|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2673 |
14.10.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2673
tal-11 ta’ Ottubru 2024
li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fis-16 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-ħjut tal-fibra tal-ħġieġ (“GFY”, glass fibre yarns) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew l-“RPĊ” jew il-pajjiż ikkonċernat) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2024 minn Glass Fibre Europe (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-ħjut tal-fibra tal-ħġieġ fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u ta’ theddida ta’ dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni li kienet biżżejjed biex tiġġustifika t-tnedija tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet
|
(3) |
Skont l-Artikolu 14 (5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirreġistra l-importazzjonijiet soġġetti għal investigazzjoni anti-dumping matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni dment ma jkollhiex biżżejjed evidenza fis-sens tal-Artikolu 5 li r-rekwiżiti skont il-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 10(4) ma ġewx issodisfati. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni ma rreġistratx l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni peress li ma kien hemm l-ebda żieda fil-kwantitajiet tal-importazzjoni wara l-bidu tal-investigazzjoni u għalhekk il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 10(4) ma ġewx issodisfati. |
1.3. Partijiet interessati
|
(5) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, lin-negozjanti dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(6) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4. Kampjunar
|
(7) |
Fin-notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjuni tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(8) |
F’nota għall-fajl tas-16 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni ddikjarat li abbażi tal-informazzjoni disponibbli, iż-żewġ kumpaniji Saint-Gobain Vertex s.r.o u Valmiera Stikla Skieddra AS jirrappreżentaw it-totalità tal-industrija tal-Unjoni u li għalhekk il-kampjunar ma kienx meħtieġ. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar din id-deċiżjoni proviżorja. Ma wasal l-ebda kumment. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat id-deċiżjoni tagħha li ma jitteħidx kampjun fin-nota għall-fajl tat-12 ta’ Marzu 2024. |
Kampjunar tal-importaturi
|
(9) |
L-ebda importatur ma ppreżenta ruħu u pprovda informazzjoni għall-għażla tal-kampjun. |
Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina
|
(10) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Ħames produtturi esportaturi fiċ-Ċina pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. |
|
(11) |
F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi, Shandong Fiberglass Group Corp (“Shandong Fiberglass”) u Henan Guangyuan New Material Co. Ltd (“Henan Guangyuan”), fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. Iż-żewġ produtturi esportaturi inizjalment inklużi fil-kampjun irrappreżentaw total ta’ [11 – 15 %] tal-volum totali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni. |
|
(12) |
F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufa kkonċernati u l-awtoritajiet Ċiniżi ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. |
|
(13) |
Produttur esportatur wieħed, Jiangsu Jiuding Special Fiber Co., Ltd., sostna li kellu jiġi inkluż fil-kampjun. Madankollu, fil-formola ta’ kampjunar tiegħu, huwa rrapporta esportazzjonijiet ta’ trofof imqattgħin li, wara li d-definizzjoni tal-prodott ġiet iċċarata kif spjegat fil-premessi (26) u (28), mhumiex fl-ambitu tal-prodott. Abbażi tal-volum tal-esportazzjonijiet li baqa’ tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, dan il-produttur esportatur ma kkwalifikax biex ikun parti mill-kampjun. |
|
(14) |
Fis-26 ta’ Marzu 2024 (7 ijiem qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tat-tweġiba għall-kwestjonarju tal-produttur esportatur), Shandong Fiberglass, il-kumpanija li, fil-kampjun, tirrappreżenta l-akbar esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, ħabbret li ma kinitx se tikkoopera mal-investigazzjoni. |
|
(15) |
It-tliet produtturi esportaturi l-oħra li wieġbu għall-formola tal-kampjunar irrappreżentaw b’kollox [2 – 5,5 %] tal-volum tal-esportazzjoni Ċiniża. Huma indikaw l-intenzjonijiet tagħhom li jitolbu eżami individwali iżda l-ebda wieħed minnhom ma ppreżenta tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produttur esportatur u għalhekk rikjesta valida. Minħabba l-livell baxx ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-produtturi esportaturi li pprovdew tweġibiet għall-kampjunar, kwalunkwe żieda fil-kampjun, anki li kieku ġew ippreżentati t-tweġibiet għall-kwestjonarju dwar l-anti-dumping, ma kinitx tirriżulta f’kampjun rappreżentattiv (3). |
|
(16) |
B’mod ġenerali, il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa baxx minħabba li l-importazzjonijiet tal-produtturi li pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju tal-kampjunar, wara d-deċiżjoni ta’ Shandong Fiberglass li tieqaf il-kooperazzjoni, irrappreżentaw [4,5 % sa 9 %] tal-esportazzjonijiet totali Ċiniżi lejn l-Unjoni espressi bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI, li ġew stabbiliti abbażi tal-Eurostat kif spjegat fil-premessa (159). |
|
(17) |
Minħabba kooperazzjoni baxxa li wasslet għal sitwazzjoni li fiha ma setax jintgħażel kampjun rappreżentattiv, il-Kummissjoni ddeċidiet li tabbanduna għalkollox il-kampjunar u tapplika l-Artikolu 18 għad-determinazzjoni ta’ dumping, f’konformità mal-Artikolu 17(4), it-tieni paragrafu tar-Regolament bażiku. |
|
(18) |
Fil-5 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni ħarġet nota għall-fajl u infurmat lill-awtoritajiet Ċiniżi dwar id-deċiżjoni tagħha li tabbanduna l-kampjunar (ara l-premessa (17) hawn fuq). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw iżda ma wasal l-ebda kumment. |
1.5. Eżami individwali u marġni individwali
|
(19) |
Kif spjegat fil-premessa (15), tliet produtturi esportaturi Ċiniżi oħra fil-formoli tal-kampjunar rispettivi tagħhom indikaw l-interess tagħhom f’eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu, dawn il-produtturi esportaturi ma ppreżentawx rikjesti validi billi ma ppreżentawx tweġibiet għall-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi sal-iskadenza speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li ma waslet l-ebda talba għal eżami individwali minn dawn il-kumpaniji. |
|
(20) |
Bħala l-unika kumpanija mill-kampjun oriġinali li pprovdiet tweġiba xierqa u f’waqtha għall-kwestjonarju li setgħet tiġi vverifikata f’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkalkula marġni individwali għal Henan Guangyuan. |
1.6. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(21) |
Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”, Gvern taċ-Ċina). |
|
(22) |
Il-Kummissjoni għamlet kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni, għall-produtturi esportaturi, għall-importaturi magħrufa u għall-utenti disponibbli online (4) fil-jum tal-bidu. |
|
(23) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju miż-żewġ produtturi tal-Unjoni, produttur esportatur Ċiniż wieħed, importatur wieħed mhux relatat u tliet utenti. Il-Kummissjoni ma rċevietx it-tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-binjiet tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.7. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(25) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(26) |
Il-prodott li qed jiġi investigat huwa ħjut tal-fibra tal-ħġieġ, miftulin jew le, minbarra l-biċċiet żgħar tal-fibra tal-ħġieġ, kurdiċelli tal-fibra tal-ħġieġ u trofof imqattgħin, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 13 00 u ex 7019 19 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019 13 00 10, 7019 13 00 15, 7019 13 00 20, 7019 13 00 25, 7019 13 00 30, 7019 13 00 50, 7019 13 00 87, 7019 13 00 94, 7019 19 00 30, 7019 19 00 85). |
|
(27) |
Il-GFY jintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, pereżempju fi drappijiet minsuġin, maħduma bil-labar, immaljati jew mhux pressati, li mbagħad jintużaw biex isaħħu materjal tas-siment bħal tajn jew reżini elastomeriċi, termoplastiċi, u li jibbiesu bis-sħana fl-industrija tal-kompożiti. Eżempji ta’ użu jinkludu karozzi, batteriji ta’ vetturi elettriċi, trakkijiet, karozzi tal-linja, ferroviji, pali tal-imtieħen tar-riħ, inġenji tal-ajru, iżolazzjoni tal-bini, protezzjoni kontra d-duħħan u n-nar, iżolazzjoni akustika, filtrazzjoni (arja, metall, trab u likwidu), iżolazzjoni elettrika, eċċ. |
|
(28) |
Fil-25 ta’ Marzu 2024, bi tweġiba għal inkjesta ta’ produttur esportatur Ċiniż, il-Kummissjoni ħarġet nota għall-fajl li tiċċara d-definizzjoni tal-prodott. In-nota ċċarat li l-ħjut kontinwi ta’ silika għolja ġew inklużi fid-definizzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat filwaqt li trofof imqattgħin, irrispettivament mit-tip ta’ ħġieġ u irrispettivament mit-tul, ġew esklużi mid-definizzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw iżda ma wasal l-ebda kumment. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(29) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott li qed jiġi investigat li joriġina miċ-Ċina. |
2.3. Prodott simili
|
(30) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(31) |
F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali bis-saħħa tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(32) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li tindika l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a) (b) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(33) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-GFY. Żewġ produtturi esportaturi (Jiangsu Jiuding Special Fiber Co., Ltd u Chongqing Tianze New Material Corp) ippreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
|
(34) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(35) |
Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mill-GTĊ sal-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
|
(36) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
|
(37) |
Fid-19 ta’ April 2024, il-Kummissjoni infurmat permezz ta’ nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-GFY. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil, lill-Malażja, lill-Messiku, lit-Tajlandja u lit-Turkija bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli. |
|
(38) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota mingħand l-ilmentatur u mingħand Henan Guangyuan. Dawn il-kummenti huma indirizzati fit-taqsima 3.2. |
|
(39) |
Fis-27 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni infurmat permezz tat-tieni nota (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG &A”) u l-profitti bbażati fuq id-data finanzjarja tal-2023 disponibbli għall-grupp Tork, Türkiye Şişe ve Cam Fabrikaları A.Ş (“il-grupp Sisecam”), produttur tal-GFY fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(40) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar it-Tieni Nota mill-ilmentatur. Dawn il-kummenti huma indirizzati fid-dettall fit-taqsima 3.2. |
|
(41) |
Wara li analizzat il-kummenti u l-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq li minnu jinkisbu prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali. Ir-raġunijiet sottostanti għal dik l-għażla huma deskritti aktar fid-dettall fit-Taqsima 3.2.2 hawn taħt. |
3.2. Valur normali
|
(42) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(43) |
Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“il-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem jissejħu “SG&A”). Kif spjegat aktar hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-kooperazzjoni baxxa tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(44) |
F’investigazzjonijiet reċenti tagħha dwar is-settur tal-fibra tal-ħġieġ fiċ-Ċina (5), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(45) |
F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li kien hemm intervent sostanzjali tal-gvern fiċ-Ċina li rriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (6). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-fibra tal-ħġieġ, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku (7) iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku (8). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett distorsiv addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (9). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina (10). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-fibra tal-ħġieġ, fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku (11), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fiċ-Ċina. (12). |
|
(46) |
Hekk kif għamlet fl-investigazzjoni preċedenti tagħha li kienet tirrigwarda s-settur tal-fibra tal-ħġieġ fiċ-Ċina, il-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba fl-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (“ir-Rapport”) (13), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku u li l-Kummissjoni qiegħdet fil-fajl. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott investigat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina, kif instab ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(47) |
