|
7.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/30 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament tan-NU Nru 25 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-trażżin għar-ras (headrests), kemm jekk ikunu inkorporati fis-sits tal-vettura u kemm jekk le (2020/1169)
Li tinkorpora t-test validu kollu sa:
|
|
Is-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 04 – Data tad-dħul fis-seħħ: 15 ta’ Ġunju 2015 |
KONTENUT
REGOLAMENTAZZJONI
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Immarkar |
|
5. |
Approvazzjoni |
|
6. |
Speċifikazzjonijiet ġenerali |
|
7. |
Testijiet |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ trażżin għar-ras |
|
11. |
Struzzjonijiet |
|
12. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
13. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
|
14. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
ANNESSI
|
Anness 1 - |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ trażżin għar-ras, kemm jekk inkorporat fis-sit u kemm jekk le skont ir-Regolament Nru. 25 |
|
Anness 2 - |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
|
Anness 3 - |
Proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi motorizzati |
|
Anness 4 - |
Determinazzjoni tal-għoli u tal-wisa’ tat-trażżin għar-ras |
|
Anness 5 - |
Dettalji tal-linji mpinġija u tal-kejl meħud waqt it-testijiet |
|
Anness 6 - |
Il-proċedura tat-test biex tiġi vverifikata d-dissipazzjoni tal-enerġija |
|
Anness 7 - |
Id-determinazzjoni tad-dimensjoni “A” tad-distakki tat-trażżin għar-ras |
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
|
1.1. |
Dan ir-Regolament japplika għall-apparati tat-trażżin għar-ras li huma konformi ma’ wieħed mit-tipi definiti fil-paragrafu 2.2. ta’ hawn taħt. (1) |
|
1.1.1. |
Ma japplikax għal apparati ta’ trażżin għar-ras li jistgħu jiġu ffittjati f’sits li jingħalqu jew f’sits li jħarsu lejn il-ġenb jew lura. |
|
1.1.2. |
Japplika għad-dahar tas-sit innifsu, meta dan ikun maħsub biex iservi bħala trażżin għar-ras kif definit fil-paragrafu 2.2 ta’ hawn taħt. |
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,
|
2.1. |
“Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi motorizzati li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħalma huma: |
|
2.1.1. |
il-linji u d-dimensjonijiet interni tal-karozzerija li jikkostitwixxu l-kompartiment tal-passiġġier, |
|
2.1.2. |
it-tipi u d-dimensjonijiet tas-sits, |
|
2.1.3. |
it-tip u d-dimensjonijiet tal-aċċessorji tat-trażżin għar-ras u tal-partijiet relevanti tal-istruttura tal-vettura fil-każ ta’ trażżin għar-ras imwaħħal direttament mal-istruttura tal-vettura; |
|
2.2. |
“Trażżin għar-ras” tfisser mezz li l-funzjoni tiegħu huwa li jillimita l-ispostament lura tar-ras ta’ okkupant adult fir-rigward tat-torso tiegħu biex inaqqas il-periklu ta’ korriment għall-vertibri ċervikali ta’ dak l-okkupant f’każ ta’ xi aċċident; |
|
2.2.1. |
“Trażżin għar-ras integrat” tfisser trażżin għar-ras ifformat mill-parti ta’ fuq tad-dahar tas-sit. L-apparati ta’ trażżin għar-ras li jikkorrispondu mad-definizzjonijiet fil-paragrafi 2.2.2 u 2.2.3 ta’ hawn taħt, iżda li jistgħu jinqalgħu biss mis-sit jew mill-istruttura tal-vettura permezz ta’ għodda jew bit-tneħħija parzjali jew sħiħa ta’ xi partijiet oħra tas-sit, jikkorrispondu għal din id-definizzjoni; |
|
2.2.2. |
“Trażżin għar-ras li jista’ jinqala’” tfisser trażżin għar-ras magħmul minn komponent separabbli mis-sit, maħsub biex jiddaħħal u jinżamm fl-istruttura tad-dahar tas-sit; |
|
2.2.3. |
“Trażżin għar-ras separat” tfisser trażżin għar-ras magħmul minn komponent separat mis-sit, maħsub biex jiddaħħal u/jew jinżamm fl-istruttura tal-vettura; |
|
2.3. |
“Tip tas-sit” tfisser kategorija ta’ sits li mhumiex differenti fid-dimensjonijiet, fil-qafas jew fl-ikkuttunar tagħhom, għalkemm jistgħu jkunu differenti fil-finitura u fil-kulur tagħhom; |
|
2.4. |
“Tip ta’ trażżin għar-ras” tfisser kategorija ta’ apparati ta’ trażżin għar-ras li mhumiex differenti fid-dimensjonijiet, fil-qafas jew fl-ikkuttunar tagħhom, għalkemm jistgħu jkunu differenti fil-finitura, fil-kulur u fil-kisi tagħhom; |
|
2.5. |
“Punt ta’ referenza” tas-sit (“il-punt H”) (ara l-anness 3 ta’ dan ir-Regolament) tfisser it-traċċa, fi pjan vertikali lonġitudinali fir-rigward tas-sit, tal-assi teoretiku ta’ rotazzjoni bejn is-sieq u t-torso ta’ ġisem uman rappreżentat b’manikin; |
|
2.6. |
