|
17.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/15 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/789 TAL-BORD UNIKU TA’ RIŻOLUZZJONI
tal-31 ta’ Marzu 2021
dwar ir-rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit u dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (“SRB”) għas-sena finanzjarja 2019 (SRB/PS/2021/03)
IL-BORD UNIKU TA’ RIŻOLUZZJONI,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 50(1)(b) u 63(8) tar-Regolament SRM,
Wara li kkunsidra l-Artikoli 97, 98 u 99 tar-Regolament Finanzjarju SRB tas-17 ta’ Jannar 2020,
Wara li kkunsidra l-Kontijiet Annwali Finali tal-SRB għas-sena finanzjarja 2019 kif adottati fl-24 ta’ Ġunju 2020 (il-“Kontijiet Annwali Finali tal-2019”),
Wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-SRB għas-sena finanzjarja 2019 kif adottat fl-20 ta’ Mejju 2020 permezz ta’ proċedura bil-miktub (ir-“Rapport Annwali tal-2019”),
Wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mat-tweġibiet tal-SRB (ir-“Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri tal-2019”),
Wara li kkunsidra r-Rapport dwar il-Kontijiet Annwali Finali tal-2019 inklużi l-opinjonijiet tal-awditjar datati l-15 ta’ Ġunju 2020 ippreparati minn Mazars Réviseurs d’Enterprises (ir-“Rapport ta’ Mazars tal-Awditjar tal-2019”),
Wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014) dwar kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tinħoloq bħala riżultat tal-prestazzjoni mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-Kunsill jew il-Kummissjoni tal-kompiti tagħhom skont ir-Regolament SRM għas-sena finanzjarja 2019 (ir-“Rapport dwar l-Obbligazzjonijiet Kontinġenti tal-Qorti tal-Awdituri tal-2019”),
Wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Awditjar Intern tal-2019 datat id-19 ta’ Diċembru 2019 ippreżentat lill-Bord u nnotat minnu fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tad-29 ta’ Jannar 2020 (ir-“Rapport Annwali tal-Awditjar Intern tal-2019”),
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
|
1. |
Jagħti lill-President tal-SRB ir-rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-SRB għas-sena finanzjarja 2019; |
|
2. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-SRB għas-sena finanzjarja 2019; |
|
3. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fil-mozzjoni t’hawn taħt; |
|
4. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni biex jinnotifika din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L), u fuq is-sit web tal-SRB. |
Għall-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni,
Dr. Thorsten PÖTZSCH
Membru tal-Plenarja