L-ilmentatur sostna li hemm biżżejjed evidenza prima facie konvinċenti li l-industrija Ċiniża tal-GFY hija soġġetta għal interventi mill-GTĊ li wasslu għal distorsjonijiet sinifikanti fis-settur, li min-naħa tiegħu jiġġustifika l-istabbiliment tal-valur normali f’konformitá mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(48) |
Biex jappoġġa l-pożizzjoni tiegħu, l-ilmentatur enfasizza l-elementi ta’ hawn taħt li jirriżultaw f’distorsjoni sinifikanti tas-settur tal-GFY fiċ-Ċina. |
|
(49) |
L-ewwel nett, is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni tal-politika tal-Istat hija prevalenti fis-settur:
|
|
(50) |
It-tieni, il-politiki u l-miżuri Ċiniżi applikabbli għas-settur tal-GFY jiddiskriminaw favur il-fornituri domestiċi jew inkella jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles:
|
|
(51) |
It-tielet, il-kostijiet tal-fatturi ta’ produzzjoni essenzjalment kollha tal-GFY huma distorti fiċ-Ċina:
|
|
(52) |
Ir-raba’, l-aċċess għall-finanzi u l-kapital fis-settur tal-fibra tal-ħġieġ jingħata minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ politika pubblika jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-istat:
|
|
(53) |
Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ u dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
|
(54) |
Fis-settur tal-GFY, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda u kontroll mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. Peress li kien hemm kooperazzjoni baxxa mill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott investigat, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat ma setax jiġi ddeterminat. Madankollu, l-investigazzjoni kkonfermat li l-akbar tliet produtturi fis-settur tal-fibra tal-ħġieġ, jiġifieri Jushi, Taishan Fiberglass u CPIC, huma jew kompletament proprjetà tal-Istat jew l-Istat għandu sehem ta’ kontroll fihom. Dawn it-tliet produtturi jirrappreżentaw madwar 60 % tal-produtturi Ċiniżi tal-fibra tal-ħġieġ, fejn Jushi għandha l-akbar sehem li jammonta għal 33 % tas-suq Ċiniż (14). |
|
(55) |
Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-GFY huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. L-aħħar dokumenti ta’ politika Ċiniżi li jikkonċernaw is-settur tal-GFY jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi lis-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex isawru f’konformità mal-politiki tal-gvern. Jingħata eżempju ta’ dan bl-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima li telenka s-settur, b’mod partikolari fibri tal-ħġieġ għal skopijiet speċjali, fost il-materjali li għalihom l-innovazzjoni teknoloġika se tkun appoġġata minn politiki skont il-Pjan (15). Il-fibri tal-ħġieġ huma elenkati wkoll fost is-setturi mħeġġa skont l-edizzjoni tal-2024 tal-katalogu ta’ Gwida għall-aġġustament strutturali tal-industrija (16), kif ukoll fil-Katalogu ta’ Gwida tal-2024 ta’ materjali ġodda ewlenin eliġibbli għall-iskemi tal-ewwel użu/ta’ dimostrazzjoni (17) . |
|
(56) |
Eżempji simili tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur jistgħu jiġu osservati fil-livell provinċjali, bħal f’Shandong li, speċifikament fir-rigward tal-industrija tal-fibra tal-ħġieġ u tal-materjal kompożitu, qed tippjana li “trawwem b’mod attiv intrapriżi ewlenin u prinċipali b’influwenza qawwija tal-marka u ta’ marketing, kapaċitajiet ta’ integrazzjoni b’saħħithom u effetti ta’ xprunar fuq il-ktajjen u r-raggruppamenti tal-industrija, u tappoġġa l-fużjonijiet u r-riorganizzazzjoni transsettorjali u transreġjonali tal-intrapriżi”, u li “tiżviluppa fibri u prodotti tal-ħġieġ ta’ prestazzjoni għolja [u li] tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ prodotti ultrafini, b’saħħa għolja, b’modulus għoli, reżistenti għall-alkali, b’livell baxx ta’ dielettriku, b’espansjoni baxxa, siliċe għoli, degradabbli, sezzjoni trasversali b’forma speċjali u prodotti oħrajn tal-fibra tal-ħġieġ bi prestazzjoni għolja. L-enfasi fuq il-ħtiġijiet tal-informazzjoni elettronika, l-ajruspazju, l-enerġija l-ġdida, il-farms tal-bhejjem fuq skala kbira, is-serer agrikoli u oqsma oħrajn, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ prodotti kompożiti termoplastiċi u li jibbiesu bis-sħana msaħħa bil-fibra tal-ħġieġ, u l-ispralli kompożiti tal-fibra tal-ħġieġ għal proġetti infrastrutturali.” (18) Bl-istess mod, l-14-il FYP ta’ Chongqing dwar l-iżvilupp ta’ industriji strateġiċi u emerġenti jipprevedi “l-espansjoni tal-iskala tal-industrija tal-fibra u tal-materjali kompożitu ta’ prestazzjoni għolja” kif ukoll “l-aċċellerazzjoni tal-kostruzzjoni ta’ proġetti bħall-[…] linja ta’ produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ ta’ prestazzjoni għolja b’output annwali ta’ 150 000 tunnellata, u tal-bażi tal-produzzjoni ta’ fibra tal-ħġieġ u tal-materjali kompożiti ultrafini, sabiex jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ u tal-materjali kompożiti ta’ prestazzjoni għolja” (19). L-enfasi fuq il-fibri tal-ħġieġ tista’ tidher fid-dokumenti tal-ippjanar anki fi provinċji oħrajn, bħal Guangxi (20), Hubei (21) jew Zhejiang (22). |
|
(57) |
Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tal-Artikolu 2 (6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku, ħafna produtturi tal-prodott li qed jiġi investigat jenfasizzaw b’mod espliċitu l-attivitajiet ta’ bini tal-partit fuq is-siti web tagħhom jew għandhom membri tal-partit fil-maniġment tal-kumpanija u jenfasizzaw l-affiljazzjoni tagħhom mas-CCP. |
|
(58) |
Pereżempju, il-President tal-Bord tal-grupp ta’ Jushi jservi fl-istess ħin bħala l-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit fis-CNMB (23). Bl-istess mod, il-President ta’ Sinoma Science and Technology, li hija l-kumpanija azzjonarja ta’ Taishan Fiberglass, jokkupa l-pożizzjoni tas-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit filwaqt li l-President ta’ Sinoma Science and Technology huwa l-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (24). Fil-każ ta’ CPIC, il-Viċi President tal-Bord u l-Maniġer Eżekuttiv għandhom fl-istess ħin il-pożizzjoni tal-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, waqt li l-President tal-Grupp tal-kumpanija omm ta’ CPIC iservi wkoll bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit u l-Viċi President tal-Grupp iservi bħala l-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (25). |
|
(59) |
Barra minn hekk, l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni ta’ Jushi jipprevedu b’mod espliċitu sorveljanza diretta tal-Partit fuq l-affarijiet korporattivi essenzjali fl-Artikolu 195 tagħhom, li jgħid li “l-kumitat tal-partit tal-intrapriża għandu jiddiskuti u jiddeċiedi l-kwistjonijiet ewlenin tal-intrapriża f’konformità mar-regolamenti”, u r-responsabbiltajiet ewlenin tal-kumitat tal-Partit huma li “jiġu studjati u diskussi kwistjonijiet ewlenin tal-maniġment tan-negozju tal-kumpanija, u tiġi appoġġata l-laqgħa tal-azzjonisti, il-bord tad-diretturi, il-bord tas-superviżuri kif ukoll il-maniġment biex jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont il-liġi”, kif ukoll biex “jissaħħu t-tmexxija u l-kontroll fuq l-għażla u l-assenjament tal-persunal tal-intrapriża, u jagħmlu xogħol tajjeb fil-bini tat-tim ta’ tmexxija tal-intrapriża, tat-tim cadre u tat-tim tat-talent” (26). |
|
(60) |
Barra minn hekk, Taishan Fiberglass organizzat iċ-ċelebrazzjoni tal-100 anniversarju mill-istabbiliment tas-CCP u s-segretarju tal-kumitat tal-Partit tal-kumpanija għamel diskors: “It-30 sena ta’ riforma, innovazzjoni u żvilupp ta’ Taishan Fiberglass huma 30 sena ta’ adeżjoni u tisħiħ tat-tmexxija tal-Partit, 30 sena ta’ wirt u t-tkomplija tal-ispirtu kbir tal-Partit, u 30 sena ta’ riżultati produttivi fil-bini, ir-riforma u l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-operat tal-Partit.” (27). Barra minn hekk, l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-intrapriża tal-grupp Jushi ddikjara li waħda mir-responsabbiltajiet ewlenin tagħhom hija “l-implimentazzjoni tal-ħsibijiet ta’ Xi Jinping dwar is-Soċjaliżmu b’Karatteristiċi Ċiniżi għal Era Ġdida, jistudjaw u jippubbliċizzaw it-teorija tal-Partit, jimplimentaw il-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, jissorveljaw u jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u arranġamenti ewlenin tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit u r-riżoluzzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-Partit ta’ livell ogħla fl-intrapriża; jistudjaw u jiddiskutu kwistjonijiet ewlenin ta’ ġestjoni tan-negozju tal-kumpanija, u jappoġġaw l-laqgħa tal-azzjonisti, il-bord tad-diretturi, il-bord tas-superviżuri u l-maniġment biex jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont il-liġi” (28). |
|
(61) |
Barra minn hekk, fis-settur tal-GFY hemm stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku. Filwaqt li l-politiki industrijali tipikament huma relatati ma’ diversi setturi, is-settur tal-GFY huwa soġġett għal diversi pjanijiet, linji gwida, direttivi u dokumenti oħra ta’ politika oħrajn maħruġa fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali (ara wkoll il-premessi (56) u (57)). Dawk il-politiki xi drabi jmorru kontra l-forzi tas-suq, bħal, pereżempju, il-pjan ta’ azzjoni ta’ 3 snin ta’ Guangxi dwar l-industriji strateġiċi u emerġenti li jistabbilixxi b’mod amministrattiv il-volumi futuri tal-output fil-mira u r-rati ta’ tkabbir: “sal-2023, il-valur tal-output tal-industrija tal-materjali l-ġodda se jilħaq 133 biljun yuan, u l-valur miżjud se jilħaq 44 biljun yuan” (29). |
|
(62) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ sabiex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-inputs ewlenin li jintużaw fil-manifattura tal-prodott li qed jiġi investigat. Dawn il-miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
|
(63) |
Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku fis-settur tal-GFY imsemmi hawn fuq fil-premessa (45) ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott taħt rieżami. |
|
(64) |
Is-settur tal-GFY huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (45). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw s-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fiċ-Ċina). |
|
(65) |
Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-GFY ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (45). Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(66) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi manifatturat il-prodott li qed jiġi investigat, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott li qed jiġi investigat jixtru jew jikkuntrattaw għal dawn l-inputs, il-prezzijiet li jitħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet; dawn jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ pjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(67) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott li qed jiġi investigat ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fiċ-Ċina permezz tat-taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input lejn l-input u l-bqija. |
|
(68) |
Fid-29 ta’ April 2024, Henan Guangyuan ippreżentat sett ta’ kummenti, filwaqt li nnotat li l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jitlob għall-valutazzjoni tad-distorsjonijiet sinifikanti li saret għal kull esportatur u produttur b’mod separat. F’dan ir-rigward, Henan Guangyuan affermat li jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti fir-rigward tal-kost tal-produzzjoni tagħha. |
|
(69) |
Il-Kummissjoni nnotat li, minbarra li rreferiet lura għat-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju (li min-naħa tagħha ma fiha l-ebda affermazzjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, ħlief dikjarazzjoni li l-kumpanija tixtri diversi materja prima bi prezzijiet internazzjonali), Henan Guangyuan ma ppreżentat l-ebda argument li jqajjem dubji dwar l-analiżi fir-rigward ta’ distorsjonijiet sinifikanti. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija stabbilita fil-livell tal-pajjiż kollu. Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, allura d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku japplikaw, a priori, għall-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina u jikkonċernaw il-kostijiet kollha relatati mal-fatturi ta’ produzzjoni tagħhom. L-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tipprevedi l-użu ta’ kostijiet domestiċi li huma stabbiliti b’mod pożittiv li ma jiġux affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti. Madankollu, filwaqt li Henan Guangyuan ma ppreżentatx evidenza preċiża u xierqa dwar il-prezzijiet u l-kostijiet mingħajr distorsjoni, il-kalkoli li jikkonċernaw lil Henan Guangyuan fi kwalunkwe każ jirriflettu d-data sottomessa mill-kumpanija nnifisha, inklużi l-fatturi tal-produzzjoni u l-ammonti kif irrapportati mill-kumpanija fit-tweġiba għall-kwestjonarju, iżda filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-eżistenza u l-impatt tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari l-Artikolu 2(6a) tiegħu. |
|
(70) |
Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott li qed jiġi investigat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. |
3.2.2. Pajjiż rappreżentattiv
Kummenti ġenerali
|
(71) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(72) |