“Linja ta’ referenza” tfisser linja dritta li, jew fuq manikin tat-test li jkollu l-piż u d-dimensjonijiet ta’ raġel adult tal-ħamsin perċentil jew fuq manikin tat-test li jkollu karatteristiċi identiċi, tgħaddi mill-ġog tas-sieq mal-pelvi u l-ġog tal-għonq mat-toraċi. Fuq il-manikin muri fl-anness 3 ta’ dan ir-Regolament, għad-determinazzjoni tal-punt H tas-sit, il-linja ta’ referenza hija dik murija fil-figura 1 fl-appendiċi ta’ dak l-anness; |
|
2.7. |
“Linja tar-ras” tfisser linja dritta li tgħaddi miċ-ċentru ta’ gravità tar-ras u mill-ġog tal-għonq mat-toraċi. Meta r-ras tkun mistrieħa, il-linja tar-ras tkun pożizzjonata fl-estensjoni tal-linja ta’ referenza; |
|
2.8. |
“Sit li jingħalaq” tfisser sit awżiljarju maħsub għal użu okkażjonali u li normalment ikun magħluq; |
|
2.9. |
“Sistema ta’ aġġustament” tfisser il-mezz li bih is-sit jew il-partijiet tiegħu jkunu jistgħu jiġu aġġustati għal pożizzjoni adatta għall-morfoloġija tal-okkupant bilqiegħda. |
Dan it-tagħmir jista’ b’mod partikolari, jippermetti:
|
2.9.1. |
spostament lonġitudinali, |
|
2.9.2. |
spostament vertikali, |
|
2.9.3. |
spostament angolari; |
|
2.10. |
“Sistema ta’ spostament” tfisser mezz li bih is-sit jew parti waħda jew aktar tiegħu jkunu jiġu spostjati jew mdawra, mingħajr ebda pożizzjoni intermedja fissa, biex ikun possibbli l-aċċess faċli għall-ispazju ta’ wara s-sit konċernat. |
3. APPLIKAZZJONI GHALL-APPROVAZZJONI
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mid-detentur tal-isem jew tal-marka kummerċjali tas-sit jew tat-trażżin għar-ras jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu. |
|
3.2. |
Din għandha tkun akkumpanjata bi tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt: |
|
3.2.1. |
deskrizzjoni dettaljata tat-trażżin għar-ras, li tispeċifika b’mod partikolari n-natura tal-materjal jew materjali tal-ikkuttunar u, fejn applikabbli, il-pożizzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċineg u l-partijiet tal-ankraġġ għat-tip jew tipi ta’ sits li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni tat-trażżin għar-ras; |
|
3.2.2. |
Fil-każ ta’ trażżin għar-ras li “jista’ jinqala’” (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 2.2.2): |
|
3.2.2.1. |
deskrizzjoni dettaljata tat-tip jew tipi ta’ sits li għalihom tintalab l-approvazzjoni tat-trażżin għar-ras, |
|
3.2.2.2. |
dettalji li jidentifikaw it-tip jew tipi ta’ vettura li fihom is-sits imsemmija fil-paragrafu 3.2.2.1 ikunu maħsuba li jiġu ffittjati; |
|
3.2.3. |
Fil-każ ta’ trażżin għar-ras “separat” (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 2.2.3): |
|
3.2.3.1. |
deskrizzjoni dettaljata taż-żona strutturali li fiha jkun maħsub li jitwaħħal it-trażżin għar-ras, |
|
3.2.3.2. |
dettalji li jidentifikaw it-tip ta’ vettura li fiha jkunu maħsuba li jiġi ffittjat it-trażżin għar-ras, |
|
3.2.3.3. |
tpinġijiet dimensjonali tal-partijiet karatteristiċi tal-istruttura u tat-trażżin għar-ras, fejn it-tpinġijiet għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni fir-rigward taċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni; |
|
3.2.4. |
tpinġijiet dimensjonali tal-partijiet karatteristiċi tas-sit u tat-trażżin għar-ras. It-tpinġijiet għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni fir-rigward taċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni. |
|
3.3. |
Dan li ġej għandu jiġi preżentat lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni: |
|
3.3.1. |
Jekk it-trażżin għar-ras ikun tat-tip “integrat” (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 2.2.1), erba’ sits sħaħ. |
|
3.3.2. |
Jekk it-trażżin għar-ras ikun tat-tip li “jista’ jinqala’” (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 2.2.2): |
|
3.3.2.1. |
żewġ sits ta’ kull tip li magħhom ikun se jiġi ffittjat it-trażżin għar-ras; |
|
3.3.2.2. |
4 + 2N unitajiet ta’ trażżin għar-ras, fejn N hu n-numru ta’ tipi ta’ sits li magħhom ikun se jiġi ffittjat it-trażżin għar-ras. |
|
3.3.3. |
Jekk it-trażżin għar-ras ikun tat-tip “separat” (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 2.2.3), tliet unitajiet ta’ trażżin għar-ras u l-parti rilevanti tal-istruttura tal-vettura, jew vettura sħiħa. |
|
3.4. |
Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni jista’ jitlob: |
|
3.4.1. |
il-konsenja, lil dak is-servizz, ta’ partijiet speċifiċi, jew ta’ kampjuni speċifiċi tal-materjali użati, u/jew |
|
3.4.2. |
il-preżentazzjoni, lil dak is-servizz, ta’ vetturi tat-tip jew tipi msemmija fil-paragrafu 3.2.2.2 ta’ hawn fuq. |
4. IMMARKAR
|
4.1. |
L-apparat imressaq għall-approvazzjoni għandu: |
|
4.1.1. |
ikun immarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew marka kummerċjali tal-applikant għall-approvazzjoni; |
|
4.1.2. |
