European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3755

16.7.2026

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2026/3755)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Alsace/Vin d’Alsace”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-A1101-AM04 — 21.4.2026

1.   Isem il-prodott

Alsace/Vin d’Alsace

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☑

DOP

☐

IĠP

3.   Settur

☐

Prodotti agrikoli

☑

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Franza

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Isem

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Settur Agroalimentari u għas-Sovranità tal-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għall-Prestazzjoni Ekonomika u Ambjentali tal-Intrapriżi

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-emendi ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendi standard kif definiti fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.

L-applikazzjoni għal emenda tad-DOP Alsace / Vin d’Alsace ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni; speċifikament ma:

(a)

tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti identifikati bl-indikazzjoni ġeografika;

(b)

tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika;

(c)

tinvolvix aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni hija għal emenda “standard”.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

Titolu

Żona ġeografika

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV(1) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, is-sena ta’ referenza tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali nbidlet għall-2025.

Fil-punt 1(a), fil-paragrafu dwar id-dipartiment ta’ Haut-Rhin:

—

l-ismijiet tal-muniċipalitajiet ta’ “Herrlisheim” u “Soultz” ġew issostitwiti b’“Herrlisheim-près-Colmar” u “Soultz-Haut-Rhin” rispettivament.

—

Fil-punt 1(a), fil-paragrafu dwar id-dipartiment ta’ Bas-Rhin:

—

l-isem tal-muniċipalità ta’ “Gimbrett-Berstett” ġie ssostitwit b’“Gimbrett (municipalità assoċjata, annessa ma’ Berstett)”;

—

l-isem tal-muniċipalità ta’ “Oberhoffen les Wissembourg” ġie ssostitwit b’“Oberhoffen-lès-Wissembourg”.

Iż-żona ġeografika ma nbidlitx. Il-lista tal-muniċipalitajiet ġiet aġġornata abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2025.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Żona tal-irqajja’ definita

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV(2)(a) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, fi tmiem l-ewwel paragrafu, żdied il-kliem “it-30 ta’ Novembru 2022 u l-25 ta’ Ġunju 2024” biex jindika d-dati meta ġew approvati l-aktar bidliet reċenti fiż-żona tal-irqajja’ definita.

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV(2)(c) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, fi tmiem l-ewwel paragrafu, żdied il-kliem “u l-25 ta’ Ġunju 2024” biex jindika d-data meta ġiet approvata l-aktar bidla reċenti fiż-żona tal-irqajja’ definita għad-denominazzjonijiet ġeografiċi supplimentari elenkati skont it-Taqsima IV(1)(b), bl-eċċezzjoni tad-denominazzjoni Klevener de Heiligenstein.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Żona fil-prossimità immedjata

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV(3)(a) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, fi tmiem l-ewwel paragrafu, żdied il-kliem “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2025”.

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV(3)(a) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, dwar id-dipartiment ta’ Bas-Rhin:

—

l-isem tal-muniċipalità ta’ “Mittelhausen” tħassar;

—

żdiedet id-dispożizzjoni li ġejja: “Muniċipalità parzjalment inkluża: Wingersheim les Quatre Bans, għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Mittelhausen biss”.

Iż-żona fil-prossimità immedjata ma nbidlitx. Il-lista tal-muniċipalitajiet ġiet aġġornata abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2025.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Varjetajiet ta’ dwieli

Deskrizzjoni

Il-Kapitolu I, it-Taqsima V, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet emendata kif ġej:

—

qabel is-subpunt (a), żdiedet l-intestatura li ġejja: “1 - Regoli dwar il-varjetajiet ta’ għeneb”;

—

fit-tabella taħt is-subpunt (a), żdiedu xi ringieli li jispeċifikaw il-varjetajiet ta’ interess għall-finijiet ta’ adattament li jistgħu jintużaw — soġġett għall-iffirmar ta’ ftehim mill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità, il-korp ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni u l-operaturi awtorizzati kkonċernati f’konformità mal-ftehim qafas approvat mill-kumitat nazzjonali rilevanti tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità — għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod tad-DOP Alsace jew Vin d’Alsace (Voltis B, Opalor, Selenor, Souvignier Gris B, Johanniter B, Chenin B, Vermentino B - Rolle) u tal-inbejjed ħomor jew rożè (Coliris, Nebbiolo N, Syrah N - Shiraz).

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Regoli dwar il-proporzjonijiet tat-tħawwil għall-varjetajiet ta’ interess għall-finijiet tal-adattament

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima V, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdiedu d-dispożizzjonijiet li ġejjin wara l-punt 1:

“2 –   Regoli dwar il-proporzjonijiet tat-tħawwil

(a)   Inbejjed bojod

Il-proporzjon tal-varjetajiet ta’ interess għall-finijiet tal-adattament ma jridx jaqbeż il-5 % tal-varjetajiet tal-għeneb tal-azjenda.

(b)   Inbejjed rożè

Il-proporzjon tal-varjetajiet ta’ interess għall-finijiet tal-adattament ma jridx jaqbeż il-5 % tal-varjetajiet tal-għeneb tal-azjenda.

(c)   Inbejjed ħomor

Il-proporzjon tal-varjetajiet ta’ interess għall-finijiet tal-adattament ma jridx jaqbeż il-5 % tal-varjetajiet tal-għeneb tal-azjenda.”