Kif spjegat fil-premessi minn (37) sa (41), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-ewwel nota tad-19 ta’ April 2024 (minn hawn ’il quddiem l-“Ewwel Nota”) (31) u t-tieni nota tas-27 ta’ Ġunju 2024 (minn hawn ’il quddiem it-“Tieni Nota”) (32). |
|
(73) |
Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji rilevanti, u indirizzaw ukoll il-kummenti riċevuti mill-partijiet dwar dawn l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. |
|
(74) |
Fit-Tieni Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina
|
(75) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil, lill-Malażja, lill-Messiku, lit-Tajlandja u lit-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji (jiġifieri l-pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross) fejn kien magħruf li saret il-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. |
|
(76) |
Fil-kummenti tagħha għall-Ewwel Nota, Henan Guangyuan argumentat li l-ebda wieħed mill-ħames pajjiżi ma pproduċa l-prodott li qed jiġi investigat iżda ma rribattitx id-data tal-Kummissjoni biex issostni din l-allegazzjoni. Henan Guangyuan ipproponiet ukoll lit-Tajwan u lil Hong Kong bħala pajjiżi rappreżentattivi alternattivi. |
|
(77) |
L-Ewwel Nota tipprovdi evidenza tal-produzzjoni tal-GFY, jew tal-anqas il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur bħall-prodott tal-investigazzjoni fil-ħames pajjiżi rappreżentattivi potenzjali proposti. Għalhekk ma kien hemm l-ebda raġuni biex xi pajjiż jiġi eskluż mil-lista pprovduta fil-premessa (75). |
|
(78) |
Barra minn hekk, la t-Tajwan u lanqas Hong Kong ma jaqgħu fil-kategorija ta’ “introjtu medju superjuri” skont il-klassifikazzjoni tal-Bank Dinji. Għalhekk, il-proposta biex it-Tajwan u Hong Kong jitqiesu bħala pajjiżi rappreżentattivi ġiet miċħuda. |
Data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(79) |
Fl-ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi fejn qed jiġi prodott il-prodott li qed jiġi investigat, jiġifieri l-Brażil, il-Malażja, il-Messiku, it-Tajlandja u t-Turkija, id-disponibbiltà tad-data pubblika faċilment disponibbli kellha tiġi vverifikata aktar b’mod partikolari fir-rigward tad-data finanzjarja pubblika mill-produtturi tal-prodott li qed jiġi investigat. |
|
(80) |
Fir-rigward tal-Brażil, rapporti finanzjarji dettaljati għaż-żewġ kumpaniji li jipproduċu l-GFY jew prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur bħall-GFY, jiġifieri CPCI Brasil Fibras de Vidro Ltda u Owens Corning Fiberglass A.S. Ltda, kif iċċertifikat mill-awdituri, ma kinux faċilment disponibbli. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Brażil ma setax jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni. |
|
(81) |
Fir-rigward tal-Malażja, id-data finanzjarja faċilment disponibbli għall-unika kumpanija li tipproduċi GFY jew prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur bħall-GFY, Nippon Electric Glass (Malaysia) SDN BHD, tmur lura għall-2022 u, bħala konsegwenza, ma setgħetx titqies xierqa għall-perjodu ta’ investigazzjoni minħabba li data aktar reċenti kienet disponibbli għal produttur fit-Turkija kif spjegat hawn taħt. Id-data finanzjarja għall-2023 hija disponibbli għall-grupp Nippon Electric Glass Co., Ltd iżda ma għandhiex informazzjoni dettaljata speċifika għall-GFY jew prodott simili fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur. Barra minn hekk, Nippon Electric Glass Co., Ltd hija grupp globali li d-data finanzjarja tiegħu mhijiex rappreżentattiva tas-sitwazzjoni fil-Malażja. B’kuntrast ma’ dan, kif spjegat fil-premessi (84)-(86) u (119)-(124), it-Turkija tipprovdi data finanzjarja aktar granulari peress li l-kostijiet SG &A huma disponibbli għas-settur tal-ħġieġ industrijali fit-Turkija u l-profitt huwa disponibbli għal sussidjarja li tipproduċi biss il-GFY u prodotti fl-istess kategorija/settur ġenerali fit-Turkija. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Malażja ma setgħetx titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni. |
|
(82) |
Fir-rigward tal-Messiku, ir-rapporti finanzjarji taż-żewġ kumpaniji li jipproduċu l-GFY jew prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur ġenerali bħall-GFY, Ferguson Fibers de Mexico SA DE CF u Saint-Gobain Mexico ma kinux faċilment disponibbli. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Messiku ma setax jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni. |
|
(83) |
Fir-rigward tat-Tajlandja, id-data finanzjarja faċilment disponibbli tal-unika kumpanija li tidher li qed tipproduċi l-GFY, jew prodott simili fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur, Asia Composite Material (Thailand) Co Ltd, tmur lura għall-2022 u, bħala konsegwenza, ma setgħetx titqies xierqa għall-perjodu ta’ investigazzjoni peress li informazzjoni finanzjarja aktar reċenti hija disponibbli fit-Turkija kif spjegat hawn taħt. Barra minn hekk, id-data tal-2022 tkopri l-operazzjonijiet kollha tal-kumpanija, mingħajr informazzjoni finanzjarja dettaljata speċifika għall-GFY jew prodott simili fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur. B’kuntrast ma’ dan, it-Turkija tipprovdi data finanzjarja aktar granulari. Għal kumpanija Tajlandiża oħra, Thai United Glass Fiber Co Ltd, li tipproduċi twapet tal-fibra tal-ħġieġ, li jistgħu jitqiesu bħala prodott fl-istess kategorija jew settur ġenerali bħall-GFY, id-data disponibbli għall-pubbliku wkoll tmur lura għall-2022 u wkoll kienet nieqsa mill-granularità disponibbli għat-Turkija. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tajlandja ma setgħetx titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni. |
|
(84) |
Fir-rigward tat-Turkija, ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati huma disponibbli għall-PI fir-rigward tal-grupp Türkiye Şişe ve Cam Fabrikaları A.Ş, (“il-grupp Sisecam”) (33). Il-grupp Sisecam huwa attiv f’diversi setturi relatati mal-ħġieġ: ħġieġ arkitettoniku, ħġieġ industrijali, oġġetti tal-ħġieġ, imballaġġ tal-ħġieġ. Fir-rigward tal-fibra tal-ħġieġ, il-grupp iddikjara li fl-2022 kellu kapaċità ta’ produzzjoni ta’ 70 000 tunnellata u produzzjoni ta’ 62 000 tunnellata (34). |
|
(85) |
Il-grupp Sisecam għandu sussidjarja li tispeċjalizza fil-fibra tal-ħġieġ: Şişecam Balıkesir Cam Elyaf Fabrikası (“Sisecam Elyaf”) (35). Sisecam Elyaf tipproduċi faxex tal-fibra tal-ħġieġ elettroniku, trofof imqattgħin u twapet bi trofof imqattgħin. Il-faxex tal-fibra, it-trofof imqattgħin, it-twapet bi trofof imqattgħin mhumiex il-prodott li qed jiġi investigat iżda għandhom l-istadji essenzjali tal-proċess tal-produzzjoni mal-faxex tal-fibra: il-preparazzjoni tal-materja prima, it-tidwib fil-forn, l-estrużjoni tal-ħġieġ imdewweb mit-toqob tal-bushings (36) biex jiffurmaw il-filamenti tal-ħġieġ, l-applikazzjoni tal-apprestatur (37), il-ġbir u t-tkebbib tal-filamenti fuq l-irkiekel. Għalhekk, huma kkunsidrati fl-istess kategorija ġenerali bħall-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li Sisecam Elyaf tipproduċi jew il-prodott li qed jiġi investigat jew inkella prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħall-prodott li qed jiġi investigat. F’termini ta’ fatturat, Sisecam Elyaf tirrappreżenta 13 % tas-segment tal-ħġieġ industrijali tal-grupp Sisecam li tappartjeni għalih. |
|
(86) |
Ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-grupp Sisecam jipprovdu l-profitt ta’ Sisecam Elyaf u l-kostijiet SG &A tas-segment tal-ħġieġ industrijali. |
|
(87) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-importazzjonijiet tal-fatturi ta’ produzzjoni ewlenin fit-Turkija. L-analiżi tal-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni wriet li b’mod ġenerali t-Turkija importat volumi sinifikanti u rappreżentattivi tal-biċċa l-kbira tal-materja prima ewlenija bi prezzijiet mingħajr distorsjoni. Madankollu, it-Turkija, bħala l-akbar produttur dinji ta’ waħda mill-materji primi (colemanite mitħun), ma timportax dik il-materja prima. L-importazzjonijiet ta’ materja prima oħra (dqiq tas-silika) wkoll instabu li kienu żgħar fit-Turkija, u dan qajjem dubji dwar l-affidabbiltà tal-prezzijiet tal-importazzjoni. Għal dawn iż-żewġ materji prima, il-Kummissjoni użat data dwar l-importazzjoni tal-Malażja minħabba li dan il-pajjiż kien l-uniku pajjiż potenzjalment rappreżentattiv li għandu importazzjonijiet kbar taż-żewġ prodotti u li ġie skartat bħala pajjiż rappreżentattiv biss minħabba nuqqas ta’ data finanzjarja reċenti u granulari biżżejjed dwar il-produttur tiegħu.. It-Tieni Nota wriet ukoll li l-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38) fil-Malażja (għall-kolemanit mitħun u d-dqiq tas-silika) u fit-Turkija (għall-materja prima l-oħra) ma skwalifikax l-użu ta’ dawn il-pajjiżi bħala sorsi għall-prezzijiet mingħajr distorsjoni. |
|
(88) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bit-Tieni Nota li kien beħsiebha tuża lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq, il-grupp Sisecam bħala produttur fil-pajjiż rappreżentattiv u l-importazzjonijiet fil-Malażja ta’ colemanite mitħun u dqiq tas-silika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku biex jinkisbu prezzijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. |
|
(89) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv, tal-grupp Sisecam bħala produttur fil-pajjiż rappreżentattiv u tal-Malażja rigward l-importazzjonijiet ta’ colemanite mitħun u dqiq tas-silika. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(90) |
L-għażla inizjali ta’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali u ta’ kumpaniji adattati b’data disponibbli għall-pubbliku ma twaqqafx lill-Kummissjoni mill-possibbiltà li tissupplimenta jew tirfina t-tali għażla u r-riċerka tagħha fi stadju aktar tard, inkluż billi tressaq suġġerimenti ġodda f’termini ta’ pajjiż rappreżentattiv potenzjali u ta’ prodott simili. Fil-fatt, huwa proprju l-għan tan-Noti dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, li l-partijiet interessati jiġu mistiedna jikkummentaw dwar ir-riċerka preliminari tas-servizzi tal-Kummissjoni u, jekk ikun iġġustifikat, li jirċievu alternattivi għall-kunsiderazzjoni ulterjuri tas-servizzi tal-Kummissjoni. In-noti fihom ukoll anness speċifiku maħsub biex jiggwida lill-partijiet fil-preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar pajjiżi u/jew kumpaniji rappreżentattivi addizzjonali eventwali għall-fini tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(91) |
Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, l-aħħar sentenza tar-Regolament bażiku. |
3.2.3. Konklużjoni
|
(92) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.4. Sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(93) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(94) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-Global Trade Atlas (“GTA”) (39) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-istatistika pprovduta mill-Istitut Tork tal-Istatistika (40) biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera, tal-gass naturali, tal-gass naturali likwifikat (“LNG”) u tal-fwar, l-istatistika pprovduta mill-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (41) għall-istabbiliment tal-kost mingħajr distorsjoni tal-elettriku u l-istatistika pprovduta mill-Presidenza tal-Uffiċċju tal-Investiment tar-Repubblika tat-Turkija (42) għall-istabbiliment tal-kost mingħajr distorsjoni tal-ilma. |
|
(95) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi li pprovdew informazzjoni kompluta u l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn l-entrati negliġibbli ġew raggruppati taħt “oġġetti tal-konsum”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat li hija se tikkalkula l-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u se tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.4.1. Fatturi ta’ produzzjoni
|
(96) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha sottomessa mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi tal-produzzjoni tal-GFY
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(97) |
Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq. Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fit-Taqsima 3.2.4.9. |
3.2.4.2. Materja prima
|
(98) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif konsenjata sal-bieb ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni (CIF) għall-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji tal-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. |
|
(99) |
Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie determinat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha, minbarra ċ-Ċina u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 (45). |
|
(100) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv minħabba li fit-taqsima 3.2.2 ikkonkludiet li ma jkunx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Il-volumi li kien fadal tqiesu bħala rappreżentattivi. |
|
(101) |
Għal għadd ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet reali mġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Billi l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’oġġetti tal-konsum kif spjegat fil-premessa (95). |
|
(102) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima, kif previst fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji tal-importazzjoni rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv, jew fil-Malażja fir-rigward tal-colemanite mitħun u tad-dqiq tas-silika. |
|
