta’ direzzjoni tan-negozju qabel il-konklużjoni tal-kuntratt tagħha ma’ Transavia b’rabta mar-rotta Pau-Amsterdam (“il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Transavia”). Il-Kummissjoni tqis li dan il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju huwa punt ta’ tluq xieraq biex tapplika l-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għall-kuntratt konkluż ma’ Transavia u ma għandhiex raġuni biex tqajjem dubji dwar is-suppożizzjonijiet magħmula, ħlief fuq punt wieħed, jiġifieri l-perjodu ta’ żmien użat fil-valutazzjoni. Dan il-punt ser ikun diskuss aktar ‘il quddiem. |
|
(435) |
Il-Kummissjoni tinnota li dan il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jwassal għal “riżultat finanzjarju annwali” (analogu għall-flussi inkrementali (dħul mingħajr il-kostijiet) tal-analiżi tal-kuntratti ma’ Ryanair/AMS), li huwa negattiv għall-perjodu ta’ bejn l-2006 u l-2008, u mbagħad pożittiv għall-perjodu ta’ bejn l-2009 sal-2012 (ara t-tabella 12 hawn taħt). |
|
(436) |
Skont il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Transavia, “huwa biss matul is-seba’ sena li l-investiment (ir-redditu fuq l-investiment) isir profittabbli (b’mod kumulattiv).” Fi kliem ieħor, il-pjan ma japplikax rati ta’ skont għall-flussi annwali proġettati sabiex jikkalkola l-valur preżenti nett tagħhom u allura biex jivverifika jekk mill-aspett tal-profittabbiltà tal-ajruport, il-flussi pożittivi ta’ tmiem il-perjodu kkunsidrat jikkumpensawx għall-flussi negattivi tal-perjodu inizjali. Għall-kuntrarju, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju juża t-total kumulat tal-flussi mingħajr skont (ara “riżultat kumulat” fit-tabella 12 hawn taħt), li huwa negattiv għall-perjodu mill-2006 sal-2011, iżda jsir pożittiv fl-2012 (85). |
|
(437) |
Il-Kummissjoni stiednet lil Franza tagħmel analiżi elaborata billi tibbaża fuq informazzjoni oġġettiva magħrufa mingħand is-CCIPB meta ġie konkluż il-kuntratt ma’ Transavia sabiex tivverifika jekk kienx ikun konkluż minn operatur f’ekonomija tas-suq iggwidat minn prospetti ta’ profittabbiltà. |
|
(438) |
Għall-finijiet ta’ din l-analiżi, Franza ħadet ir-“riżultat finanzjarju annwali” tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Transavia, naqqset it-taxxa fuq il-kumpaniji għas-snin li matulhom il-flussi kienu pożittivi, u wara użat rata ta’ skont ta’ 6,5 % sabiex tikkalkola l-valur preżenti nett. Għalhekk, ir-riżultat ta’ din l-analiżi, huwa valur preżenti nett ta’ EUR [- 1 00 000 sa - 2 00 000], ikkalkolat fid-data prevista tal-ftuħ tal-linja Pau-Amsterdam, jiġifieri s-26 ta’ April 2006. |
|
(439) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li kemm il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Transavia kif ukoll il-kalkolu ta’ Franza huma bbażati fuq stima ta’ profittabbiltà tul il-perjodu mill-2006 sal-2012, meta l-kuntratt stess ma kellux jibda japplika, skont it-termini tiegħu stess, qabel l-2009, mingħajr klawżola ta’ tiġdid awtomatiku. Madankollu, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi 393 sa 397, l-analiżi tal-profittabbiltà proġettata għandha ssir fuq il-perjodu tal-applikazzjoni tal-kuntratt kif previst fil-bidu, u mhux fuq perjodu itwal. Dan huwa dovut b’mod partikolari għall-fatt li operatur raġonevoli u prudenti f’ekonomija tas-suq ma jistax jibbaża, meta jikkonkludi l-kuntratt, fuq it-tiġdid tiegħu, kemm jekk ikun bl-istess termini kif ukoll jekk b’termini differenti (86). Il-Kummissjoni tinnota li valur preżenti nett ikkalkolat mill-ġdid għall-perjodu 2006-2009, ibbażat fuq il-flussi annwali ppreżentati fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għal dawn is-snin biss, u bl-użu ta’ rata ta’ skont proposta minn Franza, ikun ta’ EUR [- 3 00 000 sa - 4 00 000]. |
|
(440) |
Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li l-kuntratt iwassal għal flussi inkrementali annwali li lkoll huma negattivi matul il-perjodu kopert mill-analiżi tal-profittabbiltà (ħlief għas-sena 2009 li fiha l-fluss inkrementali huwa kważi żero), li bilfors jirriżulta f’valur preżenti nett negattiv tkun xi tkun ir-rata ta’ skont magħżula. Għalhekk, il-kuntratt tal-2006 ma’ Transavia jimplika vantaġġ ekonomiku favur Transavia. Billi huwa mogħti biss lil kumpanija waħda, huwa selettiv. |
8.1.1.3. Distorsjoni tal-kompetizzjoni
|
(441) |
Meta għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ kumpaniji fil-konfront ta’ kumpaniji kompetituri oħrajn fil-kummerċ ġewwa l-Unjoni, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu li huma affettwati mill-għajnuna. Skont ġurisprudenza stabbilita (87), biex għajnuna toħloq jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni, huwa biżżejjed li d-destinatarju tal-għajnuna jkun f’kompetizzjoni ma’ kumpaniji oħrajn fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni. |
|
(442) |
Minn meta daħal fis-seħħ it-tielet komponent tal-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-1 ta’ Jannar 1993 (88), ma kien hemm xejn xi jżomm lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni milli joperaw titjiriet fuq rotot fi ħdan l-Unjoni u jibbenefikaw mill-awtorizzazzjoni ta’ kabotaġġ illimitat. |
|
(443) |
Il-vantaġġi riċevuti minn Ryanair, AMS u Transavia permezz tad-diversi kuntratti u emendi koperti minn din l-analiżi saħħew il-pożizzjoni tagħhom meta mqabbla mat-trasportaturi l-oħrajn tal-ajru tal-Unjoni, li effettivament jew potenzjalment jikkompetu ma’ Ryanair u Transavia fuq ir-rotot fejn huma preżenti. B’hekk, huma ħolqu distorsjoni jew heddew li joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni u affettwaw il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni. |
8.1.1.4. Konklużjoni
|
(444) |
Id-diversi kuntratti u emendi konklużi mis-CCIPB ma’ Ryanair u ma’ AMS u ma’ Transavia, suġġetti tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali jissodisfaw il-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u għaldaqstant huma għajnuna mill-Istat. |
8.1.2. IN-NATURA ILLEGALI TAL-GĦAJNUNA
|
(445) |
Peress li dawn il-miżuri ġew implimentati mingħajr ma ġew awtorizzati mill-Kummissjoni, dawn huma għajnuniet illegali. |
8.1.3. IL-KOMPATIBBILTÀ MAS-SUQ INTERN
|
(446) |
L-għajnuna inkwistjoni hija għajnuna għall-operat. Madankollu, tali għajnuna ma tistax tkun iddikjarata kompatibbli ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati. |
|
(447) |
Barra minn hekk, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti (89), li kienet ir-responsabbiltà ta’ Franza li tindika fuq liema bażi legali l-għajnuniet inkwistjoni setgħu jitqiesu kompatibbli mas-suq intern, u li turi li l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà kienu ssodisfati. Għaldaqstant, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura u f’talba għal informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni stiednet lil-Franza sabiex tindika bażijiet legali potenzjali ta’ kompatibbiltà, kif ukoll sabiex tistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà applikabbli kinux issodisfati, b’mod partikolari f’każ li l-għajnuna inkwistjoni kellha tkun ikkunsidrata bħala għajnuna għall-bidu mal-ftuħ ta’ rotot ġodda. Madankollu Franza qatt ma sostniet li l-miżuri eżaminati kienu għajnuna għall-bidu kompatibbli mas-suq intern, u qatt ma pproponiet bażijiet oħrajn ta’ kompatibbiltà possibbli, lanqas xi raġunament li kien jippermetti li din l-għajnuna tiġi ddikjarata għajnuna kompatibbli mas-suq intern. Barra minn hekk, l-ebda parti terza interessata ma ppruvat turi l-kompatibbiltà ta’ dawn il-miżuri mas-suq intern. |
|
(448) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis utli li teżamina kemm din l-għajnuna tista’ tkun iddikjarata kompatibbli minħabba l-kontribut eventwali tagħha għall-ftuħ ta’ rotot ġodda jew ta’ frekwenzi ġodda. Madankollu, hemm bżonn li wieħed jisħaq li din l-analiżi hija kunsiderazzjoni sussidjarja, peress li fin-nuqqas ta’ elementi pprovduti mill-Istat Membru jew mill-partijiet terzi interessati li juru l-kompatibbiltà tal-għajnuna, din għandha tiġi ddikjarata inkompatibbli. |
|
(449) |
Fir-rigward ta’ għajnuna bħal din, il-Linji Gwida l-ġodda jindikaw li: “Fir-rigward ta’ għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru, il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji mħabbra f’dawn il-linji gwida għall-għajnuna tal-bidu notifikata li fir-rigward tagħha hija għandha tieħu deċiżjoni mill-4 April 2014, anke meta l-miżuri kienu nnotifikati qabel dik id-data. Skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat illegali, il-Kummissjoni, fir-rigward ta’ għajnuna għall-investiment illegali, se tapplika r-regoli fis-seħħ dakinhar li tkun ingħatat l-għajnuna tal-bidu illegali lil-linji tal-ajru. Għaldaqstant, mhijiex se tapplika l-prinċipji previsti f’dawn il-Linji Gwida fil-każ ta’ għajnuna tal-bidu illegali lil linji tal-ajru mogħtija qabel l-4 April 2014 ” (90). |
|
(450) |
Il-Linji Gwida tal-2005 jistipulaw li “il-Kummissjoni sejra teżamina l-kompatibbiltà ta’ kull għajnuna għall-iffinanzjar tal-infrastrutturi tal-ajruporti jew għajnuna tal-bidu mogħtija mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħha u allura bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat fuq il-bażi ta’ dawn il-Linji Gwida jekk l-għajnuna bdiet tingħata wara l-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fil-każijiet l-oħrajn, hija sejra tagħmel valutazzjoni abbażi tar-regoli applikabbli meta bdiet tingħata l-għajnuna” (91). |
|
(451) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-għajnuna inkwistjoni ngħatat biex tħeġġeġ il-bidu ta’ rotot tal-ajru ġodda jew iżżid il-frekwenza fuq rotot eżistenti jew inkella biex iżżomm rotot li setgħu jinqatgħu. Għaldaqstant din hija għajnuna għall-operat maħsuba għall-promozzjoni tat-traffiku tal-ajru li jitlaq minn ajruport reġjonali. Rigward dan, ta’ min ifakkar li skont il-prattika tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni l-għajnuna għall-operat rarament tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni peress li normalment toħloq distorsjoni fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fl-oqsma li tingħata fihom. |
8.1.3.1. Miżuri preċedenti għad-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2005
|
(452) |
Il-kuntratt tal-2003 u l-kuntratti tal-2005 ġew konklużi qabel il-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2005, fid-9 ta’ Diċembru 2005 (92). F’dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija qabel din id-data, il-punt 85 tal-Linji Gwida tal-2005, kif ukoll il-punt 174 tal-Linji Gwida l-ġodda jirreferu għar-regoli applikabbli fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna. |
|
(453) |
Qabel l-adozzjoni tal-Linji Gwida tal-2005, il-Kummissjoni kienet adottat il-Linji Gwida tal-1994 (93). Madankollu dawn il-Linji Gwida ma kinux iffokati b’mod speċifiku fuq il-kwistjoni tal-għajnuna operatorja għall-promozzjoni tat-traffiku tal-ajru mill-ajruporti reġjonali. Fil-fatt, din il-kwistjoni bdiet titfaċċa bil-mod wara l-konġestjoni progressiva ta’ ċerti ajruporti kbar Ewropej u l-iżvilupp tal-attività tal-kumpaniji tal-ajru bi prezz baxx li, fl-1994, kienu għadhom ma jeżistux. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Linji Gwida tal-1994 lanqas ma jistgħu jiġu applikati f’dan il-każ. Għaldaqstant il-Kummissjoni trid tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni direttament abbażi tal-Artikolu 107(3)(c), tat-TFUE. |
|
(454) |
F’dan ir-rigward ta’ min jgħid li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni vis-à-vis dan it-tip ta’ għajnuna mill-Istat kompliet tirfina maż-żmien, filwaqt li żammet ċerti punti l-istess. Dawn joriġinaw mill-prinċipju ġenerali li jirregolaw il-kompatibbiltà tal-għajnuna skont id-dispożizzjoni tat-Trattat li għadna kemm semmejna. |
|
(455) |
Għalhekk fid-Deċiżjoni dwar l-ajruport ta’ Manchester ta’ Ġunju 1999 (94), il-Kummissjoni kienet qieset li tnaqqis mill-imposti tal-ajruport mogħti mingħajr diskriminazzjoni u limitat fiż-żmien bħala miżura għall-promozzjoni ta’ rotot ġodda huwa kompatibbli mar-regoli li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat. |
|
(456) |
Wara, fid-Deċiżjoni ta’ Frar 2004 dwar l-ajruport ta’ Charleroi (95), il-Kummissjoni kienet spjegat li “L-għajnuniet operatorji maħsubin biex jgħinu t-tnedija ta’ linji tal-ajru ġodda jew għat-tisħiħ ta’ ċerti frekwenzi jistgħu jkunu għodda utli għall-iżvilupp ta’ ajruporti reġjonali żgħar. Effettivament din tista’ tikkonvinċi lill-impriżi interessati sabiex jieħdu r-riskju li jinvestu f’rotot ġodda. Madankollu, biex tali għajnuna tkun iddikjarata kompatibbli b’konformità mal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, jeħtieġ li jkun iddeterminat jekk din l-għajnuna hijiex neċessarja u proporzjonata għall-għan mixtieq u jekk taffettwax il-kummerċ b’mod li jmur kontra l-interess komuni.” Imbagħad il-Kummissjoni kienet identifikat ċerti kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfati biex tkun tista’ tiddikjara kompatibbli dawn l-għajnuniet għall-operat, jiġifieri, fost l-oħrajn:
|
|
(457) |
Il-Linji Gwida tal-2005 u l-Linji Gwida l-ġodda żviluppaw dawn il-prinċipji ta’ kompatibbiltà bi preċiżjoni, iżda xorta waħda l-għajnuna għall-operat mogħtija lill-kumpaniji tal-ajru tista’ tkun iddikjarata kompatibbli mill-Kummissjoni diment li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ajruporti żgħar permezz ta’ żieda netta fit-traffiku fuq rotot ġodda, li l-għajnuna hija meħtieġa fis-sens li ma tirrigwardax rotta diġà operata mill-istess kumpanija jew minn kumpanija oħra jew rotta simili (100), li hija limitata fiż-żmien u li r-rotta li għaliha ngħatat l-għajnuna tista’ ssir profittabbli (101), li l-ammont ikun marbut mal-iżvilupp nett tat-traffiku u li l-għajnuna tingħata b’mod trasparenti u nondiskriminatorju, u li ma tkunx ikkombinata ma’ tipi oħrajn ta’ għajnuna (102). |
|
(458) |
F’dan ir-rigward, fil-punt 140 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Kummissjoni kienet qalet li sejra teżamina l-kompatibbiltà ta’ dawn il-miżuri fid-dawl tal-ħames kriterji kumulattivi msemmija qabel. Ta’ min jinnota li la Franza u lanqas xi waħda mill-partijiet interessati ma kkontestaw l-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji. |
|
(459) |
B’konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li, f’dan il-każ, jeħtieġ li teżamina l-kompatibbiltà tal-kuntratt tal-2003 u tal-kuntratti tal-2005 fid-dawl tal-prinċipji ġenerali msemmija hawn fuq. |
Il-kontribut għall-iżvilupp ta’ ajruporti żgħar permezz ta’ żieda netta tat-traffiku fuq rotot ġodda
|
(460) |
It-traffiku annwali tal-ajruport ta’ Pau fl-2003-2005 kien ta’ madwar 7 00 000 passiġġier fis-sena. Il-Kummissjoni tqis li l-ajruport kien żgħir dak iż-żmien. |
|
(461) |
Il-Kummissjoni tqis li, rigward ir-rotta l-ġdida Pau-Londra Stansted, il-kuntratt tal-2003 kien jirrigwarda l-ftuħ ta’ rotta ġdida li tista’ twassal għal żieda netta fit-traffiku. Għall-kuntrarju, il-kuntratti tal-2005 kienu jirrigwardaw is-segwitu tal-operat tal-istess rotta, sentejn wara l-ftuħ tagħha, mingħajr żieda fil-frekwenza. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjoni dwar iż-żieda netta tat-traffiku mhijiex issodisfata mill-kuntratti tal-2005. |
L-għajnuna ma tirrigwardax rotta li diġà hija operata mill-istess kumpanija jew minn kumpanija oħra jew rotta simili
|
(462) |
Meta nfetħet ir-rotta Pau-Stansted Londra minn Ryanair fl-2003, l-ebda kumpanija tal-ajru ma kienet topera din ir-rotta. |
|
(463) |
