<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-23/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0023</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:490">EU:C:2021:490</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20210617">17.6.2021</DATE> – Kawża C‑23/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Simonsen &amp; Weel</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20210617">17 ta’ Ġunju 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: id-Daniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim qafas</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2014/24/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(5)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 18(1)</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 33 u 49</KEYWORD><KEYWORD>Il-punti 7, 8 u 10 tal-Parti C tal-Anness V</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986</KEYWORD><KEYWORD>It-Taqsimiet II.1.5 u II.2.6 tal-Anness II</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li jiġi indikat, fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, minn naħa, il-kwantità stmata jew il-valur stmat u, min-naħa l-oħra, il-kwantità massima jew il-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti fil-kuntest ta’ ftehim qafas</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 89/665/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2d(1)</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ effetti tal-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑23/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Klagenævnet for Udbud (il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi, id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20200116">16 ta’ Jannar 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20200117">17 ta’ Jannar 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Simonsen &amp; Weel A/S</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Region Nordjylland og Region Syddanmark,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Nutricia A/S,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, N. Piçarra, D. Šváby (Relatur), S. Rodin u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Simonsen &amp; Weel A/S, minn S. Troels Poulsen, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Region Nordjylland og Region Syddanmark, minn T. Braad u H. Padkjær Sørensen, advokater,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn J. Nymann-Lindegren, M. Jespersen u M. Wolff, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn L. Van den Broeck u J.‑C. Halleux, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, R. Kanitz u S. Eisenberg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan,, minn N. Grünberg, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn C. Mosser u E. de Moustier, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch u J. Schmoll, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Ondrůšek, H. Støvlbæk u L. Haasbeek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 18(1) kif ukoll tal-Artikoli 33 u 49 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="275" PAGE.FIRST="68" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 275, p. 68</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-punt 7 u tal-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva u tal-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal‑<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE> li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315), kif emendat bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 114, p. 24</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 82, p. 17</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 92/13<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, Simonsen &amp; Weel A/S u, min-naħa l-oħra, ir-Region Nordjylland (ir-Reġjun ta’ Nordjylland, id-Danimarka) u r-Region Syddanmark (ir-Reġjun tad-Danimarka ta’ Isfel) (iktar ’il quddiem, flimkien, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Reġjuni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar id-deċiżjoni ta’ dawn tal-aħħar li jikkonkludu ftehim qafas ma’ Nutricia A/S.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2014/24</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/24 jistipulaw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(59)</NO.P><TXT>Madwar is-swieq Ewropej tax-xiri pubbliku qed tinbet tendenza qawwija lejn l-aggregazzjoni tad-domanda mix-xerrejja pubbliċi, bil-ħsieb li jinkisbu ekonomiji ta’ skala, inklużi prezzijiet aktar baxxi u spejjeż ta’ tranżazzjoni, u għat-titjib u l-professjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-akkwisti. Dan jista’ jintlaħaq permezz tal-konċentrazzjoni tax-xiri skont in-numru ta’ awtoritajiet kontraenti involuti, jew il-volum u l-valur matul iż-żmien. Madankollu, l-aggregazzjoni u ċ-ċentralizzazzjoni tax-xiri għandhom jiġu sorveljati b’attenzjoni sabiex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva tal-kapaċita tal-akkwist u l-kollużjoni, u biex jiġu ppreservati t-trasparenza u l-kompetizzjoni, kif ukoll l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-swieq tal-SMEs.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(60)</NO.P><TXT>L-istrument tal-ftehimiet qafas intuża ħafna u huwa kkunsidrat bħala teknika ta’ akkwist effiċjenti madwar l-Ewropa kollha. Għalhekk għandu jinżamm prattikament kif inhu. Madankollu, ċerti aspetti jeħtieġ li jkunu kkjarifikati, b’mod partikolari li l-ftehimiet qafas ma għandhomx jintużaw mill-awtoritajiet kontraenti li mhumiex identifikati fihom. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kontraenti li huma partijiet minn ftehim qafas speċifiku mill-bidu għandhom ikunu indikati b’mod ċar, jew b’isem jew b’mezz ieħor, bħal referenza għal kategorija partikolari ta’ awtoritajiet kontraenti f’żona ġeografika delimitata b’mod ċar, sabiex l-awtoritajiet kontraenti kkonċernati jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment u inekwivokabbilment. Bl-istess mod, ftehim qafas m’għandux ikun miftuħ għal dħul ta’ operaturi ekonomiċi ġodda ladarba jkun konkluż. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(61)</NO.P><TXT>[…]</TXT><P>L-awtoritajiet kontraenti għandhom jingħataw flessibbiltà addizzjonali meta jagħmlu akkwisti taħt il-ftehimiet qafas, li huma konklużi ma’ aktar minn operatur ekonomiku wieħed u li jistipulaw it-termini kollha.</P><P>[…] Il-ftehimiet qafas m’għandhomx jintużaw b’mod skorrett jew b’tali mod li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni. L-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx ikunu obbligati skont din id-Direttiva li jakkwistaw xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma koperti minn ftehim qafas, taħt dan il-ftehim qafas.</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(62)</NO.P><TXT>Għandu jiġi wkoll iċċarat li filwaqt li kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw il-kuntratt qabel tmiem l-obbligu tal-ftehim qafas innifsu, id-durata tal-kuntratti individwali bbażati fuq ftehim qafas mhix meħtieġa li tikkoinċidi mad-durata ta’ dak il-ftehim qafas, iżda jista’ jkun, kif adegwat, iqsar jew itwal. […]</TXT><?PAGE NO="4"?><P>Għandu wkoll jiġi ċċarat li jista’ jkun hemm każijiet eċċezzjonali li fihom id-durata tal-ftehimiet qafas infushom għandha titħalla tkun itwal minn erba’ snin. Dawn il-każijiet, li għandhom ikunu ġustifikati debitament, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas, jistgħu jseħħu pereżempju meta l-operaturi ekonomiċi jkunu jeħtieġu jarmu t-tagħmir li l-perjodu tal-amortizzament tiegħu jkun itwal minn erba’ snin u li għandu jkun disponibbli fi kwalunkwe mument matul id-durata tal-ftehim qafas.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-akkwist<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jiddisponi, fil-paragrafu 5 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Fir-rigward ta’ ftehimiet qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-valur massimu stmat, mingħajr [it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)], tal-kuntratti kollha previsti għat-terminu totali tal-ftehim qafas jew is-sistema dinamika ta’ xiri.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-imsemmija direttiva, li jesponi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[p]rinċipji tal-akkwist<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi, fis-subparagrafu 1 tal-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ftehimiet qafas<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2014/24 jiddisponi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="033.