(103) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost reali ta’ materja prima bħal din u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tat-trasport tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
|
(104) |
Bi tweġiba għat-Tieni Nota, l-ilmentatur sostna li jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkludi l-boron bħala materja prima. Il-Kummissjoni ċċarat li l-provvista tal-boron hija pprovduta mill-colemanite mitħun li huwa elenkat bħala fattur ta’ produzzjoni fit-Tieni Nota u fit-Tabella 1 hawn fuq. Għalhekk, l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx. |
|
(105) |
Bi tweġiba għat-Tieni Nota, l-ilmentatur sostna li l-ossiġenu jenħtieġ li jiżdied bħala input tal-enerġija u jiġi inkluż fil-kalkolu tal-valur normali. F’dan ir-rigward, l-ilmentatur irrefera għal investigazzjoni dwar ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu (“GFR”) li fihom l-ossiġenu tqies b’mod espliċitu bħala fattur ta’ produzzjoni. Madankollu, f’din l-investigazzjoni bħal fl-investigazzjoni tal-GFR, il-Kummissjoni tqis biss il-fatturi vverifikati kollha tal-produzzjoni, jew billi jidentifikawhom individwalment jew inkella billi taggregahom fl-oġġetti għall-konsum. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
|
(106) |
Bi tweġiba għat-Tieni Nota, l-ilmentatur argumenta li l-Kummissjoni jenħtieġ li tiddivulga mill-inqas indikazzjoni tar-rati ta’ konsum tal-fatturi tal-produzzjoni, inkluż il-perċentwal li beħsiebha tikkunsidra għall-oġġetti għall-konsum. Il-Kummissjoni tiċċara li l-fatturi tal-produzzjoni identifikati fl-Ewwel Nota li ġew raggruppati taħt oġġetti għall-konsum jirrappreżentaw b’kollox madwar 7 % tal-kost totali tal-manifattura. |
|
(107) |
L-ilmentatur ikkummenta wkoll li l-fatturi ta’ produzzjoni identifikati fl-Anness I tat-Tieni Nota (li huma l-istess bħal dawk fit-Tabella 1 hawn fuq) kienu differenti b’mod sinifikanti mill-fatturi ta’ produzzjoni ppreżentati mill-industrija tal-Unjoni fl-ilment tagħha. L-ewwel nett, l-ilmentatur ma pprovda l-ebda evidenza li dawn l-allegati diskrepanzi jkunu anormali. It-tieni, meta tqabblet il-materja prima elenkata fl-Ewwel u t-Tieni noti ma’ dawk imsemmija fl-ilment (pereżempju fil-kalkolu tal-valur normali fl-Anness 32 tal-ilment), ġie żvelat li l-produttur esportatur li kkoopera juża l-materja prima kollha użata mill-industrija tal-Unjoni: colemanite, kawlina, siliċe, ġebla tal-ġir, lamtu tal-qamħirrum, rodju u platinu. Fit-Tieni Nota ġie ċċarat ukoll li l-produttur esportatur qed juża ż-żejt tal-qamħirrum li jirrappreżenta proporzjon negliġibbli tal-kost tal-manifattura. Għalhekk, imbagħad jista’ jiġi konkluż li l-produttur esportatur li kkoopera jikkonsma l-materja prima kollha elenkata fl-ilment. Għalhekk, dan il-kumment ma ntlaqax. |
3.2.4.3. Manodopera
|
(108) |
L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija (46). Il-Kummissjoni stabbiliet il-punt ta’ riferiment ibbażat fuq l-aħħar statistika disponibbli li tkopri l-2022 għall-kostijiet lavorattivi medji fis-siegħa għall-attività ekonomika “Manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra”, il-kodiċi NACE C.23 skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2 u kategorija tal-għadd ta’ persunal ta’ aktar minn 1 000 impjegat. Il-valuri ġew aġġustati ulterjorment għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi tal-kost lavorattiv ippubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika (47) biex jirrifletti l-kostijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
3.2.4.4. Elettriku
|
(109) |
Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Turkija huwa ppubblikat mill-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (EMRA) (48) fit-Turkija. Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali li l-EMRA ordnat li tiġi applikata mill-1 ta’ Jannar 2023, minbarra l-VAT. |
3.2.4.5. Gass naturali
|
(110) |
Il-prezz tal-gass naturali għall-utenti industrijali fit-Turkija huwa ppubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika. Il-Kummissjoni użat il-prezz disponibbli għat-tieni semestru tal-2021 u għall-ewwel semestru tal-2022 li jikkorrispondi għall-faxxa tal-konsum ta’ 2 610 000 - 26 100 000 m3 (49). Dan il-prezz ġie aġġustat ulterjorment għall-inflazzjoni bl-użu tal-Indiċi tal-Prezz tal-Produtturi ppubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika (50) u l-VAT, li hija inkluża fil-prezz ippubblikat, tnaqqset. |
3.2.4.6. Gass Naturali Likwifikat (“LNG”)
|
(111) |
Henan Guangyuan tuża kilogrammi bħala unità għall-konsum tal-LNG. |
|
(112) |
Sabiex jinkiseb il-prezz referenzjarju għal-LNG f’CNY/kg, il-prezz tal-gass naturali, disponibbli f’CNY/m3 fit-Tabella 1 hawn fuq, ġie mibdul f’CNY għal kull miljun ta’ unitajiet termali Brittaniċi (CNY/MMBtu). Dan kien jinvolvi d-determinazzjoni tal-kontenut tal-enerġija tal-gass u l-espressjoni tiegħu f’MMBtu bl-użu ta’ fattur ta’ konverżjoni aċċettat b’mod ġenerali (51). |
|
(113) |
Imbagħad, dan il-prezz mibdul f’CNY/MMBtu ġie applikat għall-kontenut tal-enerġija aċċettat b’mod ġenerali ta’ kilogramma ta’ LNG espress f’MMBtu (52) biex jinkiseb il-prezz tal-LNG f’CNY għal kull kilogramma. |
3.2.4.7. Fwar
|
(114) |
Henan Guanyuan tuża gigajoule (GJ) bħala unità għall-konsum tal-fwar. |
|
(115) |
Sabiex tikseb il-punt ta’ riferiment għall-fwar espress f’CNY/GJ, il-Kummissjoni l-ewwel bidlet il-prezz tal-gass naturali minn CNY/m3, kif ippreżentat fit-Tabella 1 hawn fuq, għal CNY/MMBtu bl-użu ta’ fattur ta’ konverżjoni aċċettat b’mod ġenerali (53) li jipprovdi l-kontenut tal-enerġija (f’MMBtu) ta’ metru kubu wieħed ta’ gass. It-tieni, hija qieset l-effiċjenza tal-kombustjoni sabiex tiddetermina l-proporzjon tal-kontenut enerġetiku tal-gass li jista’ jiġi rkuprat bħala l-kontenut enerġetiku tal-fwar. Dan il-pass segwa l-metodoloġija ssuġġerita mid-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti (54). It-tielet, l-unità tal-enerġija ġiet mibdula minn MMBtu għal GJ bl-użu tal-kostanti tal-konverżjoni fiżika. |
3.2.4.8. Ilma
|
(116) |
Il-Presidenza tal-Uffiċċju tal-Investiment tar-Repubblika tat-Turkija (55) ppubblikat il-kost tal-ilma għall-użu industrijali. Il-Kummissjoni użat il-prezz validu fl-2023 għar-reġjun ta’ Balikesir fejn tinsab Sisecam Elyaf, nett mill-VAT. |
3.2.4.9. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti
|
(117) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(118) |
L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera. Il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(119) |
Sabiex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG &A u għall-profitt, fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja għall-2023 għall-grupp Sisecam li hija disponibbli għall-pubbliku u deskritta fil-premessi (84) sa (86). |
|
(120) |
Fir-rigward ta’ Sisecam Elyaf, il-kumpanija li tipproduċi biss GFY u prodotti fl-istess kategorija/settur ġenerali, ir-rapporti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku għall-2023 jipprovdu l-bejgħ nett u l-profitt iżda ma jinkludux l-informazzjoni dwar il-kost tal-oġġetti mibjugħa (“COGS”, cost of goods sold) u lanqas l-SG &A. |
|
(121) |
Il-COGS huwa disponibbli fil-livell tas-segment tal-ħġieġ industrijali tal-grupp Sisecam. |
|
(122) |
L-elementi kollha tal-kostijiet SG &A, ħlief għall-ispejjeż finanzjarji netti, huma direttament disponibbli fil-livell tas-segment tal-ħġieġ industrijali. Sabiex tikseb l-SG &A għas-segment tal-ħġieġ industrijali, il-Kummissjoni allokat l-ispejjeż finanzjarji netti tal-grupp Sisecam lis-segment bl-użu tal-fatturat bħala l-metodu ta’ allokazzjoni. |
|
(123) |
Il-Kummissjoni użat il-kostijiet SG &A tas-segment tal-ħġieġ industrijali kif ikkalkolat fil-premessa (122) u l-COGS tas-segment industrijali u kisbet SG &A espress bħala perċentwal tal-COGS ta’ 22,67 %. Il-Kummissjoni qieset li din ir-rata, meta applikata għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, tirriżulta f’ammont għall-kostijiet SG &A li jkun raġonevoli, fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. |
|
(124) |
Biex tikkalkula l-profitt espress bħala perċentwal tal-COGS, il-Kummissjoni qasmet il-profitt ta’ Sisecam Elyaf bil-COGS tas-segment industrijali allokat lil Sisecam Elyaf bl-użu tal-fatturat bħala l-metodu tal-allokazzjoni. Dan ammonta għal 22,44 %. Il-Kummissjoni qieset li din ir-rata, meta applikata għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, tirriżulta f’ammont għal profitt li jkun raġonevoli, fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. |
|
(125) |
Bi tweġiba għat-Tieni Nota, l-ilmentatur talab li l-Kummissjoni tinkludi l-kostijiet ġenerali fil-kalkolu tal-valur normali. Il-Kummissjoni tikkonferma li, kif spjegat fit-Taqsima 3.2.3.9, il-kostijiet ġenerali huma tabilħaqq ikkunsidrati fil-kalkolu tal-valur normali. |
3.2.5. Kalkolu tal-valur normali
|
(126) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(127) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum reali tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ġew ivverifikati matul iż-żjara ta’ verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservata fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-Taqsima 3.2.4.1. |
|
(128) |
Imbagħad, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, kif spjegat fil-premessa (118) mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura sabiex tasal għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni. |
|
(129) |
Għall-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat l-SG &A u l-perċentwali tal-profitt ikkalkulati fil-premessi (123)-(124). |
|
(130) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.6. Prezz tal-esportazzjoni
|
(131) |
Kif spjegat fil-premessa (17), il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 18 għad-determinazzjoni tad-dumping, bl-użu tal-aħjar fatti disponibbli. |
|
(132) |
B’mod speċifiku, il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha tal-prezzijiet tal-esportazzjoni għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fuq il-prezz medju tal-esportazzjoni pprovdut mill-Eurostat u fuq id-data tal-bejgħ minn Henan Guangyuan, kif spjegat fil-premessa (145). |
|
(133) |
Henan Guangyuan biegħet madwar nofs il-volum tal-esportazzjoni tagħha direttament lis-suq tal-Unjoni u n-nofs l-ieħor permezz ta’ kummerċjant mhux relatat ibbażat f’Hong-Kong. Il-Kummissjoni vverifikat li l-oġġetti mibjugħa lin-negozjant intbagħtu direttament miċ-Ċina lejn port fl-Unjoni u għalhekk qieset il-bejgħ korrispondenti bħala esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
|
(134) |
Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.2.7. Tqabbil
|
(135) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjoni għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ta’ Henan Guangyuan fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.2.7.1. Aġġustamenti magħmula fil-valur normali
|
(136) |
Kif spjegat fil-premessa (135), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti tal-SG&A u tal-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament biex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika. |
|
(137) |
Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni għaliex għamlet xi konċessjonijiet għall-valur normali, u dawn il-konċessjonijiet lanqas ma ntalbu minn Henan Guangyuan. |
3.2.8. Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(138) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti fuq il-kont tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġjar u t-tagħbija kif ukoll tal-ippakkjar. |
|
(139) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: spejjeż ta’ garanzija, spejjeż ta’ kreditu u spejjeż bankarji. |
|
(140) |
|
3.2.8.1. Marġnijiet tad-dumping
|
(141) |
Kif spjegat fil-premessa (17), il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 18 għad-determinazzjoni tad-dumping, ħlief għall-produttur esportatur li kkoopera, Henan Guangyuan, li għalih ġie kkalkulat marġni individwali. |
|
(142) |
Għal Henan Guangyuan, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(143) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni medju ponderat tad-dumping proviżorju espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:
|
|
(144) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni l-ewwel iddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Kif spjegat fil-premessa (16), il-livell ta’ kooperazzjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina lejn l-Unjoni kien [4,5–9 %], li huwa meqjus baxx ħafna. |
|
(145) |
Fid-dawl tal-livell baxx ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat il-marġni tad-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha abbażi tal-fatti disponibbli. Sabiex tistabbilixxi l-aħjar fatti disponibbli, il-Kummissjoni użat id-data pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera, peress li ppermettiet kalkolu fil-livell tat-tip ta’ prodott. F’dak is-sett tad-data, il-Kummissjoni għażlet tip ta’ prodott li kien l-aktar mibjugħ fis-suq tal-Unjoni kemm mill-produttur esportatur li kkoopera kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni. (56) Il-Kummissjoni nnotat li l-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina (it-Tabella 4) fil-livell CIF kien taħt il-prezz medju tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera f’dak il-livell ta’ kummerċ. Biex tirrifletti dan, il-Kummissjoni għażlet għadd rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet fi ħdan it-tip ta’ prodott magħżul (li jammonta għal [15–25] % tal-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur lejn l-Unjoni) fejn il-prezz tal-esportazzjoni kien taħt il-medja għal dak it-tip ta’ prodott mibjugħ mill-produttur esportatur. Fil-fehma tal-Kummissjoni, abbażi tal-analiżi tal-informazzjoni limitata offruta mill-istatistika tal-importazzjoni u d-data pprovduta mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, dawk it-tranżazzjonijiet irrappreżentaw indikatur raġonevoli għall-imġiba tad-dumping tal-produtturi esportaturi li ma kkooperawx. |