Iżda l-kuntratti tal-2005 kienu jirrigwardaw ir-rotta Pau-Londra Stansted. Din ir-rotta diġà kienet ilha tiġi operata minn Ryanair għal kważi sentejn, skont il-kuntratt tal-2003, bl-istess frekwenza bħal dik prevista mill-kuntratt tal-2003. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjoni msemmija hawn fuq mhijiex issodisfata f’dak li jirrigwarda l-kuntratti tal-2005. |
L-għajnuna għandha tkun limitata fiż-żmien u tirrigwarda rotta li tista’ ssir profittabbli
|
(464) |
Il-Kummissjoni tinnota li minkejja l-istedina li għamlitilha f’dan ir-rigward, Franza ma pprovdiet ebda studju dwar il-vijabbiltà tar-rotta Pau-Londra, is-suġġett tal-kuntratti tal-2003 u tal-2005, li Ryanair setgħet tatha biex tiġġustifika l-merti tal-għoti tal-għajnuna li tirriżulta mill-kuntratti inkwistjoni. Għalhekk, fuq il-bażi tal-elementi tad-dokument, jidher li mill-aspett tal-awtoritajiet li taw l-għajnuniet inkwistjoni, ma kien hemm ebda prospett ċar li r-rotta Pau-Londra setgħet issir vijabbli mingħajr għajnuna fi żmien xi ftit jew wisq viċin. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tisħaq li l-istudji ppreżentati mill-awtoritajiet Franċiżi dwar il-konsegwenzi ekonomiċi tal-eżistenza tal-linji tal-ajru operati minn Ryanair janalizzaw l-impatti li huma jistgħu jkollhom fuq l-iżvilupp tar-reġjun, iżda ma jinkludux projjezzjonijiet dwar il-vijabbiltà futura ta’ dawn il-linji jew ta’ linji oħrajn li jistgħu jkunu operati minn Ryanair fil-ġejjieni. Għall-kuntrarju, l-analiżi tad-diversi kuntratti konklużi ma’ Ryanair turi li l-għajnuna mogħtija lil Ryanair għal dawn il-linji kellha tiżdied maż-żmien anki wara t-terminazzjoni tal-kuntratti tal-2003 u tal-2005, proprju biex ikun żgurat li dawn ikunu biżżejjed profittabbli għal Ryanair biex din tibqa’ żżommhom. |
|
(465) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li għad li dawn il-miżuri kienu limitati fiż-żmien, it-terminu ta’ ħames snin, previst għal kull kuntratt, la kien meħtieġ u lanqas proporzjonat għall-kostijiet imġarrba għall-varar ta’ rotta ġdida tal-ajru billi, fis-settur tal-avjazzjoni, terminu ta’ kuntratt ta’ inqas minn tliet snin normalment ikun biżżejjed (103). |
|
(466) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li la l-kuntratt tal-2003 u lanqas il-kuntratti tal-2005 ma jissodisfaw il-kriterju li l-miżuri għandhom ikunu limitati fiż-żmien u jikkonċernaw rotot li jistgħu jsiru profittabbli. |
L-ammont għandu jkun marbut mal-iżvilupp nett tat-traffiku
|
(467) |
Il-kuntratt tal-2003 kien marbut mal-introduzzjoni ta’ rotta ġdida tal-ajru bejn Pau u Londra u li għaliha l-Kummissjoni tqis li għadd ta’ passiġġieri totali fis-sena ta’ 1 17 275 kien possibbli (ara t-tabella 7). Għalhekk, dan il-kuntratt kien marbut ma’ żieda netta fl-għadd ta’ passiġġieri, peress li din ir-rotta ma kinitx teżisti qabel. |
|
(468) |
Għall-kuntrarju, il-kuntratti tal-2005 ma kinux marbuta mal-introduzzjoni ta’ linja tal-ajru ġdida iżda kienu jirrigwardaw il-kontinwazzjoni tal-operat tar-rotta Pau-Londra li kienet teżisti qabel mingħajr żieda fil-frekwenza. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-ammonti tal-għajnuna li jirriżultaw mill-kuntratti tal-2005 ma kinux marbuta mal-iżvilupp nett tat-traffiku. |
L-għajnuna trid tkun ingħatat b’mod trasparenti u nondiskriminatorju u ma tridx tkun ikkombinata ma’ tipi oħrajn ta’ għajnuna
|
(469) |
Mistoqsija dwar il-konformità mal-kundizzjoni tal-għoti trasparenti u nondiskriminatorju, Franza rrapportat biss rigward il-pubblikazzjonijiet li għamlet is-CCIPB fl-2007 u fl-2009, wara l-kuntratti tal-2003 u tal-2005 u allura mhumiex rilevanti għal din l-analiżi. Mid-dokument kollu jirriżulta li l-kuntratti tal-2003 u tal-2005 ġew innegozjati b’mod bilaterali, mingħajr trasparenza, u mingħajr proċess li jiggarantixxi n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, bħal pereżempju sejħa pubblika għall-offerti. Għalhekk, l-għajnuna inkwistjoni ma tissodisfax il-kriterju ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni. |
Konklużjoni
|
(470) |
Minn dan li ntqal jirriżulta li l-Kummissjoni tqis li l-kuntratt tal-2003 u l-kuntratti tal-2005 huma għajnuna illegali inkompatibbli mas-suq intern. |
8.1.3.2. Il-miżuri ta’ wara d-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2005
|
(471) |
Il-Kummissjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2005 għall-kuntratti konklużi wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. |
|
(472) |
Il-punt 27 tal-Linji Gwida tal-2005 jispeċifika li l-għajnuniet għall-operat mogħtija lil kumpaniji tal-ajru (bħall-għajnuniet għall-bidu ta’ rotot ġodda) jistgħu jiġu ddikjarati kompatibbli mas-suq intern f’ċirkostanzi eċċezzjonali biss, u bil-kundizzjonijiet stretti fir-reġjuni żvantaġġjati tal-Ewropa, jiġifieri r-reġjuni li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni tal-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni b’densità tal-popolazzjoni baxxa. |
|
(473) |
Billi l-ajruport ta’ Pau ma jinstabx f’reġjun ta’ dan it-tip, din l-eżenzjoni ma tapplikax għalih. |
|
(474) |
Bħal fil-każ tal-miżuri preċedenti għad-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2005, il-Kummissjoni tinnota li la Franza u lanqas xi parti terza interessata ma wriet il-kompatibbiltà ta’ dawn il-miżuri mas-suq intern, la fuq il-bażi tal-Linji Gwida tal-2005 u lanqas fuq kwalunkwe bażi oħra. |
|
(475) |
Fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 79(a) sa (l) tal-Linji Gwida tal-2005, il-Kummissjoni tosserva dan li ġej fil-premessi 476 sa 480. |
|
(476) |
Ċerti kriterji, bħal dawk stabbiliti fil-punti 79(a) u (b) tal-Linji Gwida tal-2005, li jirrigwardaw il-pussess ta’ liċenzja tal-operat mill-kumpanija tal-ajru u l-klassi tal-ajruport huma ssodisfati. |
|
(477) |
Il-kriterju stabbilit fil-punt 79(h) (Għoti nondiskriminatorju) tal-Linji Gwida tal-2005 jgħid: “kull entità pubblika li tkun bi ħsiebha tagħti lil xi kumpanija, permezz ta’ ajruport jew le, għajnuna għall-bidu ta’ rotta ġdida għandha tagħmel il-pjan tagħha pubbliku fi żmien suffiċjenti u b’reklamar suffiċjenti biex tippermetti lit-trasportaturi interessati jipproponu s-servizzi tagħhom.” Il-Kummissjoni tinnota li f’dan il-każ, il-kuntratti ġew innegozjati direttament mal-kumpaniji tal-ajru kkonċernati, mingħajr reklamar. Għaldaqstant din hija għotja mingħajr offerti kompetittivi meta kumpaniji tal-ajru oħrajn potenzjalment interessati setgħu jikkompetu għall-operat tar-rotot ikkonċernati, fl-istess termini, sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna għall-bidu. |
|
(478) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li s-CCIPB kienet ippubblikat xi avviżi fil-ġurnal Air & Cosmos (104) fl-2007 u fl-2009, bl-għan li tistieden lill-kumpaniji tal-ajru interessati sabiex jiżviluppaw servizzi ġodda bi skambju għal għajnuna għall-bidu. Madankollu, Franza indikat li dawn il-proċeduri ma kinux taw frott, u dan wassal lis-CCIPB “biex tinnegozja direttament ma’ ċerti kumpaniji” . Għaldaqstant, l-għajnuna illegali identifikata f’din l-analiżi mhijiex ġejja mill-pubblikazzjoni tal-avviżi msemmija, iżda minn negozjati bilaterali. Għaldaqstant il-kriterju previst fil-punt (h) mhuwiex issodisfat. |
|
(479) |
F’dak li jirrigwarda l-kriterju stabbilit fil-punt 79(i) (Pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li juri l-vijabbiltà u analiżi tal-impatt tar-rotta l-ġdida fuq il-linji kompetituri) tal-Linji Gwida tal-2005, il-Kummissjoni stiednet lil Franza tindika jekk kinux saru pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju bħal dawn, u jekk iva, biex tibgħat il-kopji. La Franza u lanqas xi parti terza interessata ma rrapportaw li jeżistu pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju bħal dawn. Għaldaqstant, il-kriterju previst fil-punt (i) mhuwiex issodisfat. |
|
(480) |
F’dak li jirrigwarda l-kriterju stabbilit fil-punt 79(j) (Reklamar) tal-Linji Gwida tal-2005, dan jipprovdi li l-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati għandhom jippubblikaw il-lista tar-rotot issussidjati, bl-indikazzjoni għal kull waħda tas-sors ta’ finanzjament pubbliku, il-kumpanija benefiċjarja, l-ammont tal-għajnuna mħallsa u l-għadd ta’ passiġġieri kkonċernati. F’dan il-każ, Franza kkonfermat li l-lista tar-rotot u tal-kumpaniji benefiċjarji ta’ inċentivi finanzjarji jew ta’ ħlasijiet ta’ promozzjoni ma ġietx ippubblikata kull sena. Għaldaqstant, il-kriterju stabbilit fil-punt 79(j) tal-Linji Gwida tal-2005 mhuwiex issodisfat. |
Konklużjoni
|
(481) |
Id-diversi kuntratti u emendi konklużi mis-CCIPB ma’ Ryanair, AMS u Transavia, koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali lkoll huma għajnuna illegali mingħand l-Istat inkompatibbli mas-suq intern. |
8.2. MIŻURI FAVUR L-OPERATUR TAL-AJRUPORT
|
(482) |
Bejn is-sena 2000 u l-2010, is-CCIPB irċeviet mingħand diversi awtoritajiet pubbliċi sussidji għat-tagħmir li jammontaw għal total ta’ madwar EUR 17,8 miljun. Barra minn hekk hija rċeviet ukoll sussidju ta’ EUR 3,521 miljun intenzjonati sabiex ikopru, skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-kostijiet relatati mal-missjonijiet sovrani mwettqa mill-ajruport (minn hawn ‘il quddiem “is-sussidji relatati mal-missjonijiet sovrani”) (105). |
8.2.1. L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA SKONT L-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE
|
(483) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(484) |
Biex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, jeħtieġ li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati lkoll: 1) il-miżura inkwistjoni hija ffinanzjata b’riżorsi tal-Istat u hija attribwibbli lill-Istat, 2) tagħti vantaġġ ekonomiku, 3) dan il-vantaġġ huwa selettiv u 4) il-miżura inkwistjoni twassal għal distorsjoni jew thedded li ġġib distorsjoni fil-kompetizzjoni u tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u 5) il-benefiċjarju huwa impriża skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li jimplika li jsegwi attività ekonomika. |
|
(485) |
Biex jiġi ddeterminat jekk is-sussidji msemmija fil-premessi 88 sa 108 humiex għajnuna mill-Istat, jeħtieġ qabel kollox li jiġi vverifikat jekk il-benefiċjarju tagħhom, l-operatur tal-ajruport ta’ Pau, kienx qed iwettaq attività ekonomika meta ngħatawlu. Il-Kummissjoni l-ewwel sejra teżamina din il-kwistjoni, imbagħad tanalizza s-sussidji relatati mal-missjonijiet sovrani u s-sussidji għat-tagħmir sabiex tiddetermina jekk humiex għajnuna mill-Istat. |
8.2.1.1. Il-kunċett ta’ impriża u ta’ attività ekonomika
|
(486) |
Kif spjegat mill-Kummissjoni fil-Linji Gwida l-ġodda (106), mid-data tas-sentenza “Aéroports de Paris” (12 ta’ Diċembru 2000), l-operat u l-infrastruttura tal-ajruport iridu jitqiesu bħala kompitu li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Kuntrarju ta’ dan, minħabba l-inċertezza li kienet teżisti dak iż-żmien, l-awtoritajiet pubbliċi setgħu leġittimament iqisu li l-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u għalhekk tali miżuri ma kellhomx għalfejn ikunu notifikati lill-Kummissjoni. Konsegwentement il-Kummissjoni ma tistax tikkontesta, abbażi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-miżuri ta’ finanzjament li ngħataw qabel it-12 ta’ Diċembru 2000. |
|
(487) |
Barra minn hekk, kif inhu indikat ukoll fil-Linji Gwida l-ġodda (107), mhux l-attivitajiet kollha tal-ajruport bilfors huma ta’ natura ekonomika. L-attivitajiet li jaqgħu fil-prinċipju taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fit-twettiq tal-prerogattivi uffiċjali tiegħu ta’ awtorità pubblika mhumiex ta’ natura ekonomika u, ġeneralment, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(488) |
Skont it-tabella 4, is-sussidji għat-tagħmir mogħtija fl-2004 u fl-2009 servew biex jiffinanzjaw investimenti relatati mat-taxiway, ir-runway, id-dwal u l-parkeġġ. Dawn l-infrastrutturi u tagħmir jintużaw għal skopijiet kummerċjali mis-CCIPB, li hija l-operatur tal-ajruport u titlob imposti mingħand l-utenti ta’ dawn l-assi. Għaldaqstant dawn l-investimenti huma inerenti għall-attività kummerċjali tal-operatur tal-ajruport. Is-sussidji għat-tagħmir mogħtija fl-2004 u fl-2009 kienu għalhekk ta’ benefiċċju għal attivitajiet ekonomiċi. Barra minn hekk, dawn ingħataw wara t-12 ta’ Diċembru 2000. Fir-rigward tal-kunċetti ta’ impriża u attività ekonomika, dawn aktarx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(489) |
Għall-kuntrarju, is-sussidji għat-tagħmir mogħtija fl-1999 u fis-sena 2000, imsemmija fit-tabella 4, u li servew biex jiffinanzjaw investimenti relatati mat-terminals tal-merkanzija u tal-passiġġieri, mal-materjal tar-runway u mal-impjant ta’ koġenerazzjoni, ingħataw qabel it-12 ta’ Diċembru 2000. Għalhekk, il-Kummissjoni ma għandhiex teżamina dawn il-miżuri fil-kuntest ta’ din id-deċiżjoni. |
|
(490) |
Rigward is-sussidji mħallsa mill-Kunsill Ġenerali tal-Pyrénées Atlantiques mis-sena 2000 sal-2005 għar-rimborż tal-kapital ta’ self sottoskritt mis-CCIPB li jammonta għal EUR 7 79 000 (108), dawn huma parti minn protokoll għall-pjan ta’ finanzjament tal-ajruport ta’ Pau konkluż fil-5 ta’ Novembru 1990. Dan il-protokoll kien jinkludi l-impenn irrevokabbli min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi li jirrimborżaw id-dejn inkwistjoni. Billi dan il-protokoll sar qabel is-sentenza “Aéroports de Paris”, il-Kummissjoni ma għandhiex tinvestiga l-ħlasijiet li saru skont dan il-protokoll b’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(491) |
Fis-sezzjoni 8.2.1.2 il-Kummissjoni teżamina sa liema punt is-sussidji relatati mal-missjonijiet sovrani effettivament servew sabiex jiffinanzjaw attivitajiet li fil-prinċipju jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fit-twettiq tal-prerogattivi uffiċjali tiegħu ta’ awtorità pubblika. |
8.2.1.2. Sussidji relatati mal-missjonijiet sovrani
|
(492) |
Kif indikat fit-tabella 3, is-suġġett tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali jinkludi sussidji tal-FIATA kif ukoll sussidji li servew biex jiffinanzjaw diversi investimenti, jiġifieri bini u vetturi tas-servizz tas-sigurtà u ta’ kontra t-tifi tan-nar tal-ajruplani (SSLIA) kif ukoll skaners (109). Dawn id-diversi sussidji ngħataw skont is-sistema ġenerali ta’ finanzjament tal-missjonijiet sovrani fl-ajruporti Franċiżi, deskritta fis-sezzjoni 4.3.2. |
|
(493) |
Kif imfakkar aktar ‘il fuq, skont il-Linji Gwida l-ġodda u l-ġurisprudenza, l-attivitajiet li fil-prinċipju jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fit-twettiq tal-prerogattivi uffiċjali tiegħu ta’ awtorità pubblika mhumiex ta’ natura ekonomika u, ġeneralment, ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Skont il-Linji Gwida l-ġodda, bħala regola ġenerali, attivitajiet bħall-kontroll tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar, il-miżuri għall-protezzjoni tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali u l-investimenti fl-infrastrutturi u t-tagħmir meħtieġ għal dawn l-attivitajiet jitqiesu li mhumiex ta’ natura ekonomika (110). |
|
(494) |
Barra minn hekk, il-Linji Gwida l-ġodda jispeċifikaw li biex ma jkunx għajnuna mill-Istat, il-finanzjament pubbliku ta’ tali attivitajiet ta’ natura mhux ekonomika għandu jibqa’ strettament limitat għall-kumpens tal-kostijiet iġġenerati minnhom u ma għandux iwassal għal diskriminazzjoni ineliġibbli bejn l-ajruporti. Il-Linji Gwida jispeċifikaw rigward din it-tieni kundizzjoni li jekk, skont ordni legali partikolari, huwa normali li ajruporti ċivili jkollhom iġarrbu ċerti kostijiet inerenti għall-operat tagħhom, għall-kuntrarju ta’ ajruporti ċivili oħrajn, dawn tal-aħħar jistgħu jgawdu minn vantaġġ, irrispettivament minn jekk dawn il-kostijiet humiex marbuta jew le ma’ attività li ġeneralment ma tkunx ikkunsidrata ekonomika (111). |
|
(495) |