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu ftehimiet qafas, jekk japplikaw il-proċeduri speċifikati f’din id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>FAP qafas ifisser ftehim bejn awtorità kontraenti waħda jew aktar u operatur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perijodu speċifikat, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista.</ALINEA><ALINEA>It-terminu ta’ ftehim qafas ma għandux jaqbeż l-erba’ snin, għajr f’każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="033.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw skont il-proċeduri stabbiliti f’dan il-paragrafu u fil-paragrafi 3 u 4.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Kuntratti bbazati fuq ftehim qafas ma jistgħux jagħmlu modifiki sostanzjali għat-termini stabbiliti f’dak il-ftehim qafas taħt l-ebda ċirkostanza, b’mod partikolari fil-kaz imsemmi fil-paragrafu 3.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="033.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn jiġi konkluż ftehim qafas ma’ operatur ekonomiku wieħed, kuntratti bbażati fuq dan il-ftehim għandhom jingħataw fi ħdan il-limiti tat-termini stabbiliti fil-ftehim qafas.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 49 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Avviżi dwar kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-avviżi dwar kuntratti għandhom jintużaw bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni fir-rigward tal-proċeduri kollha, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(5) u l-Artikolu 32. L-avviżi dwar kuntratti għandu jkun fihom l-informazzjoni stipulata fl-Anness V parti C u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 51.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 53 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprevedi, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-awtoritajiet kontraenti għandhom, b’mezzi elettroniċi, joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas għad-dokumenti tal-akkwist mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż skont l-Artikolu 51 jew mid-data li fiha ntbagħtet l-istedina għall-konferma tal-interess. It-test tal-avviż jew tal-istedina għall-konferma tal-interess għandu jispeċifika l-indirizz fuq l-Internet li fuqu hija aċċessibbli d-dokumentazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, l-Artikolu 72 tad-Direttiva 2014/24 jiddisponi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="072.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kuntratti u ftehimiet qafas jistgħu jiġu mmodifikati mingħajr proċedura ġdida tal-akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur tagħhom, mhumiex sostanzjali skont it-tifsira tal-paragrafu 4.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>Awtoritajiet kontraenti li jkunu mmodifikaw kuntratt fil-każijiet stipulati taħt il-punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu għandhom jippubblikaw avviż dwar dan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>. Dan l-avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness V, parti G u għandu jkun ppubblikat skont l-Artikolu 51.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="072.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Modifika ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas matul it-terminu tiegħu għandha titqies bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-punt (e) tal-paragrafu 1, fejn din trendi l-kuntratt jew il-ftehim qafas materjalment differenti fin-natura minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe eventwalità, mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, modifika għandha titqies bħala sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-modifika tintroduċi kondizzjonijiet li, kieku kienu parti mill-proċedura ta’ akkwist inizjali, kienu jippermettu d-dħul ta’ kandidati oħra minbarra dawk inizjalment magħżula jew l-aċċettazzjoni ta’ offerta oħra minbarra dik aċċettata oriġinarjament jew kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura ta’ akkwist;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-modifika tibdel il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas favur il-kuntrattur b’tali mod li ma kienx previst fil-kuntratt inizjali jew il-ftehim qafas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-modifika testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas b’mod konsiderevoli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>fejn kuntrattur ġdid jissostitwixxi dak li inizjalment kien ingħata l-kuntratt mill-awtorità kontraenti f’każijiet oħra minbarra dawk previsti taħt il-punt (d) tal-paragrafu 1.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="072.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Proċedura ġdida ta’ akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva għandha tkun meħtieġa għal modifiki oħra tad-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku jew ftehim qafas matul it-terminu tiegħu minbarra dawk previsti taħt il-paragrafi 1 u 2.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 91 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Id-Direttiva 2004/18/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)] hija mħassra b’effett mit‑<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XV.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Anness V tal-imsemmija direttiva jidentifika l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[i]nformazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Il-Parti B ta’ dan l-anness tesponi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[i]nformazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi informattivi minn qabel (kif imsemmija fl-Artikolu 48)<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. It-Titolu II ta’ din il-parti jelenka l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[i]nformazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta meta l-avviż jintuża bħala mezz sabiex isejjaħ għal kompetizzjoni (artikolu 48(2))<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fost din l-informazzjoni hemm dik, imsemmija fil-punt 7 ta’ dan it-Titolu II, ifformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Sa fejn dan ikun diġà magħruf, il-kobor totali stmat tal-kuntratt(i); fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Parti C tal-imsemmi Anness V telenka, bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[i]nformazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar kuntratti (kif imsemmija fl-Artikolu 49)<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz fuq l-Internet li fuqhom ser ikunu disponibbli d-dokumenti ta’ akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-kodiċi CPV; fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Deskrizzjoni qasira tal-akkwist: in-natura u sa fejn huma estiżi x-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi. Meta l-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta għal kull lott. Fejn xieraq, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe għażla.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-ordni tal-kobor totali stmat tal-kuntratt(i); fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-perijodu għat-twassil jew il-forniment tal-provvisti, xogħlijiet jew servizzi u, sa fejn ikun possibbli, id-dewmien tal-kuntratt.</TXT><?PAGE NO="7"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ ftehim qafas, indikazzjoni tad-dewmien ippjanat tal-ftehim qafas, li tiddikjara, fejn dan ikun xieraq, ir-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien li jaqbeż l-erba’ snin; sa fejn din tkun possibbli, indikazzjoni tal-valur jew l-ordni tal-kobor u l-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw, in-numru u, fejn dan ikun xieraq, in-numru massimu propost ta’ operaturi ekonomiċi li għandhom jieħdu sehem.