|
(146) |
Il-marġini proviżorji tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(147) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn żewġ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(148) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar [85 000–95 000] tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tad-data vverifikata taż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni. |
4.2. Determinazzjoni tas-suq relevanti tal-Unjoni
|
(149) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni sofrietx dannu u sabiex jiġi ddeterminat il-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija fl-Unjoni tal-prodott simili kellux jiġi kkunsidrat fl-analiżi, u sa liema punt. |
|
(150) |
Il-Kummissjoni sabet li parti sostanzjali mill-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kienet destinata għal użu ristrett. |
|
(151) |
Id-distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu ristrett ma humiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast ma’ dan, il-produzzjoni ddestinata għall-bejgħ fis-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-prodott ikkonċernat. |
|
(152) |
Il-Kummissjoni kisbet u vverifikat id-data għall-attività kollha tal-GFY tal-industrija tal-Unjoni u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għal użu ristrett jew għas-suq ħieles. Il-verifika tad-data għaż-żewġ produtturi li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tal-GFY tal-Unjoni ppermettiet lill-Kummissjoni tikseb stampa sħiħa. |
|
(153) |
Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni abbażi tad-data għas-suq ħieles. Dawn l-indikaturi huma: il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni; is-sehem mis-suq; it-tkabbir; il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjoni; il-profittabilità; ir-redditu fuq l-investiment; u l-fluss tal-flus. Fejn kien possibbli u ġustifikat, is-sejbiet tal-eżami tqabblu mad-data għas-suq kaptiv sabiex tiġi pprovduta stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(154) |
Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħrajn jistgħu jiġu eżaminati b’mod li jagħmel sens biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu ristrett tal-industrija tal-Unjoni. Dawn huma: il-produzzjoni; il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità; l-investimenti; l-istokks; l-impjiegi; il-produttività; il-pagi; u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. Huma jiddependu mill-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun ristretta kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles. |
4.3. Konsum tal-Unjoni
|
(155) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’
|
|
(156) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li madwar [55 %–65 %] tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni (mhux riflessa fil-konsum tal-Unjoni u indikaturi ekonomiċi oħrajn deskritti f’dan ir-Regolament) kienet destinata għal użu ristrett fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(157) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(158) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied mill-2020 sal-2022 b’mod sostanzjali b’62 %, iżda naqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li juri tnaqqis ġenerali fil-konsum matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.4. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.4.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(159) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat u aġġustatha f’koordinazzjoni ma’ diversi awtoritajiet doganali nazzjonali kif spjegat fil-premessa (155). Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tas-suq tal-Unjoni (ara t-Tabella 2). |
|
(160) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni miċ-Ċina żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(161) |
It-tabella ta’ hawn fuq turi li f’ċifri assoluti l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’42 %. Iż-żieda ġenerali fiċ-ċifri assoluti laħqu quċċata fl-2022 fejn l-importazzjonijiet żdiedu b’aktar mid-doppju. B’mod parallel, is-sehem mis-suq totali tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni żdied b’68 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.4.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(162) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data vverifikata tal-Eurostat u d-data addizzjonali pprovduta mill-awtoritajiet doganali nazzjonali. |
|
(163) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żvilupp kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||
|
(164) |
It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu b’26 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Iż-żieda ġenerali fiċ-ċifri assoluti laħqet quċċata fl-2022 fejn il-prezzijiet kienu 59 % ogħla mill-prezz fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(165) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(166) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, wara t-tnaqqis tar-ribassi u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 0 % u 34,4 % permezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. 99,9 % tal-volumi tal-importazzjonijiet instabu li kienu qed iwaqqgħu l-prezz. Il-Kummissjoni qabblet ukoll il-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE abbażi tad-data tal-Eurostat mal-prezz medju tat-tipi kollha ta’ prodotti mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati. Dan il-kalkolu wera li l-prezzijiet Ċiniżi huma taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 15,4 % u għalhekk ikkorrobora s-sejba dwar it-twaqqigħ tal-prezz ikkalkulat kif stabbilit fil-premessa (165). |
|
(167) |
Barra minn hekk, minbarra s-sejba dwar it-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping naqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, kif stabbilit fit-Tabella 8, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni kellha tbaxxi l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għal livell li kien saħansitra inqas mill-kost tal-produzzjoni tagħha biex tkun tista’ tbigħ il-prodotti tagħha. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(168) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(169) |
Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Minħabba l-fatt li l-Kummissjoni vverifikat id-data taż-żewġ produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi u l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi ta’ din id-data. |
|
(170) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(171) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(172) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(173) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-produzzjoni tal-Industrija tal-Unjoni l-ewwel żdied b’4 % fl-2021, baqa’ stabbli fl-2022 u mbagħad naqas sostanzjalment għal livell ta’ 22 % inqas milli fl-2020. |
|
(174) |
Il-kapaċità rrapportata tirreferi għall-kapaċità installata, li żdiedet b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-GFY huma soġġetti għal manutenzjoni regolari kull 5 snin. Dan jinkludi regolarment l-aġġornament ta’ ċerta teknoloġija, li kkawżat din iż-żieda fil-kapaċità. |
|
(175) |
L-użu tal-kapaċità kien fuq livell għoli ta’ [80 % - 90 %] matul is-snin 2020, 2021 u 2022, u naqas sostanzjalment għal [60 % - 70 %] matul il-PI. Filwaqt li l-użu tal-kapaċità l-ewwel żdied bi 3 % fl-2021 naqas bi ftit fl-2022 u naqas sostanzjalment fil-PI, għal livell ta’ 27 % taħt il-valur tal-2020. |
4.5.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(176) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(177) |
Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied bil-mod mill-2020 sal-2022 iżda naqas b’mod sostanzjali fil-PI. Fil-PI dan naqas b’29 % meta mqabbel mal-2022 u laħaq livell li kien 26 % anqas mill-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(178) |
Is-sehem mis-suq żviluppa b’mod differenti. Minkejja ż-żieda fil-volum mill-2020 sal-2022, l-industrija tal-Unjoni tilfet 36 % tas-sehem mis-suq inizjali tagħha. Hija setgħet biss tirkupra dan is-sehem mis-suq parzjalment fil-PI, filwaqt li xorta waħda tilfet 22 % tas-sehem mis-suq tagħha matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.2.3. Tkabbir
|
(179) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied mill-2020 sal-2022 u mbagħad wera tnaqqis sostanzjali fil-PI, li wassal għal tnaqqis totali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-industrija tal-Unjoni tilfet is-sehem mis-suq filwaqt li l-konsum żdied u setgħet tirkupra biss parzjalment is-sehem mis-suq matul it-tnaqqis fil-konsum fil-PI. |
4.5.2.4. Impjiegi u produttività
|
(180) |
L-impjieg u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(181) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-impjiegi wrew żieda moderata ta’ 3 % fl-2021, baqgħu stabbli fl-2022 u naqsu fil-PI għal livell li huwa 5 % anqas mill-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-produttività matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni wriet żieda moderata ta’ 1 % fl-2021, baqgħet stabbli fl-2022 u naqset fil-PI għal livell li huwa 18 % anqas mill-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat
|
(182) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tal-kobor tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(183) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(184) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-unitajiet tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(185) |
It-tabella ta’ hawn fuq turi l-evoluzzjoni tal-prezz unitarju tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni meta mqabbel mal-kost tal-produzzjoni korrispondenti. Bħala medja, il-prezzijiet tal-bejgħ kienu ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni għas-snin mill-2020 sal-2022. Fil-PI l-prezz medju tal-bejgħ waqa’ taħt il-kost unitarju tal-produzzjoni. |
|
(186) |
Il-fattur ewlieni li influwenza l-prezz mill-2020 sal-2022 kien iż-żieda fil-kost tal-materja prima u tal-enerġija. Fil-PI l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas meta mqabbel mas-sena ta’ qabel filwaqt li l-kost tal-produzzjoni tagħha żdied drastikament. |
4.5.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(187) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(188) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b’mod stabbli, matul il-perjodu kollu bi 30 %. |
4.5.3.3. Inventarji
|
(189) |
Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(190) |
Kien hemm żieda ta’ 13 % fil-livelli tal-istokks matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Filwaqt li l-istokk żdied biss bi ftit fit-2021 fir-rigward taż-żieda fil-produzzjoni, fl-2022 kien hemm żieda sostanzjali. Il-livell tal-istokk naqas b’mod sostanzjali fil-PI. |
4.5.3.4. Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital
|
(191) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(192) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà kienet pożittiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu mill-2020 sal-2022, bl-ogħla profitti rreġistrati fl-2022. Madankollu, fil-PI l-profitt inbidel f’telf sostanzjali. |
|
(193) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet proprji tagħhom. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat b’mod relattivament stabbli mill-2020 sal-2022, bi tnaqqis żgħir fl-2021 u żvilupp pożittiv fl-2022. Madankollu, fl-2023 il-fluss tal-flus naqas b’mod sostanzjali. |
|
(194) |
L-investimenti, filwaqt li kienu relattivament baxxi fil-bidu tal-perjodu, żdiedu b’45 % fl-2021 u fl-2022 naqsu biss bi ftit. Madankollu, fil-PI kien hemm tnaqqis sostanzjali fl-investimenti. Il-biċċa l-kbira tal-investiment kien jikkonċerna l-manutenzjoni u l-modernizzazzjoni tal-linja ta’ produzzjoni bl-għan li tiżdied il-lonġevità tal-impjanti u li l-produzzjoni tinżamm aġġornata. Ma kien hemm l-ebda investiment f’kapaċità GFY ġdida fil-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minbarra xi kisbiet fil-kapaċità permezz tal-modernizzazzjoni. It-tnaqqis fl-investiment fil-PI huwa marbut ma’ dewmien fil-manutenzjoni. |
|
(195) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Konsistenti mal-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investiment kien pożittiv mill-2020 sal-2022 iżda mar lura fil-PI. |
|
(196) |
Il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jżidu l-kapital ma ġietx affettwata matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni peress li huma jipproduċu prodotti derivattivi profittabbli bl-użu tal-GFY bħala input. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(197) |