jipprovdi, f’post indikat fit-tpinġijiet imsemmija fil-paragrafi 3.2.3.3 jew 3.2.4 ta’ hawn fuq, spazju adegwat għall-marka tal-approvazzjoni. |
|
4.2. |
Meta t-trażżin għar-ras ikun tat-tip “integrat” jew li “jista’ jinqala’” (ara d-definizzjonijiet f’paragrafi 2.2.1 u 2.2.2), l-immarkar imsemmi fil-paragrafi 4.1.1 u 4.1.2 ta’ hawn fuq għandu jintwera fuq tikketti li jkunu pożizzjonati f’post indikat fit-tpinġijiet imsemmija fil-paragrafu 3.2.4. ta’ hawn fuq. |
5. APPROVAZZJONI
|
5.1. |
Jekk it-tip ta’ trażżin għar-ras preżentat għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6 u 7 ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ trażżin għar-ras għandha tingħata. |
|
5.2. |
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri (bħalissa 03, li jikkorrispondu għas-serje ta’ emendi 03 li daħlu fis-seħħ fl-20 ta’ Novembru 1989) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar riċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja dan in-numru lil tip ieħor ta’ trażżin għar-ras. |
|
5.3. |
In-notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ ċaħda ta’ approvazzjoni ta’ xi tip ta’ trażżin għar-ras skont dan ir-Regolament trid tiġi komunikata lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.4. |
Ma’ kull trażżin għar-ras definit fil-paragrafi 2.2.1, 2.2.2 u 2.2.3 u approvat skont dan ir-Regolament, kemm jekk inkorporat fis-sit kif ukoll jekk le, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tkun magħmula minn: |
|
5.4.1. |
ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni; (2) |
|
5.4.2. |
in-numru tal-approvazzjoni; u |
|
5.4.3. |
fil-każ ta’ trażżin għar-ras inkorporat fid-dahar tas-sit, quddiem in-numru tal-approvazzjoni, in-numru ta’ dan ir-Regolament, l-ittra “R” u sing. |
|
5.5. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titwaħħal fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 4.1.2 ta’ hawn fuq. |
|
5.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u b’tali mod li ma tkunx tista’ titħassar. |
|
5.7. |
L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġament tal-marki tal-approvazzjoni. |
6. SPECIFIKAZZJONIJIET GENERALI
|
6.1. |
Il-preżenza tat-trażżin għar-ras ma għandhiex tkun kawża addizzjonali ta’ periklu għall-okkupanti tal-vettura. B’mod partikolari, fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ użu, it-trażżin għar-ras ma għandu qatt ikollu xi superfiċje ħarxa u perikoluża jew xi tarf bil-ponta li jistgħu jżidu r-riskju jew is-serjetà ta’ korriment għall-okkupanti. Il-partijiet tat-trażżin għar-ras li jkunu pożizzjonati fiż-żona ta’ impatt definita hawn taħt, għandhom ikunu kapaċi jiddissipaw l-enerġija bil-mod speċifikat fl-anness 6 ta’ dan ir-Regolament. |
|
6.1.1. |
Iż-żona ta’ impatt hija delimitata lateralment b’żewġ pjani lonġitudinali vertikali, wieħed fuq kull naħa u b’kull wieħed minnhom 70 mm ’il bogħod mill-pjan ta’ simetrija tas-sit konċernat. |
|
6.1.2. |
Iż-żona ta’ impatt hija limitata fl-għoli sal-parti tat-trażżin għar-ras pożizzjonata fuq il-pjan perpendikolari mal-linja ta’ referenza R u 635 mm ’il bogħod mill-punt H. |
|
6.1.3. |
B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-assorbiment tal-enerġija ma għandhomx japplikaw għall-faċċati ta’ wara tat-trażżin għar-ras għal sits li warajhom ma jkunx hemm sits oħra. |
|
6.2. |
Partijiet mill-faċċati ta’ quddiem u ta’ wara tat-trażżin għar-ras, għajr il-partijiet tal-faċċata ta’ wara tat-trażżin għar-ras maħsuba biex jiġu installati f’sits li warajhom ma jkunx hemm pożizzjonijiet bilqiegħda oħra, li jkunu pożizzjonati fuq in-naħa ta’ barra tal-pjani lonġitudinali vertikali msemmija hawn fuq għandhom ikunu kkuttunati b’tali mod li jiġi evitat kwalunkwe kuntatt dirett tar-ras mal-komponenti tal-istruttura, li għandu jkollha, f’dawk iż-żoni li magħhom jista’ jsir kuntatt bi sfera b’dijametru ta’ 165 mm, raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 5 mm.
Alternattivament, dawn il-komponenti jistgħu jitqiesu sodisfaċenti jekk jgħaddu mit-test tal-assorbiment tal-enerġija deskritt fl-anness 6 ta’ dan ir-Regolament. Jekk il-partijiet tat-trażżin għar-ras u l-appoġġi tiegħu msemmija hawn fuq ikunu miksija b’materjal li jkun iktar artab minn ebusija ta’ 50 Shore (A), ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mal-assorbiment tal-enerġija kif definiti fl-anness 6 ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw biss għall-partijiet riġidi. |
|
6.3. |
It-trażżin għar-ras għandu jitwaħħal mas-sit jew, fejn xieraq, mal-istruttura tal-vettura, b’tali mod li l-ebda parti riġida jew perikoluża ma tisporġi mill-ikkuttunar tat-trażżin għar-ras, mill-ankraġġ jew mid-dahar tas-sit minħabba pressjoni eżerċitata mir-ras waqt it-test. |