L-attivitajiet iffinanzjati mis-sistema ġenerali ta’ finanzjament tal-missjonijiet sovrani fl-ajruporti Franċiżi, deskritta fis-sezzjoni 4.3.2, jaqgħu taħt il-protezzjoni tal-avjazzjoni ċivili kontra l-atti ta’ interferenza illegali (112), il-missjonijiet tal-pulizija (113), is-salvataġġ u t-tifi tan-nar (114), is-sigurtà tat-traffiku tal-ajru (115), kif ukoll il-protezzjoni tal-ambjent uman u naturali (116). Dawn l-attivitajiet jistgħu b’mod leġittimu jitqiesu li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fit-twettiq tal-prerogattivi uffiċjali tiegħu ta’ awtorità pubblika. Għaldaqstant, Franza tista’ leġittimament tqis dawn il-missjonijiet bħala “sovrani”, jiġifieri mhux ekonomiċi, fir-rigward tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat. Għalhekk hija tista’ wkoll tipprovdi finanzjament pubbliku sabiex tikkumpensal-kostijiet imġarrba mill-operaturi tal-ajruporti għat-twettiq ta’ dawn il-missjonijiet diment li dawn timponihom fuqhom il-liġi nazzjonali, u diment li dan il-finanzjament ma jwassalx għal kumpens żejjed jew diskriminazzjoni bejn l-ajruporti. |
|
(496) |
Madankollu, mid-deskrizzjoni fis-sezzjoni 4.3.2 jirriżulta li s-sistema prevista mil-liġi Franċiża tibbaża fuq mekkaniżmi stretti ta’ kontroll tal-kostijiet, kemm a priori kif ukoll a posteriori, li jiżguraw li l-operaturi tal-ajruporti jirċievu biss komplementari l-ammonti strettament meħtieġa biex ikopru l-kostijiet permezz tat-taxxa tal-ajruport u l-arranġamenti. |
|
(497) |
Barra minn hekk, din is-sistema tapplika għall-ajruporti ċivili Franċiżi kollha, kemm f’dak li jirrigwarda t-tipi ta’ missjonijiet li jinvolvu kumpens kif ukoll l-arranġamenti ta’ finanzjament. Għaldaqstant, il-kundizzjoni dwar in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni hija ssodisfata. Fil-fatt, għalkemm il-liġi Franċiża tħalli f’idejn l-operaturi tal-ajruporti t-twettiq ta’ missjonijiet sovrani, ma timponix il-finanzjament ta’ dawn il-missjonijiet fuqhom, iżda fuq l-Istat. B’hekk, il-kumpens tal-kostijiet marbuta ma’ dawn il-missjonijiet minn fondi pubbliċi ma jtaffix il-kostijiet li normalment ikollhom iġarrbu l-operaturi tal-ajruporti skont l-ordni legali Franċiża. |
|
(498) |
Għaldaqstant il-finanzjamenti riċevuti mill-operaturi tal-ajruporti Franċiżi skont din is-sistema mhumiex għajnuna mill-Istat. |
|
(499) |
B’hekk is-sussidji relatati mal-missjonijiet sovrani, imsemmija fit-tieni u t-tielet linja tat-tabella 3, li servew biex jiffinanzjaw investimenti għall-protezzjoni tal-avjazzjoni ċivili kontra l-atti ta’ interferenza illegali u s-salvataġġ u t-tifi tan-nar tal-ajruplani, mhumiex għajnuna mill-Istat. |
8.2.1.3. Is-sussidji għat-tagħmir mogħtija fl-2004 u fl-2009
|
(500) |
Jonqos biss li jiġi eżaminat jekk is-sussidji għat-tagħmir mogħtija fl-2004 u fl-2009 humiex għajnuna mill-Istat. Dawn is-sussidji huma ppreżentati fit-tabella 13 hawn taħt. Tabella 13 Investimenti u sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009
|
|||||||||||||||||||||||||
Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat
|
(501) |
Il-Kunsill Ġenerali tal-Pyrénées-Atlantiques ta lis-CCIPB sussidji ffinanzjati minn riżorsi tad-dipartiment tal-Pyrénées-Atlantiques, awtorità territorjali deċentralizzata. Ta’ min ifakkar li dawn ir-riżorsi huma riżorsi tal-Istat. Fil-fatt, ir-riżorsi tal-awtoritajiet territorjali huma kkunsidrati bħala riżorsi tal-Istat għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-TFUE (117). Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet li jieħdu tali awtoritajiet huma imputabbli lill-Istat, bħall-miżuri li jittieħdu mill-gvern ċentrali (118). |
|
(502) |
L-istess japplika għas-sussidji li rċeviet mingħand il-Kunsill Reġjonali ta’ Aquitaine u mingħand l-assoċjazzjoni konġunta, b’din tal-aħħar tkun grupp ta’ awtoritajiet lokali kkontrollat għal kollox minnhom. |
|
(503) |
Barra minn hekk, ix-xogħlijiet tat-taxiway kienu parzjalment iffinanzjati mill-FEŻR. Madankollu, finanzjament mill-FEŻR jitqies li huwa riżorsa tal-Istat u imputabbli lill-Istat peress li l-benefiċċju tiegħu jingħata taħt il-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat (119). |
|
(504) |
Għaldaqstant, is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 kienu kompletament iffinanzjati minn riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lill-Istat, skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
Vantaġġ selettiv għall-operatur tal-ajruport
|
(505) |
Biex wieħed jivvaluta jekk miżura tal-Istat hijiex għajnuna, jeħtieġ li jkun iddeterminat jekk l-impriża benefiċjarja tgawdix minn vantaġġ ekonomiku li jevitalha milli ġġarrab kostijiet li normalment kien ikollha tħallas mir-riżorsi finanzjarji tagħha stess, jekk tgawdix minn vantaġġ li ma kinitx tgawdi minnu fil-kundizzjonijiet normali tas-suq (120) jew inkella, jekk il-miżura inkwistjoni tistax titqies bħala kumpens għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark (121). |
|
(506) |
Dwar dan l-aħħar punt, jeħtieġ li jkun innutat l-ewwel nett li Franza ma indikatx b’mod ċar li fil-fehma tagħha, l-operatur tal-ajruport ta’ Pau kien ser ikun inkarigat li jipprovdi servizz ġenwin ta’ interess ġenerali. Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-estensjoni tal-proċedura, Franza indikat sempliċiment f’dan ir-rigward li “fin-nuqqas ta’ bażi legali applikabbli b’mod ċar dak iż-żmien [(qabel il-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2005)], l-awtoritajiet Franċiżi setgħu leġittimament iqisu li l-finanzjamenti tal-infrastrutturi tal-ajruport deċiżi dak iż-żmien kienu miżura ta’ politika ta’ ppjanar spazjali, li dan l-ajruport kien qed jaqdi globalment missjoni ta’ interess ekonomiku ġenerali u li din ma kinitx taqa’ taħt l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat” (122). |
|
(507) |
Franza żiedet tgħid: “l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-ajruporti ta’ inqas minn miljun passiġġier fis-sena għandhom jitqiesu kollha bħala SIEĠ minħabba r-rwol importanti tagħhom fl-ippjanar spazjali, fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali għar-reġjun tagħhom u fl-interkonnessjonijiet fl-attivitajiet tagħhom. Huma jikkunsidraw ukoll li dawn l-ajruporti għandhom impatt limitat biss fuq is-suq komuni. Għaldaqstant, jassumu li l-finanzjamenti li ngħatawlhom ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat jew li għandhom ikunu ddikjarati kompatibbli mas-suq komuni u li għandhom ikunu eżentati min-notifika skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi mogħtija lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, li kienet fis-seħħ sal-20 ta’ Diċembru 2011 ” (123). |
|
(508) |
Il-Kummissjoni xorta waħda tqis li dawn il-ġustifikazzjonijiet mhumiex biżżejjed sabiex tikkonkludi li l-operatur tal-ajruport ta’ Pau huwa inkarigat bil-ġestjoni ta’ servizz ġenwin ta’ interess ekonomiku ġenerali. Kif indikat fil-Linji Gwida l-ġodda (124), il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa possibbli, f’każijiet ġustifikati kif imiss, li tikkunsidra l-ġestjoni kollha ta’ ajruport bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li dan ma jistax ikun il-każ ħlief jekk parti miż-żona potenzjalment moqdija minn dan l-ajruport tkun, fin-nuqqas tiegħu, iżolata mill-bqija tal-Unjoni sal-punt li jkun ta’ detriment għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħha. |
|
(509) |
Fid-dawl ta’ dan il-prinċipju, wieħed ma jistax jassumi li fil-każ ta’ kull ajruport Franċiż ta’ inqas minn miljun passiġġier fis-sena, il-ġestjoni tiegħu hija servizz ġenwin ta’ interess ekonomiku ġenerali. Hija Franza li trid tivvaluta s-sitwazzjoni speċifika ta’ kull ajruport li jaqa’ taħt din il-kategorija u li tippreżenta analiżi lill-Kummissjoni jekk tixtieq issostni t-teżi li l-ġestjoni ta’ dan l-ajruport taqa’ taħt servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. Huwa biss f’dawn il-kundizzjonijiet li l-Kummissjoni tkun tista’ tivverifika, każ b’każ, jekk Franza għamlitx żball ċar ta’ valutazzjoni meta attribwiet lill-ajruport inkwistjoni l-kwalifika ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
(510) |
F’dan il-każ, l-ebda analiżi speċifika ta’ dan it-tip ma ġiet ipprovduta għall-ajruport ta’ Pau. Barra minn hekk, jekk wieħed iqis il-qrubija tal-ajruport ta’ Tarbes, li jinsab 50 km u inqas minn 40 minuta ta’ sewqan ‘l bogħod, mhux possibbli li wieħed jgħid li mingħajr l-ajruport ta’ Pau, parti miż-żona potenzjalment moqdija minn dan l-ajruport tkun iżolata mill-bqija tal-Unjoni sal-punt li jkun ta’ detriment għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħha. Is-sostenn ta’ teżi bħal din ikun żball manifest ta’ valutazzjoni fil-kwalifika. |
|
(511) |
Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpensi mogħtija għall-forniment ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (125), biex l-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark tkun issodisfata, il-missjoni ta’ servizz pubbliku għandha tkun mogħtija permezz ta’ att wieħed jew aktar li, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, jistgħu jieħdu l-forma ta’ atti leġiżlattivi jew regolatorji, jew inkella ta’ kuntratti. Barra minn hekk, l-att jew is-sensiela ta’ atti għandhom jispeċifikaw mill-inqas il-kontenut u ż-żmien tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, l-impriża u, jekk ikun il-każ, it-territorju kkonċernati, in-natura ta’ kull dritt esklussiv jew speċjali mogħti lill-impriża mill-awtorità inkwistjoni, il-parametri tal-kalkolu, ta’ kontroll u ta’ reviżjoni tal-kumpens u l-modi ta’ rkupru ta’ kwalunkwe kumpens żejjed kif ukoll il-mezzi biex jiġi evitat dan tal-aħħar. L-uniċi atti ppreżentati minn Franza li jistgħu eventwalment jissodisfaw din il-funzjoni huma d-Digriet tal-1965 (126) u l-emendi suċċessivi tiegħu, peress li jimponu fuq is-CCIPB diversi obbligi operazzjonali (inkluż fuq punti bħall-ħinijiet tal-ftuħ u l-ugwaljanza ta’ trattament tal-utenti), ta’ manutenzjoni, ta’ żamma u ta’ ppjanar, għal tul ta’ żmien preċiż. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn l-atti ma jistabbilixxi l-modi ta’ kalkolu u ta’ reviżjoni ta’ xi mekkaniżmu ta’ kumpens finanzjarju. |
|
(512) |
B’hekk, il-Kummissjoni tqis, abbażi tal-elementi tad-dokument li l-ġestjoni tal-ajruport ta’ Pau ma tistax titqies bħala servizz ġenwin ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
(513) |
Anki jekk wieħed jassumi li dan huwa l-każ, is-sussidji għat-tagħmir koperti minn din l-analiżi xorta ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kumulattivi tas-sentenza Altmark. Fil-fatt, dawn huma diversi sussidji ta’ darba mħallsa f’diversi perjodi sabiex ikopru kostijiet ta’ investimenti li kienu meħtieġa f’dawn il-perjodi. Għalhekk dawn is-sussidji mhumiex ġejjin minn mekkaniżmu ta’ kumpens li kien ikun stabbilit b’mod oġġettiv, trasparenti u ex ante, jiġifieri meta l-awtoritajiet pubbliċi fdaw lis-CCIPB bil-ġestjoni tal-ajruport jew fl-okkażjoni ta’ atti li jġeddu jew jispeċifikaw il-modi ta’ din il-ġestjoni. B’hekk, dawn is-sussidji ma jissodisfawx it-tieni kundizzjoni tas-sentenza Altmark, li tgħid hekk: “il-parametri li fuq il-bażi tagħhom huwa kkalkolat il-kumpens għandhom ikunu stabbiliti minn qabel, b’mod oġġettiv u trasparenti, sabiex jiġi evitat li din tkun tinvolvi vantaġġ ekonomiku li jista’ jiffavorixxi lill-impriża benefiċjarja meta mqabbla ma’ impriżi kompetituri” (127). |
|
(514) |
Billi s-sussidji għat-tagħmir inkwistjoni ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark, fadal li jkun ivverifikat, kif indikat qabel, jekk ingħatawx f’kundizzjonijiet normali tas-suq. |
|
(515) |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li “l-kapital li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ impriża, direttament jew indirettament, mill-Istat, f’ċirkostanzi simili għall-kundizzjonijiet normali tas-suq, ma jistax jitqies bħala għajnuna mill-Istat” (128). |
|
(516) |
Biex ikun iddeterminat jekk is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 ingħatawx f’kundizzjonijiet normali tas-suq, jeħtieġ li jiġi applikat il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Jeħtieġ li jkun ivvalutat jekk, meta ngħataw, l-awtoritajiet pubbliċi setgħux jistennew xi prospett finanzjarju, waqt li jeskludu minn din l-analiżi, bħala tali, l-benefiċċji mistennija ta’ żvilupp ekonomiku lokali. |
|
(517) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li l-ajruport huwa mmexxi mis-CCIPB b’konċessjoni li tiskadi fl-2015. Il-proprjetà ta’ dan l-ajruport, li fil-bidu kienet tal-Istat, ġiet trasferita lill-assoċjazzjoni konġunta fl-1 ta’ Jannar 2007. Għaldaqstant is-CCIPB mhijiex proprjetarja tal-artijiet u tal-infrastrutturi. |
|
(518) |
Fil-kummenti tagħha dwar is-sussidji għat-tagħmir is-CCIPB iddikkjarat li: “dawn l-ammonti jikkorrispondu għal investimenti magħmula mill-proprjetarji tal-infrastruttura tal-ajruport għall-manutenzjoni u t-tiġdid tagħha; għaldaqstant huma magħmulin għall-benefiċċju tal-proprjetarju tagħha biss. Għall-kuntrarju, dawn l-ammonti ma jagħtu l-ebda vantaġġ ekonomiku lis-CCIPB, bħala operatur tal-ajruport.” (noti ta’ qiegħ il-paġna mneħħija). Is-CCIPB iżżid: “Għalhekk, is-sussidji għat-tagħmir imħallsa mill-awtorità konċedenti u l-awtoritajiet lokali jintervjenu b’mod naturali fil-kwalità tagħhom ta’ proprjetarji tal-infrastrutturi tal-ajruport, taħt l-imsemmija konċessjoni tat-tagħmir, għal finijiet ta’ xogħol ta’ standardizzazzjoni, ta’ manutenzjoni u ta’ titjib tas-servizz pubbliku tal-avjazzjoni, bl-għan li jivvalorizzaw il-patrimonju tagħhom. Għaldaqstant huma investimenti li jaqgħu, b’mod naturali, taħt ir-responsabbiltà tal-proprjetarju tat-tagħmir pubbliku u mhux tal-operatur tiegħu.” |
|
(519) |
Madankollu, jirriżulta mill-elementi tad-dokument li fl-ekonomija tal-konċessjoni, hija r-responsabbiltà tas-CCIPB, u mhux tal-proprjetarju pubbliku, li tiffinanzja l-investimenti meħtieġa. B’hekk, id-Digriet tal-1965, li stabbilixxa l-konċessjoni, jafda b’mod ċar f’idejn il-konċessjonarju l-istabbiliment, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-istrutturi, il-bini, l-installazzjonijiet u l-materjal. Franza kkonfermat dan kif ġej: “L-investimenti meħtieġa għall-istandardizzar, għat-tiġdid, għall-manutenzjoni, għall-estensjoni jew għall-immodernizzar tal-ajruport jaqgħu fuq il-konċessjonarju.” |
|
(520) |
Franza nnotat dwar dan li l-emenda tat-8 ta’ Novembru 2001 (“it-tielet emenda”) għad-Digriet tal-1965 ma kinitx titfa’ dubju fuq l-ekonomija tal-konċessjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ ġestjoni tal-investimenti marbuta mal-manutenzjoni u t-tiġdid tal-ajruport. Barra minn hekk, hija nnotat li l-emenda tat-3 ta’ Marzu 2010 (“ir-raba’ emenda”), konkluża bejn l-assoċjazzjoni konġunta u s-CCIPB wara t-trasferiment tal-proprjetà li seħħ fl-2007, ukoll ma kinitx titfa’ dubju fuq l-ekonomija tal-konċessjoni, u bħall-emendi preċedenti, kienet tafda f’idejn il-konċessjonarju l-investimenti meħtieġa għall-attività tagħha (129). |
|
(521) |
B’hekk, kif turi l-analiżi tad-Digriet tal-1965 u tal-emendi għalih, kif tikkonferma Franza u għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni s-CCIPB, hija propju r-responsabbiltà ta’ din tal-aħħar li twettaq u tiffinanzja investimenti bħal dawk koperti mis-sussidji għat-tagħmir inkwistjoni. |
|
(522) |
