Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall‑annullament parzjali, minn naħa, tad‑Deċiżjoni tal‑Kunsill 2007/445/KE, tat‑28 ta’ Ġunju 2007, li timplimenta l‑Artikolu 2(3) tar‑Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil‑għan li jiġi miġġieled it‑terroriżmu u li tirrevoka d‑Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (ĠU L 169, p. 58), u min‑naħa l‑oħra, id‑Deċiżjoni tal‑Kunsill 2006/1008/KE, tal‑21 ta’ Diċembru 2006, li timplimenta l‑Artikolu 2(3) tar‑Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil‑għan li jiġi miġġieled it‑terroriżmu (ĠU L 200M, p. 532), sa fejn l‑isem tar‑rikorrent jidher fil‑lista tal‑persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw dawn id‑dispożizzjonijiet.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir‑rikors huwa miċħud.

2) Mohamed El Morabit huwa kkundannat ibati, barra l‑ispejjeż tiegħu, l‑ispejjeż tal‑Kunsill.

3) Il‑Kummissjoni tal‑Komunitajiet Ewropej u r‑Renju tal‑Pajjiżi l‑Baxxi għandhom ibatu l‑ispejjeż rispettivi tagħhom.