Filwaqt li bejn l-2020 u l-2022 il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu wrew xejra pożittiva, f’dak il-perjodu l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem sostanzjali mis-suq. Is-sehem mis-suq tagħha naqas b’34 % sal-2022. L-iżvilupp fil-PI wassal għal xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni tal-indikaturi kollha tad-dannu. Il-volum tal-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ naqsu bi 22 % u 26 %, rispettivament. It-telf fil-volum tal-bejgħ kien tant sostanzjali li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minkejja li rkupra xi sehem mis-suq fil-PI. |
|
(198) |
Bl-istess mod, l-indikaturi finanzjarji ewlenin, il-prezz tal-bejgħ ta’ unità, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment, urew ukoll xejra pożittiva fis-snin mill-2020 sal-2022, iżda minħabba tnaqqis sostanzjali fil-PI, urew xejra negattiva li rriflettiet is-soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 8. Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ unità żdiedu b’mod sostanzjali mill-2020 sal-2022, u dan jirrifletti mhux biss iż-żidiet sostanzjali fil-kost tal-produzzjoni f’dak il-perjodu, iżda ppermetta wkoll lill-industrija tal-Unjoni ttejjeb il-profitt tagħha. Madankollu, fil-PI l-prezz tal-bejgħ tagħhom naqas għal livell taħt il-kost tal-produzzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni nbidlet minn profitt ta’ [13 % - 17 %] fl-2020 għal telf ta’ [(-22 %) - (- 18 %)] fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Effetti negattivi simili jidhru fil-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment. |
|
(199) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku fil-PI fil-forma ta’ dannu tal-volum, soppressjoni tal-prezzijiet u telf finanzjarju. |
5. KAWŻALITÀ
|
(200) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: użu ristrett, żieda fil-kost tal-produzzjoni, importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn u tnaqqis fil-konsum fil-PI. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
|
(201) |
Fis-snin bejn l-2020 u l-2022, l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’mod sostanzjali f’volumi assoluti b’290 %. Biss biss, fis-sena 2022, is-sena ta’ qabel il-PI, l-esportazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’aktar mid-doppju minn 14 000 tunnellata fl-2021 għal livell rekord ta’ 31 000 tunnellata fl-2022 bi prezzijiet li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. L-importaturi Ċiniżi żiedu b’mod sostanzjali l-ishma mis-suq tagħhom minn [15–25]% fl-2020 għal [30–40]% fl-2022. |
|
(202) |
Fl-istess ħin, bejn l-2021 u l-2022, il-konsum żdied minn [60 000–70 000] tunnellata għal livell rekord ta’ [85 000–95 000] tunnellata. L-effett ta’ dan il-konsum għoli kien li fl-2022 il-produtturi tal-Unjoni setgħu jkomplu jbigħu kwantitajiet bi prezzijiet profittabbli u għalhekk ma ġie kkawżat l-ebda dannu fis-sena 2022 minkejja l-volum għoli ta’ importazzjonijiet u t-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(203) |
Madankollu, il-konsum naqas sostanzjalment fil-PI għal [40 000 - 50 000] tunnellata biss, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 47,7 % meta mqabbel mal-2022. Fl-istess ħin, l-esportaturi Ċiniżi żammew sehem mis-suq għoli ta’ [30 - 40] %, fil-PI. Għalkemm is-sehem mis-suq Ċiniż naqas bi ftit b’2 punti perċentwali bejn l-2022 u l-PI, meta mqabbel mas-sehem mis-suq tagħhom fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat ta’ [15 - 25] %, dan jikkostitwixxi żieda ta’ 68 % jew 14-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. B’konsegwenza ta’ dan, fil-PI l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibqa’ tbigħ il-volumi li biegħet fis-snin preċedenti, u saħansitra kellha tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tkun tista’ tbigħ dawn il-volumi baxxi ta’ bejgħ. Filwaqt li bejn l-2020 u l-2022, il-volum tal-bejgħ tagħhom żdied bil-mod, fil-PI naqas sostanzjalment minn [20 000 - 40 000] tunnellata fl-2022 għal [10 000 - 30 000] tunnellata fil-PI. L-industrija tal-Unjoni spjegat li t-tnaqqis fil-konsum fil-PI huwa kkawżat mill-fatt li l-utenti mlew l-istokks tagħhom bil-GFY Ċiniż fl-2022 u għalhekk ħolqu inqas domanda fil-PI. L-ilmentaturi ppreżentaw rapporti interni u minuti tal-laqgħat biex juru li ħafna mill-klijenti tagħhom tal-UE u mhux tal-UE kienu qed jibnu stokkijiet għoljin fl-2022 u bdew isibuha bi tqila biex ifornu mill-industrija tal-UE fl-2023 meta d-domanda naqset. L-ebda parti ma kkummentat dwar din id-dikjarazzjoni jew iddubitat din il-kumulazzjoni ta’ riżerva. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni baxxa tal-produtturi esportaturi Ċiniżi flimkien ma’ kooperazzjoni relattivament baxxa tal-utenti għamluha impossibbli li ssir analiżi ulterjuri tal-kwistjoni tal-kumulazzjoni ta’ riżerva. Il-Kummissjoni qieset li l-bejgħ fl-2022 u fl-2023 ma jistax jiġi analizzat b’mod separat. Il-medja tal-konsum fl-2022 u fil-PI kienet ta’ [62 000–73 000] tunnellata, li hija kontinwazzjoni diretta tax-xejra ta’ bejn l-2020 u l-2021. |
|
(204) |
Fil-kuntest tat-tnaqqis fil-konsum matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina naqas b’mod sinifikanti fil-PI, u dan eżerċita pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq. Hekk kif il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kompla jiżdied fil-PI, il-prattiki tal-ipprezzar taċ-Ċina rriżultaw li kienu partikolarment dannużi f’dik is-sena peress li żammew lill-industrija tal-Unjoni milli tkopri l-kostijiet dejjem akbar tagħha. Minflok, kellhom inaqqsu l-prezzijiet tagħhom taħt l-ispejjeż tagħhom. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (220) hawn taħt, il-kostijiet fissi għoljin tal-industrija tal-Unjoni jinfirxu fuq volumi ta’ bejgħ aktar baxxi, li rriżultaw f’telf finanzjarju sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(205) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej: Tabella 12 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(206) |
L-importazzjonijiet mit-Tajwan żdiedu b’mod sostanzjali minn 11 000 tunnellata fl-2021 għal 18 000 tunnellata fl-2022. Madankollu, filwaqt li l-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-2022 ta’ EUR 2 163/tunnellata u fil-PI ta’ EUR 1 720/tunnellata kien aktar baxx b’mod sostanzjali mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni ta’ EUR 2 443 fl-2022 u EUR 2 226/tunnellata fil-PI, il-prezz Tajwaniż ta’ EUR 2 421/tunnellata fl-2022 u EUR 1 954/tunnellata kien biss minimament inqas mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni u kien sostanzjalment ogħla mill-prezz Ċiniż. Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet Tajwaniżi matul il-perjodu ta’ sentejn mill-2022 sal-2023 jikkostitwixxu biss madwar nofs il-volum totali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(207) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ma qisitx l-importazzjonijiet mit-Tajwan bħala fattur kontribwenti li jista’ jtaffi r-rabta kawżali bejn l-esportazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu. |
|
(208) |
L-importazzjonijiet mill-Messiku u minn pajjiżi terzi oħrajn naqsu b’mod sostanzjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u speċjalment fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(209) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ma qisitx l-importazzjonijiet mill-Messiku jew minn pajjiżi terzi oħrajn bħala fattur kontribwenti li jista’ jtaffi r-rabta kawżali bejn l-esportazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet kumulattivi mill-pajjiżi terzi kollha inkluż it-Tajwan juru tnaqqis matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u ma kkontribwewx għad-dannu. |
5.2.2. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(210) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 13 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(211) |
Il-volum tal-esportazzjoni naqas b’ 48 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezz medju tal-esportazzjoni baqa’ ogħla mill-kost tal-produzzjoni matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Għalhekk, aħna kkonkludejna li l-esportazzjonijiet ma kkontribwewx għad-dannu. |
5.2.3. Konsum
|
(212) |
Il-konsum naqas b’mod sostanzjali fil-PI minn [85 000–95 000] tunnellata fl-2022 għal [40 000–50 000] tunnellata fil-PI. Madankollu, tqabbil mas-sena 2020, li fiha l-konsum kien ukoll sostanzjalment aktar baxx b’[50 000 - 60 000] tunnellata juri li sakemm l-importazzjonijiet Ċiniżi kellhom biss sehem mis-suq ta’ 19 %, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tbigħ biżżejjed volum b’livell ta’ prezz għoli biżżejjed biex ikun profittabbli. Għalhekk, it-tnaqqis fil-konsum mhuwiex fattur iżolat li naqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu tal-industrija tal-Unjoni. Huwa pjuttost l-oppost, li l-konsum għoli fl-2022 dewwem l-effett dannuż tal-importazzjonijiet Ċiniżi, li f’dik is-sena kienu diġà ħadu sehem kbir mis-suq. |
|
(213) |
Għalhekk, it-tnaqqis fil-konsum ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu. |
5.2.4. Użu ristrett
|
(214) |
L-industrija tal-Unjoni għandha użu ristrett sostanzjali ħafna tal-GFY li jammonta għal madwar żewġ terzi tal-produzzjoni totali tagħha. Madankollu, il-GFY użat b’mod ristrett huwa orħos biex jiġi manifatturat u ġġenera profitt fis-suq downstream fil-PI. Il-produtturi tal-Unjoni lanqas ma naqqsu l-bejgħ tagħhom tal-GFY fil-PI favur użu ristrett, li huwa evidenzjat mill-fatt li l-GFY użat b’mod ristrett naqas ukoll fil-volum fil-PI. Għalhekk, dan ma kkontribwiex għad-dannu. |
5.2.5. Żieda fil-kost tal-produzzjoni
|
Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata) |
[1 190 - 1 240 ] |
[1 300 - 1 350 ] |
[1 800 - 1 850 ] |
[2 280 - 2 330 ] |
|
Indiċi |
100 |
110 |
151 |
191 |
|
(215) |
Il-kost tal-produzzjoni (COP, cost of production) tal-industrija tal-Unjoni żdied b’mod sostanzjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn [1 190–1 240] EUR/tunnellata fl-2020 għal [2 280–2 330] EUR/tunnellata fil-PI, li jirrappreżenta żieda ġenerali ta’ 91 %. Iż-żieda hija kkawżata minn żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u fil-prezzijiet tal-materja prima, kif ukoll żieda fil-kostijiet fissi għal kull tunnellata prodotta, minħabba l-volumi aktar baxxi prodotti fil-PI. |
|
(216) |
B’mod ġenerali, iż-żidiet fil-COP iseħħu regolarment u, taħt kundizzjonijiet ġusti tas-suq, jitqiesu meta jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-bejgħ. Il-Kummissjoni analizzat jekk hemmx xi fattur, li ma jistax jitqies li huwa kkumpensat minn żidiet fil-prezzijiet fuq il-prezz tal-bejgħ tal-GFY taħt kundizzjonijiet ġusti tas-suq. |
|
(217) |
Mill-2021 sal-2022, il-COP kienet diġà żdiedet sostanzjalment minn [1 300–1 350] EUR/tunnellata fl-2020 għal [1 800–1 850] EUR/tunnellata, li kienet żieda ta’ 37 %. Madankollu, minħabba d-domanda għolja fl-2022, l-industrija tal-Unjoni setgħet tbigħ volum li ma nbidilx sostanzjalment mis-sena preċedenti u stabbiliet il-prezzijiet f’livell li ppermettielhom jibqgħu profittabbli. Dan juri li l-klijenti kienu f’pożizzjoni li jassorbu anki żidiet għoljin fil-prezzijiet, sakemm ikun hemm domanda. |
|
(218) |
Mill-2022 sal-PI, il-COP żdied b’27 %. Fil-PI, madankollu, id-domanda naqset b’mod sinifikanti. Barra minn hekk, kif jidher fit-Tabella 4, il-prezzijiet Ċiniżi li kienu qed jiżdiedu matul l-ewwel tliet snin tal-perjodu kkunsidrat naqsu b’mod sinifikanti fil-PI (b’ 20 %). Konsegwentement, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tinnegozja żidiet fil-prezzijiet, iżda minflok kellha tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha f’livell inqas mill-kostijiet tagħha. |
|
(219) |
Iż-żidiet fil-COP tal-industrija tal-Unjoni jistgħu jiġu separati fi tliet kategoriji. |
|
(220) |
L-ewwel nett, minħabba l-volum aktar baxx ta’ GFY mibjugħ fil-PI, il-kostijiet fissi mqassma fuq bażi iżgħar irriżultaw f’żieda fil-kostijiet fissi għal kull tunnellata prodotta. Tali żieda hija konsegwenza diretta tal-kisba Ċiniża tal-ishma mis-suq u r-riżultat ta’ volumi aktar baxxi mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. Jekk din iż-żieda tas-COP tiġi attribwita bħala fattur separat li jikkontribwixxi għad-dannu, dan jikkontradixxi l-fatt li din hija konsegwenza diretta tal-kompetizzjoni inġusta bi prezz baxx mill-esportaturi Ċiniżi. Għalhekk ma għandux jiġi ttrattat bħala fattur separat li jikkontribwixxi għad-dannu. |
|
(221) |
It-tieni, diversi prezzijiet tal-materja prima żdiedu sostanzjalment fil-PI. Materja prima importanti bħall-colemanite u l-ġebla tal-ġir, ħdejn materja prima oħra li tirrappreżenta biss proporzjon iżgħar tal-kostijiet tal-materja prima, żdiedet b’mod sostanzjali. Madankollu, din il-materja prima hija fil-biċċa l-kbira importata mis-suq internazzjonali u l-produtturi kollha li joperaw fi swieq mingħajr distorsjoni jiltaqgħu ma’ dawn iż-żidiet fil-prezzijiet u jkollhom jgħaddu din iż-żieda lill-klijenti tagħhom. Eż. fl-2022, l-akbar esportaturi tal-ġebla tal-ġir kienu l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġappun, il-Malażja, il-Vjetnam u l-Oman. Iż-żieda fil-prezz tal-materja prima għalhekk ma tikkostitwixxix avveniment li kkontribwixxa għad-dannu b’mod li ma jkunx kontrobilanċjat miż-żidiet fil-prezzijiet tal-GFY taħt kundizzjonijiet ġusti tas-suq. |
|
(222) |