Min-naħa l-oħra, jidher li bl-għoti tas-sussidji għat-tagħmir fl-2004 u fl-2009, id-diversi awtoritajiet pubbliċi kkonċernati ma setgħux jippretendu redditu fuq l-investiment li jissodisfa operatur f’ekonomija tas-suq li kien jaġixxi minflokhom. Fil-fatt, l-artijiet u l-infrastrutturi kienu jappartjenu għall-Istat fl-2004, u għall-assoċjazzjoni konġunta fl-2009. Madankollu, fil-każ ta’ kull wieħed minn dawn il-proprjetarji pubbliċi, l-uniku dħul iġġenerat mill-ajruport ta’ Pau kien ħlas statali minimu ta’ 100 Frank fis-sena sal-2010, miżjuda għal EUR 100 fis-sena sal-lum. Is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 ma wasslu għall-ebda żieda ta’ dan il-ħlas statali, li l-ammont tiegħu ġie stabbilit mid-Digriet tal-1965 u rivedut minn xi wħud mill-emendi għalih. B’hekk, la l-Istat u lanqas l-assoċjazzjoni konġunta ma setgħu, bħala proprjetarji, jippretendu li s-sussidji ta’ investiment mogħtija rispettivament fl-2004 u fl-2009 setgħu jwasslu għal redditu tanġibbli fuq l-investiment, għall-inqas sakemm tiskadi l-konċessjoni, prevista fl-2015. Barra minn hekk, l-ebda element fid-dokument ma jissuġġerixxi li l-Istat jew l-assoċjazzjoni konġunta setgħu jippretendu, rispettivament fl-2004 u fl-2009, li dawn is-sussidji għat-tagħmir iwasslu għal valorizzazzjoni tal-assi li tista’ tirriżulta f’redditu fuq l-investiment għal dawn iż-żewġ entitajiet taħt l-influwenza tal-konċessjoni l-ġdida, mill-2016. B’mod partikolari, Franza ma pprovdiet l-ebda indikazzjoni dwar il-previżjonijiet tal-Istat jew tal-assoċjazzjoni konġunta rigward l-ekonomija tal-konċessjoni futura u kwalunkwe imposta li l-proprjetarju tal-ajruport seta’ jittama fiha. |
|
(523) |
Rigward l-awtoritajiet pubbliċi li pparteċipaw fil-finanzjament tas-sussidji inkwistjoni mingħajr ma kienu, fiż-żmien tal-għoti tagħhom, proprjetarji tal-artijiet u tal-infrastrutturi, kemm jekk direttament jew indirettament permezz tal-assoċjazzjoni konġunta, lanqas huma ma setgħu, a fortiori, jistennew xi redditu fuq l-investiment li jiżgura l-profittabbiltà tan-nefqa ta’ investiment tagħhom. Din l-osservazzjoni tapplika għall-Kunsill Ġenerali tal-Pyrénées Atlantiques u għall-Kunsill Reġjonali ta’ Aquitaine li ma kinux proprjetarji tal-ajruport meta, fl-2004, iddeċidew li jikkontribwixxu għall-finanzjament tax-xogħlijiet fuq it-taxiway. |
|
(524) |
Ta’ min jinnota wkoll li, skont Franza, “id-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi li jinvestu mhijiex ibbażata biss fuq prospetti ta’ profittabbiltà diretta u s-CCIPB tħallas biss imposta simbolika. L-għażla tal-investiment tal-awtoritajiet hija bbażata fuq il-benefiċċju mistenni fit-tul għar-reġjun f’termini ta’ żvilupp ekonomiku u turistiku.” Din id-dikjarazzjoni tikkonferma li l-awtoritajiet pubbliċi ma kinux qegħdin jistennew li n-nefqa tal-investiment tagħhom tipproduċi xi profittabbiltà fir-rigward tagħhom. L-uniċi benefiċċji mistennija mill-awtoritajiet, relatati mal-iżvilupp ekonomiku u turistiku, ma kinux ikunu kkunsidrati minn operatur f’ekonomija tas-suq li kien qed jaġixxi minflok l-awtoritajiet. Dan jissuġġerixxi li lanqas il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq ma huwa applikabbli għas-sussidji għat-tagħmir inkwistjoni. |
|
(525) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 ma jissodisfawx il-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Dawn is-sussidji fil-fatt taffew il-kostijiet tal-investimenti li kien ikollha ġġarrab is-CCIPB mingħajr prospetti ta’ ritorn fuq l-investiment suffiċjenti għall-awtoritajiet li taw dawn is-sussidji. Barra minn hekk, billi dawn il-vantaġġi kienu ta’ benefiċċju għal impriża waħda biss, huma selettivi. |
8.2.1.4. L-effett fuq il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u fuq il-kompetizzjoni
|
(526) |
Is-CCIPB, bħala operatur tal-ajruport ta’ Pau, tikkompeti b’mod partikolari mal-ajruporti l-oħrajn u b’mod partikolari mal-ajruporti li jservu l-istess żona ta’ kummerċ. B’hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-ajruport ta’ Tarbes–Lourdes–Pyrénées jinsab 50 km ‘il bogħod mill-ajruport ta’ Pau, u wkoll offra titjiriet lejn Londra mill-2009. L-ajruport ta’ Biarritz-Anglet-Bayonne jinsab ukoll inqas minn 100 km ‘il bogħod mill-ajruport ta’ Pau, u joffri titjiriet lejn Charleroi, Londra Stansted, Manchester u destinazzjonijiet oħrajn fir-Renju Unit. Għaldaqstant għajnuna mogħtija lis-CCIPB tista’ taffettwa ħażin lill-kompetizzjoni. Peress li s-suq tas-servizzi tal-avjazzjoni u s-suq tat-trasport bl-ajru huma swieq miftuħa għall-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni, l-għajnuna tista’ għalhekk taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(527) |
B’mod aktar ġenerali, jeħtieġ li jkun innotat li l-operaturi ta’ ajruporti tal-Unjoni huma f’kompetizzjoni kontra xulxin biex jattiraw il-kumpaniji tal-ajru. Fil-fatt, il-kumpaniji tal-ajru jiddeterminaw ir-rotot li joperaw u l-frekwenzi korrispondenti skont kriterji differenti. Dawn il-kriterji jinkludu l-klijentela potenzjali li jistgħu jistennew fuq dawn ir-rotot iżda wkoll il-karatteristiċi tal-ajruporti li jinsabu fuq kull naħa ta’ dawn ir-rotot. |
|
(528) |
Il-kumpaniji tal-ajru jeżaminaw fost l-oħrajn kriterji bħan-natura tas-servizzi tal-ajruport ipprovduti, il-popolazzjoni jew l-attività ekonomika madwar l-ajruport, il-konġestjoni, l-eżistenza ta’ aċċess mill-art, u l-livell tal-imposti u l-kundizzjonijiet kummerċjali kumplessivi għall-użu tal-infrastruttura u s-servizzi tal-ajruport. Il-livell tal-imposti hu fattur ewlieni, minħabba li l-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruport jista’ jintuża biex l-imposti tal-ajruporti jinżammu artifiċjalment baxxi sabiex jiġbdu lejhom linji tal-ajru u b’hekk jistgħu joħolqu distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni (130). |
|
(529) |
Għaldaqstant, il-kumpaniji tal-ajru jallokaw ir-riżorsi tagħhom, b’mod partikolari f’termini ta’ ajruplani u ekwipaġġ, bejn diversi rotot filwaqt li jikkunsidraw, fost oħrajn, is-servizzi offruti mill-operaturi tal-ajruporti u l-prezzijiet mitluba minn dawn għal dawn is-servizzi. |
|
(530) |
Jirriżulta minn dawn l-elementi kollha li s-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009, filwaqt li jagħtu vantaġġ ekonomiku lis-CCIPB, setgħu saħħew il-pożizzjoni ta’ din tal-aħħar meta mqabbla mal-operaturi l-oħrajn ta’ ajruporti Ewropej. Għaldaqstant, dawn is-sussidji setgħu ħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni u affettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
8.2.1.5. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna
|
(531) |
Għar-raġunijiet esposti fil-premessi 483 sa 530, is-sussidji għat-tagħmir mogħtija lis-CCIPB fl-2004 u fl-2009 huma għajnuna mill-Istat fit-termini tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
8.2.2. IN-NATURA ILLEGALI TAL-GĦAJNUNA
|
(532) |
Is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 ġew implimentati mingħajr ma ġew innotifikati. |
|
(533) |
Kif indikat qabel, Franza indikat fil-kummenti tagħha li hija kienet tqis li l-ajruporti ta’ inqas minn miljun passiġġier fis-sena għandhom ikunu kollha kkunsidrati bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali u għalhekk, li l-finanzjamenti li ngħatawlhom ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat jew inkella għandhom ikunu ddikjarati kompatibbli mas-suq intern u eżentati min-notifika skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni SIEĠ tal-2005. |
|
(534) |
Madankollu, kif kien stabbilit qabel, il-Kummissjoni tqis fuq il-bażi tal-elementi tad-dokument li l-ġestjoni tal-ajruport ta’ Pau ma tistax titqies bħala servizz ġenwin ta’ interess ekonomiku ġenerali. Għal din ir-raġuni, is-sussidji tal-2004 u tal-2009 ma setgħux igawdu minn eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika stabbilit mill-Artikolu 108(3) tat-TFUE fuq il-bażi tad-Deċiżjoni SIEĠ tal-2005. |
|
(535) |
Barra minn hekk, kif indikat qabel, dawn is-sussidji mhumiex ġejjin minn xi mekkaniżmu ta’ kumpens li ġie stabbilit b’mod oġġettiv, trasparenti u ex ante, jiġifieri meta l-awtoritajiet pubbliċi taw il-ġestjoni tal-ajruport lis-CCIPB jew meta saru xi atti li jġeddu jew jispeċifikaw it-termini ta’ din il-ġestjoni. B’hekk, dawn is-sussidji ma jissodisfawx il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 4(d) tad-Deċiżjoni SIEĠ li l-att jew l-atti li jagħtu l-operat ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali għandhom jindikaw il-parametri tal-kalkolu, ta’ kontroll u ta’ reviżjoni tal-kumpens. Din hija raġuni oħra għalfejn is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 ma setgħux ikunu eżentati mill-obbligu ta’ notifika stabbilit mill-Artikolu 108(3) tat-TFUE fuq il-bażi tad-Deċiżjoni SIEĠ tal-2005. |
|
(536) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 huma għajnuna illegali. |
8.2.3. KOMPATIBBILTÀ MAS-SUQ INTERN
|
(537) |
Kif spjegat qabel, is-sussidji għat-tagħmir mogħtija fl-2004 u fl-2009 taffew il-kostijiet tal-investimenti li normalment is-CCIPB kien ikollha ġġarrab. Għalhekk dawn huma għajnuniet għall-investimenti. Barra minn hekk, huma ngħataw qabel l-4 ta’ April 2014, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida l-ġodda. Skont dawn il-Linji Gwida, il-Kummissjoni tapplika r-regoli fis-seħħ dakinhar li jkunu ngħataw l-għajnuniet (131) għall-għajnuniet għall-investiment illegali mogħtija lill-ajruporti. |
|
(538) |
Rigward is-sussidju tal-2009, huma l-Linji Gwida tal-2005 li kienu fis-seħħ dakinhar li ngħata u, għaldaqstant, dan huwa t-test li jrid jiġi applikat. Għall-kuntrarju, is-sussidju tal-2004 ingħata qabel ma daħlu fis-seħħ il-Linji Gwida tal-2005, fi żmien meta ma kien jeżisti l-ebda kriterju ta’ kompatibbiltà speċifiku għall-għajnuna għall-investiment lill-ajruporti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tivvaluta dan is-sussidju direttament b’konformità mal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, billi tikkunsidra l-prattika tad-deċiżjonijiet tagħha f’dan ir-rigward. Ta’ min ifakkar li l-prattika tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija lill-operaturi tal-ajruporti ġiet ikkonsolidata mil-Linji Gwida tal-2005. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li jeħtieġ li tivvaluta l-kompatibbiltà tas-sussidju tal-2004 mas-suq intern fid-dawl tal-kriterji definiti fil-Linji Gwida tal-2005. |
|
(539) |
B’hekk, waqt li tibbaża fuq il-Linji Gwida tal-2005 (132), il-Kummissjoni analizzat is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 skont il-kriterji li ġejjin:
|
|
(540) |
Barra minn hekk, minbarra l-ħtieġa li tirrispetta l-kriterji esposti fil-premessa 539, l-għajnuniet mill-Istat lill-ajruporti, bħal kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, għandhom ikunu meħtieġa biex jintlaħaq l-għan stabbilit u proporzjonati għalih sabiex jiġu ddikjarati kompatibbli mas-suq intern b’konformità mal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. Għalhekk, il-Kummissjoni sejra teżamina ir-rispett ta’ dawn il-kriterji ta’ ħtieġa u proporzjonalità minbarra l-kriterji msemmija qabel tal-Linji Gwida tal-2005. |
|
(541) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li, skont il-Linji Gwida tal-2005, il-kostijiet eliġibbli għal għajnuna għall-investiment lil ajruport għandhom ikunu limitati għall-kostiejit tal-investiment relatati mal-infrastrutturi tal-ajruport infushom (runways, terminals, tarmak…) jew ta’ sostenn dirett (tagħmir tat-tifi tan-nar, tagħmir ta’ sikurezza jew ta’ sigurtà). Iżda l-kostijiet eliġibbli għandhom jeskludu l-kostijiet relatati mal-attivitajiet kummerċjali mhux direttament marbuta mal-attivitajiet bażiċi tal-ajruport, bħall-kostruzzjoni, il-finanzjament, l-operat u l-kiri ta’ spazji u proprjetà immobbli, mhux biss għal uffiċċji u ħażna, iżda wkoll għal-lukandi u l-impriżi industrijali fi ħdan l-ajruport, kif ukoll il-ħwienet, ir-ristoranti u l-parkeġġi. |
|
(542) |
Is-sussidju tal-2004 serva kollu biex jiffinanzja xogħlijiet fuq it-taxiway. Il-kostijiet kollha tal-investiment ta’ dan ix-xogħol kienu eliġibbli għal għajnuna għall-investiment skont il-Linji Gwida tal-2005 peress li t-taxiway hija infrastruttura tal-ajruport. Is-sussidju tal-2009, min-naħa tiegħu, ingħata bħala kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ sensiela ta’ investimenti relatati mar-runway u mad-dwal kif ukoll, f’dak li jirrigwarda porzjon żgħir mill-kostijiet tal-investimenti totali (133), ma’ estensjoni tal-parkeġġ tal-karozzi. Ir-runway u d-dwal huma parti mill-infrastruttura tal-ajruport. Għalhekk, il-kostijiet tal-investiment relatati ma’ dawn l-infrastrutturi huma eliġibbli. Iżda l-kostijiet relatati mal-parkeġġ tal-karozzi għandhom ikunu esklużi mill-kostijiet eliġibbli peress li l-parkeġġ tal-karozzi mhuwiex parti mill-infrastruttura tal-ajruport. L-ammont totali tas-sussidju tal-2009, jiġifieri EUR 4,1 miljun, ma jaqbiżx it-total tal-ammont tal-kostijiet eliġibbli, relatati mar-runway u mad-dwal, jiġifieri EUR 4,7 miljun. Għalhekk, is-sussidju tal-2009 serva biss biex jiffinanzja kostijiet eliġibbli (134). |
|
(543) |
Is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 (li l-ammonti totali tagħhom huma EUR 1,6 miljun u EUR 4,1 miljun, rispettivament) ma jaqbżux kostijiet eliġibbli kkalkolati għal dawn iż-żewġ sussidji (rispettivament EUR 2,6 miljun u EUR 4,7 miljun), iżda jwasslu għal intensitajiet tal-għajnuna għoljin (62 % u 88 % rispettivament). |
8.2.3.1. Objettiv ta’ interess ġenerali definit b’mod ċar
|
(544) |
Is-sussidju għat-tagħmir tal-2004 serva biex jiffinanzja xogħlijiet fuq it-taxiway bl-għan li dan it-tagħmir jiġi standardizzat biex jippermetti fluss aħjar tat-traffiku fl-eqqel ħinijiet ta’ traffiku kummerċjali. |
|
(545) |
L-investimenti eliġibbli ffinanzjati mis-sussidju għat-tagħmir tal-2009 kienu jikkonsistu min-naħa tagħhom f’xogħlijiet ta’ restawr tar-runway u tad-dwal, meħtieġa biex l-ajrudromu iżomm il-potenzjal ta’ użu u jikseb iċ-ċertifikazzjoni tiegħu biex ikompli jilqa’ ajruplani medji trasportaturi b’kapaċità ta’ 200 sa 250 post. Fil-fatt, id-dwal ta’ kategorija III magħmula fl-1992-1993 u l-kisi taż-żoni ta’ manuvrar li sar fl-1990 kienu jeħtieġu, li jerġgħu jsiru min-naħa, minħabba li kienu ilhom li saru (it-tul ta’ utilità tagħhom kien ġeneralment ta’ 10 sa 15-il sena), u min-naħa l-oħra minħabba l-istandardizzar. Dan l-istandardizzar kien meħtieġ għaliex il-prestazzjonijiet imposti mid-Digriet relatati mal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni u ta’ operat tal-ajrudromi, fosthom għal avviċinamenti ta’ preċiżjoni ta’ kategorija 3, setgħu jwasslu fuq żmien qasir għall-irtirar taċ-ċertifikazzjoni tal-ajruport |
|
(546) |
Għaldaqstant, la s-sussidju tal-2004, u lanqas dak tal-2009 ma wasslu għal żidiet sinifikanti fil-kapaċità. Essenzjalment dawn iffinanzjaw xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ standardizzazzjoni maħsuba biex iżommu l-infrastruttura f’kundizzjoni li tkun tista’ tkompli tilqa’ t-tipi ta’ ajruplani u l-volum ta’ traffiku li kienet tilqa’ sa dak iż-żmien, u biex itejbu l-funzjonament tal-ajruport fl-aktar perjodu attiv. |
|
(547) |
L-ajruport ta’ Pau jilqa’ traffiku kbir ta’ negozju, li jirrappreżenta bejn 60 % u 70 % tat-traffiku totali. Dan it-traffiku huwa marbut mal-preżenza ta’ ħafna impriżi f’Pau u fl-inħawi tal-madwar. Franza indikat dwar dan li l-baċir ta’ Pau jirrappreżenta t-tielet l-akbar park ekonomiku tal-Grand Sud-Ouest flimkien mal-baċiri ta’ Lacq u ta’ Oloron. Pau tospita l-uffiċċji internazzjonali u reġjonali ta’ diversi impriżi kbar kif ukoll ċentri ta’ riċerka u ta’ produzzjoni. In-nuqqas ta’ ajruport f’Pau jew tnaqqis sinifikanti tal-potenzjal ta’ akkomodazzjoni tiegħu ikun ta’ detriment għal din l-attività ekonomika, peress li ġeneralment in-negozjanti li jivvjaġġaw ikunu jixtiequ iqassru kemm jista’ jkun il-ħin tal-ivvjaġġar tagħhom, b’mod partikolari biex ikunu jistgħu jmorru u jiġu lura fl-istess ġurnata. B’hekk, il-fatt li għall-vjaġġi ta’ negozju lejn u minn Pau, ikollhom jużaw ajruport li, bħal dak ta’ Tarbes, mhuwiex daqstant viċin il-belt, jista’ jitqies bħala żvantaġġ minn diversi impriżi. |