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/1986</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal‑<DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE> li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 842/2011 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="296" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 296, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="172" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 172, p. 36</REF.DOC.OJ>), jinkludi, fl-Anness II tiegħu, formola standard li tesponi d-diversi taqsimiet li awtorità kontraenti jew entità kontraenti jistgħu jew għandhom, skont il-każ, jimlew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>It-Taqsima II ta’ din il-formola, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>L-għan<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tal-kuntratt, tagħmel distinzjoni bejn l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>għan tal-ksib [portata tal-kuntratt]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>[d]eskrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fost it-taqsimiet dwar il-portata tal-kuntratt tinsab it-Taqsima II.1.5, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Stima tal-valur totali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Din it-taqsima tirreferi għan-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 2 tal-formula li ssemmi biss l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>jekk applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Permezz tal-imsemmija taqsima, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tindika l-valur mingħajr VAT tal-kuntratt u l-munita użata għal dan l-għan, filwaqt li għandu jiġi ppreċiżat li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>għal oqfsa ta’ ftehim jew sistemi dinamiċi tax-xiri – [dan huwa] stima tat-total tal-ogħla valur għat-tul ta’ żmien kollu tal-qafas ta’ ftehim jew sistema dinamika tax-xiri<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fost it-taqsimiet dwar id-deskrizzjoni tal-kuntratt hemm it-Taqsima II.2.1, li l-għan tagħha huwa li tindika t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>[t]itlu<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> tal-kuntratt. Din it-taqsima tinkludi subdiviżjoni msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Nru tal-lott<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, li magħha hemm ukoll assoċjata nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 2 li tgħid <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>jekk applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>It-Taqsima II.2.6, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Stima tal-valur<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, tipprevedi li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tindika l-valur mingħajr VAT tal-kuntratt kif ukoll il-munita użata għal dan l-għan u tippreċiża li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>għal oqfsa ta’ ftehim jew sistemi dinamiċi tax-xiri – [dan huwa] l-istima tat-total tal-ogħla valur għat-tul ta’ żmien kollu ta’ dan il-lott<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 89/665/KEE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal‑<DATE ISO="19891221">21 ta’ Diċembru 1989</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="063" PAGE.FIRST="44" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 63, p. 44</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva 2014/23 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Direttiva 89/665<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>), hija applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali peress li d-data ta’ traspożizzjoni ta’ din l-aħħar direttiva skadiet fit‑<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Id-Direttiva 89/665 fil-verżjoni inizjali tagħha ġiet preċedentement emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 31</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="176" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 176, p. 23</REF.DOC.OJ>). Il-premessi 13, 14 u 17 tad-Direttiva 2007/66 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>(13)</NO.P><TXT>Sabiex tħares kontra l-għoti dirett illegali ta’ kuntratti, li l-Qorti tal-Ġustizzja sejħet l-aktar ksur serju tal-liġi [tal-Unjoni] fil-qasam ta’ l-appalti pubbliċi, min-naħa ta’ awtorità kontraenti jew ta’ entità kontraenti, għandu jkun hemm provvediment għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. Għaldaqstant, kuntratt li jirriżulta minn għoti dirett illegali għandu bħala prinċipju jitqies ineffettiv. L-ineffettività m’għandhiex tkun awtomatika iżda għandha tkun aċċertata minn korp ta’ reviżjoni indipendenti, jew għandha tkun ir-riżultat ta’ deċiżjoni tiegħu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>L-ineffettività hi l-aktar mod effettiv biex terġa’ tiġi stabbilita l-kompetizzjoni u biex jinħolqu opportunitajiet ta’ negozju ġodda għal dawk l-operaturi ekonomiċi li jkunu ġew imċaħħda illegalment mill-opportunita li jikkompetu. Għotjiet diretti fis-sens ta’ din id-Direttiva għandhom jinkludu l-għotjiet kollha ta’ kuntratti mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea</HT> skond id-Direttiva 2004/18/KE. Dan jikkorrispondi għal proċedura mingħajr sejħa minn qabel għal kompetizzjoni skond it-tifsira fid-Direttiva 2004/17/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19)].</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Proċedura ta’ reviżjoni għandha tkun disponibbli ta’ l-inqas għal kull persuna li jkollha jew li kellha interess li tikseb kuntratt partikolari u li kienet jew li tinsab fir-riskju li tkun milquta minn ksur allegat.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/665, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Skop u disponibbiltà ta’ proċeduri ta’ reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Din id-Direttiva tapplika għal kuntratti msemmija fid-Direttiva [2014/24], sakemm tali kuntratti ma jkunx esklużi skont l-Artikoli 7, 8, 9, 10, 11, 12, 15, 16, 17 u 37 ta’ dik id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Il-kuntratti skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva jinkludu kuntratti pubbliċi, ftehimiet ta’ qafas, konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u servizzi u sistemi dinamiċi ta’ xiri.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, rigward kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva [2014/24] jew id-Direttiva [2014/23], id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 2f ta’ din id-Direttiva, għar-raġuni li dawn id-deċiżjonijiet ikunu kisru l-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Ineffettività<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, l-Artikolu 2d tad-Direttiva 89/665 jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratt ikun meqjus bħala ineffettiv minn korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-awtorità kontraenti jew li l-ineffettività tiegħu hija r-riżultat ta’ deċiżjoni ta’ tali korp ta’ reviżjoni f’xi wieħed mill-każi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk l-awtorità kontraenti tkun tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> mingħajr ma dan ikun permissibbli skont id-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 92/13</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/13, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Skop u disponibilità tal-proċeduri ta’ reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, jiddisponi, fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Din id-Direttiva tapplika għal kuntratti msemmija fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="243" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 243</REF.DOC.OJ>)], sakemm tali kuntratti ma jkunux esklużi skont l-Artikoli 18 sa 24, 27 sa 30, 34 jew 55 ta’ dik id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>Il-kuntratti fit-tifsira ta’ din id-Direttiva jinkludu kuntratti ta’ provvista, ta’ xogħol u ta’ servizzi, konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u servizzi, ftehim qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri.<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 92/13 hija analoga għal dik tal-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 89/665.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Daniż</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar il-Kuntratti Pubbliċi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Udbudsloven, lov nr. 1564 (il-Liġi Nru 1564 dwar il-Kuntratti Pubbliċi) tal‑<DATE ISO="20151215">15 ta’ Diċembru 2015</DATE>, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Liġi dwar il-Kuntratti Pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>), li tittrasponi d-Direttiva 2014/24 fid-dritt Daniż, tinkludi Titolu I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>Dispożizzjonijiet Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, li jinkludi l-Artikoli 1 sa 38 ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Prinċipji ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>F’dak li jirrigwarda l-kuntratti pubbliċi msemmija fit-Titoli II sa IV, l-awtorità kontraenti għandha tikkonforma mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità.<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tal-istess liġi jinkludi b’mod partikolari d-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>[…]</P><?PAGE NO="10"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>24)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>kuntratti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="2019" ID="QE0047"/>: kuntratti b’titolu oneruż konklużi bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew iktar u awtorità kontraenti waħda jew iktar u li għandhom bħala s-suġġett tagħhom l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista ta’ prodotti jew il-provvista ta’ servizzi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>30)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>ftehim qafas<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="2019" ID="QE0048"/>: ftehim konkluż bejn awtorità kontraenti waħda jew iktar u operatur ekonomiku wieħed jew iktar li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratti mogħtija matul perijodu partikolari, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kwantitajiet previsti.<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>It-Titolu II tal-Liġi dwar il-Kuntratti Pubbliċi, li jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>[k]untratti pubbliċi li l-valur tagħhom huwa ogħla mil-limitu<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, huwa kompost mill-Artikoli 39 sa 185 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 ta’ din il-liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>Fil-proċeduri miftuħa, kwalunkwe operatur ekonomiku interessat jista’ jippreżenta offerta fir-rigward ta’ sejħa għal avviż ta’ kuntratt. L-avviż ta’ kuntratt għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fil-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva [2014/24]. L-awtorità kontraenti għandha tuża l-formola standard imsemmija fl-Artikolu 128(3) ta’ din il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 128 tal-imsemmija liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="128.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità kontraenti għandha tuża l-avviż tal-kuntratt bħala mezz ta’ sejħa għal offerti għall-proċeduri kollha bl-eċċezzjoni tal-proċedura nnegozjata mingħajr avviż minn qabel. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="128.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-avviżi ta’ kuntratt għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata fil-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva [2014/24] […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="128.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-avviż ta’ kuntratt huwa mfassal fuq il-mudell tal-formoli standard stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea, għandu jintbagħat b’mod elettroniku lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u għandu jiġi ppubblikat skont l-Anness VIII tad-Direttiva [2014/24] […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Lov om Klagenævnet for udbud, lovbekendtgørelse nr. 593 (il-Liġi dwar il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi, Avviż Legali Nru 593) tat‑<DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Liġi dwar il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>), li timplimenta d-Direttiva 92/13, tiddisponi, fil-punt 1 tal-Artikolu 17(1) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>Kuntratt li jaqa’ taħt it-Titolu II jew III tal-Liġi dwar il-Kuntratti Pubbliċi jew taħt id-Direttiva [2014/25] huwa ddikjarat ineffettiv jekk:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-awtorità kontraenti, bi ksur tal-Liġi dwar il-Kuntratti Pubbliċi jew tar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti, ikkonkludiet kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, bla ħsara madankollu għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4,</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="11"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-Reġjuni, permezz ta’ avviż ta’ kuntratt tat‑<DATE ISO="20190430">30 ta’ April 2019</DATE>, fetħu proċedura miftuħa ta’ kuntratt pubbliku fis-sens tad-Direttiva 2014/24 fid-dawl tal-konklużjoni ta’ ftehim qafas ta’ erba’ snin bejn ir-Region Nordjylland u operatur ekonomiku uniku għax-xiri ta’ tagħmir li jippermetti t-tmigħ permezz ta’ tubu gastriku għal pazjenti fid-dar u fl-istituzzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-avviż ta’ kuntratt speċifika li r-Region Syddanmark kien ser jipparteċipa biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>b’għażla<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> u li l-kandidati kienu obbligati jagħmlu offerta għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>entrati kollha tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan l-avviż la kien fih informazzjoni dwar il-valur stmat tal-kuntratt tal-ftehim qafas għar-Region Nordjylland jew tal-għażla għar-Region Syddanmark u lanqas informazzjoni dwar il-valur massimu tal-ftehimiet qafas jew dwar il-kwantità stmata jew massima tal-prodotti li x-xiri tagħhom kien previst fil-ftehimiet qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-Anness 3 tal-imsemmi avviż, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>istimi indikati u [l]-volumi ta’ konsum mistennija huma biss l-espressjoni tal-previżjonijiet tal-awtorità kontraenti fir-rigward tal-użu tal-provvisti li huma s-suġġett tal-kuntratt. Għaldaqstant, l-awtorità kontraenti ma timpenjax ruħha, bis-saħħa tal-ftehim qafas, li taċċetta ċerta kwantità ta’ provvisti jew li tixtri sa ċertu ammont. Fi kliem ieħor, il-konsum effettiv jista’ jkun ogħla jew inqas minn dak indikat fl-istimi.<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> Il-ftehim qafas lanqas ma kellu jitqies bħala esklużiv, b’tali mod li l-awtorità kontraenti setgħet takkwista prodotti simili mingħand fornituri oħra b’osservanza tar-regoli li jirregolaw il-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20190809">9 ta’ Awwissu 2019</DATE>, ir-Reġjuni qiesu li l-offerta ta’ Nutricia kienet l-iktar waħda vantaġġuża u li din il-kumpannija kienet rebħet il-kuntratt. Fid‑<DATE ISO="20190819">19 ta’ Awwissu 2019</DATE>, Simonsen &amp; Weel ippreżentat rikors quddiem il-Klagenævnet for Udbud (il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi, id-Danimarka), intiż għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li din il-qorti ma tatx effett sospensiv lil dan ir-rikors, ir-Region Nordjylland ikkonkludiet ftehim qafas mal-offerent rebbieħ. Min-naħa tiegħu, ir-Region Syddanmark ma użax l-għażla li huwa għandu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, Simonsen &amp; Weel issostni, fl-ewwel lok, li, billi ma indikawx, fl-avviż ta’ kuntratt, il-kwantità stmata jew il-valur stmat tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-ftehim qafas inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-Reġjuni kisru b’mod partikolari l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24, il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva kif ukoll il-punt 7 tal-Parti C tal-Anness V tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Reġjuni huma obbligati jindikaw il-kwantità massima tal-prodotti li jistgħu jinxtraw b’eżekuzzjoni tal-ftehim qafas jew il-valur totali massimu tiegħu, u fin-nuqqas ta’ dan huma jistgħu jaqsmu dan il-ftehim qafas b’mod artifiċjali matul it-tul kollu tiegħu, kuntrarjament għall-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1034">EU:C:2018:1034</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-nuqqas ta’ indikazzjoni tal-kwantità jew tal-valur stmat, ir-Reġjuni joġġezzjonaw, b’mod partikolari, li l-obbligu li tiġi indikata portata jew valur partikolari fl-avviż ta’ kuntratt ma japplikax fir-rigward tal-ftehimiet qafas. Mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2014/24 jirriżulta li l-kwantitajiet stmati previsti jistgħu jiġu indikati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>fejn xieraq<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, li jimplika għalhekk li tali indikazzjoni tibqa’ fakultattiva għall-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-nuqqas ta’ indikazzjoni tal-kwantità massima tal-prodotti li jistgħu jinkisbu b’eżekuzzjoni tal-ftehim qafas jew tal-valur totali massimu tiegħu, ir-Reġjuni jsostnu li s-soluzzjoni tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1034">EU:C:2018:1034</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija limitata għal sitwazzjonijiet fejn awtorità kontraenti taġixxi f’isem awtoritajiet kontraenti oħra li ma humiex direttament partijiet għall-ftehim qafas, li ma kienx il-każ hawnhekk. Barra minn hekk, minn din is-sentenza jirriżulta li l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament huma osservati, peress li