Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 2, 3, 4, 5, 6, 7, 9, 10, 11, 13 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) - Transpożizzjoni inkompluta - Derogi - Rekwiżiti.
Dispożittiv
1) Peress li l-leġiżlazzjoni li tittrasponi fis-sistema legali Taljana d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ma hijiex konformi b’mod sħiħ ma’ din id-direttiva, u peress li s-sistema ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 9 tagħha ma tiżgurax li d-derogi adottati mill-awtoritajiet kompetenti Taljani josservaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-artikolu, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha abbażi tal-Artikoli 2 sa 7, 9 sa 11, 13 u 18 tad-direttiva msemmija.
2) Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.