8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 236/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Settembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2001/618/KE biex tinkludi s-Slovakkja fil-lista ta’ reġjuni li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u reġjuni fi Spanja fil-lista ta' reġjuni fejn hemm programmi approvati tal-kontroll tal-marda Aujeszky fis-seħħ

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4108)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/603/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar problemi ta' saħħa ta' annimali li jolqtu l-kummerċ intra-Komunitarju ta' annimali bovini u majjali (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistabbilixxi regoli applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċerti annimali. L-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva jipprovdi għal programmi nazzjonali obbligatorji għall ċertu mard li jittieħed, inkluża l-marda Aujeszky, li għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprovdi għall-Istati Membri biex jippreżentaw dokumentazzjoni lill-Kummisjoni li tikkonċerna l-istat ta’ dak il-mard li jinsab fit-territorju tagħhom.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE tat-23 ta' Lulju 2001 dwar garanziji addizzjonali f'kummerċ intra-Komunitarju ta' ħnieżer rigward il-marda ta' Aujeszky, u kriterji biex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda u it-tneħħija tad-Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE (2), tinkludi lista ta' Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit fl-Anness I inkluż f'dik id-Deċiżjoni. L-Anness II għad-Deċiżjoni 2001/618/KE jinkludi lista ta' Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn hemm programm ta' kontroll ta' mard għal dik il-marda partikolari.

(3)

Programm għall-eradikazzjoni tal-marda Aujeszky kien implimentat fis-Slovakkja għal bosta snin.

(4)

Is-Slovakkja ressqet dokumentazzjoni ta’ appoġġ lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-istat ħieles mill-marda ta’ Aujeszky fit-territorju tas-Slovakkja li turi li l-marda ġiet eradikata minn dak l-Istat Membru.

(5)

IL-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni sottomessa mis-Slovakkja u sabet li timxi ma' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Skond dan, l-Istat Membru għandu jiddaħħal fil-listi stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2001/618/KE.

(6)

Programm għall-eradikazzjoni tal-marda Aujeszky kien implimentat fi Spanja għal bosta snin.

(7)

Spanja ssottomettiet issa dokumentazzjoni ta' appoġġ lill-Kummissjoni li turi l-programm fil-Komunitajiet Awtonomi ta' Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja, u l-provinċji ta' León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità Awtonoma ta' Castilla y León u l-provinċja ta' Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji u talbet l-approvazzjoni ta' dan il-programm.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni sottomessa minn Spanja u sabet li timxi ma' l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE.

(9)

Għalhekk, il-lista fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2001/618/KE għandha tiġi emendata biex tinkludi dawk ir-reġjuni ta' Spanja.

(10)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2001/618/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2001/618/KE huma mibdula bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)   ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/911/KE (ĠU L 346, 9.12.2006, p. 41).


ANNESS

“ANNESS I

Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn il-vaċċinazzjoni hija pprojbita

Kodiċi ISO

L-Istat Membru

Reġjuni

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

DK

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

DE

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

FR

Franza

Dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Nièvre, Oise, Orne, Paris, Pas de Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

CY

Ċipru

Territorju sħiħ

LU

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

AT

L-Awstrija

Territorju sħiħ

SK

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha

FI

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

SE

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha ta’ l-Ingilterra, l-Iskozja u l-Galles

“ANNESS II

Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn programmi approvati għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky jinsabu fis-seħħ

Kodiċi ISO

L-Istat Membru

Reġjuni

BE

Il-Belġju

Territorju sħiħ

ES

Spanja

It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta' Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja.

It-territorju tal-provinċji ta' León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità Awtonoma ta' Castilla y León.

It-territorju tal-provinċja ta' Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji

FR

Franza

Id-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord

IT

L-Italja

Il-provinċja ta’ Bolzano

NL

L-Olanda

Territorju sħiħ

”