l-volum globali tas-servizzi huwa indikat fil-ftehim qafas innifsu jew f’dokument ieħor tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-każ ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda ftehim qafas, il-punt dwar jekk dan isirx ukoll f’isem awtoritajiet kontraenti oħra huwa determinanti, li jirriżulta wkoll mill-premessi 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/24. Ir-rekwiżit ta’ indikazzjoni ta’ volum massimu jew ta’ valur massimu, imsemmi fil-punt 61 tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1034">EU:C:2018:1034</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma jistax jiġi estiż għal każijiet li ma humiex komparabbli ma’ dawk inkwistjoni f’dik il-kawża. Issa, f’dan il-każ, ir-Reġjuni jallegaw li offrew ftehim qafas mhux esklużiv u mhux sinallagmatiku, u li ma kinux jafu, fil-mument tas-sejħa għal offerti, bil-portata tal-ħtiġijiet konkreti ta’ xiri jew bil-livell tal-prezz għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>kuntratti individwali<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>. Konsegwentement, huma ma kinux f’pożizzjoni li jagħmlu stima affidabbli tal-valur tal-ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Klagenævnet for Udbud (il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi, id-Danimarka) jistaqsi dwar il-possibbiltà li tiġi applikata b’analoġija s-soluzzjoni tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1034">EU:C:2018:1034</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fil-kawża prinċipali, fid-dawl tal-partikolarità taċ-ċirkustanzi tal-kawża li tat lok għal dik is-sentenza u tal-fatt li d-Direttiva 2014/24 tinkludi, fir-rigward tal-ftehim qafas, modifiki, minkejja li huma żgħar, meta mqabbla mal-formulazzjoni tad-Direttiva 2004/18 li kienet applikabbli għall-imsemmija kawża. Id-dubji tagħha jirrigwardaw b’mod partikolari l-kwistjoni dwar jekk limitu massimu għandux jispeċifika kemm il-kwantitajiet massimi kif ukoll il-valuri massimi tal-prodotti li jistgħu jinxtraw bis-saħħa tal-ftehim qafas u jekk dan il-massimu għandux, jekk ikun xieraq, jiġi ffissat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>mill-bidu<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, jiġifieri fl-avviż ta’ kuntratt – fejn ikun għalhekk identiku għall-valur stmat – u/jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, jew jekk huwiex biżżejjed li jiġi ffissat limitu massimu, għall-ewwel darba, fil-ftehim qafas innifsu, jiġifieri mat-tlestija tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti. Fl-aħħar nett, fl-ipoteżi fejn dan il-limitu massimu ma ssemmiex korrettament mill-awtorità kontraenti, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, skont l-Artikolu 2d tad-Direttiva 92/13, il-ftehim qafas konkluż fuq din il-bażi għandux jiġi assimilat mas-sitwazzjoni fejn l-ebda avviż ta’ kuntratt ma jkun ġie ppubblikat u, għaldaqstant, għandux jitqies bħala ineffettiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Klagenævnet for Udbud (il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi) iddeċieda li jissospendi l-proċedura quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>[(a)]</NO.P><TXT>Il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva [2014/24] u l-Artikolu 49 [ta’ din id-direttiva] flimkien mal-punti 7 u 10(a) tal-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2014/24, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt f’każ bħal dak ineżami għandu jinkludi informazzjoni dwar il-kwantità stmata u/jew il-valur stmat tal-provvisti taħt il-kuntratt qafas li huwa s-suġġett tas-sejħa għal offerti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>[(b)]</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għad-domanda tkun fl-affermattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab ukoll tiddeċiedi jekk l-imsemmija dispożizzjonijiet għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-informazzjoni għandha tiġi stabbilita fir-rigward tal-kuntratt qafas (a) b’mod globali u/jew (b) fir-rigward tal-awtorità kontraenti oriġinali li wriet l-intenzjoni tagħha li tikkonkludi ftehim fil-kuntest tal-proċedura għal sejħa għal offerti (f’dan il-każ: ir-Region Nordjylland) u/jew (c) fir-rigward tal-tal-awtorità kontraenti oriġinali li sempliċement uriet l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa b’għażla (f’dan il-każ: ir-Region Syddanmark).</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>[(a)]</NO.P><TXT>Il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva [2014/24] u l-Artikoli 33 u 49 tad-Direttiva 2014/24 flimkien mal-punti 7 u 10 tal-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2014/24, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt għandhom jistabbilixxu kwantità massima u/jew valur massimu tal-provvisti taħt il-kuntratt qafas li huwa s-suġġett tas-sejħa għal offerti, b’mod li l-kuntratt qafas inkwistjoni ma jkollux iktar effett meta jintlaħaq dan il-limitu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>[(b)]</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għad-domanda tkun fl-affermattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab ukoll tiddeċiedi dwar jekk l-imsemmija dispożizzjonijiet għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-informazzjoni għandha tiġi stabbilita fir-rigward tal-kuntratt qafas (a) b’mod globali u/jew (b) fir-rigward tal-awtorità kontraenti oriġinali li wriet l-intenzjoni tagħha li tikkonkludi ftehim fil-kuntest tal-proċedura għal sejħa għal offerti (f’dan il-każ: ir-Region Nordjylland) u/jew (c) fir-rigward tal-tal-awtorità kontraenti oriġinali li sempliċement uriet l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa b’għażla (f’dan il-każ: ir-Region Syddanmark).</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposti għall-ewwel u/jew għat-tieni domanda jkunu fl-affermattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab ukoll – sa fejn huwa rilevanti għall-kontenut ta’ dawn ir-risposti – twieġeb id-domanda segwenti: L-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 92/13, moqri flimkien mal-Artikoli 33 u 49 tad-Direttiva 2014/24, u mal-punti 7 u 10 tal-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2014/24, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjoni li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>l-entità kontraenti tkun tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="2019" ID="QE0061"/> tkopri każ bħal dak ineżami fejn l-awtorità kontraenti tkun ippubblikat avviż ta’ kuntratt f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> dwar il-kuntratt qafas previst, iżda</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-avviż tal-kuntratt ma jkunx jissodisfa l-kundizzjoni li tiġi indikata l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat tal-provvisti taħt il-kuntratt qafas li huwa s-suġġett tas-sejħa għal offerti peress li tali stima tkun tirriżulta mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-awtorità kontraenti tkun kisret ir-rekwiżit li, fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, tistabbilixxi kwantità massima u/jew valur massimu tal-provvisti taħt il-kuntratt qafas li huwa s-suġġett tas-sejħa għal offerti?<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-punt (a) tal-ewwel domanda u l-punt (a) tat-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tal-punt (a) tal-ewwel domanda u tal-punt (a) tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24, il-punti 7 u 8 kif ukoll il-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 33 tal-imsemmija direttiva u mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din tal-aħħar, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt għandu jindika l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas u li ladarba jintlaħaq dan il-limitu, l-imsemmi ftehim ikun eżawrixxa l-effetti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2014/24, ftehim qafas huwa ftehim konkluż bejn awtorità kontraenti waħda jew iktar u operatur ekonomiku wieħed jew iktar li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perijodu partikolari, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezzijiet u, fejn xieraq, tal-kwantitajiet previsti. L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jipprevedi li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu ftehimiet qafas sa fejn dawn japplikaw il-proċeduri previsti mill-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24 jipprevedi li l-avviżi ta’ kuntratt għandhom jintużaw bħala mezz ta’ sejħa għal offerti għall-proċeduri kollha, bla ħsara għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(5) u għall-Artikolu 32 ta’ din