|
(548) |
Barra minn hekk, l-ajruport ta’ Pau jilqa’ flussi ta’ turisti kbar marbuta b’mod partikolari mal-qrubija tiegħu għall-Pirenej u l-villaġġi tal-isports tax-xitwa tagħhom. Studji msemmija mis-CCIPB jindikaw fost l-oħrajn li l-passiġġieri tal-kumpanija Ryanair waħedha, li fil-parti l-kbira kienu turisti, nefqu, matul il-waqfa tagħhom fir-reġjun ta’ Pau, ammont totali ta’ EUR 8 miljun fl-2005 u 56 miljun fl-2010. |
|
(549) |
Għal dawn id-diversi raġunijiet, is-sussidji għat-tagħmir li rċeviet is-CCIPB fl-2004 u fl-2009 ikkontribwew għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Pau u tar-reġjun tagħha, minħabba l-impatt ta’ dan l-ajruport fuq it-turiżmu u fuq l-attività ekonomika inġenerali. |
|
(550) |
Dawn is-sussidji kkontribwew ukoll għall-aċċessibbiltà tar-reġjun, b’mod partikolari għat-turisti u għall-vjaġġaturi fuq xogħol. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jkun innotat li l-ajruport ta’ Pau huwa 50 km ‘il bogħod minn dak ta’ Tarbes u 100 km ‘il bogħod minn dak ta’ Biarritz. L-ajruport ta’ Biarritz ftit jista’ jitqies, minħabba d-distanza tiegħu mill-ajruport ta’ Pau, bħala alternattiva valida għal dan tal-aħħar mill-vjaġġaturi li għalihom jgħodd ħafna l-ħin, speċjalment il-vjaġġaturi fuq xogħol. |
|
(551) |
Barra minn hekk, jidher li dawn it-tliet ajruporti għandhom tipi ta’ traffiku pjuttost differenti:
|
|
(552) |
Dawn l-elementi jindikaw li dawn id-diversi ajruporti jservu segmenti tas-suq relattivament differenti minn xulxin u għaldaqstant mhumiex sostituti ideali għal xulxin. Dawn l-elementi huma kkorroborati mill-eżami tal-istatistika tat-traffiku, ippreżentata aktar fid-dettal fil-premessi 567 sa (572) fl-analiżi tad-daqs tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li ħolqot l-għajnuna. Għaldaqstant, għajnuna għall-investiment li tgħin biex l-ajruport ta’ Pau jinżamm fi stat tajjeb tiffavorixxi l-aċċessibbiltà tar-reġjun sa ċertu punt, peress li din tevita lill-passiġġieri u lill-kumpaniji tal-ajru li jkollhom jagħżlu sostitut mhux daqstant ideali. |
|
(553) |
Barra minn hekk, ma hemmx linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja (TGV) f’Pau; l-eqreb waħda tgħaddi minn Bordeaux, li hija madwar siegħa u 40 minuta ‘l bogħod bit-triq. Għall-parti l-kbira tad-destinazzjonijiet aċċessibbli b’titjira qasira minn Pau, l-użu tat-TGV bħala mezz ta’ trasport alternattiv jista’ jżid ħafna l-ħin tal-ivvjaġġjar u għaldaqstant ma tantx huwa sostitut tajjeb. Rigward l-eqreb ajruporti Spanjoli, dawn mhumiex eqreb minn sagħtejn vjaġġ bit-triq u għalhekk huwa improbabbli li l-parti l-kbira tal-passiġġieri jqisuhom bħala alternattivi validi għall-ajruport ta’ Pau. |
|
(554) |
B’hekk, jidher li minkejja l-eżistenza ta’ mezzi ta’ trasport alternattivi għat-trasport bl-ajru minn Pau u minkejja l-qrubija tal-ajruport ta’ Tarbes, is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 għenu biex itejbu l-aċċessibbiltà tar-reġjun, kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku reġjonali. |
8.2.3.2. L-infrastruttura hija meħtieġa u proporzjonata għall-objettiv stabbilit
|
(555) |
Kif indikat fil-premessa 546, ix-xogħlijiet iffinanzjati mis-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 ma wasslux għal żieda sinifikanti fil-kapaċità iżda kellhom biss l-għan li jżommu l-infrastruttura f’kundizzjoni li tilqa’ t-traffiku li dejjem laqgħet, kif ukoll li taffaċċja aħjar l-eqqel perjodu ta’ attività. |
|
(556) |
Għalhekk dawn l-investimenti ma marrux lil hinn minn dak li kien meħtieġ biex l-ajruport ikun jista’ jkompli jilqa’ t-traffiku li dejjem laqa’ sa dakinhar f’kundizzjonijiet tajbin, inkluż fl-eqqel perjodu ta’ attività. Għalhekk, dawn l-investimenti kienu meħtieġa u proporzjonati għall-objettiv stabbilit. |
8.2.3.3. L-infrastruttura toffri prospetti sodisfaċenti ta’ użu fuq żmien medju
|
(557) |
Ta’ min jinnota li bejn is-sena 2000 u l-2009, it-traffiku tal-ajruport ta’ Pau varja bejn madwar 5 80 000 u 8 20 000 passiġġier fis-sena, b’massimu ta’ 8 20 000 milħuq fl-2008. Matul il-perjodu 2000-2009, l-2002 kienet l-unika sena fejn it-traffiku kien inqas minn 6 00 000 passiġġier. Madankollu dik is-sena xorta ntlaħaq livell qrib dan il-limitu (5 80 000). Fid-dawl ta’ traffiku daqstant varjabbli, iżda kważi dejjem ogħla minn 6 00 000 passiġġier fis-sena, fid-dawl ukoll tal-preżenza stabbli ta’ Air France, trasportatur li jirrappreżenta l-parti l-kbira tat-traffiku, kif ukoll traffiku kbir ta’ negozju, is-CCIPB setgħet għalhekk tistenna, fl-2004 kif ukoll fl-2009, prospetti kbar ta’ użu jew għall-inqas daqs il-livell ta’ attività bażiku tal-ajruport, jiġifieri madwar 6 00 000 passiġġier fis-sena. |
|
(558) |
Dawn il-prospetti setgħu jiġġustifikaw investimenti maħsuba biex iżommu l-infrastruttura f’kundizzjoni li tilqa’ t-traffiku li dejjem laqgħet sa dakinhar u li taffaċċja l-perjodi tal-ogħla attività, mingħajr madankollu ma jwasslu għal żieda sinifikanti fil-kapaċità. F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li x-xogħlijiet fuq it-taxiway, iffinanzjati mis-sussidju tal-2004, kellhom għan ta’ titjib biex ikunu ġestiti aħjar l-eqqel perjodi ta’ attività. Barra minn hekk, f’dak li jirrigwarda x-xogħlijiet ta’ tiswija tar-runway u tad-dwal, li saru fl-2009, dawn kienu restawr simili peress li la kien hemm żieda ta’ kapaċità fiż-żoni tal-ajruplani, la estensjoni tar-runway biex jinżlu ajruplani aktar effiċjenti, u lanqas titjib tal-valuri minimi operazzjonali f’kundizzjonijiet ta’ viżibbiltà ħażina. Dan it-tagħmir idum tajjeb bejn 10 u 15-il sena u dak li kien hemm qabel kien ilu li ġie installat bejn 16 u 19-il sena qabel ma sar ix-xogħol. Għalhekk, is-sussidju għat-tagħmir tal-2009 kien sempliċiment jikkonsisti f’tiġdid ta’ investimenti li kienu waslu fl-aħħar tal-użu tagħhom. |
|
(559) |
Bħala konklużjoni, l-infrastrutturi mġeddin kienu joffru prospetti sodisfaċenti ta’ użu fuq żmien medju meta ngħataw is-sussidji għat-tagħmir. |
8.2.3.4. Aċċess għall-infrastruttura b’mod ugwali u nondiskriminatorju
|
(560) |
L-ajruport ta’ Pau huwa miftuħ għad-diversi kumpaniji li jixtiequ jużawh mingħajr restrizzjonijiet partikolari. L-aċċess għal din l-infrastruttura huwa offrut b’mod ugwali u nondiskriminatorju skont il-Linji Gwida tal-2005. |
8.2.3.5. In-nuqqas ta’ impatt fuq il-kummerċ sa grad li jmur kontra l-interess komuni
|
(561) |
Kif diġà kien indikat, l-ajruport ta’ Pau jinsab 50 km ‘il bogħod minn dak ta’ Tarbes u 100 km ‘il bogħod minn dak ta’ Biarritz. L-ajruport ta’ Biarritz ftit jista’ jitqies, minħabba d-distanza tiegħu mill-ajruport ta’ Pau, bħala alternattiva valida għal dan tal-aħħar minn ammont sostanzjali ta’ vjaġġaturi. Għaldaqstant huwa improbabbli li seta’ ġie affettwat b’mod sinifikanti mill-għajnuna li ngħata l-ajruport ta’ Pau. |
|
(562) |
Għall-kuntrarju, l-ajruport ta’ Tarbes huwa relattivament qrib dak ta’ Pau; 50 km ‘il bogħod u inqas minn 40 minuta bit-triq. Għalhekk, għall-ewwel, l-attività tiegħu tista’ tidher li ġiet affettwata sew minħabba s-sussidji għat-tagħmir tal-2004 et 2009. |
|
(563) |
Madankollu, hemm diversi elementi li jimmoderaw din l-osservazzjoni. L-ewwel nett, l-ajruport ta’ Pau huwa ajruport antik, li ilu jilqa’ titjiriet regolari għal għexieren ta’ snin. Is-sussidji għat-tagħmir li qegħdin jiġu eżaminati huma għajnuna ta’ darba, pjuttost imqassma fuq iż-żmien, u essenzjalment limitati għall-finanzjament tax-xogħlijiet meħtieġa għaż-żamma tal-infrastruttura f’kundizzjoni li tilqa’ t-traffiku li minn dejjem kienet tilqa’. Huma ma servewx biex jiffinanzjaw żidiet notevoli fil-kapaċità. Madanakollu, is-sussidji għat-tagħmir inkwistjoni kellhom l-impatt essenzjali fuq l-ajruport ta’ Tarbes billi rrinnovaw ajruport relattivament qrib u eżsitenti għal ħafna snin, fid-dawl li fin-nuqqas ta’ dawn is-sussidji, l-ajruport ta’ Pau ma kienx ikun jista’ jkompli l-attivitajiet tiegħu, jew inkella kien jagħmel dan f’kundizzjonijiet ħżiena. Iżda dawn is-sussidji ma wasslux biex jinħolqu kapaċitajiet kompetittivi mal-ajruport ta’ Tarbes. |
|
(564) |
Barra minn hekk, is-sussidji għat-tagħmir inkwistjoni mhumiex għajnuna għall-operat li tiffinanzja defiċit operatorju kroniku. Madankollu, għajnuna għall-operat bħal din ma ġietx identifikata f’dan il-każ, li jirrigwarda biss għajnuna għall-investiment. |
|
(565) |
Barra minn hekk, kif indikat qabel, l-ajruporti ta’ Pau u Tarbes iservu segmenti tas-suq pjuttost differenzjati. It-traffiku ta’ Tarbes huwa ddominat mit-titjiriet charter orjentati l-aktar lejn il-lokalità reliġjuża ta’ Lourdes u li jinkludu għadd kbir ta’ titjiriet internazzjonali (135). |
|
(566) |
Għall-kuntrarju tal-ajruport ta’ Tarbes, dak ta’ Pau huwa kkaratterizzat l-aktar minn traffiku kbir ta’ negozju aċċentwat mis-sehem relattivament għoli ta’ traffiku nazzjonali li jġorru Air France u Régional, mit-traffiku totali, marbut l-aktar mar-rotta Pau-Pariġi. Fil-fatt, kif indikat fil-premessa 547, it-traffiku tan-negozju jirrappreżenta bejn 60 % u 70 % tat-traffiku totali tal-ajruport ta’ Pau, peress li Pau huwa t-tielet ċentru ekonomiku tal-Grand Sud-Ouest flimkien mal-baċiri ta’ Lacq u ta’ Oloron. B’hekk, l-ajruporti ta’ Pau u Tarbes huma orjentati lejn segmenti tas-suq differenti. B’hekk, l-għeluq tal-ajruport ta’ Pau jew id-deterjorament fil-kundizzjonijiet operazzjonali tiegħu mhux bilfors jirriżultaw f’devjazzjoni awtomatika tat-traffiku lejn Tarbes u viċe-versa. |
|
(567) |
L-analiżi tal-evoluzzjoni mqabbla tat-traffiku tal-ajruporti ta’ Pau, Tarbes u Biarritz, spjegata fit-tabella 14, turi li l-varjazzjonijiet fit-traffiku f’dawn l-ajruporti mhumiex korrelatati b’mod evidenti: Tabella 14 Evoluzzjoni komparattiva tat-traffiku bejn l-ajruporti ta’ Pau, Biarritz u Tarbes f’eluf ta’ passiġġieri
|
|
(568) |
Din it-tabella turi pereżempju li l-ftuħ tal-linji fuq Pau minn Ryanair fl-2003 ma kellux impatt fuq it-traffiku tas-servizzi ta’ Biarritz. Barra minn hekk, skont Franza, il-waqfien tar-rotot ta’ Ryanair fuq Pau ma wassalx għal xi trasferiment konsiderevoli fuq Biarritz. |
|
(569) |
Min-naħa l-oħra, it-tabella ta’ hawn fuq turi li ż-żieda fit-traffiku minn 5 85 000 għal 7 61 000 passiġġier fis-sena osservata f’Pau bejn l-2002 u l-2007 ma wasslitx għal tnaqqis notevoli tat-traffiku ta’ Tarbes, li baqa’ stabbli, madwar 4 00 000 passiġġier fis-sena. Barra minn hekk, l-għeluq tar-rotot ta’ Ryanair fuq Pau ma ġġenerax xi trasferiment proporzjonali jew sinifikanti lejn l-ajruport ta’ Tarbes fl-2011. |
|
(570) |
Fl-aħħar nett, wara li ngħataw is-sussidji għat-tagħmir inkwistjoni, ma kienx hemm xi ċaqliq notevoli tal-kumpaniji tal-ajru li telqu minn Tarbes lejn Pau, jew li għalqu r-rotot tagħhom minn Tarbes biex jiftħu rotot lejn l-istess destinazzjonijiet minn Pau. Għall-kuntrarju, wieħed josserva li Air France, li tirrappreżenta sehem importanti mit-traffiku f’Pau, hija preżenti fl-istess waqt fiż-żewġ ajruporti. Min-naħa tagħha, anki Ryanair kienet preżenti fl-istess waqt fiż-żewġ ajruporti qabel ma telqet minn Pau u baqgħet f’Tarbes. |
|
(571) |
Minn dawn l-kummenti wieħed ma jistax jiddeduċi li billi ppermettew l-attività u l-funzjonament tajjeb tal-ajruport ta’ Pau, is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 ma kellhom l-ebda impatt fuq l-ajruport ta’ Tarbes. Il-qrubija taż-żewġ ajruporti tissuġġerixxi li kien hemm effettivament impatt, fis-sens li l-ajruport ta’ Tarbes seta’ kellu traffiku akbar kieku ma ngħatawx is-sussidji għat-tagħmir, u kieku l-attività tal-ajruport ta’ Pau kellha tonqos jew saħansitra tieqaf għal kollox b’konsegwenza ta’ dan. Il-kummenti fformulati qabel juru sempliċiment li ma hemmx korrelazzjoni evidenti bejn l-attivitajiet taż-żewġ ajruporti, li jikkonferma l-konklużjoni li ż-żewġ ajruporti mhumiex sostituti ideali ta’ xulxin, u huma orjentati lejn segmenti tas-suq differenti u, għalhekk, is-sussidji inkwistjoni kellhom impatt limitat fuq il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti ġirien. |
|
(572) |
Waqt li tikkunsidra dawn l-elementi pożittivi u negattivi kollha prodotti mis-sussidji inkwistjoni b’mod globali, il-Kummissjoni tqis li s-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 ma affettwawx il-kummerċ b’mod kuntrarju għall-interess komuni. |
8.2.3.6. Il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-għajnuna
|
(573) |
Kif indikat fil-premessa 543, is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 jirrappreżentaw intensitajiet għoljin, ugwali għal 62 % u 88 % rispettivament. Madankollu, l-elementi disponibbli juru li din l-għajnuna tista’ titqies meħtieġa u proporzjonata, billi s-CCIPB ma kinitx tkun kapaċi tiffinanzja l-investimenti kkonċernati mingħajr din l-għajnuna, u ma kinitx tkun f’qagħda li tagħmel kontribuzzjoni ferm ogħla minn dik li għamlet. |
|
(574) |
It-tabella li ġejja turi fil-qosor id-dikjarazzjoni tad-dħul tal-ajruport ta’ Pau għall-perjodu 2000-2012, kif ukoll il-kapaċità ta’ awtofinanzjament tiegħu (“KAF”). Din tirrappreżenta t-total tad-dħul nett u tal-ispejjeż li ma jagħtux lok għal flussi ta’ flus (prinċipalment id-deprezzament u l-proviżjonijiet għal riskji u l-kost). Il-KAF tirrappreżenta l-ammonti ġġenerati mill-attività ta’ kumpanija li huma disponibbli għall-iffinanzjar ta’ investimenti, il-kapital operatorju tal-kumpanija, ir-rimborżi tas-self, it-tfaddil jew id-dividendi mħallsa lill-azzjonisti. Tabella 15 Dħul nett u kapaċità ta’ awtofinanzjament tal-ajruport ta’ Pau
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(575) |
Din it-tabella turi li l-ajruport akkumula telf kontinwu bejn is-snin 2003 u 2011 inklużi. Dan it-telf laħaq kważi l-miljun euro fl-2009. Barra minn hekk, il-KAF tal-ajruport varjat bejn EUR […] u […] fis-sena matul dan il-perjodu. Fl-2005, is-sena li fiha tħallas is-sussidju għat-tagħmir tal-2004, din kienet biss ta’ EUR […], jiġifieri ta’ livell tassew baxx meta mqabbla mal-kost tax-xogħlijiet li saru fuq it-taxiway (EUR 2,6 miljun). Fl-2009 u fl-2010, snin li fihom tħallas is-sussidju tal-2009, din kienet ta’ EUR […] u […] rispettivament. Dawn iż-żewġ ammonti, anki miżjuda flimkien, huma ferm inqas mill-ispejjeż ta’ tiġdid tar-runway u tad-dwal (EUR 4,7 miljun). Għaldaqstant, ir-riżorsi ġġenerati mill-attività tal-ajruport ma kinux biżżejjed biex jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-finanzjament ta’ dawn l-investimenti. |
|
(576) |
Id-dejta disponibbli turi li r-riżultat baġitarju tal-ajruport wara l-investimenti iżda qabel l-għoti tas-sussidji għat-tagħmir kien ta’ EUR […] fl-2005, is-sena li fiha saru x-xogħlijiet fuq it-taxiway, u ta’ EUR […] fl-2009, is-sena li fiha saret il-parti l-kbira tax-xogħol ta’ tiswijiet fuq ir-runway u d-dwal. Din id-dejta għandha titqabbel mal-introjtu nett tal-ajruport wara s-sussidji, jiġifieri EUR […] fl-2005 u EUR […] fl-2009. B’hekk, il-finanzjament tal-investimenti inkwistjoni kollha jew inkella ta’ parti sinifikanti minnhom mir-riżorsi proprji tal-ajruport kien iżid ferm il-piż tat-telf, diġà sostanzjali, tiegħu. |
|
(577) |
Min-naħa l-oħra, minħabba t-telf magħmul fit-tul, huwa improbabbli li s-CCIPB setgħet tiffinanzja parti sinifikanti mill-investimenti inkwistjoni b’żieda fid-dejn tagħha, li kien ta’ madwar EUR […] fl-2005 u EUR […] fl-2009. |
|
(578) |
B’hekk, is-sussidji tal-2004 u tal-2009 kienu meħtieġa għat-twettiq tal-investimenti li huma ffinanzjaw. Fi kliem ieħor, kellhom effett ta’ inċentiv peress li s-CCIPB ma kinitx tagħmel dawn l-investimenti mingħajr dawn is-sussidji. Barra minn hekk, huma jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità peress li s-CCIPB ma kinitx tkun kapaċi żżid il-kontribut tagħha għal dan il-finanzjament tal-investimenti b’mod sinifikanti. |