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Ammont medju massimu ta’ għelejjel għal kull roqgħa

Deskrizzjoni

Fit-tabella fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI(1)(d) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdiedet ringiela taħt ir-ringiela għal “Alsace” jew “Vin d’Alsace”. Dik ir-ringiela tispeċifika l-ammont medju massimu ta’ għelejjel għal kull roqgħa f’kilogrammi għal kull ettaru għal “varjetajiet oħra”:

—

Varjetajiet oħra 14 000

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI(1)(d) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdiedu d-dispożizzjonijiet li ġejjin wara l-ewwel tabella:

“Fejn hija permessa l-irrigazzjoni, f’konformità mal-Artikolu D. 645-5 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu, l-ammont medju massimu ta’ għelejjel għal kull roqgħa irrigata huwa:

ID-DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA Alsace jew Vin d’Alsace, BL-EĊĊEZZJONI TAD-DENOMINAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI SUPPLIMENTARI, L-ISMIJIET TA’ POSTIJIET, U L-INDIKAZZJONIJIET ‘VENDANGES TARDIVES’ JEW ‘SÉLECTION DE GRAINS NOBLES’

AMMONT MEDJU MASSIMU TA’ GĦELEJJEL GĦAL KULL ROQGĦA (f’kilogrammi għal kull ettaru)

KULUR TAL-INBID

Inbejjed bojod

10 000

Inbejjed rożè

10 000

Inbejjed ħomor

8 000 ”

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Prattiki ta’ tkabbir oħrajn

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI(2)(a) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdiedu d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“Madankollu, wara evalwazzjoni, il-ħamrija tista’ tiġi mgħottija b’kisja soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin: il-materjal użat irid ikun poruż, jippermetti t-trasferiment tal-gass u tal-ilma, u ma jkun fih l-ebda polimeru derivat minn petrokimiċi. L-evalwazzjoni titwettaq soġġett għall-iffirmar ta’ ftehim mill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità, il-korp ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni u l-operatur awtorizzat ikkonċernat f’konformità mal-ftehim qafas approvat mill-kumitat nazzjonali rilevanti tad-29 u t-30 ta’ Ġunju 2023. Għal dak l-għan, l-erja tas-superfiċje tal-irqajja’ evalwati ma għandhiex taqbeż il-5 % tal-erja tas-superfiċje totali tal-azjenda koperta mid-DOP.”

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Irrigazzjoni

Deskrizzjoni

Il-Kapitolu I, it-Taqsima VI(3) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet sostitwita bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“(a)

L-irrigazzjoni tista’ tiġi awtorizzata f’konformità mal-Artikolu D. 645-5 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu. L-irrigazzjoni hija pprojbita fuq irqajja’ koperti minn dikjarazzjoni bil-quddiem tal-assenjazzjoni tal-irqajja’ sabiex potenzjalment isir użu minn denominazzjonijiet ġeografiċi supplimentari, ismijiet ta’ postijiet u l-indikazzjonijiet ‘Vendanges Tardives’ jew ‘Sélection de Grains Nobles’.

(b)

it-tisqija tal-faxxina bil-friefet hija pprojbita;

(c)

l-applikazzjoni ta’ fertilizzant (fertigazzjoni) hija pprojbita.”

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Maturazzjoni tal-għeneb

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VII(2)(a) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdiedu żewġ ringieli mat-tabella taħt ir-ringiela għal Alsace jew Vin d’Alsace kemm jekk issupplimentata bl-isem komuni Edelzwicker kif ukoll jekk le. Dawk ir-ringieli jindikaw il-kontenut minimu taz-zokkor tal-għeneb u l-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum għall-inbejjed rożè u ħomor.

KONTENUT MINIMU TAZ-ZOKKOR TAL-GĦENEB (grammi għal kull litru ta’ most tal-għeneb)

QAWWA ALKOĦOLIKA NATURALI MINIMA SKONT IL-VOLUM

 

Inbejjed rożè

160

10 %

 

Inbejjed ħomor

177

11 %

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Proporzjon tal-varjetajiet ta’ interess għal skopijiet ta’ adattament

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX(1) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdiedu d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“(b)

Coupages tal-varjetajiet ta’ għeneb

—

għall-inbejjed bojod, il-proporzjon tal-varjetajiet ta’ interess għall-finijiet tal-adattament ma jridx jaqbeż l-10 % tal-coupage;

—

għall-inbejjed rożè, il-proporzjon tal-varjetajiet ta’ interess għall-finijiet tal-adattament ma jridx jaqbeż l-10 % tal-coupage;

—

għall-inbejjed ħomor, il-proporzjon tal-varjetajiet ta’ interess għall-finijiet tal-adattament ma jridx jaqbeż l-10 % tal-coupage.”

Is-subpunti (b), (c), (d), (e) u (f) saru s-subpunti (c), (d), (e), (f) u (g) rispettivament.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Rekwiżiti dwar l-imballaġġ

Deskrizzjoni

Il-Kapitolu I, it-Taqsima IX(3)(a) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet sostitwita bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“(a)

L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Alsace jew Vin d’Alsace iridu jiġu imballati fi fliexken tal-‘Vin du Rhin’, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE u mad-Digriet Nru 55–673 tal-20 ta’ Mejju 1955, mal-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u mad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, jew fi fliexken bil-karatteristiċi li ġejjin:

reċipjenti ta’ 300 cl: forma tal-ħġieġ bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq li jidjieq, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

Proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi ta’ bejn 4,3 u 5,0

—

Proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,4 u 3,1

reċipjenti ta’ 150 cl: forma tal-ħġieġ bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq li jidjieq, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

Proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi bejn 4,8 u 5,2

—

Proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,1 u 3,1

reċipjenti ta’ 100 cl: forma tal-ħġieġ bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq li jidjieq, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

Proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi ta’ bejn 3,6 u 5,0

—

Proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,1 u 3,1

reċipjenti ta’ 75 cl: forma tal-ħġieġ bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq li jidjieq, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

Proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi bejn 3,8 u 5,1

—

Proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,8 u 5,0

reċipjenti ta’ 50 cl: forma tal-ħġieġ bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq li jidjieq, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

Proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi ta’ bejn 4,3 u 5,1

—

Proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,5 u 4,2

reċipjenti ta’ 37.5 cl: forma tal-ħġieġ bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq li jidjieq, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

Proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi ta’ bejn 4,3 u 5,1

—

Proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,5 u 5,2

Reċipjenti iżgħar minn 37,5 cl: forma bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq li jidjieq, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

Proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi bejn 3,3 u 4,4

—

Proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,6 u 3,0”

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Rabta maż-żona ġeografika

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima X(1)(b), il-ħames paragrafu, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-kliem “huwa meħtieġ għal” ġew sostitwiti bi “tradizzjonalment jintuża għal” sabiex jirrifletti l-bidliet li jikkonċernaw l-imballaġġ (tip ta’ fliexken permessi).