id-direttiva. Dawn għandu jkun fihom l-informazzjoni prevista fil-Parti C tal-Anness V tal-imsemmija direttiva u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 51 tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24 u, għaldaqstant, il-Parti C tal-Anness V tagħha japplikaw għall-ftehimiet qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/24, meħuda waħedhom, jistgħu jimplikaw li l-awtorità kontraenti għandha marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-opportunità li tindika, fl-avviż ta’ kuntratt, valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-punt 8 tal-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2014/24 jipprevedi li, skont l-informazzjoni li għandha tidher fl-avviż ta’ kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha ssemmi l-ordni tal-kobor totali stmat tal-kuntratt jew tal-kuntratti, fejn din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull lott meta l-kuntratt ikun maqsum f’lottijiet. Ir-riferiment għal sempliċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>ordni tal-kobor<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> iktar milli għal valur preċiżament iddefinit, jissuġġerixxi li l-evalwazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti tista’ tkun approssimattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-punt 10 ta’ din il-Parti C, relatat mal-informazzjoni dwar il-perijodu għall-kunsinna jew għall-provvista tal-prodotti, tax-xogħlijiet jew tas-servizzi u, sa fejn huwa possibbli, it-tul tal-kuntratt, jipprovdi, fil-punt (a) tiegħu ddedikat speċifikament għall-ftehimiet qafas, li l-awtorità kontraenti għandha tindika, sa fejn huwa possibbli, il-valur jew l-ordni tal-kobor u l-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw. Minn dan jirriżulta li, skont din id-dispożizzjoni, l-indikazzjoni mill-awtorità kontraenti tal-valur jew tal-ordni tal-kobor u tal-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw ma hijiex meħtieġa fiċ-ċirkustanzi kollha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Bl-istess mod, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2014/24 jipprovdi li ftehim qafas għandu l-għan li jistabbilixxi, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>fejn xieraq<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, il-kwantitajiet previsti. Filwaqt li tirreferi għall-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>fejn xieraq<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, din id-dispożizzjoni tippreċiża, f’dak li jirrigwarda speċifikament il-kwantitajiet tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti, li dawn għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiġu stabbiliti fi ftehim qafas. Mill-formola standard li tinsab fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/1986 jirriżulta wkoll li l-awtorità kontraenti ma hijiex obbligata timla t-Taqsima II.1.5, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>Stima tal-valur totali<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, peress li dan il-valur jista’ jiġi speċifikat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>jekk applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, kif jirriżulta mir-riferiment magħmul f’din it-taqsima għan-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 2 ta’ din il-formola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-unika interpretazzjoni letterali tal-imsemmija dispożizzjonijiet ma hijiex konklużiva sabiex jiġi ddeterminat jekk avviż ta’ kuntratt għandux jindika l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24 kif ukoll tal-istruttura ġenerali ta’ din id-direttiva, ma jistax jiġi aċċettat li l-awtorità kontraenti tastjeni milli tindika, fl-avviż ta’ kuntratt, valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 2014/24 jirriżulta li l-awtorità kontraenti għandha tiddetermina l-kontenut tal-ftehim qafas li hija għandha l-intenzjoni li tikkonkludi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>L-ewwel, l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, dwar il-metodi ta’ kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt, jipprevedi, fil-paragrafu 5 tiegħu, li, għall-ftehimiet qafas, il-valur li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni huwa l-valur massimu stmat mingħajr VAT tal-kuntratti pubbliċi kollha previsti matul it-tul totali tal-ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Issa, peress li l-awtorità kontraenti hija obbligata tevalwa l-valur massimu stmat mingħajr VAT tal-kuntratti kollha previsti matul it-tul totali tal-ftehim qafas, hija tista’ tikkomunika dan il-valur lill-offerenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha b’mod partikolari fuq l-Artikolu 9(9) tad-Direttiva 2004/18, ifformulat f’termini identiċi għal dawk tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2014/24, sabiex tikkunsidra, fil-punt 60 tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1034">EU:C:2018:1034</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, għalkemm hija suġġetta biss għal obbligu li tagħmel l-aħjar sforz fir-rigward tal-preċiżazzjoni tal-valur u tal-frekwenza ta’ kull wieħed mill-kuntratti sussegwenti li għandhom jingħataw, l-awtorità kontraenti li oriġinarjament kienet parti għall-ftehim qafas għandha, mill-banda l-oħra, tispeċifika b’mod imperattiv, fir-rigward tal-ftehim qafas innifsu, il-volum globali, u għalhekk il-kwantità massima u/jew il-valur massimu, li fih jistgħu jiġu inklużi l-kuntratti sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>It-tieni, skont il-punt 7 tal-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2014/24, l-awtorità kontraenti għandha, bħala informazzjoni li għandha tidher fl-avviżi ta’ kuntratt, tiddeskrivi l-kuntratt u, għal dan l-għan, tindika l-kwantità jew il-valur tal-provvisti li ser ikunu koperti mill-ftehim qafas meħud fit-totalità tiegħu. Fil-fatt, ma jistax ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu mingħajr ma tiġi indikata, tal-inqas, kwantità massima u/jew valur massimu ta’ dawn il-provvisti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta awtorità kontraenti għandha timla l-formola li tinsab fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/1986, hija għandha tinkludi, fit-Taqsima II.2.6 ta’ din il-formola, relatata mal-valur stmat, il-valur totali massimu għat-tul totali ta’ kull wieħed mil-lottijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, bħall-ugwaljanza fit-trattament u t-trasparenza huma applikabbli meta jiġi konkluż ftehim qafas, kif jirriżulta mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2014/24. Issa, kemm il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll il-prinċipju ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom jimplikaw li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet kollha tal-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u univoku fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, b’mod, l-ewwel, li jippermetti li l-offerenti raġonevolment informati u normalment diliġenti kollha jifhmu l-portata eżatta tagħhom u li jinterpretawhom bl-istess mod u, it-tieni, li jqiegħed lill-awtorità kontraenti f’pożizzjoni li tivverifika effettivament jekk l-offerti tal-offerenti jikkorrispondux għall-kriterji li jirregolaw il-kuntratt inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑216/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1034">EU:C:2018:1034</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati mill-konklużjoni tal-ftehim qafas, stabbiliti b’mod partikolari fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24, ikunu affettwati jekk l-awtorità kontraenti li kienet oriġinarjament parti għall-ftehim qafas ma indikatx il-valur massimu jew il-kwantità massima kkonċernata minn tali ftehim (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑216/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1034">EU:C:2018:1034</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-indikazzjoni mill-awtorità kontraenti tal-kwantità stmata u/jew tal-valur stmat kif ukoll ta’ kwantità massima u/jew ta’ valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas għandha importanza kunsiderevoli għal offerent, peress li huwa abbażi ta’ din l-istima, li dan ser ikun f’pożizzjoni li jevalwa l-kapaċità tiegħu li jeżegwixxi l-obbligi li jirriżultaw minn dan il-ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk il-valur massimu stmat jew il-kwantità massima stmata li tirrigwarda tali ftehim ma tkunx indikata jew jekk tali indikazzjoni ma tkunx ta’ natura legalment vinkolanti, l-awtorità kontraenti tkun tista’ tevadi din il-kwantità massima. Konsegwentement, ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-offerent rebbieħ tista’ tiġi mfittxija minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim qafas jekk ma jirnexxilux jipprovdi l-kwantitajiet mitluba mill-awtorità kontraenti, anki jekk dawn jaqbżu l-kwantità massima fl-avviż ta’ kuntratt. Issa, tali sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju ta’ trasparenza stabbilit fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ trasparenza jista’ jinkiser b’mod sostenibbli, peress li, kif jirriżulta mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 33(1) ta’ din id-direttiva, ftehim qafas jista’ jiġi konkluż għal perijodu li jista’ jdum sa erba’ snin, jew saħansitra iktar f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati, b’mod partikolari mill-għan tal-ftehim qafas. Barra minn hekk, kif tiddikjara l-premessa 62 tal-imsemmija direttiva, għalkemm il-kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ validità tiegħu, it-tul tal-kuntratti differenti bbażati fuq ftehim qafas ma għandux neċessarjament jikkoinċidi ma’ dak tal-imsemmi ftehim qafas, iżda jista’ xi drabi jkun iqsar jew itwal.