|
6.4. |
L-għoli tat-trażżin għar-ras, imkejjel skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.2. ta’ hawn taħt, għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: |
|
6.4.1. |
L-għoli tat-trażżin għar-ras għandu jitkejjel kif deskritt fil-paragrafu 7.2. ta’ hawn taħt. |
|
6.4.2. |
Fil-każ tat-trażżin għar-ras mhux aġġustabbli għall-għoli, l-għoli ma għandux ikun inqas minn 800 mm fil-każ tas-sits ta’ quddiem u 750 mm fil-każ ta’ sits oħrajn. |
|
6.4.3. |
Fil-każ tat-trażżin għar-ras aġġustabbli għall-għoli: |
|
6.4.3.1. |
l-għoli ma għandux ikun inqas minn 800 mm fil-każ tas-sits ta’ quddiem u 750 mm fil-każ ta’ sits oħrajn; dan il-valur għandu jinkiseb f’pożizzjoni bejn l-ogħla pożizzjoni u dik l-aktar baxxa possibbli; |
|
6.4.3.2. |
ma għandu jkun hemm ebda “pożizzjoni ta’ użu” li tirriżulta f’għoli ta’ inqas minn 750 mm; |
|
6.4.3.3. |
fil-każ ta’ sits oħra għajr is-sits ta’ quddiem, it-trażżin għar-ras jista’ jkun tali li jista’ jiġi spostjat għal pożizzjoni li tirriżulta f’għoli ta’ inqas minn 750 mm, kemm-il darba jkun ċar għall-okkupant li dik il-pożizzjoni mhix inkluża għall-użu tat-trażżin għar-ras; |
|
6.4.3.4. |
fil-każ ta’ sits ta’ quddiem, it-trażżin għar-ras jista’ jkun tali li jista’ jiġi spostjat awtomatikament meta s-sit ma jkunx okkupat, għal pożizzjoni li tirriżulta f’għoli ta’ inqas minn 750 mm, kemm-il darba jmur lura awtomatikament fil-pożizzjoni ta’ użu meta s-sit jiġi okkupat. |
|
6.4.4. |
Id-dimensjonijiet imsemmija fil-paragrafi 6.4.2 u 6.4.3.1. ta’ hawn fuq jistgħu jkunu inqas minn 800 mm fil-każ ta’ sits ta’ quddiem u 750 mm fil-każ ta’ sits oħrajn biex ikun hemm post xieraq bejn it-trażżin għar-ras u s-superfiċje intern tas-saqaf, it-twieqi jew kwalunkwe parti tal-istruttura tal-vettura; madankollu, l-ispazju ma għandux jeċċedi 25 mm. Fil-każ ta’ sits iffittjati b’sistemi tal-ispostament u/jew tal-aġġustament, dan għandu japplika għall-pożizzjonijiet kollha tas-sits. Barra minn hekk, b’deroga mill-paragrafu 6.4.3.2 ta’ hawn fuq, ma għandu jkun hemm l-ebda “pożizzjoni ta’ użu” li tirriżulta f’għoli ta’ inqas minn 700 mm. |
|
6.4.5. |
B’deroga mir-rekwiżiti tal-għoli msemmija fil-paragrafi 6.4.2. u 6.4.3.1 ta’ hawn fuq, l-għoli ta’ kwalunkwe trażżin għar-ras iddisinjat biex ikun fiċ-ċentru tas-sits ta’ wara jew f’pożizzjonijiet bilqiegħda fuq wara ma għandux ikun inqas minn 700 mm. |
|
6.5. |
L-għoli tal-apparat li fuqu tistrieħ ir-ras, imkejjel kif preskritt fil-paragrafu 7.2, fil-każ tat-trażżin għar-ras aġġustabbli għall-għoli għandu jkun ta’ mhux inqas minn 100 mm. |
|
6.6. |
Ma għandu jkun hemm l-ebda distakk ta’ iktar minn 60 mm bejn id-dahar tas-sit u t-trażżin għar-ras, fil-każ ta’ apparat mhux aġġustabbli għall-għoli. |
|
6.6.1. |
Jekk it-trażżin għar-ras ikun aġġustabbli għall-għoli dan ma għandux, fil-pożizzjoni l-iktar baxxa tiegħu, ikun aktar minn 25 mm mit-tarf ta’ fuq tad-dahar tas-sit. |
|
6.6.2. |
Fil-każ ta’ trażżin għar-ras integrat mhux aġġustabbli għall-għoli, iż-żona li għandha titqies hija: |
|
6.6.2.1. |
‘il fuq minn pjan perpendikolari mal-linja ta’ referenza, f’pożizzjoni 540 mm mill-punt R u |
|
6.6.2.2. |
bejn żewġ pjani lonġitudinali vertikali li jgħaddu f’85 mm minn fuq kull naħa tal-linja ta’ referenza.
F’din iż-żona, huma permessi distakk wieħed jew aktar, li indipendentement mill-għamla tagħhom, jistgħu jippreżentaw distanza “a” ta’ aktar minn 60 mm meta mkejla kif deskritt fil-paragrafu 7.5, bil-kundizzjoni li wara t-test addizzjonali skont il-paragrafu 7.4.3.4, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.4.3.6 ikunu għadhom issodisfati. |
|
6.6.3. |
Fil-każ ta’ trażżin għar-ras aġġustabbli għall-għoli, huma permessi distakk wieħed jew aktar, li indipendentement mill-għamla tagħhom, jistgħu jippreżentaw distanza “a” ta’ aktar minn 60 mm meta mkejla kif deskritt fil-paragrafu 7.5, fuq il-parti tal-apparat li jservi bħala trażżin għar-ras bil-kundizzjoni li wara t-test addizzjonali skont il-paragrafu 7.4.3.4, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.4.3.6 ikunu għadhom issodisfati. |
|
6.7. |
Il-wisa’ tat-trażżin għar-ras għandu jkun tali li jipprovdi appoġġ xieraq għal ras ta’ persuna li tkun bilqiegħda b’mod normali. Fil-pjan ta’ kejl tal-wisa’ definit fil-paragrafu 7.3 ta’ hawn taħt, it-trażżin għar-ras għandu jkopri żona li testendi sa mhux inqas minn 85 mm fuq kull naħa tal-pjan ta’ simetrija tas-sit li għalih it-trażżin għar-ras ikun maħsub, fejn id-distanza titkejjel kif preskritt fil-paragrafu 7.3. |