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XII tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdied il-punt li ġej:

“(e)

L-ismijiet tal-varjetajiet ta’ interess għall-finijiet tal-adattament ma jistgħux jidhru fuq it-tikkettar.”

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Rekwiżiti tad-dikjarazzjoni

Deskrizzjoni

Il-Kapitolu II, it-Taqsima I, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġie emendat kif ġej:

1)

Il-punt 2 ġie ssostitwit bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“Dikjarazzjoni bil-quddiem tal-assenjazzjoni tal-irqajja’ għad-dwieli eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed ħomor

Id-dikjarazzjoni bil-quddiem tal-assenjazzjoni tal-irqajja’ trid tiġi ppreżentata lill-korp ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni qabel l-1 ta’ Marzu tas-sena tal-ħsad. Id-dikjarazzjoni trid:

—

tidentifika l-operatur;

—

tiddikjara n-numru EVV jew SIRET;

—

tidentifika l-operatur li potenzjalment se jirċievi l-għeneb;

—

tindika għal kull roqgħa r-referenza katastali u l-erja tas-superfiċje.”

2)

Il-punt 2 ġie nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 3.

3)

Il-punt 4 ġie ssostitwit bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“Dikjarazzjoni tal-irrigazzjoni

Dikjarazzjoni tal-irrigazzjoni trid tiġi ppreżentata lill-korp ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni mhux aktar tard minn jumejn qabel l-irrigazzjoni, f’konformità mal-Artikolu D. 645-5 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu. Din id-dikjarazzjoni trid issegwi l-mudell imfassal mill-korp ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni.”

4)

Il-punti 3, 4, 5, 6 u 7 ġew innumerati mill-ġdid bħala l-punti 5, 6, 7, 8 u 9 rispettivament.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Informazzjoni dwar il-korp ta’ spezzjoni

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu III, it-Taqsima II tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet issostitwita bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

L-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità (Institut national de l’origine et de la qualité, INAO)

TSA 30003

93555 - MONTREUIL Cedex

FRANCE

Tel. +33 173303800

Email: contact@inao.gouv.fr.

Il-verifiki tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iridu jitwettqu abbażi ta’ pjan ta’ spezzjoni approvat u minn korp terz li joffri garanziji ta’ kompetenza, imparzjalità u indipendenza, iddelegat mill-INAO.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Miżuri tranżizzjonali

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XI tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, it-tabella taħt il-punt 3 ġiet emendata kif ġej:

—

taħt ir-ringiela għal Alsace jew Vin d’Alsace il-kliem “u sa mhux aktar tard minn u inkluż il-ħsad tal-2033” tħassar u żdied il-paragrafu li ġej:

—

“Mill-ħsad tal-2034 ’il quddiem u għall-irqajja’ kkonċernati, il-volum eliġibbli għall-użu tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jrid jiġi stabbilit abbażi tar-rendiment stabbilit fil-punti 1(a) u 1(b) tat-Taqsima VIII ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kif imsemmi fl-Artikolu D. 645-7 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu, immultiplikat b’koeffiċjent ta’ 0,8.”;

—

taħt ir-ringiela għal Alsace jew Vin d’Alsace segwita minn isem ta’ post jew minn denominazzjoni ġeografika supplimentari, il-kliem “u sa mhux aktar tard minn u inkluż il-ħsad tal-2033” tħassar u żdied il-paragrafu li ġej:

—

“Mill-ħsad tal-2034 ’il quddiem u għall-irqajja’ kkonċernati, il-volum eliġibbli għall-użu tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jrid jiġi stabbilit abbażi tar-rendiment stabbilit fil-punt 1(b) tat-Taqsima VIII ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, immultiplikat b’koeffiċjent ta’ 0,8.”;

—

taħt ir-ringiela għal Alsace jew Vin d’Alsace, kemm jekk segwita minn denominazzjoni ġeografika supplimentari jew isem ta’ post, issupplimentata bit-terminu “Vendanges Tardives” jew “Sélection de Grains Nobles” kif ukoll jekk le, il-kliem “u sa mhux aktar tard minn u inkluż il-ħsad tal-2033” tħassar u żdied il-paragrafu li ġej:

“Mill-ħsad tal-2034 ’il quddiem u għall-irqajja’ kkonċernati, il-volum eliġibbli għall-użu tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jrid jiġi stabbilit abbażi tar-rendiment stabbilit fil-punt 1(b) tat-Taqsima VIII ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, immultiplikat b’koeffiċjent ta’ 0,8.”.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbejjed

“Alsace/Vin d’Alsace”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-A1101-AM04 — 21.4.2026

1.   Isem/Ismijiet

Alsace/Vin d’Alsace

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☑

DOP

☐

IĠP

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

Franza

4.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

5.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.

Inbid

6.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Prodott tad-dwieli

Inbejjed bojod

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

L-inbejjed għandhom kulur li normalment ivarja minn isfar ċar bi sfumaturi ħodor għal isfar dehbi.

Aroma

L-inbejjed għandhom aromi intensi u volum tajjeb, immarkati minn finitura twila li spiss tkun enfasizzata minn saturazzjoni ħafifa tad-diossidu tal-karbonju.

Togħma

L-inbejjed huma kkaratterizzati minn freskezza qawwija bbażata fuq aċidità tartarika naturali dominanti flimkien ma’ għeneb misjur għalkollox.

