Official Journal L 050 , 20/02/1998 P. 0017 - 0017
Ir-regolament tal-kummissijoni 395/98 tad-19 ta' Frar 1998 li jemenda Regolament (KEE) Nru 2807/83 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi rreġistrat it-tagħrif dwar il-qabdiet tal-ħut ta' l-Istati Membri Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2635/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 19e(5) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/97 [3] jintroduċi arranġamenti għall-maniġġjar ta' l-isforz tas-sajd fil-Baħar Baltiku b'effett mill-1 ta' Jannar 1998; Billi r-Regolament (KE) Nru 2635/97 emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 sabiex jassigura l-konformità ma' l-arranġamenti għall-maniġġjar ta' l-isforz tas-sajd fil-Baħar Baltiku; Billi l-emendi għandhom x'jaqsmu, fost ħwejjeġ oħra, mad-dispożizzjonijiet sabiex jiġi rreġistrat it-tagħrif dwar l-isforz tas-sajd fil-ġurnal ta' abbord; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2945/95 [5], jistabbilixxi r-regoli sabiex jiġi rreġistrat it-tagħrif dwar il-qabdiet tal-ħut ta' l-Istati Membri; Billi skond l-Artikolu 19e(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għandhom jiġu stabiliti regoli ddettaljati sabiex jiġi rreġistrat it-tagħrif dwar l-isforz tas-sajd fil-ġurnal ta' abbord sabiex jiġu implimentati l-arranġamenti għall-maniġġja0r ta' l-isforz tas-sajd riferit fir-Regolament (KE) Nru 779/97; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2807/83 għandu jiġi emendat kif xieraq; Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kummitat Maniġerjali tas-Sajd u l-Akwakultura, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 2807/83 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. fl-Artikolu 1a(1) dan li ġej jiġi miżjud wara "ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 685/95": "u fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/97 [6]", 2. fl-Anness VIa: - fil-kolonna "Grupp ta' speċje fil-mira" , jiġi miżjud dan li ġej: "ANADROMU U ILMA HELU | Salamun, troti tal-baħar u ħut ta' l-ilma helu"; | - fil-kolonna "Żoni ta' l-isforz" , jiġi miżjud dan li ġej: "T : l-erji IBSFC (is-subdiviżjonijiet 22 sa 32) U : Unità Maniġerjali 3 [7] L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mill-1 ta' Lulju 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Frar 1998. Għall-Kummissjoni Emma Bonino Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 261, tal-20.10.1993, p. 1. [2] ĠU L 356, tal-31.12.1997, p. 14. [3] ĠU L 113, tat-30.4.1997, p. 1. [4] ĠU L 276, tal-10.10.1983, p. 1. [5] ĠU L 308, tal-21.12.1995, p. 18. [6] ĠU L 113, tat-30.4.1997, p. 1. [7] Li tikkomprendi s-subdiviżjonijiet 29, 30 u 31 fit-tramuntana tal-latitudni 59°30' T." --------------------------------------------------