|
6.8. |
It-trażżin għar-ras u l-ankraġġ tiegħu għandhom ikunu tali li l-ispostament lura massimu tar-ras permess mit-trażżin għar-ras u mkejjel f’konformità mal-proċedura statika preskritta fil-paragrafu 7.4 ta’ hawn taħt ikun inqas minn 102 mm. |
|
6.9. |
It-trażżin għar-ras u l-ankraġġ tiegħu għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed li jkunu jifilħu, mingħajr ma jinkisru, għat-tagħbija preskritta fil-paragrafu 7.4.3.7 ta’ hawn taħt. |
|
6.10. |
Jekk it-trażżin għar-ras ikun aġġustabbli, ma għandux ikun possibbli li dan jaqbeż l-għoli massimu preskritt għall-użu mingħajr l-intervent volontarju min-naħa tal-utent. |
7. TESTIJIET
|
7.1. |
Determinazzjoni tal-punt ta’ referenza (il-punt H) tas-sit li fih ikun inkorporat it-trażżin għar-ras
Dan il-punt għandu jiġi determinat f’konformità mar-rekwiżiti tal-anness 3 ta’ dan ir-Regolament. |
|
7.2. |
Determinazzjoni tal-għoli tat-trażżin għar-ras |
|
7.2.1. |
Il-linji kollha għadhom jitpinġew fil-pjan ta’ simetrija tas-sit konċernat, fejn l-intersezzjoni ta’ tali pjan mas-sit tiddetermina l-kontorn tat-trażżin għar-ras u tad-dahar tas-sit (ara l-anness 4, figura 1, ta’ dan ir-Regolament). |
|
7.2.2. |
Il-manikin li jikkorrispondi għal raġel adult tal-ħamsin perċentil jew il-manikin muri fl-anness 3 ta’ dan ir-Regolament għandu jitpoġġa f’pożizzjoni normali fuq is-sit. Id-dahar tas-sit, jekk ikun inklinabbli, għandu jiġi llokkjat f’pożizzjoni li tikkorrispondi għal inklinazzjoni lura tal-linja ta’ referenza tat-torso tal-manikin li tkun l-iktar qrib possibbli għal 25° mill-vertikal. |
|
7.2.3. |
Il-projezzjoni tal-linja ta’ referenza tal-manikin muri fl-anness 3 għandha fil-każ tas-sit konċernat titpinġa fil-pjan speċifikat fil-paragrafu 7.2.1. It-tanġent S mat-tarf ta’ fuq tat-trażżin għar-ras għandu jitpinġa b’mod perpendikolari mal-linja ta’ referenza. |
|
7.2.4. |
Id-distanza h mill-punt H sat-tanġent S hija l-għoli li għandu jiġi kkunsidrat fl-implimentazzjoni tar-rekwiżit tal-paragrafu 6.4. |
|
7.3. |
Determinazzjoni tal-wisa’ tat-trażżin għar-ras (ara l-anness 4, figura 2, ta’ dan ir-Regolament). |
|
7.3.1. |
Il-pjan S1 perpendikolari mal-linja tar-referenza u pożizzjonat 65 mm taħt it-tanġent S definit fil-paragrafu 7.2.3 jiddefinixxi sezzjoni fit-trażżin għar-ras li hi delimitata bil-kontorn C. Id-direzzjoni tal-linji dritti tanġenzjali ma’ C li tirrappreżenta l-intersezzjoni tal-pjani vertikali (P u P’), b’mod parallel mal-pjan ta’ simetrija tas-sit konċernat, mal-pjan S1 għandha tkun ittraċċata fil-pjan S1. |
|
7.3.2. |
Il-wisa’ tat-trażżin għar-ras li għandha tiġi kkunsidrata fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.7 hija d-distanza L li tissepara t-traċċi tal-pjani P u P’ fil-pjan S1. |
|
7.3.3. |
Il-wisa’ tat-trażżin għar-ras għandu, jekk ikun meħtieġ, jiġi determinat ukoll 635 mm ’il fuq mill-punt ta’ referenza tas-sit, fejn din id-distanza tiġi mkejla tul il-linja ta’ referenza. |
|
7.4. |
Determinazzjoni tal-effettività tal-apparat |
|
7.4.1. |
L-effettività tat-trażżin għar-ras għandha tiġi verifikata permezz tat-test statiku deskritt hawn taħt. |
|
7.4.2. |
Preparazzjoni għat-test |
|
7.4.2.1. |
Jekk it-trażżin għar-ras ikun aġġustabbli, dan għandu jiġi ssettjat fl-ogħla pożizzjoni tiegħu. |
|
7.4.2.2. |
Fil-każ ta’ sit għamla ta’ bank, fejn parti mill-qafas ta’ appoġġ jew il-qafas ta’ appoġġ kollu (inkluż dak tat-trażżin għar-ras) huwa komuni għal aktar minn pożizzjoni waħda bilqiegħda, it-test għandu jitwettaq fl-istess ħin għal dawk il-pożizzjonijiet kollha bilqiegħda. |
|
7.4.2.3. |
Jekk is-sit jew id-dahar tas-sit ikun aġġustabbli fir-rigward tat-trażżin għar-ras imwaħħal mal-istruttura tal-vettura, dan għandu jitpoġġa fl-inqas pożizzjoni favorevoli skont kif meqjus mis-servizz tekniku. |
|
7.4.3. |
Ittestjar |
|
7.4.3.1. |
Il-linji kollha għandhom ikunu fil-pjan vertikali ta’ simetrija tas-sit konċernat (ara l-anness 5 ta’ dan ir-Regolament). |
|
7.4.3.2. |
Għandha titpinġa projezzjoni tal-linja ta’ referenza R fil-pjan imsemmi fil-paragrafu 7.4.3.1. |
|
7.4.3.3. |
Il-linja ta’ referenza spostjata R1 għandha tkun determinata billi, għall-parti li tissimula d-dahar tal-manikin imsemmi f’anness 3 ta’ dan ir-Regolament, tkun applikata forza inizjali li tipproduċi mument lura ta’ 37,3 daNm madwar il-punt H. |
|
7.4.3.4. |