8.2.3.7. Konklużjoni dwar is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009
|
(579) |
Għar-raġunijiet spjegati fil-premessi 537 sa 578, il-Kummissjoni tqis li s-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 huma għajnuna kompatibbli mas-suq intern b’konformità mal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
|
(580) |
Din il-konklużjoni hija bbażata fuq il-kriterji speċifikati fil-Linji Gwida tal-2005 għall-għajnuna għall-investiment lill-ajruporti. Din hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni ta’ għajnuna possibbli fil-ġejjieni lill-ajruport ta’ Pau li l-Kummissjoni jista’ jkollha tagħmel fil-ġejjieni fuq il-bażi tal-Linji Gwida l-ġodda. |
9. KONKLUŻJONIJIET
|
(581) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-Kummissjoni tinnota li Franza implimentat illegalment is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (136). Madankollu, is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 huma għajnuna kompatibbli mas-suq intern b’konformità mal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
|
(582) |
Is-sussidji li jidhru fl-ewwel żewġ linji tat-tabella 3, li ffinanzjaw il-missjonijiet sovrani mhumiex għajnuna mill-Istat. |
|
(583) |
Is-sussidji l-oħrajn li jidhru fit-tabella 3 ingħataw lill-operatur tal-ajruport ta’ Pau qabel it-12 ta’ Diċembru 2000. Għaldaqstant, din id-deċiżjoni ma tirrigwardahomx (137). |
|
(584) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li d-diversi kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport u ta’ promozzjoni konklużi bejn is-CCIPB u Ryanair, AMS u Transavia, koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali jinkludu l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u li huma inkompatibbli mas-suq intern. |
Irkupru
|
(585) |
Skont kif dejjem sostniet il-Qorti tal-Ġustizzja, ladarba l-Kummissjoni tistabbilixxi li għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni tista’ tobbliga lill-Istat Membru kkonċernat ineħħi jew jibdel l-imsemmija għajnuna (138). |
|
(586) |
Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill (139) “Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “deċiżjoni ta’ rkupru”). Il-Kummissjoni m’għandhiex teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità.” Skont kif dejjem sostniet il-Qorti, fil-każ li għajnuna tiġi kkwalifikata mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern, l-għan tal-obbligu impost fuq l-Istat huwa li jistabbilixxi s-sitwazzjoni preċedenti (140). F’dan ir-rigward, il-Qorti tqis li l-għan jintlaħaq meta l-benefiċjarji jkunu ħallsu lura l-ammonti mogħtija illegalment bħala għajnuna u b’hekk jitilfu l-vantaġġ li gawdew minnu meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom. B’dan il-mod, is-sitwazzjoni ta’ qabel il-ħlas tal-għajnuna tkun stabbilita mill-ġdid (141). |
|
(587) |
F’dan il-każ, jidher li ma hemm l-ebda prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni li jmur kontra l-irkupru tal-għajnuna illegali u inkompatibbli identifikata f’din id-Deċiżjoni. B’mod partikolari, la Franza u lanqas il-partijiet terzi interessati ma pprovdew argumenti dwar dan. |
|
(588) |
Għaldaqstant Franza għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand Ryanair, AMS u Transavia l-għajnuna mogħtija illegalment permezz tal-kuntratti inkwistjoni. |
|
(589) |
L-ammonti tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata għal kull kuntratt u emenda għandhom ikunu ddeterminati kif ġej. Kull tranżazzjoni eżaminata (fejn kien il-każ magħmula minn kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport u kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni) għandha titqies li ħolqot ammont ta’ għajnuna annwali (142), għal kull sena li fiha kienu japplikaw il-kuntratti tat-tranżazzjoni. Kull wieħed minn dawn l-ammonti huwa kkalkolat mill-parti negattiva tal-fluss inkrementali prevedibbli (dħul mingħajr il-kost) fiż-żmien meta ġiet konkluża t-tranżazzjoni, li tidher fit-tabelli 7 sa 12. Fil-fatt, dawn l-ammont jikkorrispondu għall-ammonti li suppost kellhom jitnaqqsu kull sena mill-ammont tas-servizzi ta’ promozzjoni (jew li kellhom jiżdiedu mal-imposti għall-groundhandling mitluba mingħand il-kumpaniji tal-ajru) biex il-valur nett preżenti tal-kuntratt ikun pożittiv, jiġifieri biex dan ikun konformi mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(590) |
Biex jikkunsidraw il-vantaġġ effettiv li rċeviet il-kumpanija tal-ajru u s-sussidjarji tagħha skont il-kuntratti, l-ammonti msemmija fil-premessa preċedenti jistgħu jkunu aġġustati, fuq il-bażi ta’ provi miġjuba minn Franza, skont (i) id-differenza bejn, minn naħa, il-ħlasijiet reali, kif irreġistrati ex post, li saru mill-kumpanija tal-ajru taħt l-imposta għall-inżul, l-imposta għall-passiġġieri u għas-servizzi ta’ groundhandling fuq il-bażi tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport, u min-naħa l-oħra l-flussi prevedibbli (ex ante) li jikkorrispondu għal dawn il-partiti ta’ dħul u msemmija fit-tabelli 7 sa 12, (ii) id-differenza bejn, minn naħa, il-ħlasijiet għall-promozzjoni reali, kif irreġistrati ex post, li saru lill-kumpanija tal-ajru jew lis-sussidjarji tagħha fuq il-bażi tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni u, min-naħa l-oħra, il-kostijiet tal-promozzjoni prevedibbli (ex ante) korrispondenti kif imsemmija fit-tabelli 7 sa 12 |
|
(591) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-vantaġġ effettiv riċevut mill-kumpanija tal-ajru huwa limitat għaż-żmien effettiv tal-kuntratt ikkonċernat. Fil-fatt, wara t-terminazzjoni ta’ kull kuntratt, Ryanair/AMS ma rċevewx ħlasijiet taħt dawn il-kuntratti u ma bbenefikawx mill-aċċess għall-infrastruttura tal-ajruport u għas-servizzi ta’ groundhandling skont dawn il-kuntratti. Għalhekk, l-ammonti tal-għajnuna kkalkolati kif indikat hawn fuq u marbuta ma’ kuntratt partikolari huma mnaqqsa għal żero għas-snin li fihom il-kuntratt ma baqax japplika (b’mod partikolari minħabba t-terminazzjoni antiċipata bi qbil reċiproku bejn iż-żewġ partijiet). |
|
(592) |
Għaldaqstant, l-ammonti tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata mingħand Ryanair u AMS għal ċerti kuntratti li għadhom ma skadewx għandhom jitnaqqsu għal żero għall-perjodu ta’ bejn id-data ta’ skadenza effettiva tal-kuntratt u d-data ta’ skadenza prevista meta ġie konkluż il-kuntratt. Din ir-rimarka tapplika għall-kuntratti tat-28 ta’ Jannar 2003, tat-30 ta’ Ġunju 2005 u tal-25 ta’ Settembru 2007, kif ukoll għaż-żewġ emendi għall-aħħar żewġ kuntratti. |
|
(593) |
It-tabella 16 turi l-informazzjoni dwar l-ammonti li fuqhom ġew ikkalkolati l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. Dawn l-ammonti huma magħmula minn entrati negattivi tal-flussi inkrementali (dħul mingħajr il-kost) stabbiliti skont l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, bi tnaqqis għall-kuntratti ta’ Ryanair u ta’ AMS għas-snin fejn għadhom ma skadewx (143). Tabella 16 Informazzjoni dwar l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(594) |
Kif spjegat fil-premessa 290, il-Kummissjoni tqis li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, Ryanair u AMS huma entità ekonomika waħda, u li l-kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni u l-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport konklużi fl-istess żmien għandhom jitqiesu li jiffurmaw tranżazzjoni waħda bejn din l-entità u s-CCIPB. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li Ryanair u AMS huma responsabbli b’mod konġunt għall-ħlas lura tal-għajnuna kollha riċevuta permezz tal-kuntratti konklużi mill-2005 sal-2010, għal ammont indikattiv ta’ EUR [1 5 00 000- 2 1 99 999] f’kapital. Iżda Ryanair biss għandha tagħti lura l-għajnuna inerenti għall-kuntratt tat-28 ta’ Jannar 2003, ta’ ammont indikattiv ta’ EUR [3 00 000-5 99 999] f’kapital, peress li dan il-kuntratt uniku kien konkluż direttament bejn is-CCIPB u Ryanair, mingħajr l-intervent ta’ AMS f’din it-tranżazzjoni. |
|
(595) |
L-għajnuna effettivament imħallsa mill-2006 sal-2009 skont il-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport u ta’ promozzjoni konkluż fis-26 ta’ Jannar 2006 bejn is-CCIPB u Transavia hija ta’ ammont indikattiv ta’ EUR [3 00 000-5 99 999]. |
|
(596) |
L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jirkupraw l-ammonti msemmija hawn fuq fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni. |
|
(597) |
L-awtoritajiet Franċiżi għandhom ukoll iżidu mal-ammont tal-għajnuna l-imgħaxijiet tal-irkupru, ikkalkolati mid-data li fiha l-għajnuna inkwistjoni tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-impriża, jiġifieri f’kull data effettiva ta’ ħlas tal-għajnuna sal-irkupru effettiv (144), skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 tal-Kummissjoni (145). Billi f’dan il-każ, il-flussi li jiffurmaw l-għajnuna huma kkumplikati u jseħħu f’diversi dati matul is-sena, u saħansitra kontinwament għal ċerti kategoriji ta’ dħul, il-Kummissjoni temmen li huwa aċċettabbli għall-kalkolu tal-imgħaxijiet tal-irkupru li tqis li ż-żmien tal-ħlas tal-għajnuna kkonċernata kien l-aħħar tas-sena, jiġifieri il-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kkonċernata. |
|
(598) |
Skont il-ġurisprudenza, meta Stat Membru jiltaqa’ ma’ diffikultajiet imprevedibbli jew ma’ ċirkostanzi li ma kinux ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni, dawn il-problemi, kif ukoll il-proposti għal emendi xierqa, jistgħu jiġu mgħarrfa lill-Kummissjoni, sabiex din tivvalutahom. F’dan il-każ, il-Kummissjoni u l-Istat Membri għandhom jikkooperaw in bona fede sabiex isibu soluzzjoni għal dawn id-diffikultajiet, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet (146) tat-TFUE. |
|
(599) |
Il-Kummissjoni tistieden lil Franza tressaq kwalunkwe problema li tista’ tiltaqa’ magħha biex timplimenta din id-deċiżjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-għajnuna mogħtija illegalment minn Franza lil Ryanair bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fil-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport u ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż fit-28 ta’ Jannar 2003 mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Ryanair rigward ir-rotta Pau–Stansted Londra hija inkompatibbli mas-suq intern.
2. Il-miżuri li ġejjin, li jinvolvu għajnuna mill-Istat, ingħataw illegalment u b’mod konġunt minn Franza lil Ryanair u lil Airport Marketing Services bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u huma inkompatibbli mas-suq intern:
|
(a) |
il-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport konkluż fit-30 ta’ Ġunju 2005 mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Ryanair u l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż fl-istess jum mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Airport Marketing Services, dwar ir-rotta Pau–Londra Stansted; |
|
(b) |
l-emenda tas-16 ta’ Ġunju 2009 għall-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż fit-30 ta’ Ġunju 2005 mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Airport Marketing Services, dwar ir-rotta Pau–Londra Stansted; |
|
(c) |
l-ittra tal-25 ta’ Settembru 2007 tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn lil Ryanair li testendi għar-rotta Pau–Charleroi il-patti tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport konkluż fit-30 ta’ Ġunju 2005 mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Airport Marketing Services, u l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż fl-istess jum mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Airport Marketing Services; |
|
(d) |
l-emenda tas-16 ta’ Ġunju 2009 għall-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż fil-25 ta’ Settembru 2007 mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Airport Marketing Services; |
|
(e) |
l-ittra tas-17 ta’ Marzu 2008 tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn lil Ryanair li testendi għar-rotta Pau–Bristol il-patti tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport konkluż fit-30 ta’ Ġunju 2005 mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Ryanair, u l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż fil-31 ta’ Marzu 2008 mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Airport Marketing Services dwar din l-istess rotta; |
|
(f) |
l-ittra tas-16 ta’ Ġunju 2009 tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn lil Ryanair li testendi għar-rotta Pau–Bristol il-patti tal-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport konkluż fit-30 ta’ Ġunju 2005 mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Ryanair, u l-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż fl-istess jum mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Airport Marketing Services dwar din l-istess rotta; |
|
(g) |
il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni konkluż fit-28 ta’ Jannar 2010 mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Airport Marketing Services dwar ir-rotot ta’ Pau-Londra, Pau-Charleroi u Pau-Beauvais, u l-kuntratt “impliċitu” ta’ servizzi fl-ajruport identifikat (147). |
3. L-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment minn Franza lil Transavia, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont il-kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport u ta’ promozzjoni konkluż fit-23 ta’ Jannar 2006 mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Transavia hija inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
1. Is-sussidji għat-tagħmir tal-2004 u tal-2009 implimentati minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn, għall-ammont ta’ EUR 5,8 miljun huma għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u ngħataw minn Franza bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
2. L-għajnuna msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu hija għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern b’konformità mal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
1. Franza hija meħtieġa tiġbor lura l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mill-benefiċjarji.
2. L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu imgħaxijiet mid-data li fiha ġew magħmula disponibbli għall-benefiċjarji, sal-irkupru effettiv tagħhom.
3. L-imgħaxijiet għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (148) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.
4. Franza għandha tikkanċella l-ħlasijiet pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.
Artikolu 4
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.
2. Franza għandha tara li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 5
1. Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-deċiżjoni, Franza għandha tippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
(a) |
l-ammonti tal-għajnuna li għandhom jiġu rkuprati skont l-Artikolu 3; |
|
(b) |
il-kalkolu tal-imgħaxijiet tal-irkupru; |
|
(c) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex ikun konformi ma’ din id-deċiżjoni; |
|
(d) |
id-dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jħallsu lura l-għajnuna. |
2. Franza għandha żżomm lill-Kummissjoni informata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li jittieħdu sabiex tiġi implimentata din id-deċiżjoni sal-irkupru sħiħ tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Hija għandha tibgħat minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, kwalunkwe informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu u dawk ippjanati biex tikkonforma ma’ din id-deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħaxijiet diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.
