7.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9438 — ENGIE/BPCE Group/PSFV Palma del Rio)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 265/04)

1.   

Fil-31 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ENGIE Group ("ENGIE", Franza),

—

Mirova, ikkontrollata mill-BPCE Group (Franza),

—

PSFV Palma del Rio S.L. (il-"Propett PV") (Spanja), bħalissa kkontrollat minn ENGIE.

ENGIE u Mirova jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Proġett PV kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

ENGIE hija kumpanija Franċiża fil-qasam tas-servizzi tal-gass, l-elettriċità u l-enerġija.

—

Mirova tiffoka fuq fondi għall-ġestjoni tal-investiment repsonsabbli għall-investituri f’diversi kategoriji tal-assi, bħalma huma l-enerġija rinnovabbli u l-infrasttuttura ċentrali, ekwitajiet sostenibbli u bonds ekoloġiċi. Mirova hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mill-BPCE Group, grupp bankarju Franċiż attiv fis-setturi tal-banek u tal-assikurazzjoni.

—

Il-Proġett PV: għandu impjant li jinbena għall-produzzjoni tal-enerġija fotovoltajka f’Palma del Rio, fi Spanja, b’kapaċità totali kombinata ta’ madwar 50 MW.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9438 — ENGIE/BPCE Group/PSFV Palma del Rio

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.