|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 63/2010
tal-11 ta’ Ġunju 2010
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim’”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2009/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2009/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-apparat tal-isteering ta’ tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-foresterija (verżjoni kodifikata) (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Direttiva 2009/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2009/63/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE (5) li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim, |
|
(6) |
Id-Direttiva 2009/66/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE (6) li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim, |
|
(7) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/38/KE (7) qiegħda temenda d-Direttiva 75/321/KEE iżda ġiet inkorporata fil-Ftehim bħala punt separat. Peress li d-Direttiva 75/321/KEE għandha titħassar, id-Direttiva 98/38/KE għandha għalhekk titħassar ukoll skont il-Ftehim. |
|
(8) |
Id-Direttiva 2009/76/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE (8) li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim. |
|
(9) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/39/KE (9) qiegħda temenda d-Direttiva 77/311/KEE iżda ġiet inkorporata fil-Ftehim bħala punt separat. Peress li d-Direttiva 77/311/KEE għandha titħassar, id-Direttiva 98/39/KE għandha għalhekk titħassar ukoll skont il-Ftehim. |
IDDEĊIDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punti 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE), 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE), 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE), 24 (Direttiva tal-Kummissjoni 98/38/KE) u 25 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/39/KE) għandu jitħassar. |
|
2. |
Il-punti li ġejjin għandhom jiġu inseriti wara l-punt 31 (id-Direttiva 2009/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttivi 2009/63/KE, 2009/66/KE u 2009/76/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. (*1)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 181, 15.7.2010, p. 12.
(2) ĠU L 214, 19.8.2009, p. 23.
(3) ĠU L 201, 1.8.2009, p. 11.
(4) ĠU L 201, 1.8.2009, p. 18.
(5) ĠU L 84, 28.3.1974, p. 25.
(6) ĠU L 147, 9.6.1975, p. 24.
(7) ĠU L 170, 16.6.1998, p. 13.
(8) ĠU L 105, 28.4.1977, p. 1.
(9) ĠU L 170, 16.6.1998, p. 15.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.