|
10.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9893 — C&G/Fischer/Craftnote)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 227/11)
1.
Fit-3 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cordes & Graefe KG (“Cordes & Graefe”, il-Ġermanja), |
|
— |
fischerwerke GmbH & Co. KG (“Fischer”, il-Ġermanja), |
|
— |
myCraftnote Digital GmbH (“Craftnote”, il-Ġermanja), ikkontrollata fit-totalità tagħha minn Fischer. |
C&G u Fischer jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalita ta’ Craftnote.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Cordes & Graefe: Bejjiegħa bl-ingrossa ta’ prodotti sanitarji, ta’ tisħin u ta’ arja kundizzjonata, ta’ tisqif, ta’ inġinerija elettrika, ta’ inġinerija ċivili u ta’ prodotti industrijali f’diversi Stati Membri; |
|
— |
Fischer: Il-manifattura ta’ teknoloġija ta’ twaħħil, ta’ interjuri tal-karozzi, kif ukoll involuti fil-konsultazzjoni (pariri lill-impriżi) u l-manifattura ta’ ġugarelli tal-kostruzzjoni madwar id-dinja; u |
|
— |
Craftnote: L-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ ħardwer u softwer għall-fornituri tas-servizzi u l-intrapriżi tal-artiġjanat, flimkien ma’ servizzi relatati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż (2).
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9893 — C&G/Fischer/Craftnote
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email, faks jew bil-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizzi tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Fax +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
DG Competition |
|
Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
IL-BELĠJU |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).