Hemm żewġ tipi: inbejjed xotti minerali u nbejjed aktar sottili b’togħma ta’ frott. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat mill-isem komuni “Edelzwicker”.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Il-qawwa alkoħolika naturali minima hija ta’ 9,5 %. Wara li jiġu mqawwijin, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma tridx tkun aktar minn 12,5 %.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbejjed bojod issupplimentati b’isem komuni

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

L-inbejjed għandhom kulur li normalment ivarja minn isfar ċar bi sfumaturi ħodor għal isfar dehbi.

Aroma

L-ebda deskrizzjoni speċifika (ara d-deskrizzjoni ta’ qabel).

Togħma

Dawn l-inbejjed jaqgħu taħt żewġ tipi: — inbejjed xotti minerali, b’aċidità qawwija u misjura, li huma ġeneralment assoċjati mal-ismijiet komuni li ġejjin: Chasselas jew Gutedel, Sylvaner, Pinot Blanc, Pinot jew Klevner, Auxerrois, Riesling, Muscat u Muscat Ottonel; — inbejjed b’togħma ta’ frott, aktar sottili li huma ddefiniti minn estratt niexef konsiderevoli, li huma ġeneralment assoċjati mal-ismijiet komuni li ġejjin: Gewürztraminer u Pinot Gris.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

L-inbejjed għandhom karatteristiċi analitiċi speċifiċi: — Għax-Chasselas jew il-Gutedel, il-Muscat, il-Muscat Ottonel u s-Sylvaner, il-qawwa alkoħolika naturali minima tagħhom skont il-volum hija ta’ 9,5 % u l-qawwa alkoħolika totali massima tagħhom skont il-volum wara l-arrikkiment hija ta’ 12,5 %; — Għall-Auxerrois, il-Pinot Blanc, il-Pinot jew il-Klevner u r-Riesling, il-qawwa alkoħolika naturali minima tagħhom skont il-volum hija ta’ 10 % u l-qawwa alkoħolika totali massima tagħhom skont il-volum wara l-arrikkiment hija ta’ 13 %; — Għall-Gewürztraminer u l-Pinot Gris, il-qawwa alkoħolika naturali minima tagħhom skont il-volum hija ta’ 11,5 % u l-qawwa alkoħolika totali massima tagħhom skont il-volum wara li jiġu mqawwijin hija ta’ 14,5 %.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbejjed bojod segwiti minn denominazzjoni ġeografika supplimentari

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

L-inbejjed għandhom kulur li normalment ivarja minn isfar ċar bi sfumaturi ħodor għal isfar dehbi.

Aroma

L-ebda deskrizzjoni speċifika (ara d-deskrizzjoni ta’ qabel).

Togħma

L-inbejjed jaqgħu taħt iż-żewġ tipi msemmija hawn fuq, jiġifieri nbejjed xotti minerali u nbejjed aktar sottili b’togħma ta’ frott. Dawn jiġbru flimkien il-kundizzjonijiet ottimali għall-espressjoni ta’ kull waħda mill-varjetajiet ta’ dwieli użati.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

Dawn l-inbejjed jaqgħu taħt iż-żewġ tipi msemmija hawn fuq, jiġifieri nbejjed xotti minerali u nbejjed aktar sottili b’togħma ta’ frott. Dawn jiġbru flimkien il-kundizzjonijiet ottimali għall-espressjoni ta’ kull waħda mill-varjetajiet ta’ dwieli użati. Normalment ivarjaw fil-kulur minn isfar ċar bi sfumaturi ħodor għal isfar dehbi.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Il-qawwa alkoħolika naturali minima tagħhom skont il-volum hija ta’ 10,5 %, ħlief fejn id-denominazzjonijiet ġeografiċi supplimentari huma ssupplimentati bl-ismijiet komuni Gewürztraminer u Pinot Gris, f’liema każ hija ta’ 12 %. Il-qawwa alkoħolika totali massima skont il-volum wara l-arrikkiment hija ta’ 13,5 %; hija 15 % biss għall-ismijiet komuni Gewürztraminer u Pinot Gris. Għad-denominazzjoni ġeografika supplimentari “Klevener de Heiligenstein”, il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum hija ta’ 11 % u l-qawwa alkoħolika totali massima skont il-volum wara l-arrikkiment hija ta’ 14 %.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbejjed bojod segwiti minn isem ta’ post

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

L-inbejjed għandhom kulur li normalment ivarja minn isfar ċar bi sfumaturi ħodor għal isfar dehbi.

Aroma

L-ebda deskrizzjoni speċifika (ara d-deskrizzjoni ta’ qabel).

Togħma

Dawn l-inbejjed jaqgħu taħt iż-żewġ tipi msemmija hawn fuq, jiġifieri nbejjed xotti minerali u nbejjed aktar sottili b’togħma ta’ frott. Dawn jiġbru flimkien il-kundizzjonijiet ottimali għall-espressjoni ta’ kull waħda mill-varjetajiet ta’ dwieli użati.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Meta l-isem tad-denominazzjoni jkun segwit minn isem ta’ post, il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum hija ta’ 10,5 %, ħlief fejn l-isem tal-post ikun supplimentat bl-ismijiet komuni Gewürztraminer u Pinot Gris, f’liema każ tkun ta’ 12 %. Għal dawn l-istess inbejjed, il-qawwa alkoħolika totali massima skont il-volum wara l-arrikkiment hija ta’ 13,5 %, ħlief għall-ismijiet komuni Gewürztraminer u Pinot Gris, fejn hija ta’ 15 %.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbejjed rożè

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

L-inbejjed rożè ġeneralment ikollhom kulur roża trasparenti sa kulur aħmar b’intensità li tvarja.

Aroma

L-inbejjed għandhom aromi intensi u volum tajjeb, immarkati minn finitura twila li spiss tkun enfasizzata minn saturazzjoni ħafifa tad-diossidu tal-karbonju.