Permezz ta’ forma ta’ ras sferika b’dijametru ta’ 165 mm, forza inizjali li tipproduċi mument ta’ 37.3 daNm madwar il-punt H għandha tiġi applikata f’angoli perpendikolari mal-linja ta’ referenza spostjata R1 f’distanza ta’ 65 mm taħt it-tarf ta’ fuq tat-trażżin għar-ras, waqt li l-linja ta’ referenza tinżamm fil-pożizzjoni spostata tagħha R1 kif stabbilit skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.4.3.3 ta’ hawn fuq. |
|
7.4.3.4.1. |
Jekk il-preżenza tad-distakki ma tippermettix l-applikazzjoni tal-forza preskritta hawn fuq f’pożizzjoni 65 mm mit-tarf ta’ fuq tat-trażżin għar-ras, id-distanza tista’ titnaqqas sabiex l-assi tal-forza jgħaddi mil-linja taċ-ċentru tal-element tal-qafas li jkun l-iktar viċin tad-distakk. |
|
7.4.3.4.2. |
Fil-każ deskritt fil-paragrafi 6.6.2 u 6.6.3 ta’ hawn fuq, it-test għandu jiġi ripetut billi għal kull distakk tkun applikata, bl-użu ta’ sfera b’dijametru ta’ 165 mm, forza:
|
|
7.4.3.5. |
It-tanġent Y mal-forma ta’ ras sferika, parallel mal-linja tar-referenza spostjata R1, għandu jiġi determinat. |
|
7.4.3.6. |
Id-distanza X bejn it-tanġent Y u l-linja tar-referenza spostjata R1, għandha titkejjel. Ir-rekwiżit tal-paragrafu 6.8 għandu jitqies bħala ssodisfat jekk id-distanza X tkun inqas minn 102 mm. |
|
7.4.3.7. |
Fil-każi fejn il-forza preskritta fil-paragrafu 7.4.3.4 tkun applikata f’distanza ta’ 65 mm jew inqas taħt it-tarf ta’ fuq tat-trażżin għar-ras, u f’dawn il-każi biss, din għandha tiżdied għal 89 daN sakemm ma jseħħx il-ksur tas-sit jew tad-dahar tiegħu. |
|
7.5. |
Determinazzjoni tad-distanza ‘a’ tad-distakki tat-trażżin għar-ras (ara l-anness 7 ta’ dan ir-Regolament) |
|
7.5.1. |
Id-distanza “a” għandha tiġi determinata għal kull distakk u fir-rigward tal-wiċċ ta’ quddiem tat-trażżin għar-ras, permezz ta’ sfera b’djametru ta’ 165 mm; |
|
7.5.2. |
L-isfera għandha titpoġġa f’kuntatt mad-distakk f’punt taż-żona tad-distakk li jippermetti l-intrużjoni massima tal-isfera, waqt li jitqies li ma jkun hemm l-ebda tagħbija applikata; |
|
7.5.3. |
Id-distanza bejn iż-żewġ punti ta’ kuntatt tal-isfera mad-distakk tikkostitwixxi d-distanza ‘a’ li għandha titqies għall-evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont il-paragrafi 6.6.2 u 6.6.3. |
8. KONFORMITA TAL-PRODUZZJONI
|
8.1. |
Kull trażżin għar-ras jew sit li jkollu marka tal-approvazzjoni f’konformità mal-anness 2 għandu jkun konformi mat-tip ta’ trażżin għar-ras approvat u għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet preskritti fil-paragrafi 6 u 7 ta’ hawn fuq. |
|
8.2. |
Sabiex tiġi verifikata din il-konformità, iridu jitwettqu numru suffiċjenti ta’ verifiki għal għarrieda fuq trażżin għar-ras prodott f’serje. |
|
8.3. |
Għat-testijiet irid jiġi użat it-trażżin għar-ras offrut għall-bejgħ jew li jkun se jiġi offrut għall-bejgħ. |
|
8.4. |
Fuq it-trażżin għar-ras magħżul għall-verifika tal-konformità ma’ tip approvat irid jitwettaq it-test deskritt fil-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament. |
9. PENALI GHAN-NUQQAS TA’ KONFORMITA TAL-PRODUZZJONI
|
9.1. |
Trażżin għar-ras approvat
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ trażżin għar-ras skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk it-trażżin għar-ras li jkollu d-dettalji msemmija fil-paragrafu 5.4 ta’ hawn fuq ma jgħaddix mill-verifiki għal għarrieda jew ma jkun konformi mat-tip approvat. |
|
9.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, din għandha tinnotifika immedjatament dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
10. MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ TRAZZIN GHAR-RAS
|
10.1. |
Kull modifika tat-tip ta’ trażżin għar-ras trid tiġi notifikata lil-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li approvat it-tip ta’ trażżin għar-ras. L-awtorità mbagħad tista’ jew: |
|
10.1.1. |
Tqis li l-modifiki magħmula x’aktarx ma jkollhomx effett negattiv sinifikanti u li, fi kwalunkwe każ, it-trażżin għar-ras xorta huwa konformi mar-rekwiżiti; jew |
|
10.1.2. |
Tesiġi rapport ġdid ta’ test mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
|
10.2. |
Il-konferma jew iċ-ċaħda ta’ approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tkun komunikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. |
|
10.3. |
L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal estensjoni ta’ din ix-xorta u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
11. STRUZZJONIJIET
Il-manifattur għandu jipprovdi, ma’ kull mudell li jkun konformi ma’ tip ta’ trażżin għar-ras approvat, dettalji tat-tipi u ta-karatteristiċi tas-sits li għalihom it-trażżin għar-ras ikun approvat. Meta t-trażżin għar-ras ikun aġġustabbli, l-operazzjonijiet ta’ aġġustament u/jew tneħħija għandhom ikunu dikjarati b’mod ċar f’din in-notifika.