It-tielet, il-prezzijiet tal-enerġija kkontribwew għaż-żieda tal-COP. Madankollu, din ma kinitx okkorrenza iżolata fil-PI. Fl-2022, il-prezzijiet tal-enerġija kienu diġà żdiedu b’mod sostanzjali. Fil-Latvja, il-prezz medju tal-elettriku fil-PI saħansitra naqas meta mqabbel mal-2022 (57). Għalhekk, iż-żieda fil-prezz tal-enerġija ma tikkostitwixxix avveniment li kkontribwixxa għad-dannu b’mod li ma jkunx kontrobilanċjat miż-żidiet fil-prezzijiet tal-GFY f’kundizzjonijiet ġusti tas-suq. |
|
(223) |
Iż-żieda fil-COP mhijiex fattur iżolat li jikkawża dannu. Biss, jekk il-prezzijiet tal-bejgħ tal-GFY ma jistgħux jirriflettu dik iż-żieda, iż-żieda tal-COP twassal għal dannu. Madankollu, il-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-bejgħ hija marbuta direttament mal-importazzjonijiet Ċiniżi li huma oġġett ta’ dumping matul il-PI. |
|
(224) |
Barra minn hekk, is-sitwazzjoni fl-2022 turi li f’kundizzjonijiet ġusti tas-suq, li fihom l-esportazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet aktar baxxi ma jwasslux għal telf fil-volum tal-bejgħ għall-industrija tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni kienet f’pożizzjoni li tgħaddi ż-żieda fil-kost lill-klijenti tagħha, anki meta dik iż-żieda kienet għolja sa 37 %. Għalhekk, li kieku ma kienx għall-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx u li huma oġġett ta’ dumping matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun kapaċi, kif ġie osservat fis-snin preċedenti tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li żżid il-prezzijiet tagħha biex tiġi riflessa ż-żieda ulterjuri tal-kostijiet tagħha. Madankollu, il-prezzijiet Ċiniżi fil-PI kienu saħansitra taħt il-COP tal-Industrija tal-Unjoni. |
|
(225) |
Dan juri li ż-żieda tal-COP fil-PI ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma oġġett ta’ dumping u d-dannu. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(226) |
Kien hemm koinċidenza fiż-żmien bejn iż-żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet miċ-Ċina u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li d-dannu ma deherx qabel il-PI minħabba d-domanda għolja, l-importazzjoni Ċiniża żammet is-sehem mis-suq għoli fil-PI li kkawża ħsara fil-volum u eżerċita pressjoni fuq il-prezzijiet. |
|
(227) |
Il-Kummissjoni investigat ukoll fatturi oħrajn ta’ dannu u ma sabet l-ebda fattur ieħor li kkontribwixxa għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt, l-ebda wieħed mill-fatturi l-oħrajn eżaminati, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, ma qajjem dubju li hemm relazzjoni ġenwina u sostanzjali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(228) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għall-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Marġini tad-dannu
|
(229) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikolu 7(2c) u l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(230) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Dan il-marġni ta’ profitt jenħtieġ li ma jkunx anqas minn 6 %. |
|
(231) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. |
|
(232) |
L-ilmentatur indika fl-ilment li livell ta’ profitt ta’ mill-inqas 20 % jirrifletti l-livell ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni f’kundizzjonijiet normali tas-suq, abbażi tal-prestazzjoni preċedenti tagħha. L-ilmentatur enfasizza wkoll li l-industrija tal-GFY kienet industrija intensiva ħafna fil-kapital u kienu meħtieġa livelli għoljin ta’ profitt biex jiġu żgurati l-manutenzjoni u t-titjib perjodiċi tal-fran u l-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp. |
|
(233) |
Il-Kummissjoni qieset li l-ebda sena matul il-perjodu taħt investigazzjoni ma tikkwalifika bħala rappreżentattiva għall-għoti ta’ profitt bażiku f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. |
|
(234) |
Fl-2020 u l-2021, is-snin ta’ qabel iż-żieda qawwija tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni kisbet profittabbiltà ta’ [13 % — 17 %]. Madankollu, dawn is-sentejn kienu affettwati miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-lockdown tal-COVID-19 u mit-tnaqqis fil-flussi kummerċjali internazzjonali. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-livell ta’ profittabbiltà miksub f’dawn is-snin ma setax jitqies bħala rappreżentattiv tal-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni. |
|
(235) |
Is-sena 2022 kienet sena eċċezzjonali, b’żieda fil-konsum tal-GFY fis-suq tal-Unjoni, li rriżultat kemm f’żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kif ukoll fil-volumi tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni, li setgħu jżommu u saħansitra jżidu l-profittabbiltà tagħhom. |
|
(236) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-2022 ma tikkwalifikax bħala sena rappreżentattiva għall-għoti ta’ profitt bażiku f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. |
|
(237) |
Fit-tfittxija għal perjodu fejn jipprevalu l-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjonijiet, il-Kummissjoni eżaminat il-profittabbiltà miksuba matul il-ħames snin qabel il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u kkalkolat il-profittabbiltà medja miksuba miż-żewġ produtturi tal-Unjoni mill-2015 sal-2019. |
|
(238) |
Dan il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit għal 20,7 %. |
|
(239) |
L-industrija tal-Unjoni sostniet li l-livell tagħha ta’ investimenti, riċerka u żvilupp (R&D) u innovazzjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienu jkunu ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Madankollu, dawn l-affermazzjonijiet ma kinux sostanzjati biżżejjed u għalhekk ġew injorati fil-kalkolu tal-profitt fil-mira. |
|
(240) |
Bħala pass finali, f’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Il-Kummissjoni qieset li l-produtturi tal-Unjoni ma pprovdewx biżżejjed evidenza relatata ma’ dawn il-kostijiet u għalhekk ma kkunsidrawhomx fil-kalkolu tal-prezz mhux dannuż. |
|
(241) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż ta’ EUR [3 600 - 4 600] għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira indikat fil-premessa (238) għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Ma sar l-ebda aġġustament skont l-Artikolu 7(2d). |
|
(242) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-marġni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera Henan Guangyuan fiċ-Ċina, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju pponderat tal-importazzjoni.
|
6.2. Konklużjoni dwar il-livell tal-miżuri
|
(243) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping proviżorji jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(244) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri proviżorji f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(245) |
Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji hija fl-interess tal-industrija tal-GFY tal-Unjoni. Mingħajr miżuri, il-produtturi Ċiniżi se jkomplu jesportaw il-GFY bi prezzijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni u jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet, filwaqt li jipprevjenu lill-industrija tal-Unjoni milli tbigħ il-GFY bi profitt adegwat u terġa’ tikseb l-ishma mis-suq mitlufa. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(246) |
Importatur wieħed, li jixtri l-prodott li qed jiġi investigat miċ-Ċina pprovda tweġiba għall-kwestjonarju. Mid-data pprovduta, il-Kummissjoni tifhem li l-importatur jidher li qed jopera b’marġni ta’ profitt fiss. L-importatur għadu ma ressaq l-ebda argument. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda raġuni konvinċenti biex ma jiġux imposti miżuri proviżorji. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(247) |
L-utenti jipproduċu drappijiet għal firxa wiesgħa ta’ prodotti industrijali, inklużi t-turbini tar-riħ, il-kostruzzjoni, l-iżolament, jew il-materjali tal-avjazzjoni. |
|
(248) |
Tliet utenti, li flimkien xtraw madwar 10 % tal-GFY importat miċ-Ċina fil-PI, ipprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju. Id-data tagħhom turi li għal tnejn mill-utenti, l-impatt tal-miżuri jenħtieġ li ma jkunx sostanzjali, peress li jew jużaw biss perċentwal żgħir tal-prodott li qed jiġi investigat miċ-Ċina jew il-prodott li qed jiġi investigat jippreżenta biss perċentwal żgħir tal-COP tagħhom u kwalunkwe dazju jenħtieġ li ma jipperikolax il-profittabbiltà tal-kumpanija. Barra minn hekk, jidher li minkejja ż-żidiet sostanzjali fil-prezz fil-prodott li qed jiġi investigat fis-snin ta’ qabel il-PI, l-utenti setgħu jibqgħu profittabbli fil-PI. Għal utent wieħed, li xtara l-maġġoranza tal-GFY tiegħu miċ-Ċina u li bħalissa għandu profittabbiltà baxxa, ma jistax jiġi eskluż li d-dazji jista’ jkollhom impatt fuq il-profittabbiltà tiegħu. Minħabba l-parteċipazzjoni baxxa mill-utenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan tal-aħħar mhuwiex rappreżentattiv għall-utenti. |
|
(249) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda raġuni konvinċenti biex ma jiġux imposti miżuri proviżorji. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(250) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-GFY li joriġinaw miċ-Ċina f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI
|
(251) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
|
(252) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw miċ-Ċina f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu. |
|
(253) |
Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, ir-rati ta’ dazju anti-dumping proviżorji, mogħtija skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsa, għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(254) |
Ir-rata tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikata f’dan ir-Regolament ġiet stabbilita abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, din tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ din il-kumpanija. Din ir-rata tad-dazju hija esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u li huwa magħmul mill-entità legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dak speċifikament imsemmi, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(255) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni ta’ dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina”. |
|
(256) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jitolbu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(257) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fil-mudell tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi u dment li l-kundizzjonijiet jiġu ssodisfat, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
9. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(258) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ KUMMERĊ. Il-partijiet interessati ngħataw 3 ijiem tax-xogħol sabiex jagħtu kummenti dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli speċifikament divulgati lilhom. |
|
(259) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli. |
10. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(260) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(261) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ħjut tal-fibra tal-ħġieġ, miftulin jew le, minbarra l-biċċiet żgħar tal-fibra tal-ħġieġ, kurdiċelli tal-fibra tal-ħġieġ u trofof imqattgħin, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 13 00 u ex 7019 19 00 (Kodiċijiet TARIC 7019 13 00 10, 7019 13 00 15, 7019 13 00 20, 7019 13 00 25, 7019 13 00 30, 7019 13 00 50, 7019 13 00 87, 7019 13 00 94, 7019 19 00 30, 7019 19 00 85) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles mal-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju anti-dumping proviżorju |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Henan Guangyuan New Material Co., Ltd. |
26,3 % |
89 FV |
|
L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
56,1 % |
8 999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ b’rabta mad-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti bil-miktub tagħhom dwar dan ir-Regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet ippreżentati wara din l-iskadenza u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax dawn it-talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/2020-08-11.
(2) Notifika tal-bidu ta’ proċediment anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ ħjut tal-fibra tal-ħġieġ (“GFY”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/1484, 16.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1484/oj).
(3) Fl-aħjar każ, kampjun aġġornat kien ikopri bejn 4,5 % u 9 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi.
(4) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2715.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 108, 6.4.2020, p. 1, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/492/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1452 tat-13 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 14.7.2023, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1452/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/357 tat-23 ta’ Jannar 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Indja, mill-Indoneżja, mill-Malażja, mit-Tajwan u mit-Tajlandja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 24.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/357/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492, il-premessi 161-162, 167; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1452, il-premessa 68; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/357, il-premessi 139-140.