Togħma

L-inbejjed rożè huma friski, b’togħma ta’ frott u ħfief. Huma kkaratterizzati minn freskezza qawwija bbażata fuq aċidità tartarika naturali dominanti flimkien ma’ għeneb misjur għalkollox. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat bl-isem komuni Pinot Noir.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Il-qawwa alkoħolika volumetrika naturali minima tagħhom skont il-volum hija ta’ 10 %. Wara li jiġu mqawwijin, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma tridx tkun aktar minn 13 %.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbejjed ħomor

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

L-inbejjed ħomor jiġu f’diversi sfumaturi ta’ aħmar skur u intens.

Aroma

L-inbejjed għandhom aromi intensi u volum tajjeb, immarkati minn finitura twila li spiss tkun enfasizzata minn saturazzjoni ħafifa tad-diossidu tal-karbonju.

Togħma

Hemm żewġ tipi: inbejjed ħomor ambizzjużi, fini u eleganti, u nbejjed ħomor friski, b’togħma ta’ frott u ħfief. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat bl-isem komuni Pinot Noir.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Il-qawwa alkoħolika volumetrika naturali minima tagħhom skont il-volum hija ta’ 11 %. Wara li jiġu mqawwijin, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma tridx tkun aktar minn 14 %. L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini jista’ jkun segwit minn isem ta’ post jew minn denominazzjoni ġeografika supplimentari: “Côtes de Rouffach”, “Ottrott”, “Rodern”, “Sainte Hippolyte”. Meta dan ikun l-każ, il-qawwa alkoħolika naturali minima tagħhom skont il-volum hija ta’ 11,5 % u l-qawwa alkoħolika totali tagħhom skont il-volum wara li jiġu mqawwijin ma tkunx aktar minn 14,5 %.

Fl-istadju tal-imballaġġ, l-inbejjed ħomor għandhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ mhux aktar minn 0,4 grammi għal kull litru.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Denominazzjoni ssupplimentata bit-terminu “Vendanges Tardives”

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Dawn l-inbejjed bojod għandhom kulur skur u qawwi li jvarja sa isfar lewn l-ambra.

Aroma

L-inbejjed spiss ikollhom aromi eżotiċi ħafna, ta’ konfettura tal-frott b’finitura friska.

Togħma

Għandhom konċentrazzjoni għolja b’aromi persistenti.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 16 % għall-Gewürztraminer Rs u għall-Pinot Gris G, u ta’ 14,5 % għall-varjetajiet l-oħra.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Denominazzjoni ssupplimentata bit-terminu “Sélection de Grains Nobles”

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Dawn l-inbejjed bojod għandhom kulur skur u qawwi li jvarja sa isfar lewn l-ambra.

Aroma

Huma nbejjed aktar konċentrati u qawwijin, ħafna drabi b’aromi ta’ konfettura tal-frott.

Togħma

Għandhom konċentrazzjoni għolja b’aromi persistenti.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 18,2 % għal Gewürztraminer Rs u għal Pinot Gris G, u ta’ 16,4 % għall-varjetajiet l-oħra.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

7.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

7.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Sistemi ta’ tħarriġ: densità tat-tħawwil

Tip ta’ prattika enoloġika

Metodu ta’ kultivazzjoni

Deskrizzjoni

Id-densità tat-tħawwil tad-dwieli minima hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Il-wisa’ bejn il-flanni ma tistax taqbeż iż-2,50 metri. Id-dwieli għandhom spazju ta’ mill-inqas 0,75 metri u mhux aktar minn 1,50 metru bejniethom fl-istess flann.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Sistemi ta’ tħarriġ: regola taż-żbir

Tip ta’ prattika enoloġika

Metodu ta’ kultivazzjoni

Deskrizzjoni

Id-dwieli jinżabru bil-metodu Guyot sempliċi jew doppju: - b’massimu ta’ 24 għajn għal kull pjanta fil-każ tal-Alsace jew il-Vin d’Alsace; - b’massimu ta’ 22 għajn għal kull pjanta fil-każ tal-Alsace jew il-Vin d’Alsace segwiti minn isem ta’ post jew minn denominazzjoni ġeografika supplimentari; - b’massimu ta’ 20 għajn għal kull pjanta fil-każ tal-Alsace jew il-Vin d’Alsace kemm jekk segwiti kif ukoll jekk le minn denominazzjoni ġeografika supplimentari jew isem ta’ post issupplimentat bit-terminu “Vendanges Tardives” jew “Sélection de Grains Nobles”.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Ħsad

Tip ta’ prattika enoloġika

Metodu ta’ kultivazzjoni

Deskrizzjoni

L-inbejjed eliġibbli biex jużaw isem ta’ post u li jsiru mill-varjetajiet Pinot Gris G u Pinot Noir N, u l-inbejjed eliġibbli biex jużaw it-termini “Vendanges Tardives” u “Sélection de Grains Nobles”, iridu jkunu magħmula minn għeneb maħsud bl-idejn.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Żieda fil-qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum

Tip ta’ prattika enoloġika

Prattika enoloġika speċifika

Deskrizzjoni

Għal inbejjed eliġibbli biex jużaw isem ta’ post jew denominazzjoni ġeografika supplimentari, il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ma tistax tiżdied b’aktar minn 2 % skont il-volum. L-inbejjed bojod eliġibbli biex jużaw it-terminu “Vendanges Tardives” jew “Sélection de Grains Nobles” ma jridux ikunu mqawwijin.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Produzzjoni tal-inbid

Tip ta’ prattika enoloġika

Restrizzjoni għall-produzzjoni tal-inbid

Deskrizzjoni

- L-użu ta’ laqx tal-injam huwa pprojbit. - L-użu ta’ faħam għall-użu enoloġiku għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, kemm jekk waħdu kif ukoll jekk imħallat fi preparazzjonijiet, huwa pprojbit.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Maturazzjoni

Tip ta’ prattika enoloġika

Prattika enoloġika speċifika

Deskrizzjoni

L-inbejjed eliġibbli biex jużaw it-terminu “Vendanges Tardives” jew “Sélection de Grains Nobles” iridu jiġu mmaturati mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tat-tieni sena wara dik tal-ħsad.