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, interpretazzjoni estensiva tal-obbligu li jiġi ddefinit il-valur massimu stmat jew il-kwantità massima stmata koperta mill-ftehim qafas tista’ wkoll, minn naħa, tneħħi l-effett utli tar-regola stabbilita fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tad-Direttiva 2014/24, li tipprovdi li l-kuntratti bbażati fuq il-ftehim qafas ma jistgħu fl-ebda każ iwasslu għal modifiki sostanzjali tat-termini ffissati fl-imsemmi ftehim qafas, u, min-naħa l-oħra, tikkaratterizza użu abbużiv jew użu intiż sabiex jostakola, jillimita jew joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, kif imsemmi fil-premessa 61 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-fatt li l-awtorità kontraenti li kienet oriġinarjament parti għall-ftehim qafas tiġi meħtieġa tindika, fil-ftehim qafas, il-kwantità massima jew il-valur massimu tas-servizzi li ser ikunu koperti minn dan il-ftehim jikkonkretizza l-projbizzjoni li l-ftehimiet qafas jintużaw b’mod abbużiv jew b’mod li jostakola, jillimita jew joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑216/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1034">EU:C:2018:1034</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-awtorità kontraenti li kienet oriġinarjament parti għall-ftehim qafas tista’ timpenja ruħha, f’isimha u għan-nom tal-awtoritajiet kontraenti potenzjali li huma indikati b’mod ċar f’dan il-ftehim, biss sal-limitu ta’ ċerta kwantità massima u/jew ta’ ċertu valur massimu u li ladarba dan il-limitu jintlaħaq, l-imsemmi ftehim ikun eżawrixxa l-effetti tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑216/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1034">EU:C:2018:1034</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Madankollu, għandhom isiru żewġ kjarifiki addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Minn naħa, huma ammessi, konformement mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 33(2) u mal-Artikolu 72 tad-Direttiva 2014/24, il-modifiki tal-ftehim qafas li ma għandhomx natura sostanzjali, peress li, bħala prinċipju, tali modifika għandha natura kunsenswali b’tali mod li l-kunsens tal-offerent rebbieħ huwa meħtieġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-indikazzjoni tal-kwantità massima jew tal-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas tista’ tidher mingħajr distinzjoni jew fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, peress li, fir-rigward ta’ ftehim qafas, l-awtoritajiet kontraenti huma obbligati joffru, konformement mal-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2014/24, b’mezz elettroniku, aċċess komplet, dirett, mingħajr ħlas u mingħajr restrizzjoni għad-dokumenti tal-kuntratt mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ avviż konformement mal-Artikolu 51 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>L-issodisfar ta’ tali kundizzjonijiet huwa għalhekk tali li jiżgura l-osservanza tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Mill-banda l-oħra, dawn il-prinċipji ma jkunux issodisfatti fil-każ fejn operatur ekonomiku li jixtieq jaċċessa l-imsemmija speċifikazzjonijiet tal-kuntratt sabiex jevalwa l-opportunità li jagħmel offerta jkun obbligat jesprimi, minn qabel, xi interess lill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta li għandha tingħata għall-punt (a) tal-ewwel domanda u għall-punt (a) tat-tieni domanda hija li l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24, il-punti 7 u 8 kif ukoll il-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 33 tal-imsemmija direttiva u mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din tal-aħħar, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt<?PAGE NO="18"?> għandu jindika l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas u li ladarba jintlaħaq dan il-limitu, l-imsemmi ftehim qafas ikun eżawrixxa l-effetti tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-punt (b) tal-ewwel domanda u l-punt (b) tat-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Permezz tal-punt (b) tal-ewwel domanda u tal-punt (b) tat-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24 kif ukoll il-punt 7 u l-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 33 tal-imsemmija direttiva u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din tal-aħħar, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-kwantità stmata jew il-valur stmat tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas kif ukoll il-kwantità massima jew il-valur massimu ta’ dawn il-prodotti għandhom jiġu indikati fl-avviż ta’ kuntratt b’mod globali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Peress li, kif jirriżulta mir-risposta mogħtija għall-punt (a) tal-ewwel domanda u għall-punt (a) tat-tieni domanda, l-avviż ta’ kuntratt għandu jindika l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas, il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24 jipprekludu li awtorità kontraenti tillimita ruħha li tikkomunika informazzjoni parzjali dwar is-suġġett u l-portata, prevista fuq il-livell kwantitattiv u/jew finanzjarju, ta’ ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Din l-indikazzjoni tista’ tidher b’mod globali fl-avviż ta’ kuntratt, fejn tali riferiment huwa suffiċjenti sabiex jiżgura l-osservanza tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Madankollu, xejn ma jipprekludi li awtorità kontraenti, sabiex ittejjeb l-informazzjoni tal-offerenti u tippermettilhom jevalwaw bl-aħjar mod l-opportunità li jippreżentaw offerta, tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali u taqsam il-kwantità stmata globali jew il-valur stmat globali tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-ftehim qafas sabiex tikkaratterizza l-bżonnijiet tal-awtorità kontraenti oriġinali li jkollha l-intenzjoni tikkonkludi ftehim qafas u dawk tal-awtorità jew awtoritajiet kontraenti oriġinali li jkunu wrew ix-xewqa li jipparteċipaw f’dan il-ftehim qafas b’mod fakultattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Bl-istess mod, awtorità kontraenti tista’ tippreżenta b’mod distint, fl-avviż ta’ kuntratt, il-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas għal kull waħda mill-awtoritajiet kontraenti li jkollhom l-intenzjoni li jikkonkludu l-ftehim qafas jew li għandhom għażla għal dan l-għan. Dan jista’ jkun il-każ b’mod partikolari meta, fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi sussegwenti, l-operaturi ekonomiċi jiġu mistiedna jissottomettu offerti għal-lottijiet kollha jew għall-pożizzjonijiet kollha msemmija fl-avviż ta’ kuntratt jew inkella meta l-kuntratti sussegwenti jkollhom jiġu eżegwiti f’postijiet imbiegħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għall-punt (b) tal-ewwel domanda u għall-punt (b) tat-tieni domanda hija li l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24 kif ukoll il-punt 7 u l-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 33 tal-imsemmija direttiva u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din tal-aħħar, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt għandu jindika l-kwantità<?PAGE NO="19"?> stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll il-kwantità massima u/jew il-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas b’mod globali u li dan l-avviż jista’ jiffissa rekwiżiti addizzjonali li l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li żżid fih.