|
17.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1951
tat-13 ta’ Ottubru 2022
li taħtar lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2022 sal-31 ta’ Ottubru 2027
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jinħatar għall-perjodu milll-1 ta’ Novembru 2022 sal-31 ta’ Ottubru 2027,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Thérèse BLANCHET hija b’dan maħtura bħala Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu milll-1 ta’ Novembru 2022 sal-31 ta’ Ottubru 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sa Thérèse BLANCHET mill-President tal-Kunsill.
Hija għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
P. BLAŽEK