12. PRODUZZJONI MWAQQFA GHALKOLLOX
Jekk id-detentur ta’ approvazzjoni jieqaf b’mod permanenti mill-manifattura ta’ trażżin għar-ras approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma l-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
13. DISPOZIZZJONIJIET TRANZIZZJONALI
|
13.1. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad li tagħti approvazzjonijiet ECE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 04. |
|
13.2. |
Mill-24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni ECE biss jekk it-tip ta’ vettura li tkun trid tiġi approvata jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 04. |
|
13.3. |
Mit-48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04, l-approvazzjonijiet eżistenti ta’ dan ir-Regolament għandhom jieqfu jkunu validi, għajr fil-każ ta’ tip ta’ vetturi li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 04. |
14. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNICI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni, l-estensjoni, iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni maħruġa f’pajjiżi oħra.
(1) L-apparati tat-trażżin għar-ras li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 17 mhumiex meħtieġa li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Is-sits ta’ vetturi tal-kategorija M2 b’massa massima ta’ aktar minn 3 500 kg u ta’ vetturi tal-kategorija M3 approvati għat-tip skont ir-Regolament Nru 80 mhumiex meħtieġa li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
(2) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jintwerew fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6 - http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.
ANNESS 1
Komunikazzjoni
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
Maħruġa minn: Isem l-amministrazzjoni: … … |
|
dwar: (2) |
Approvazzjoni mogħtija |
|
Approvazzjoni estiża |
|
|
Approvazzjoni miċħuda |
|
|
Approvazzjoni rtirata |
|
|
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ trażżin għar-ras, kemm jekk inkorporat f’sit u kemm jekk le, skont ir-Regolament Nru. 25
|
Approvazzjoni Nru. … |
Estensjoni Nru. … |
1.
Isem jew marka kummerċjali …
2.
Isem il-manifattur …
3.
Jekk applikabbli, l-isem tar-rappreżentant tal-manifattur …
4.
Indirizz …
5.
Imressqa għall-approvazzjoni fi …
6.
Servizz tekniku li jwettaq it-testijiet…
7.
Deskrizzjoni qasira tat-trażżin għar-ras (3)…
8.
Tip u karatteristiċi tas-sits li għalih ikun maħsub it-trażżin għar-ras jew li fih ikun inkorporat…
9.
Tipi ta’ vetturi b’sits li t-trażżin għar-ras ikun maħsub għalihom…
10.
Data tar-rapport maħruġ mis-servizz tekniku …
11.
Numru tar-rapport maħruġ mis-servizz tekniku …
12.
Approvazzjoni mogħtija/miċħuda/estiża/irtirata (2) …
13.
Post …
14.
Data …
15.
Firma …
16.
Il-lista ta’ dokumenti ddepożitati mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni hija annessa ma’ din il-komunikazzjoni u tista’ tinkiseb fuq talba.
(1) In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta, estenda, ċaħad, irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Aqta’ barra dak li ma japplikax.
(3) Fil-każ ta’ trażżin għar-ras “integrali” jew li “jista’ jinqala’” (ara d-definizzjonijiet fil-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 ta’ dan ir-Regolament), din l-entrata ma għandhiex għalfejn tiġi mimlija jekk il-karatteristiċi u d-dettalji kollha meħtieġa jkunu mniżżla fl-entrata 8.
ANNESS 2
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni (1)
Marka tal-approvazzjoni għal tip ta’ trażżin għar-ras “integrali” jew li “jista’ jinqala’” (ara d-definizzjonijiet fil-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 ta’ dan ir-Regolament).
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ tip wieħed jew aktar ta’ trażżin għar-ras “integrali” jew li “jista’ jinqala’” turi li, skont ir-Regolament Nru. 25, it-tip ta’ trażżin għar-ras ġie approvat fin-Netherlands (E4) bin-numru tal-approvazzjoni 032439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 25 kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.
Marka tal-approvazzjoni għal tip ta’ trażżin għar-ras “separat” (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 2.2.3 ta’ dan ir-Regolament).
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ trażżin għar-ras turi li t-trażżin għar-ras konċernat ġie approvat u li hu trażżin għar-ras “separat”, approvat fin-Netherlands (E4), bin-numru tal-approvazzjoni 032439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru. 25 kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.
(1) In-numru tal-approvazzjoni għandu jitqiegħed qrib iċ-ċirku jew inkella fuq l-“E” jew taħtha jew inkella fuq ix-xellug jew il-lemin ta’ dik l-ittra.
ANNESS 3
Proċedura biex jiġu determinati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi motorizzati (1)
Appendiċi 1 tal-Anness 3
Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali għall-punt “H” (il-magna 3D H) ((1))
(1) Il-proċedura hija deskritta fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6.
((1)) Il-magna 3D H hija deskritta fl-Anness 1, Appendiċi 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6.
((1)) Kif deskritt fl-Anness 1, Appendiċi 2 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6.
((1)) Kif deskritt fl-Anness 1, Appendiċi 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6.
ANNESS 4
Determinazzjoni tal-għoli u tal-wisa’ tat-trażżin għar-ras
ANNESS 5
Dettalji tal-linji mpinġija u tal-kejl meħud waqt it-testijiet
______________Kontorn tal-pożizzjoni Inizjali
- - - - - - - - - - - - -Kontorn tal-Pożizzjoni mgħobbija
r: linja tar-referenza
r1: linja tar-referenza spostjata
Mument ta’ F fir-rigward ta’ r: 37,3 daNm.
ANNESS 6
Il-proċedura tat-test biex tiġi vverifikata d-dissipazzjoni tal-enerġija
1. Installazzjoni, apparat tat-test, strumenti ta’ reġistrazzjoni u proċedura
1.1. Installazzjoni
It-trażżin għar-ras miksi b’materjal li jiddissipa l-enerġija għandu jiġi ffittjat u ttestjat fuq is-sit jew fuq il-parti strutturali tal-vettura li fiha jkun installat. Il-komponent strutturali għandu jkun imwaħħal sod mal-bank tat-test sabiex ma jiċċaqlaqx meta jiġi applikat l-impatt, u l-bażi li fuqu jkun qed iserraħ għandha, fin-nuqqas ta’ speċifikazzjonijiet partikolari motivati, tkun bejn wieħed u ieħor orizzontali. Id-dahar tas-sit, jekk ikun aġġustabbli, għandu jitwaħħal fil-pożizzjoni deskritta fil-paragrafu 7.2.2 ta’ dan ir-Regolament.
