Official Journal L 044 , 17/02/1994 P. 0031 - 0032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0052
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0052
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Frar 1994 li tħejji lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' laħam frisk tat-tjur (94/85/KE) IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta' Ġunju 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' laħam frisk tat-tjur [1], kif emendata bid-Direttiva 92/116/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha, Billi l-pajjiżi elenkati fl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni li tradizzjonalment jissupplixxu lill-Istati Membri, ġew mitluba biex juri, permezz tal-provvista ta' assigurazzjonijiet bil-miktub sostnuti b'dokumentazzjoni xierqa jew bħala riżultat ta' spezzjonijiet fuq il-post, li huma jissodisfaw il-ħtiġiet tal-Komunità; Billi dawn l-assigurazzjonijiet għandhom ikunu eżaminati mill-Kumitat Permanenti Veterinarju; Billi din il-lista tapplika mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/342/KEE [3] li tippreskrivi l-kriterji għall-klassifikazzjoni ta' pajjiżi terzi fir-rigward ta' l-influwenza avjana u l-mard Newcastle; Billi jista' jkun ukoll meħtieġ li f'ċerti każi jiġu speċifikati l-partijiet ta' pajjiżi li minnhom l-importazzjonijiet ikunu awtorizzati; Billi din il-lista tista' tiġi emendata f'kull żmien biex tagħti kont ta' informazzjoni ġdida jew sitwazzjonijiet ġodda; billi l-elenkar ta' xi pajjiż jista' jiġi rivedut f'kull żmien meta aktar informazzjoni, b'mod partikolari li tirriżulta minn spezzjonijiet fuq il-post, tindika li l-kondizzjonijiet fil-pajjiż terz konċernat jistgħu jkunu nbidlu jew li informazzjoni riċevuta qabel kienet inkompleta, ineżatta jew inakkurata; Billi, għalkemm il-lista ta' pajjiżi terzi tifforma l-bażi ta' l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi preskritta fid-Direttiva 91/494/KEE, miżuri oħra, partikolarment li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta' l-annimali, il-pjanijiet residwi u ċ-ċertifikazzjoni għandu jingħata kont tagħhom sabiuex tinkiseb armonizzazzjoni kompleta tal-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur; Billi, sakemm tiġi adottata mill-Kummissjoni iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur mill-pajjiżi speċifikati f'din il-lista, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw, ma' l-importazzjoni, il-ħtiġiet tagħhom tas-saħħa ta' l-annimali fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994; Billi l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI: Artikolu 1 l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur skond il-lista fl-Anness. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 1994. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Frar 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 35. [2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 1. [3] ĠU L 137, tat-8.6.1993, p. 24. -------------------------------------------------- ANNESS Kodiċi ISO | Pajjiż | Laħam frisk tat-tjur | Kummenti speċjali | AR | Arġentina | x | | AT | Awstrija | x | | AU | Awstralja | x | | BG | Bulgarija | x | | BR | Brażil | x | | CA | Kanada | x | | CH | Żvizzera | x | | CL | Cili | x | | CY | Cipru | x | | CZ | Repubblika Ceka | x | | FI | Finlandja | x | | HU | Ungerija | x | | IL | Israel | x | | MY | Malażja | x | Peninsular (Punent) Malażja biss | NO | Norveġja | x | | NZ | New Zealand | x | | PL | Polonja | x | | RO | Rumanija | x | | SE | Sveżja | x | | SK | Slovakja | x | | TH | Tajlandja | x | | US | Stati Uniti ta' l-Amerika | x | | UY | Urugway | x | | ZA | Afrika ta' Isfel | x | | ZW | Zimbabwe | x | | --------------------------------------------------