Artikolu 6
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Franza.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru rispettivament l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Sostanzjalment, iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE rispettivament, fejn dan ikun meħtieġ. It-TFUE daħħal ukoll ċerti emendi fit-terminoloġija, bħal pereżempju s-sostituzzjoni ta’ “Komunità” b’“Unjoni”, ta’ “suq komuni” b’“suq intern” u ta’ “Qorti tal-Prim’Istanza” b’“Qorti Ġenerali”. F’din id-Deċiżjoni tintuża t-terminoloġija tat-TFUE.
(2) ĠU C 41, 15.2.2008, p. 11 u ĠU C 96, 31.3.2012, p. 22.
(3) ĠU C 41, 15.2.2008, p. 11.
(4) Fl-14 ta’ April 2008, il-Kummissjoni talbet verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħha lis-CCIPB. Fis-16 ta’ April 2008, is-CCIPB ikkonfermat li l-kummenti tagħha ma kienx fihom dejta kunfidenzjali li ma tistax tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet Franċiżi.
(5) Fl-10 ta’ April 2008, il-Kummissjoni talbet verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħha lill-kumpanija AMS. Fid-19 ta’ Mejju 2008, il-kumpanija AMS bagħtet lill-Kummssjoni l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħha.
(6) Permezz tal-ittra tat-13 ta’ Marzu 2008, Air France talbet estensjoni tal-iskadenza għall-bgħit tal-kummenti dwar id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2007, skadenza li l-Kummissjoni approvat fis-17 ta’ Marzu 2008.
(7) ĠU C 96, 31.3.2012, p. 22.
(8) Fl-14 ta’ Mejju 2012, is-CCIPB ikkonfermat li dawn il-kummenti ma kinux jinkludu dejta kunfidenzjali li ma tistax tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet Franċiżi.
(9) Fl-1 ta’ Mejju 2012, il-kumpanija AMS bagħtet lill-Kummissjoni l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħha.
(10) Ryanair ikkonfermat li dawn il-kummenti ma kienx fihom dejta kunfidenzjali.
(12) ĠU C 113, 15.4.2014, p. 30.
(13) B’din l-ittra, Franza bagħtet ukoll nota tas-CCIPB, filwaqt li indikat li l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux jaqblu mal-evalwazzjoni li kien fiha. Fi kwalunkwe każ, din in-nota essenzjalment ittenni kummenti li diġà kienu ntbagħtu mis-CCIPB direttament lill-Kummissjoni.
(14) http://www.ryanair.com
(15) Fir-rapport tiegħu, il-konsulent eżamina d-diversi kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni konlużi bejn is-CCIPB u Ryanair u AMS u l-kuntratt konkluż ma’ Transavia matul il-perjodu ta’ bejn l-2002 u l-2008, il-kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport konklużi bejn l-2002 u l-2005, ir-riżultati finanzjarji tal-ajruport bejn l-2002 u l-2007 u l-impatt tar-rotta Pau-Londra Stansted operata minn Ryanair fuq il-kontijiet tal-ajruport bejn l-2003 u l-2008. Għaldaqstant, dan ir-rapport għandu ambitu usa’ minn dak tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali
(16) Il-Qorti Amministrattiva ta’ Pau, it-3 ta’ Mejju 2005, Air Méditerranée. Is-sentenza tal-Qorti Amministrattiva ta’ Pau hija r-riżultat ta’ lment imressaq f’Settembru 2003 minn Air Méditerranée, kumpanija tal-ajru charter li topera fuq l-ajruport ta’ Tarbes, qrib dak ta’ Pau. Air Méditerranée ħassitha aggravata għaliex hija nnutat kompetizzjoni żleali kontra r-rotot tagħha bejn Londra u l-Lbiċ ta’ Franza.
(17) Dawn il-kuntratti kienu diġà koperti mid-deċiżjoni tal-ftuħ, ara s-sezzjoni 3.1
(18) ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1
(1) Għall-2011, fin-nuqqas ta’ tqassim preċiż bejn id-diversi rotot, il-Kummissjoni qassmet l-ammont totali bejn id-diversi rotot bl-istess proporzjonijiet osservati għas-sena 2010.
(2) Servizz ta’ Sigurtà u ta’ Tifi tan-Nar tal-Ajruplani (Service de Sécurité et de Lutte contre l’Incendie des Aéronefs – SSLIA)
(3) EUR 4 50 000 minnhom għall-estensjoni tal-parkeġġ.
(19) Is-Sentenza tal-Kunsill tal-Istat tal-20 ta’ Mejju 1998 “ Syndicat des Compagnies aériennes autonomes” (“ SCARA” ) (Unjoni tal-Linji tal-Ajru Awtonomi).
(20) Issa kkodifikata fl-Artikolu 1609w tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa.
(21) Il-periklu mill-annimali jinkludi fost l-oħrajn il-periklu mit-tjur, li jirriżulta meta l-għasafar jaħbtu mal-ajruplani b’mod li jistgħu jkunu ta’ theddida għas-sikurezza tal-persuni u tal-oġġetti abbord l-ajruplani.
(22) It-twettiq ta’ din il-missjoni jista’ pereżempju jinkludi t-tqegħid u ż-żamma ta’ barrikati li jisseparaw iż-żona pubblika miż-żona riservata jew inkella l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ sorveljanza bil-vidjow qrib iż-żona riservata.
(23) Din il-missjoni tinkludi fost l-oħrajn il-kejl tal-ħoss, jekk ikun meħtieġ korrelatati mat-trajjettorji tal-ajruplani, kif ukoll kontrolli tal-kwalità tal-arja u tal-ilma fl-ambjent tal-ajruporti.
(24) L-ispejjeż ġenerali huma l-aktar marbuta mal-funzjonijiet ta’ appoġġ bħall-ġestjoni tar-riżorsi umani, il-kwistjonijiet finanzjarji, il-kontroll finanzjarju, ix-xiri, is-sistemi kompjuterizzati mhux dedikati, id-dipartiment legali, is-servizzi ġenerali, il-ġestjoni eżekuttiva, il-funzjonijiet tal-kontabilità u l-kontroll tal-ġestjoni.
(25) Bl-eċċezzjoni ta’ ċerti kuntratti d-data tal-bidu effettiv tal-attivitajiet koperti mill-kuntratt mhijiex id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt. Ara l-premessa 395.
(26) Fil-kumplament ta’ din id-deċiżjoni, it-terminu “kumpaniji tal-ajru” ser jirreferi għall-kumpaniji tal-ajru u s-sussidjarji tagħhom, u għaldaqstant ser jinkludi b’mod partikolari lil AMS.
(27) L-AEA tirreferi b’mod partikolari għas-sentenza tal-Kunsill tal-Istat tas-27 ta’ Frar 2006, Compagnie Ryanair Limited (Nru 264406).
(28) L-Artikolu 3 tal-kuntratt tas-servizzi fl-ajruport tal-2005 jgħid: “Nonesklussività. Dan il-Kuntratt mhuwiex esklussiv. Il-kundizzjonijiet li minnhom tgawdi Ryanair skont dan il-Kuntratt ikunu applikati wkoll għal kwalunkwe kumpanija tal-ajru li magħha l-Ajruport Pau-Pyrénées jiddeċiedi li jiftaħ rotta internazzjonali ġdida bi prezz baxx. It-tali kundizzjonijiet għandhom ivarjaw skont il-karatteristiċi tal-linji internazzjonali maħluqa ġodda u b’mod partikolari: il-frekwenza tat-titjiriet, l-għadd ta’ passiġġieri trasportati, il-kundizzjonijiet tat-tariffi tat-titjiriet.”
(29) Id-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-punt 43.
(30) Id-Deċiżjoni 2005/842/KE tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE rigward għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).
(31) Id-Deċiżjoni tal-estensjoni tal-proċedura, il-premessa 38.
(32) Oxera, “ Are prices set by AMS in line with the market rate?” (Il-prezzijiet stabbiliti minn AMS huma konformi mar-rata tas-suq?), miktub għal Ryanair, fl-20 ta’ Diċembru 2013.
(33) Oxera, “ How should AMS agreements be treated within the profitability analysis as part of the market economy operator test?” (Kif għandhom ikunu ttrattati l-ftehimiet ta’ AMS fl-analiżi tal-profittabbiltà bħala parti mit-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq?) miktub għal Ryanair, fis-17 ta’ Jannar 2014.
(34) Ara pereżempju s-sentenza tal-21 ta’ Marzu 1991 fil-Każ C-303/88, l-Italja v il-Kummissjoni, Ġabra. p. I-1433, il-punt 11, u s-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 1996 fil-Każ T-358/94, il-Kumpanija Nazzjonali Air France v il-Kummissjoni, il-punti 58 sa 61.
(35) Ara dwar dan id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2004 fil-Każ C 25/2004 – il-Ġermanja – DVB-T in Berlin-Brandenburg, il-premessa 20.
(36) Ara s-sentenza tas-16 ta’ Mejju 2002 fil-Każ Franza v il-Kummissjoni, (C-482/99, Ġabra. p. I-4397), il-punt 52.
(37) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/52/KEE tas-26 ta’ Lulju 2000 li temenda d-Direttiva 80/723/KEE dwar it-trasparenza fir-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u impriżi pubbliċi (ĠU L 193, 29.7.2000, p. 75).
(38) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2006 fil-Każ N 563/05 – Franza – Għajnuna lill-kumpanija Ryanair għar-rotta tal-ajru li sservi lil Toulon u Londra, il-premessa 16.
(39) Barra minn hekk il-Kummissjoni tenfasizza li mhemmx għalfejn tagħmel distinzjoni bejn is-CCIPB u s-servizz speċifiku tas-CCIPB li huwa ddedikat għall-ġestjoni tal-ajruport għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, peress li s-servizz li jmexxi l-ajruport ta’ Pau ma għandux personalità ġuridika proprja, separata minn dik tas-CCIPB, u huwa biss struttura tas-servizzi interni tas-CCIPB mingħajr ebda awtonomija deċiżjonali ħlief għal dak li jirrigwarda l-ġestjoni ta’ kuljum tal-ajruport. B’hekk, id-diversi kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport u ta’ promozzjoni koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali ġew iffirmati mill-President tas-CCIPB wara l-awtorizzazzjoni tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIPB. Barra minn hekk, la Franza u lanqas il-partijiet terzi ma sostnew li l-miżuri koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali kellhom jiġu attribwiti għal dan is-servizz biss.
(40) Ara b’mod partikolari s-sentenza tad-29 ta’ April 1999 fil-Każ C-342/96, Spanja v il-Kummissjoni, Ġabra 1999, I-2459, il-punt 41.
(41) Din il-mistoqsija la tapplika għall-kuntratt konkluż fit-23 ta’ Jannar 2006 bejn is-CCIPB u Transavia, li jittratta kemm is-servizzi fl-ajruport kif ukoll is-servizzi ta’ promozzjoni, u lanqas għall-kuntratt konkluż fit-28 ta’ Jannar 2003 bejn is-CCIPB u Ryanair li anki huwa jinkludi dispożizzjonijiet dwar is-servizzi fl-ajruport u s-servizzi ta’ promozzjoni.
(42) Dawn it-tip ta’ ittri jistgħu jitqabblu ma’ kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport, peress li jiddeterminaw il-metodi tal-iffissar tal-imposti tal-avjazzjoni u tas-servizzi ta’ groundhandling. Aktar ‘il quddiem ser ikun inkluż fost l-atti indikati bl-isem ta’ “kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport”.
(43) Skont dan il-kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni, Ryanair intrabtet li topera dawn it-tliet rotot f’kundizzjonijiet speċifikati f’dan l-istess kuntratt.
(44) Ara r-rapport tal-Kamra Reġjonali tal-Kontijiet ta’ Aquitaine dwar is-CCIPB imsemmi fil-premessa 72 li jikkonkludi fost l-oħrajn li “ il-kumpanija AMS hija biss fergħa ta’ Ryanair, immexxija minn żewġ uffiċjali għolja tal-kumpanija Ryanair” .
(45) Traduzzjoni mhux uffiċjali tat-test oriġinali bl-Ingliż: “ This Agreement is rooted in Ryanair’s commitment to operate on a route between PAU and BRISTOL with a weekly service (3 frequencies per week), from 16th May 2008 to September 13th May 2008 subject to force Majeure, for one year of operation. CCIPB, therefore, has the potential to advertise the business and tourist attractions of the PAU BEARN and its region to large numbers of tourists and business travellers accessing www.ryanair.com, and to attract an increased number of ENGLISH-originating passengers with high spending ability to Pau BEARN”.
(46) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 45.
(47) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 45.
(48) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 45.
(49) Ħlief għar-reklam f’Air & Cosmos li ma kellux suċċess, ara l-premessa 132.
(50) Ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tat-13 ta’ Lulju 2007.
(51) Ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tat-30 ta’ Mejju 2011.
(52) Ir-rapport isemmi li: “… dan il-ftehim ta’ provvediment ta’ servizzi fir-realtà huwa għajnuna finanzjarja lil Ryanair u hija illegali għaliex din l-għajnuna ma ġietx innotifikata minn qabel lill-Kummissjoni” u li “is-CCI (…) irrikorriet, biex tevita l-effetti tad-deċiżjoni tal-Qorti Amministrattiva (li kkonkludiet li l-ftehim tal-2003 ma’ Ryanair kien jinkludi għajnuna illegali mill-Istat), għal struttura legali ġdida”.
(53) Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe għan ta’ politika pubblika ta’ żvilupp ekonomiku lokali li s-CCIPB setgħet issegwi meta kkonkludiet il-kuntratti inkwistjoni.
(54) Ara pereżempju s-sentenza tat-28 ta’ Jannar 1999 fil-Każ T-14/96 BAI v il-Kummissjoni, Ġabra 1999, p. II-139, il-punti 75-76, u tal-5 ta’ Awwissu 2003 fil-Każijiet konġunti T-116/01 u T-118/01 P & O European Ferries (Vizcaya), SA u Diputación Foral de Vizcaya v il-Kummissjoni, Ġabra 2003, p. II-2957, il-punt 117.
(55) Din id-dikjarazzjoni tikkonferma wkoll li s-servizzi ta’ promozzjoni inkwistjoni ġew akkwistati fir-realtà mis-CCIPB l-ewwel nett fil-kwalità tagħha bħala operatur tal-ajruport, u mhux bħala awtorità pubblika inkarigata mill-iżvilupp ekonomiku reġjonali.
(56) Ara l-premessa 132.
(57) Kuntratt ta’ servizzi ta’ promozzjoni partikolari għandu jkun analizzat flimkien ma’ kuntratt ta’ servizzi fl-ajruport korrispondenti daqs li kieku jifforma miegħu tranżazzjoni waħda. Għall-kuntrarju, hemm daqstant tranżazzjonijiet separati daqs kemm hemm “pari” ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ promozzjoni u kuntratti ta’ servizzi fl-ajruport.
(58) Ir-rata ta’ mili jew il-fattur tat-tagħbija huwa definit bħala l-proporzjon ta’ postijiet mimlija fl-ajruplani użati fuq ir-rotta tal-ajru inkwistjoni.
(59) Ara s-sezzjoni 6.2.2.7.
(60) Traduzzjoni mhux uffiċjali tat-test oriġinali bl-Ingliż: “… future incremental profits beyond the scheduled expiry of the Airport Service Agreement are inherently uncertain”.
(61) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 45.
(62) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 45.
(63) Ara l-premessi 356 u 357.
(64) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 45.
(65) Studju tal-31 ta’ Jannar 2014, nota ta’ qiegħ il-paġna 17, traduzzjoni mhux uffiċjali tat-test oriġinali bl-Ingliż: “ […] no terminal value can be calculated if incremental profits net of AMS payments are negative in the last year of the period under consideration.” .
(66) Il-Linji Gwida l-ġodda, il-punt 53.
(67) Il-Linji Gwida l-ġodda, il-punt 66.
(68) Il-Linji Gwida l-ġodda, il-punti 59 u 61.
(69) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Jannar 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat C 12/08 – Slovakkja – Ftehim bejn l-ajruport ta’ Bratislava u Ryanair, ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24, il-premessi 88 u 89.
(70) Il-Linji Gwida l-ġodda, il-punt 60.
(71) Fi kliem ieħor, jekk ir-redditu inkrementali mistenni ta’ din it-tranżazzjoni huwa pożittiv.
(72) Il-Linji Gwida l-ġodda, il-punt 62.
(73) Dwar dan Franza indikat li: “Is-CCIPB, li waħda mill-missjonijiet tagħha hija l-iżvilupp ekonomiku tat-territorju tagħha, assumiet direttament fuq il-baġit proprju u mhux fuq dak tal-ajruport, id-dispożizzjonijiet finanzjarji previsti mill-kuntratt iffirmat fit-30 ta’ Ġunju 2005 ma’ AMS għar-rotta Pau–Londra”.
(74) Ara pereżempju s-sentenza tad-19 ta’ Ottubru 2005 fil-Każ T-318/00 Freistaat Thüringen v il-Kummissjoni, Ġabra 2005, p. II-4179, il-punt 125, u s-sentenza fil-Każ C-124/10 P, EDF v il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2012:318, il-punti 85, 104 u 105.
(75) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-21 ta’ Jannar 1999, Neue Maxhütte Stahlwerke u Lech-Stahlwerke v il-Kummissjoni (T-129/95, T-2/96 u T-97/96, Ġabra 1999, p. II-17), il-punt 120.
(76) Ara t-tabella 6.
(77) Il-kuntratt tal-2003 isemmi żewġ mudelli ta’ ajruplani li jistgħu jintużaw minn Ryanair, il-Boeing 737-200 u l-Boeing 737-800. Fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni għażlet ipoteżi favorevoli f’dak li jirrigwarda t-traffiku ta’ Ryanair, billi bbażat fuq l-ajruplan bl-akbar kapaċità (il-Boeing 737-800).