It-trażżin għar-ras għandu jkun immuntat fuq id-dahar tas-sit, kif huwa previst li jkun fil-vettura. Fil-każ ta’ trażżin għar-ras separat, dan għandu jkun imwaħħal mal-parti tal-istruttura tal-vettura li normalment jitwaħħal magħha.
Jekk it-trażżin għar-ras ikun aġġustabbli dan għandu jitpoġġa fl-inqas pożizzjoni favorevoli li l-apparat ta’ aġġustament jippermetti.
1.2. Apparat tat-test
|
1.2.1. |
Dan l-apparat jikkonsisti f’pendlu li l-pern tiegħu ikun appoġġjat minn ball-bearings u li l-massa mnaqqsa (1) tiegħu fiċ-ċentru tal-perkussjoni tiegħu tkun 6,8 kg. L-estremità l-aktar baxxa tal-pendlu tikkonsisti f’forma tar-ras riġida b’djametru ta’ 165 mm li ċ-ċentru tagħha jkun identiku għaċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu. |
|
1.2.2. |
Il-forma tar-ras għandha tkun mgħammra b’żewġ aċċellerometri u b’apparat li jkejjel il-veloċità, li kollha jkunu adatti għall-kejl tal-valuri fid-direzzjoni tal-impatt. |
1.3. Strumenti ta’ reġistrazzjoni
L-istrumenti ta’ reġistrazzjoni użati għandhom ikunu tali li l-kejl jista’ jsir b’dawn il-gradi ta’ preċiżjoni:
|
1.3.1. |
Aċċellerazzjoni:
|
|
1.3.2. |
Veloċità:
|
|
1.3.3. |
Reġistrazzjoni tal-ħin
|
1.4. Proċedura tat-test
|
1.4.1. |
Bit-trażżin għar-ras installat u aġġustat kif indikat fil-paragrafu 1.1 ta’ dan l-anness, l-impatt għandu jsir f’punti magħżula mil-laboratorju fiż-żona ta’ impatt definita fil-paragrafu 6.1 ta’ dan ir-Regolament u possibilment ’il barra miż-żona ta’ impatt definita fil-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament fuq superfiċji b’raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 5 mm. |
|
1.4.1.1. |
Fuq is-superfiċje ta’ wara, id-direzzjoni tal-impatt minn naħa ta’ wara lejn in-naħa ta’ quddiem fi pjan lonġitudinali għandha tkun f’angolu ta’ 45° mal-vertikali. |
|
1.4.1.2. |
Fuq is-superfiċje ta’ quddiem, id-direzzjoni tal-impatt minn naħa ta’ quddiem lejn in-naħa ta’ wara, fi pjan lonġitudinali, għandha tkun orizzontali. |
|
1.4.1.3. |
Iż-żoni ta’ quddiem u ta’ wara huma delimitati bil-pjan orizzontali tanġenzjali mat-tarf ta’ fuq tat-trażżin għar-ras kif determinat fil-paragrafu 7.2 ta’ dan ir-Regolament. |
|
1.4.2. |
Il-forma tar-ras għandha tolqot l-oġġett tat-test b’veloċità ta’ 24,1 km/h; din il-veloċità għandha jew tinkiseb sempliċement permezz tal-enerġija ta’ propulsjoni jew inkella billi jintuża apparat addizzjonali ta’ propulsjoni.” |
2. Riżultati
Fit-testijiet imwettqa permezz tal-proċedura ta’ hawn fuq, id-deċellerazzjoni tal-forma tar-ras ma għandhiex taqbeż it-80 g b’mod kontinwu għal iktar minn 3 millisekondi. Ir-rata tad-deċellerazzjoni għandha tittieħed bħala l-medja tal-qari meħud fuq iż-żewġ deċellerometri.
3. Proċeduri ekwivalenti
|
3.1. |
Proċeduri tat-test ekwivalenti għandhom ikunu permessi bil-kundizzjoni li r-riżultati meħtieġa mill-paragrafu 2 ta’ hawn fuq ikunu jistgħu jinkisbu; b’mod partikolari, l-oġġetti tal-apparat tat-test jistgħu jkunu orjentati b’mod differenti dment li jiġu rispettati l-angoli relattivi bejn it-trażżin għar-ras u d-direzzjoni tal-impatt. |
|
3.2. |
Ir-responsabbiltà biex tintwera l-ekwivalenza ta’ metodu ieħor għajr dak deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun f’idejn il-persuna li tuża dak il-metodu l-ieħor. |
(1) Ir-relazzjoni bejn il-massa mnaqqsa “mr ” tal-pendlu u l-massa totali “m” tal-pendlu f’distanza “a” bejn iċ-ċentru tal-perkussjoni u l-assi tar-rotazzjoni u f’distanza “l” bejn iċ-ċentru tal-perkussjoni u l-assi tar-rotazzjoni tingħata mill-formula: mr = m (l/a)
ANNESS 7
Id-determinazzjoni tad-dimensjoni “a” tad-distakki tat-trażżin għar-ras
(ara l-paragrafi 6.6.2 u 6.6.3 ta’ dan ir-Regolament)
|
Nota: |
Is-Sezzjoni A-A għandha tkun magħmula f’punt taż-żona tad-distakk li jippermetti l-intrużjoni massima tal-isfera, mingħajr ma tiġi eżerċitata l-ebda tagħbija. |
|
Nota: |
Is-Sezzjoni A-A għandha tkun magħmula f’punt taż-żona tad-distakk li jippermetti l-intrużjoni massima tal-isfera, mingħajr ma tiġi eżerċitata l-ebda tagħbija. |