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492, il-premessi 116-119; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1452, il-premessi 53-55; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/357, il-premessi 76-81.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492, il-premessi 120-122; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1452, il-premessi 56-59; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/357, il-premessi 82-88. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-ġestjoni f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, sa minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħet il-pretensjonijiet tagħha ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrappurtat ukoll li s-CCP teżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrappurtat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, bi pressjoni dejjem aktar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli huma ta’ applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-ħjut tal-fibra tal-ħġieġ u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492, il-premessi 123–138; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1452, il-premessi 60-61; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/357, il-premessi 89-109.
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492, il-premessi 139–142; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1452, il-premessa 62; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/357, il-premessi 110-115.
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492, il-premessi 143–145; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1452, il-premessa 63; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/357, il-premessi 116-118.
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492, il-premessi 146-155; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1452, il-premessa 64; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/357, il-premessi 119-133.
(13) Il-verżjoni online tar-Rapport hija disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=en.
(14) Ara wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492, il-premessa 118.
(15) Ara t-Taqsima III, is-Subtaqsima 3 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/content_5665166.htm (aċċessat fit-2 ta’ Lulju 2024) - bin-numru ta’ referenza t24.007745.
(16) Disponibbli fuq: https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/fzggwl/202312/t20231229_1362999.html (aċċessat fit-2 ta’ Lulju 2024) - bin-numru ta’ referenza t24.007745.
(17) Disponibbli fuq: https://www.ncsti.gov.cn/kjdt/tzgg/202312/t20231225_145433.html (aċċessat fit-2 ta’ Lulju 2024) - bin-numru ta’ referenza t24.007745.
(18) Ara l-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar il-materjali tal-kostruzzjoni, il-Kapitolu IV, it-Taqsima 4; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211129/1190544.shtml (aċċessat fit-2 ta’ Lulju 2024).
(19) Ara l-14-il FYP ta’ Chongqing dwar l-iżvilupp ta’ industriji strateġiċi u emerġenti; disponibbli fuq: https://www.cq.gov.cn/zwgk/zfxxgkml/szfwj/qtgw/202203/t20220318_10526318.html (aċċessat fit-2 ta’ Lulju 2024) - bin-numru ta’ referenza t24.007745.
(20) Pjan ta’ azzjoni ta’ tliet snin ta’ Guangxi dwar industriji strateġiċi u emerġenti: “L-iżvilupp vigoruż tal-industrija tal-materjali ġodda. B’enfasi fuq l-iskoperta ta’ teknoloġiji mill-aktar avvanzati u l-kultivazzjoni ta’ prodotti ta’ livell għoli, dan jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ materjali tal-azzar ta’ prestazzjoni għolja, materjali tal-metall mhux ferruż ta’ livell għoli, materjali tal-karbonat tal-kalċju ta’ kwalità għolja, materjali ġodda tal-batteriji tal-enerġija, materjali kompożiti tal-fibra tal-ħġieġ ta’ prestazzjoni għolja, grafen, eċċ. Sal-2023, il-valur tal-output tal-industrija tal-materjali ġodda se jilħaq il-133 biljun yuan, u l-valur miżjud se jilħaq l-44 biljun yuan.”; disponibbli fuq: http://fgw.gxzf.gov.cn/zfxxgkzl/wjzx/zyzc/gzfa/t10748917.shtml (aċċessat fl-1 ta’ Lulju 2024) - bin-numru ta’ referenza t24.007745.
(21) L-14-il FYP ta’ Hubei dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja ta’ materjali ġodda: “Enfasi fuq il-promozzjoni tat-teknoloġija tal-produzzjoni intelliġenti ta’ kalkari fuq skala kbira tal-fibra tal-ħġieġ, prodotti tal-fibra tal-ħġieġ u teknoloġiji għall-5G, eċċ., u l-appoġġ ta’ riċerka xjentifika konġunta mal-intrapriżi bħala l-korp ewlieni.”; disponibbli fuq: https://jxt.hubei.gov.cn/fbjd/xxgkml/jhgh/202203/t20220325_4056642.shtml (aċċessat fl-1 ta’ Lulju 2024) - bin-numru ta’ referenza t24.007745.
(22) L-14-il FYP ta’ Zhejiang dwar l-iżvilupp ta’ industrija tal-materjali ġodda: “Bil-biċċa l-kbira tal-aatività tkun fiż-Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku ta’ Tongxiang [fejn tinsab Jushi (rimarka tal-Kummissjoni għal spjegazzjoni)], se jkun hemm enfasi fuq il-fibra u l-materjali kompożiti ta’ prestazzjoni għolja, il-materjali tal-batteriji bi prestazzjoni għolja, il-materjali l-ġodda avvanzati u suboqsma oħrajn, biex tinħoloq katina tal-industrija tal-fibra tal-ħġieġ u tal-materjali kompożiti ta’ prestazzjoni għolja u materjali tal-batteriji bi prestazzjoni għolja u katina tal-industrija tal-prodotti downstream, biex jinkiseb titjib fil-katina tal-valur.”; disponibbli fuq: https://fzggw.zj.gov.cn/art/2021/6/24/art_1229539890_4671248.html (aċċessat fl-1 ta’ Lulju 2024) - bin-numru ta’ referenza t24.007745.
(23) Ara fuq: https://vip.stock.finance.sina.com.cn/corp/view/vCI_CorpManagerInfo.php?stockid=600176&Pcode=30005355&Name=%B3%A3%D5%C5%C0%FB (aċċessat fit-2 ta’ Lulju 2024) - bin-numru ta’ referenza t24.007745.
(24) Ara fuq: http://yp.sinomatech.com/party/8993.html (aċċessat fit-2 ta’ Lulju 2024) - bin-numru ta’ referenza t24.007745.
(25) Ara fuq: https://q.stock.sohu.com/newpdf/202356372290.pdf (aċċessat fit-2 ta’ Lulju 2024) u http://f.dfcfw.com/pdf/H2_AN202202221548514546_1.pdf (aċċessat fit-2 ta’ Lulju 2024) - bin-numru ta’ referenza t24.007745.
(26) Ara l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija, disponibbli fuq: https://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202203181553440430_1.pdf?1647632338000.pdf (aċċessat fit-2 ta’ Lulju 2024) - bin-numru ta’ referenza t24.007745.
(27) Artiklu tas-sit web ta’ Taishan Fiberglass, disponibbli fuq: http://ctgf.com/contents/16/13216.html (aċċessat fit-2 ta’ Lulju 2024) - bin-numru ta’ referenza t24.007745.
(28) L-Artikolu 195 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni ta’ Jushi; disponibbli fuq: http://ile.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2022/2022-3/2022-03-19/7898725.PDF (aċċessat fit-2 ta’ Lulju 2024) - bin-numru ta’ referenza t24.007745.
(29) Ara l-pjan ta’ azzjoni ta’ tliet snin ta’ Guangxi dwar l-industriji strateġiċi u emerġenti, kif ikkwotat fil-premessa (61) hawn fuq.
(30) Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(31) L-ewwel nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni hija disponibbli fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza t24.003239.
(32) It-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni hija disponibbli fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza t24.005240.
(33) Ir-rapport annwali tal-Grupp Sisecam għall-2023: https://www.sisecam.com.tr/sites/catalogs/en/Investor%20Relations/Presentations%20and%20Bulletins/Annual%20Reports/sisecam-annual-report-2023.pdf - Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024 — bin-numru ta’ referenza t24.006381.
(34) Ir-rapport annwali tal-Grupp Sisecam għall-2022: https://www.sisecam.com.tr/en/investor-relations/presentations-and-bulletins/annual-reports/digital-annual-report/2022/assets/pdf/SCAM_FRAE_2022_MTB_uyg_23.pdf – Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024 — bin-numru ta’ referenza t24.006381 (Informazzjoni dwar il-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ u l-kapaċità tal-produzzjoni pprovduta fil-paġna 17).
(35) https://www.sisecam.com.tr/tr/faaliyet-alanlarimiz/cam-elyaf – Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024 – bin-numru ta’ referenza t24.6381.
(36) Brushing huwa apparat, tipikament magħmul mill-platinu jew minn liga tal-platinu u tar-rodju, b’bosta toqob żgħar jew żennuni. Jiġi installat fil-qiegħ tal-forn tat-tidwib tal-ħġieġ.
(37) L-apprestatur huwa kisja jew finitura fuq il-fibri tal-ħġieġ biex jipproteġihom matul l-ipproċessar u jtejjeb il-legatura tagħhom ma’ materjali komposti f’applikazzjonijiet downstream.
(38) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj).
(39) Global Trade Atlas: https://connect.ihsmarkit.com/, http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.
(40) L-Istitut Tork tal-Istatistika: http://www.turkstat.gov.tr.
(41) EMRA | L-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija: http://epdk.gov.tr.
(42) L-Uffiċċju tal-Investiment tat-Turkija: https://www.invest.gov.tr/en/investmentguide/pages/cost-of-doing-business.aspx.
(43) https://connect.ihsmarkit.com/, http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.
(45) Ir-Regolament (UE) 2015/755. L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawn il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(46) L-Istitut Tork tal-Istatistika – Is-sigħat tax-xogħol attwali fil-ġimgħa u l-kost lavorattiv medju fix-xahar skont l-attività ekonomika u s-sigħat tax-xogħol attwali fil-ġimgħa u l-kost lavorattiv medju fix-xahar skont l-istatus li jaqa’ taħt il-ftehim kollettiv u l-klassi tad-daqs tal-intrapriża: https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=istihdam-issizlik-ve-ucret-108&dil=2. Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024. Il-fajls rilevanti huma pprovduti fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza: t24.005240.
(47) L-Istitut Tork tal-Istatistika – L-indiċijiet tal-kost lavorattiv: https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Input-Indices-Quarter-I:-January-March,-2024-53682. Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024. Il-fajls rilevanti huma pprovduti fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza: t24.005240.
(48) L-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (EMRA): https://www.epdk.gov.tr/Detay/Icerik/3-0-39/kurul-kararlari- Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024. Il-fajls rilevanti huma pprovduti fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza: t24.005240.
(49) L-Istitut Tork tal-Istatistika – Il-prezzijiet tal-gass naturali tal-industrija skont il-livelli tal-konsum għall-perjodu Jannar-Ġunju, 2022: https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Electricity-and-Natural-Gas-Prices-Period-I:-January-June,-2022-45567. Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024. Il-fajls rilevanti huma pprovduti fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza: t24.005240.
(50) L-Istitut Tork tal-Istatistika – Indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi domestiċi u r-rata tal-kambju: https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Domestic-Producer-Price-Index-June-2024-53691. Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024. Il-fajls rilevanti huma pprovduti fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza: t24.005240.
(51) Sors għall-kontenut tal-enerġija f’MMBtu ta’ metru kubu wieħed ta’ gass naturali: Natural Gas MMBTU To m3 And m3 To MMBTU Calculator + Chart (learnmetrics.com) . Ritratt tal-iskrin tad-data rilevanti huwa disponibbli fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza: t24.005240.
(52) Sors ta’ kontenut ta’ enerġija f’MMBtu ta’ kilogramma ta’ LGN: Understanding Liquefied Natural Gas (LNG) Units - Enerdynamics. Ritratt tal-iskrin tad-data rilevanti huwa disponibbli fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza: t24.005240.
(53) Sors għall-kontenut tal-enerġija f’MMBtu ta’ metru kubu wieħed ta’ gass naturali: Natural Gas MMBTU To m3 And m3 To MMBTU Calculator + Chart (learnmetrics.com). Ritratt tal-iskrin tad-data rilevanti huwa disponibbli fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza: t24.005240.
(54) Sors għall-effiċjenza tal-kombustjoni: https://www.energy.gov/eere/amo/articles/benchmark-fuel-cost-steam-generation. Ikkonsultat l-aħħar fil-25 ta’ Lulju 2024. Disponibbli fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza: t24.006383.
(55) L-Uffiċċju tal-Investiment tal-Presidenza tar-Repubblika tat-Turkija: https://www.invest.gov.tr/en/investmentguide/pages/cost-of-doing-business.aspx – It-taqsima dwar il-kost tan-negozju. Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024. Ritratt tal-iskrin tad-data rilevanti huwa disponibbli fil-fajl għall-partijiet interessati bin-numru ta’ referenza: t24.005240.
(56) Dawn it-tranżazzjonijiet kollha kienu jinvolvu tip ta’ prodott li jammonta għal madwar [50–60] % tal-esportazzjonijiet ta’ Henan Guangyuan lejn l-Unjoni u madwar [40–50] % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.
(57) https://www.ast.lv/en/electricity-market-review?month=13&year=2023.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2673/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)