7.2.   Rendimenti massimi

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Inbejjed bojod

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

96

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Inbejjed bojod segwiti minn denominazzjoni ġeografika supplimentari

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

79

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/Il-kategoriji/Il-varjetajiet/It-tipi kollha

Inbejjed bojod segwiti minn isem ta’ post

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

75

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/Il-kategoriji/Il-varjetajiet/It-tipi kollha

Inbejjed rożè

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

90

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Inbejjed bojod jew denominazzjoni ssupplimentata bit-terminu “Vendanges Tardives”

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

66

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/Il-kategoriji/Il-varjetajiet/It-tipi kollha

Denominazzjoni ssupplimentata bit-terminu “Sélection de Grains Nobles”

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

48

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

8.   Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed

—

Auxerrois B

—

Chasselas B

—

Chasselas Rose Rs

—

Chenin B

—

Coliris

—

Gewürztraminer Rs

—

Johanniter B

—

Muscat Ottonel B – Muscat, Moscato

—

Muscat à petits grains blancs B – Muscat, Moscato

—

Muscat à petits grains roses Rs – Muscat, Moscato

—

Nebbiolo N

—

Opalor

—

Pinot Blanc B

—

Pinot Gris G

—

Pinot Noir N

—

Riesling B

—

Savagnin Rose Rs

—

Selenor

—

Souvignier Gris B

—

Sylvaner B

—

Syrah N – Shiraz

—

Vermentino B – Rolle

—

Voltis B

9.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita

Iż-żona ġeografika hija kif approvata mill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità fil-laqgħa tal-kumitat nazzjonali rilevanti tat-3 ta’ Frar 2000. Fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott mill-kumitat nazzjonali kompetenti, din iż-żona tkopri t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2025.

Il-mapep taż-żona ġeografika jistgħu jiġu aċċessati mis-sit web tal-INAO.

(a)

Għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Alsace jew Vin d’Alsace, kemm jekk segwita minn isem ta’ post kif ukoll jekk le, l-għeneb jinħasad u l-inbejjed jiġu prodotti, żviluppati u mmaturati fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

—

Id-Dipartiment ta’ Haut-Rhin: - Ammerschwihr, Beblenheim, Bennwihr, Bergheim, Bergholtz, Bergholtz-Zell, Berrwiller, Buhl, Cernay, Colmar, Eguisheim, Gueberschwihr, Guebwiller, Hartmannswiller, Hattstatt, Herrlisheim-près-Colmar, Houssen, Hunawihr, Husseren-les-Châteaux, Ingersheim, Jungholtz, Katzenthal, Kaysersberg Vignoble, Leimbach, Mittelwihr, Niedermorschwihr, Obermorschwihr, Orschwihr, Osenbach, Pfaffenheim, Ribeauvillé, Riquewihr, Rorschwihr, Rodern, Rouffach, Saint-Hippolyte, Soultz-Haut-Rhin, Soultzmatt, Steinbach, Thann, Turckheim, Uffholtz, Vieux-Thann, Voegtlinshoffen, Walbach, Wattwiller, Westhalten, Wettolsheim, Wihr-au-Val, Wintzenheim, Wuenheim, Zellenberg, Zimmerbach.

—

Id-Dipartiment ta’ Bas-Rhin: Albé, Andlau, Avolsheim, Balbronn, Barr, Bergbieten, Bernardswiller, Bernardvillé, Bischoffsheim, Blienschwiller, Boersch, Bourgheim, Châtenois, Cleebourg, Dahlenheim, Dambach-la-Ville, Dangolsheim, Dieffenthal, Dorlisheim, Eichhoffen, Epfig, Ergersheim, Flexbourg, Furdenheim, Gertwiller, Gimbrett (muniċipalità assoċjata, annessa ma’ Berstett), Goxwiller, Heiligenstein, Itterswiller, Kienheim, Kintzheim, Kirchheim, Kuttolsheim, Marlenheim, Mittelbergheim, Molsheim, Mutzig, Nothalten, Nordheim, Oberhoffen-lès-Wissembourg, Obernai, Odratzheim, Orschwiller, Osthoffen, Ottrott, Reichsfeld, Riedseltz, Rosenwiller, Rosheim, Rott, Saint-Nabor, Saint-Pierre, Scharrachbergheim-Irmstett, Scherwiller, Soultz-les-Bains, Steinseltz, Stotzheim, Traenheim, Villé, Wangen, Westhoffen, Wissembourg, Wolxheim, Zellwiller.

10.   Rabta maż-żona ġeografika

Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

Sommarju tar-rabta

Il-vinji jgawdu minn dawl tax-xemx ottimali fil-post tagħhom fit-Tramuntana, li huwa protett mill-influwenzi marittimi mill-Massa tal-Vosges. Dan il-post huwa essenzjalment dak li jagħti togħma komuni lill-inbejjed.

Id-diversità tal-postijiet tal-vinji, il-varjetà tal-ħamrija u s-sottoswoli, u l-meżoklimi speċifiċi ħafna, wasslu lill-produtturi f’Alsace biex jippreservaw firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ta’ għeneb li huma fil-biċċa l-kbira aromatiċi, billi ppreferew li jżommu l-bijodiversità tad-dwieli u jirreżistu kwalunkwe tentazzjoni li jissimplifikaw it-taħlita tal-varjetajiet.

F’Alsace, id-diversità tal-vinja toffri l-aqwa espressjoni tat-terroir lokali, imsawra madwar l-identità qawwija tal-Alsace.