(78) Ara http://corporate.ryanair.com/investors/traffic-figures/
(79) Wieħed mill-objettivi tal-BĊE huwa li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet, u l-inflazzjoni annwali “taħt, iżda qrib, it-2 %, fuq żmien medju”: Traduzzjoni mhux uffiċjali tat-test oriġinali bl-Ingliż: “In the pursuit of price stability, the ECB aims at maintaining inflation rates below, but close to, 2 % over the medium term.” Ara: http://www.ecb.europa.eu/mopo/intro/html/index.en.html
(80) Il-Kummissjoni tinnota li t-traffiku ta’ Air France fl-ajruport ta’ Pau huwa ddominat mill-vjaġġaturi fuq xogħol, filwaqt li t-traffiku ta’ Ryanair u Transavia huwa essenzjalment traffiku ta’ btala. Id-dħul mhux mill-avjazzjoni ġġenerat minn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ vjaġġaturi jista’, imnaqqas għan-numru ta’ passiġġieri, ikun differenti, pereżempju minħabba d-differenzi eventwali fil-kapaċità tal-akkwist. Madankollu, diffiċli wieħed jivvaluta dawn id-differenzi, l-aktar meta fatturi oħrajn minbarra l-kapaċità tal-akkwist jista’ jkollhom impatt. Pereżempju, dawk li jivvjaġġaw fuq xogħol ġeneralment huma konxji ħafna mill-ħin u aktarx li jippruvaw inaqqsu l-ħin kemm idumu fl-ajruport, li jista’ jnaqqas l-infiq tagħhom. Barra minn hekk, peress li d-dħul mhux mill-avjazzjoni tal-operatur tal-ajruport ma jgħaddix mill-kumpaniji tal-ajru, huwa diffiċli, għal operatur tal-ajruport, li jivvaluta b’kemm l-ammont medju tad-dħul mhux mill-avjazzjoni għal kull passiġġier jista’ jvarja minn kumpanija tal-ajru għal oħra. Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, aktarx li operatur f’ekonomija tas-suq li jmexxi l-ajruport ta’ Pau minflok is-CCIPB kien jibbaża ruħu, fil-valutazzjoni tiegħu tad-dħul inkrementali mhux mill-avjazzjoni, fuq id-dħul mhux mill-avjazzjoni fuq kull passiġġier irreġistrat matul is-snin preċedenti għat-traffiku kollu tal-ajruport, mingħajr ma jipprova jintegra l-fatt li dan l-ammont għal kull passiġġier jista’ eventwalment ivarja minn kumpanija tal-ajru għal oħra.
(81) Operatur f’ekonomija tas-suq kien jagħżel il-perjodu inkwistjoni waqt li jikkunsidra diversi fatturi: l-effett ta’ twittija li jippermetti perjodu relattivament twil, u l-iżvantaġġi ta’ perjodu pjuttost twil, bħall-bidliet possibbli tal-preferenzi u l-metodi ta’ nfiq tal-passiġġieri matul perjodu twil. B’hekk, l-użu tal-medja tad-dħul mhux mill-avjazzjoni għal kull passiġġier ta’ sena waħda jagħmel l-ammont miksub dipendenti wisq miċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dik is-sena, u dan jiġġustifika l-għażla ta’ perjodu itwal. Iżda perjodu ta’ ħames snin huwa twil wisq għaliex jista’ jiġri li l-imġiba tal-passiġġieri f’dak li jirrigwarda l-infiq mhux mill-avjazzjoni tinbidel b’mod sostanzjali matul perjodu bħal dan. Għaldaqstant, perjodu ta’ tliet snin jidher għażla raġonevoli.
(82) Ara l-premessa 410.
(83) L-elementi (inkrementali fil-ftuħ tar-rotta l-ġdida Amsterdam-Pau) inklużi f’din iċ-ċifra huma spjegati fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju: “ L-impatt fuq il-Ħaddiema u l-Kost: din il-linja ġdida ser tiġġenera xogħol addizzjonali marġinali f’ċerti servizzi: kontabilità (l-ipproċessar tal-fatturi), operat (l-allokazzjoni ta’ riżorsi tal-ajruport), akkomodazzjoni (prenotazzjoni tas-servizzi għat-turisti u informazzjoni) u sigurtà (skrinjar); is-servizzi l-oħrajn mhux ser ikunu affettwati: ġestjoni, ambjent, kwalità, manutenzjoni, żvilupp, sikurezza. Il-kostijiet ta’ assistenza biss sejrin ikunu affettwati: Fuq medja ta’ 7 snin, il-kost tal-persunal u l-kost stmat għal kull persuna huwa ta’EUR […]”. Dan l-ammont għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport ġie diviż bi 2 biex jintlaħaq l-ammont totali ta’ EUR […] għal kull passiġġier.
(84) Ara l-premessa 410.
(85) Il-Kummissjoni tinnota l-kumment tas-CCIPB fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju: “ F’termini mhux kumulattivi meta n-nefqa tal-promozzjoni tonqos b’mod sinifikanti fl-2009 (ir-4 sena) ir-riżultat annwali huwa pożittiv” . Dan huwa spjegat mill-fatt li skont il-kuntratt, il-ħlasijiet għall-promozzjoni kienu jammontaw għal EUR […] għal kull passiġġier (b’limitu annwali ta’ EUR […]) matul it-tielet sena, u kellhom jitnaqqsu matul ir-raba’ sena għal EUR […] għal kull passiġġier, (EUR […] għall-ħames sena, u EUR […] għas-sitt u s-seba’ sena). Ara l-premessa 84.
(86) Operatur raġonevoli u prudenti f’ekonomija tas-suq jista’ jikkunsidra wkoll il-probabbiltà ta’ terminazzjoni qabel l-iskadenza tal-kuntratt. Il-probabbiltà ta’ xenarju bħal dan tiddependi mid-dettalji tal-klawżoli ta’ terminazzjoni tal-kuntratt.
(87) Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 1998, Het Vlaamse Gewest (Reġjun Fjamming) v il-Kummissjoni, (T-214/95, Ġabra 1998, p. II-717).
(88) Ir-Regolament (KEE) Nru 2407/92 tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1992, dwar liċenzjar ta’ air carriers (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1), ir-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8), ir-Regolament (KEE) Nru 2409/92 tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1992, dwar nollijiet u rati għal servizzi tal-ajru (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15).
(89) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ April 1993, l-Italja v il-Kummissjoni (C-364/90, Ġabra 1993, p. I-02097), il-punt 20.
(90) Il-Linji Gwida l-ġodda, il-punt 174.
(91) Il-punt 85 tal-Linji Gwida tal-2005.
(92) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna nru18.
(93) Il-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5).
(94) Ara d-Deċiżjoni NN 109/98 tal-14 ta’ Ġunju 1999 intitolata “Ir-Renju Unit, Manchester Airport” .
(95) Id-Deċiżjoni 2004/393/KE “Il-vantaġġi mogħtija mir-Reġjun tal-Vallonja u Brussels South Charleroi Airport lill-kumpanija tal-ajru Ryanair meta stabbiliet ruħha f’Charleroi”. ĠU L 137, 30.4.2004 p. 280. Din id-deċiżjoni ġiet annullata bis-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2008 fil-Każ T-196/04, Ryanair Ltd v il-Kummissjoni (is-sentenza “Charleroi”), Ġabra 2008, p. II-3643, iżda xorta waħda tixhed l-evoluzzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna inkwistjoni.
(96) Ara l-punti 283-297.
(97) Ara l-punti 288-309.
(98) Ara l-punti 311-317.
(99) Ara l-punti 318-325.
(100) Ara l-punti 71-75, u l-punti 79 (b) u (c) tal-Linji Gwida tal-2005, u l-punti 139, 140, 141, 151 tal-Linji Gwida l-ġodda.
(101) Ara l-punti 79 (b), (d) u (i) tal-Linji Gwida tal-2005, u l-punt 147 tal-Linji Gwida l-ġodda.
(102) Ara l-punti 79 (g), (h) u 80 tal-Linji Gwida tal-2005, u l-punti 150, 152 u 153 tal-Linji Gwida l-ġodda.
(103) Il-Linji Gwida ġodda, il-punt 147.
(104) Ara l-premessa 132.
(105) Ara t-tabella 3.
(106) Punti 28 u 29
(107) Punti 34 u 35
(108) Ara l-linja ta’ qabel tal-aħħar fit-tabella 3.
(109) Ara l-ewwel u t-tieni linja tat-tabella 3.
(110) Il-punt 35.
(111) Il-punti 36 u 37.
(112) L-iskrining tal-bagalji fl-istiva, l-iskrining tal-passiġġieri u tal-bagalji fil-kabina u l-kontroll tal-aċċess komuni għaż-żona riservata jaqgħu taħt din il-kategorija.
(113) Il-kontroll awtomatizzat fil-fruntieri permezz tal-identifikazzjoni bijometrika jaqa’ taħt din il-kategorija.
(114) Kif indikat fil-premessa 493, dawn it-tliet kategoriji huma espliċitament imsemmija fil-Linji Gwida l-ġodda bħala eżempji ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi.
(115) Il-prevenzjoni tal-periklu mill-annimali taqa’ taħt din il-kategorija.
(116) Il-miżuri ta’ kontroll ambjentali jaqgħu taħt din il-kategorija.
(117) Is-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2011 fil-Każijiet konġunti T-267/08 u T-279/08, ir-Reġjun Nord-Pas-de-Calais, Ġabra 2011, p. II-01999, il-punt 108.
(118) Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Marzu 2002 fil-Każijiet konġunti T-127/99, T-129/99, T-140/99, Ġabra 2002, p. II-1330, il-punt 142.
(119) F’dak li jirrigwarda l-kwalifika tar-riżorsi tal-FEŻR bħala għajnuna mill-Istat, ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 514/06 South Yorkshire digital region broadband project, il-premessa 29 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 44/10, Development of infrastructure on Krievu Sala for relocation of port activities out of the city center, il-premessi 69 sa 70.
(120) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 1990, Franza v il-Kummissjoni (C-301/87, Ġabra 1990, p. I-307), il-punt 41.
(121) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark (“Altmark”) (C-280/00, Ġabra 2003, p. I-7747)
(122) Il-punt 13(1)
(123) Il-punt 13(3)
(124) Il-punt 72
(125) ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4, il-punt 52.
(126) Ara l-premessa 27.
(127) Ara s-sentenza Altmark, imsemmija qabel fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 121, il-punt 90.
(128) Is-sentenza “Stardust Marine” tas-16 ta’ Mejju 2002, imsemmija qabel fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, il-punt 69.
(129) Ir-raba’ emenda tispeċifika l-iskema tal-“proprjetà ta’ ritorn” tal-konċessjoni, li tinkludi l-beni mobbli u immobbli kollha magħmula disponibbli għall-konċessjonarju mill-awtorità konċedenti. Il-proprjetà ta’ ritorn tinkludi l-artijiet, l-istrutturi, il-bini, l-installazzjonijiet, in-netwerks u x-xogħlijiet intellettwali meħtieġa għall-operat tal-ajruport, imġedda jew stabbiliti mill-konċessjonarju tul id-delega, kif ukoll il-proprjetà mobbli meħtieġa għall-operat tal-ajruport, imġedda jew stabbilita mill-konċessjonarju tul id-delega. Skont ir-raba’ emenda, dawn l-assi għandhom jiġu lura bilfors u bla ħlas għand l-awtorità konċedenti, f’kundizzjoni perfetta meta jiskadi l-kuntratt ta’ konċessjoni. Ir-raba’ emenda tispeċifika wkoll li fi tmiem il-konċessjoni, l-awtorità konċedanti tassumi l-pagamenti tal-imgħaxijiet u tal-amortizzament tas-self ikkuntrattat b’mod regolari mill-konċessjonarju sabiex jipprovdi t-tagħmir għall-konċessjoni, u tħallas lura lill-konċessjonarju l-ħlasijiet bil-quddiem li dan seta’ għamel fuq ir-riżorsi proprji jew il-valur mhux amortizzat tal-installazzjonijiet li jkun għamel permezz tar-riżorsi proprji, jekk dan ir-rimborż ma setax isir bl-imputazzjoni fuq il-kapital operatorju tal-ajruport. Dawn id-dispożizzjonijiet finanzjarji, applikabbli fi tmiem il-konċessjoni, ma jitfgħux dubju fuq il-fatt li l-piż tal-investimenti meħtieġa għall-funzjonament tal-ajruport irid jinġarr mill-konċessjonarju meta jsiru dawn l-investimenti.
(130) Il-Linji Gwida l-ġodda, il-punt 43.
(131) Il-Linji Gwida l-ġodda, il-punt 173.
(132) Il-punt 61.
(133) Inqas minn 10 % tal-kostijiet tal-investiment totali (ara t-tabella 4, ibid n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1).
(134) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.38168, Croatia – Dubrovnik Airport Development, il-punti 10 u 28.
(135) Skont is-sit tal-Internet tal-ajruport: “B’medja ta’ 4 00 000 sa 4 50 000 passiġġier fis-sena, huwa t-tieni l-akbar ajruport tar-reġjun Midi-Pyrénées. Huwa kkaratterizzat minn attività dominanti tat-traffiku charter dovut għall-prossimità immedjata tiegħu għall-Belt Marjana ta’ Lourdes. Aktar minn 80 destinazzjoni fl-Ewropa u fid-dinja kollha huma servuti kull sena minn madwar 50 kumpanija tal-ajru differenti.” Ara: http://www.tlp.aeroport.fr/gp/Presentation/297.
(136) Ara l-premessa 536.
(137) Ara l-premessi 489 u 490.
(138) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 1973, il-Kummissjoni v il-Ġermanja (C-70/72, Ġabra 1973, p. 00813), il-punt 13.
(139) Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(140) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Settembru 1994, Spanja v il-Kummissjoni (C-278/92, C - 279/92 u C-280/92, Ġabra 1994 p. I-4103) il-punt 75.
(141) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 1999, il-Belġju v il-Kummissjoni (C-75/97, Ġabra 1999, p. I-03671), il-punti 64-65).
(142) Kif spjegat fl-analiżi tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku fid-diversi kuntratti, l-għajnuna tirriżulta minn flussi bidirezzjonali bejn is-CCIPB u Ryanair jew Ryanair/AMS. Dawn il-flussi għandhom frekwenzi differenti, u fil-każ ta’ xi wħud, huma flussi kontinwi jew għandhom frekwenzi ta’ ħlas li ma jistgħux ikunu previsti b’mod preċiż meta jiġu konklużi l-kuntratti. Dan huwa l-każ tal-ħlas tal-imposti tal-avjazzjoni. Madankollu, biex wieħed janalizza l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku, huma l-flussi inkrementali prevedibbli li jgħoddu. Jirriżulta mill-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Transavia u mill-proposti ta’ rikostruzzjoni tal-pjanijiet tan-negozju inkrementali kkomunikati minn Franza li l-prattika ta’ operatur raġonevoli f’ekonomija tas-suq kienet tikkonsisti, f’dan il-każ li jistabbilixxi l-flussi inkrementali prevedibbli marbuta mad-diversi kuntratti fuq bażi annwali. Għaldaqstant huwa loġiku li l-ammonti ta’ għajnuna li jirriżultaw mid-diversi kuntratti jkunu stabbiliti huma wkoll fuq bażi annwali. Fil-fatt, dawn l-ammont ta’ għajnuna jikkorrispondi għall-ammonti li, waqt in-negozjati tad-diversi kuntratti, operatur f’ekonomija tas-suq kien jitlob lil Ryanair/AMS iħallsu kull sena minbarra l-imposti tal-avjazzjoni u l-imposti tal-groundhandling, jekk l-affarijiet l-oħrajn jibqgħu l-istess (fosthom il-ħlasijiet tal-promozzjoni), biex il-kuntratt ikun profittabbli.
(143) F’dak li jirrigwarda l-kuntratt dwar ir-rotta Pau-Londra tat-28 ta’ Jannar 2003, minħabba l-iskadenza effettiva tiegħu fit-30 ta’ Ġunju 2005, l-ammonti ta’ għajnuna riċevuti b’applikazzjoni ta’ dan il-kuntratt huma nulli għas-snin 2006 sa 2008 inklużi t-tali snin. Għas-sena 2005, l-ammont ta’ għajnuna jikkorrispondi għall-parti negattiva tal-fluss inkrementali prevedibbli kkalkolat għall-2005, aġġustat b’fattur li jikkorrispondi għall-parti tas-sena 2005 li matulha l-kuntratt kien effettivament applikabbli. L-istess loġika ġiet applikata għall-kuntratti tat-30 ta’ Ġunju 2005, li effettivament waqfu japplikaw fl-1 ta’ Jannar 2009 (minħabba l-emenda tas-16 ta’ Ġunju 2009). Din il-loġika ġiet applikata wkoll għal din l-istess emenda tas-16 ta’ Ġunju 2009, għall-kuntratt tal-25 ta’ Settembru 2007 u għall-emenda tas-16 ta’ Ġunju 2009 li temenda lil dan tal-aħħar, li effettivament waqfu japplikaw fit-30 ta’ Marzu 2010, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt il-ġdid dwar ir-rotot lejn Londra, Charleroi u Beauvais. Madankollu l-ammonti fit-tabella 16 jistgħu jkunu aġġustati biex jiġu kkalkolati l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati, ara l-premessa 589.
(4) Rigward il-kalkolu tal-imgħax, il-ħlas tal-għajnuna huwa kkunsidrat li sar fil-31 ta’ Diċembru tas-sena kkonċernata. Ara l-premessa 597.
(144) Ara l-Artikolu 14, il-punt 2, tar-Regolament Nru 659/99 (imsemmi qabel).
(145) Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(146) Ara pereżempju s-sentenza fil-Każ C-94/87, il-Kummissjoni v ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, EBHT 1989, p. 175, il-punt 9, kif ukoll is-sentenza fil-Każ C-348/93, il-Kummissjoni v ir-Repubblika tal-Italja, EBHT 1995, p. 673, il-punt 17.
(147) Ara l-premessa 286.
(148) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat- 30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE(ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).