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-fatt li l-qorti tar-rinviju fformulat domanda preliminari billi rreferiet għal ċerti dispożizzjonijiet biss tad-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lil dik il-qorti l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, kemm jekk hija rreferiet għalihom meta ressqet id-domandi tagħha jew le. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tislet, mill-elementi kollha pprovduti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, il-punti ta’ dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091027">27 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>ČEZ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑115/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:660">EU:C:2009:660</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Nilaş <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑248/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:166">EU:C:2012:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani u Guerrato</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑178/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1000">EU:C:2017:1000</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-Direttiva 92/13, li l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tagħha hija mitluba mill-qorti tar-rinviju, tikkonċerna r-regoli dwar il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali. Issa, tali servizzi ma humiex inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrigwarda r-rikorsi relatati mal-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti bbażati fuq id-Direttiva 2014/24 li huma rregolati mid-Direttiva 89/665, li l-Artikolu 2d(1)(a) tagħha huwa fformulat f’termini analogi għal dawk tad-dispożizzjoni korrispondenti tad-Direttiva 92/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 89/665 għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli fil-każ fejn avviż ta’ kuntratt ġie ppubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, anki jekk, minn naħa, il-kwantità stmata u/jew il-valur stmat tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-ftehim qafas previst ma jirriżultax minn dan l-avviż ta’ kuntratt, iżda mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u, min-naħa l-oħra, la l-imsemmi avviż ta’ kuntratt u lanqas dawn l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ma jsemmu kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-imsemmi ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>L-Artikolu 2d(1) tad-Direttiva 89/665 jipprevedi li l-assenza ta’ pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, mingħajr ma dan ikun awtorizzat bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/24, iċċaħħad il-kuntratt ikkonċernat, jew bħal f’dan il-każ, il-ftehim qafas ikkonċernat, mill-effetti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Dan l-Artikolu 2d ġie inkluż fil-verżjoni inizjali tad-Direttiva 89/665 permezz tad-Direttiva 2007/66. Il-leġiżlatur tal-Unjoni spjega l-emendi li saru billi indika, fil-premessa 13 tad-Direttiva 2007/66 li, sabiex jiġġieled kontra l-għoti dirett illegali ta’ kuntratti li l-Qorti tal-Ġustizzja kklassifikat, fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050111">11 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Halle u RPL Lochau</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑26/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:5">EU:C:2005:5</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), bħala l-iktar ksur serju tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti, għandha tiġi prevista sanzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva u jiġi kkunsidrat li f’dan ir-rigward kuntratt li jirriżulta minn għoti dirett illegali għandu, bħala prinċipju, ikun ineffettiv. Fil-premessa 14 ta’ din id-direttiva, huwa ppreċiża li l-assenza ta’ effetti hija l-mod l-iktar effettiv sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-kompetizzjoni u sabiex jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda għall-operaturi<?PAGE NO="20"?> ekonomiċi li jkunu ġew illegalment imċaħħda mill-possibbiltà li jipparteċipaw fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt u li l-għoti dirett ta’ kuntratti, fis-sens ta’ din id-direttiva, għandu jinkludi l-kuntratti kollha mogħtija mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fis-sens tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>B’hekk mill-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 89/665, moqri fid-dawl tal-premessi 13 u 14 tad-Direttiva 2007/66, jirriżulta li, waqt l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/66, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jintroduċi sanzjoni severa fid-dritt applikabbli li l-applikazzjoni tagħha għandha madankollu tkun limitata għall-każijiet l-iktar gravi ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi, jiġifieri dawk b’għoti dirett ta’ kuntratt mingħajr ebda pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li jkun sproporzjonat li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tiġi estiża għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha r-Reġjuni ppubblikaw avviż ta’ kuntratt u għamlu l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt aċċessibbli mingħajr ma semmew, f’dan l-avviż jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, il-kwantità stmata u/jew il-valur stmat, u l-kwantità massima u/jew il-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ dan il-ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>F’tali sitwazzjoni, il-ksur tal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24, moqri flimkien mal-punti 7 u 8 kif ukoll mal-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, ma jilħaqx il-grad ta’ gravità meħtieġ sabiex iwassal għall-applikazzjoni tas-sanzjoni prevista fl-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 89/665.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fil-fatt, in-nuqqas tal-awtorità kontraenti li twettaq l-obbligu tagħha li ssemmi l-portata ta’ ftehim qafas huwa, f’każ bħal dan, suffiċjentement ċar sabiex ikun jista’ jiġi identifikat minn operatur ekonomiku li kellu l-intenzjoni li jagħmel offerta u li, minħabba f’hekk, kellu jitqies li kien ġie avżat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda hija li l-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 89/665 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli fil-każ fejn avviż ta’ kuntratt ġie ppubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, anki jekk, minn naħa, il-kwantità stmata u/jew il-valur stmat tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-ftehim qafas previst ma jirriżultax minn dan l-avviż ta’ kuntratt, iżda mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u, min-naħa l-oħra, la l-imsemmi avviż ta’ kuntratt u lanqas dawn l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ma jsemmu kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-imsemmi ftehim qafas.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, il-punti 7 u 8 kif ukoll il-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 33 tal-imsemmija direttiva u mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din tal-aħħar, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt għandu jindika l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas u li ladarba jintlaħaq dan il-limitu, l-imsemmi ftehim qafas ikun eżawrixxa l-effetti tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24 kif ukoll il-punt 7 u l-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 33 tal-imsemmija direttiva u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din tal-aħħar, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt għandu jindika l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll il-kwantità massima u/jew il-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas b’mod globali u li dan l-avviż jista’ jiffissa rekwiżiti addizzjonali li l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li żżid fih.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal‑<DATE ISO="19891221">21 ta’ Diċembru 1989</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli fil-każ fejn avviż ta’ kuntratt ġie ppubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, anki jekk, minn naħa, il-kwantità stmata u/jew il-valur stmat tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-ftehim qafas previst ma jirriżultax minn dan l-avviż ta’ kuntratt, iżda mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u, min-naħa l-oħra, la l-imsemmi avviż ta’ kuntratt u lanqas dawn l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ma jsemmu kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-imsemmi ftehim qafas.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>