L-għażla tal-varjetajiet tad-dwieli fil-biċċa l-kbira mexxiet il-produzzjoni lejn inbejjed aromatiċi ħafna. Id-diversità tal-postijiet tal-vinji bil-profili ġeoloġiċi u tal-ħamrija estremament varjati tagħhom ippermettiet lill-produtturi f’Alsace biex isibu kundizzjonijiet ottimali għal kull waħda mill-varjetajiet ta’ dwieli li jikbru hemmhekk. Ix-xewqa li jinkiseb dan it-tqabbil ġiet realizzata bis-saħħa ta’ rqajja’ definiti b’mod rigoruż u preċiż, abbażi ta’ ċentri storiċi ta’ produzzjoni, ismijiet supplimentari, muniċipali u lokali u pjan korrispondenti tal-varjetà tad-dwieli.

Minħabba l-protezzjoni li toffri l-Massa tal-Vosges, l-Alsace għandha klima semikontinentali xotta u fil-biċċa l-kbira xemxija li tippermetti l-iżvilupp ottimali tad-dwieli, li huwa rregolat minn regoli stretti dwar il-kontenut minimu taz-zokkor fl-għeneb. Il-post mal-ġenb tal-għolja u l-klima li hija kkaratterizzata minn perjodu ta’ sajran fejn il-ġranet sħan jalternaw ma’ ljieli kesħin, flimkien mad-densità għolja tat-tħawwil u l-għoli tal-faxxina, jiżguraw maturazzjoni tajba tal-għeneb (il-bilanċ taz-zokkrijiet u l-aċidità tartarika), jippreservaw il-freskezza tal-inbejjed, u jiżviluppaw u jikkonċentraw l-aromi u l-finitura twila tagħhom. L-altitudni medja tal-vinji (bejn 200 m u 400 m) tirrappreżenta l-medda termali ottimali u tiżgura aċidità tartarika naturali bbilanċjata minn perspettiva kwalitattiva. Dawn il-kundizzjonijiet kollha jiffurmaw il-karatteristiċi tal-inbejjed ta’ Alsace.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi eċċellenti fi tmiem l-istaġun ħafna drabi jkunu favorevoli għall-konċentrazzjoni fuq id-dielja u għall-iżvilupp tat-taħsir nobbli. B’riżultat ta’ dan, huwa possibbli li jiġu prodotti nbejjed minn għeneb maħsud meta jkun misjur iżżejjed. Dan il-potenzjal jiġi ppreservat permezz tal-ħsad bl-idejn, regoli aktar stretti dwar il-kontenut minimu taz-zokkor u billi jiġi pprojbit li l-inbejjed jiġu mqawwijin. Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 18-il xahar jippermetti li l-inbejjed jitjiebu, bil-kumplessità u s-saħħa aromatika tagħhom jarrikkixxu maż-żmien.

Ix-xmara Renu, li tinsab fil-qrib, serviet bħala konnessjoni importanti tat-trasport sa mill-Medju Evu, u dejjem għenet biex l-inbejjed mir-reġjun jiġu esportati lejn il-pajjiżi fil-bokka tax-xmara u lil hinn. Sal-lum il-ġurnata, aktar minn kwart tal-inbid huwa prodott għall-konsenja barra mill-pajjiż u għall-esportazzjoni.

Ir-rotta tal-inbid ta’ Alsace hija l-akbar attrazzjoni turistika tar-reġjun, miżmuma ħajja mill-vitikulturi permezz tal-iżvilupp tal-bejgħ dirett, u l-promozzjoni tat-tqabbil li ilu jeżisti u li għadu vibranti mal-kċina ta’ Alsace. Din hija assi ewlieni għall-ekonomija ta’ Alsace.

Fl-1822 André Jullien irrefera għalihom bħala “nbejjed bojod qawwija u apprezzati”, u huwa ddeskrivihom bħala “xotti b’aromi li jispikkaw ħafna”. Fil-passat, kienu jiġu ttrasportati lejn Mainz fejn kienu jitħalltu f’coupage ma’ nbejjed mir-reġjun tar-Renu biex jagħtuhom is-saħħa u biex tiġi arrikkita l-firxa ta’ aromi tagħhom. Fl-1866, Jules Guyot qal dwar l-inbejjed bojod ta’ Alsace li dawn “joffru kwalitajiet imfittxija ħafna, u jikklassifikaw fl-ogħla tarf tal-iskala tal-inbejjed bojod”. Il-preferenza tiegħu kienet ukoll għal inbejjed bojod magħmula mill-varjetà Riesling B, li huwa sejjaħ “eċċellenti fit-togħma fina, fil-qawwa u fil-lonġevità tagħhom”.

11.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Denominazzjonijiet ġeografiċi supplimentari

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini jista’ jiġi segwit minn wieħed mill-ismijiet ġeografiċi supplimentari elenkati hawn taħt jekk l-inbejjed jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni stabbiliti għal kull wieħed minn dawk l-ismijiet: - Bergheim - Blienschwiller; - Coteaux du Haut-Koenigsbourg; - Côtes de Barr; - Côte de Rouffach; - Klevener de Heiligenstein; - Ottrott - Rodern; - Saint-Hippolyte; - Scherwiller; - Vallée Noble; - Val Saint Grégoire; - Wolxheim.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Imballaġġ fiż-żona

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Imballaġġ fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

F’konformità mal-Liġi tal-5 ta’ Lulju 1972, l-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Alsace jew Vin d’Alsace jridu jiġu bbottiljati fid-dipartiment ta’ Bas-Rhin u Haut-Rhin. L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Alsace jew Vin d’Alsace iridu jiġu imballati fi fliexken tal-Vin du Rhin, f’konformità mad-Digriet Nru 55–673 tal-20 ta’ Mejju 1955, mal-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u mad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, jew fi fliexken bil-karatteristiċi li ġejjin:

 

reċipjenti ta’ 300 cl: forma tal-ħġieġ bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq tawwali, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi ta’ bejn 4,3 u 5,0

—

proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,4 u 3,1

 

reċipjenti ta’ 150 cl: forma tal-ħġieġ bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq tawwali, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi ta’ bejn 4,8 u 5,2

—

proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,1 u 3,1

 

reċipjenti ta’ 100 cl: forma tal-ħġieġ bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq tawwali, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi ta’ bejn 3,6 u 5,0

—

proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,1 u 3,1

 

reċipjenti ta’ 75 cl: forma tal-ħġieġ bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq tawwali, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi ta’ bejn 3,8 u 5,1

—

proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,8 u 5,0

 

reċipjenti ta’ 50 cl: forma tal-ħġieġ bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq tawwali, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi ta’ bejn 4,3 u 5,1

—

proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,5 u 4,2

 

reċipjenti ta’ 37.5 cl: forma tal-ħġieġ bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq tawwali, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi ta’ bejn 4,3 u 5,1

—

proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,5 u 5,2

Reċipjenti iżgħar minn 37,5 cl: forma bil-ġnub dritti, b’dehra ċilindrika, b’għonq tawwali, li ma taqbiżx il-proporzjonijiet li ġejjin:

—

proporzjon tat-tul totali mad-dijametru tal-bażi ta’ bejn 3,3 u 4,4

—

proporzjon tat-tul totali mat-tul tal-parti ċilindrika bejn 2,6 u 3,0

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Żona fil-prossimità immedjata

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Alsace jew Vin d’Alsace, iż-żona fi prossimità immedjata, li hija ddefinita b’deroga għall-produzzjoni, għall-ipproċessar u għall-maturazzjoni tal-inbejjed, tikkonsisti fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

Id-Dipartiment ta’ Haut-Rhin: Gundolsheim, Ostheim.

Id-Dipartiment ta’ Bas-Rhin: Dachstein, Ernolsheim-Bruche, Fessenheim-le-Bas, Petersbach, Seebach, Strasbourg. Muniċipalitajiet parzjalment inklużi: Wingersheim les Quatre Bans għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Mittelhausen biss.

F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, iż-żona fil-prossimità immedjata tikkorrispondi għal żona fil-prossimità immedjata taż-żona definita kkonċernata.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

“Edelzwicker”

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini — ħlief fejn segwit minn denominazzjoni ġeografika supplimentari jew isem ta’ post — jista’ jiġi ssupplimentat bl-isem komuni “Edelzwicker” biss għal inbejjed bojod bla gass li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni stabbiliti għal dak l-isem [komuni]. Għall-inbejjed ikkummerċjalizzati bl-isem komuni “Edelzwicker”, ma huwiex permess li isem komuni wieħed jew aktar jidhru fuq il-kontenituri, it-tikketti jew id-dokumenti kummerċjali.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

“Vendanges Tardives” u “Sélection de Grains Nobles”

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini — kemm jekk segwit jew le minn denominazzjoni ġeografika supplimentari jew isem ta’ post — jista’ jiġi ssupplimentat bit-termini “Vendanges Tardives” jew “Sélection de Grains Nobles” għal inbejjed bojod li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni stabbiliti għal dawk it-termini. Dawk it-termini jridu jiġu ssupplimentati b’indikazzjoni tal-vendemmja u b’wieħed mill-ismijiet komuni li ġejjin: Gewürztraminer, Muscat, Muscat Ottonel, Pinot Gris, Riesling.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Indikazzjoni ta’ isem ta’ post

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini jista’ jkun segwit minn isem ta’ post jekk l-inbejjed jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni biex jiġi indikat dak l-isem tal-post.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Ismijiet komuni

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta — kemm jekk segwit minn denominazzjoni ġeografika supplimentari jew isem ta’ post kif ukoll jekk le — jista’ jiġi ssupplimentat b’wieħed mill-ismijiet komuni li ġejjin, bil-kundizzjoni li l-inbejjed ikunu magħmula esklużivament minn varjetajiet ta’ għeneb li jistgħu jissejħu bl-użu tal-ismijiet inkwistjoni u li jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra tal-produzzjoni stabbiliti għal kull wieħed minn dawk l-ismijiet: Auxerrois, Chasselas jew Gutedel, Gewürztraminer, Muscat, Muscat Ottonel, Pinot Blanc, Pinot jew Klevner, Pinot Gris, Riesling, Sylvaner, Pinot Noir (għall-inbejjed ħomor u rożè).

Huwa pprojbit l-użu ta’ żewġ ismijiet komuni jew aktar fuq l-istess tikketta.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Inklużjoni ta’ varjetajiet ta’ interess għal skopijiet ta’ adattament

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Il-varjetajiet użati għall-adattament ma jistgħux jissemmew fuq it-tikketta.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Il-kontenut taz-zokkor, kif definit mid-dritt tal-UE, irid jiġi ddikjarat b’mod ċar fil-każ ta’ nbejjed bojod li għalihom tintalab id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Alsace jew Vin d’Alsace skont it-termini ta’ din l-ispeċifikazzjoni. Dan japplika meta nbejjed bħal dawn jiġu ppreżentati taħt id-denominazzjoni msemmija hawn fuq u jkunu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, intbagħtu, ġew offruti għall-bejgħ jew inbiegħu, iżda dan jista’ jseħħ biss jekk il-kontenut taz-zokkor ikun iddikjarat fi kwalunkwe pubbliċità u fuq kwalunkwe fuljett, tikketta, fattura jew kontenitur. Ma japplikax għal inbejjed tikkettati bħala “Vendanges Tardives” jew “Sélection de Grains Nobles”.

Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-6fe90f2b-ac49-4fec-a13f-309ce19ef3e7


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3755/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)