Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1984 li temenda d-Direttiva 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl
Official Journal L 002 , 03/01/1985 P. 0011 - 0012
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0140
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 18 P. 0153
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0140
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 18 P. 0153
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek Chapter 11 Volume 56 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan Chapter 11 Volume 56 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 11 Volume 56 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan Chapter 11 Volume 56 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bil-Letton Chapter 11 Volume 56 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bil-Malti Chapter 11 Volume 56 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk Chapter 11 Volume 56 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk Chapter 11 Volume 56 P. 3 - 4
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven Chapter 11 Volume 56 P. 3 - 4
Id-direttiva Tal-kunsill tat-18 ta' Diċembru 1984 li temenda d-Direttiva 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl (85/1/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi fuq livell internazzjonali d-definizzjoni ta' l-unità SI ta' kejl ta' tul ġiet emendata mis-17-il Konferenza Ġenerali dwar il-Piżijiet u l-Qisien (CGPM); billi din id-definizzjoni l-ġdida trid tintuża fuq livell Komunitarju; Billi f'rakkomandazzjoni tat-22 ta' Mejju 1981, l-Organizazzjoni Dinji tas-Saħħa talbet li l-millimetru ta' merkurju jinżamm flimkien mal-kilopaskal bħala unità ta' kejl tal-pressjoni tad-demm u fluwidi oħra tal-ġisem; billi huwa ta' min jirrikkmanda li l-Komunità tadotta din is-soluzzjoni; Billi il-barn huwa l-unità użata b'mod universali għal-kejl tal-cross-sectional area effettiva fir-reazzjonijiet nukleari; billi l-esperjenza wriet li din l-unità speċifika ma setgħetx tiġi sostitwita faċilment minn unità SI; billi huwa għalhekk neċessarju li jkun awtorizzat l-użu tagħha fis-settur nukleari; Billi għalhekk id-Direttiva 80/181/KEE [4] trid tiġi emendata kif xieraq, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Anness għad-Direttiva 80/181/KEE huwa emendat b'dan kif ġej: 1. f'punt 1.1 tal-Kapitolu I id-definizzjoni ta' l-unità ta' tul hija sostitwita b'li ġej: "Unità ta' tul Metru huwa t-tul tal-mogħdija tad-dawl f'vakwu matul 1/299 792485 sekondi. (Is-sbatax-il CGPM (1983), L-1 Riżoluzzjoni)."; 2. fis-sezzjoni 4 tal-Kapitolu I: (a) dan li ġej għandu jiġi miżjud fit-tabella "Kwantità | Unità | Isem | Simbolu | Valur | Pressjoni tad-demm u ta' fluidi oħra tal-ġisem | Millimetru ta' merkurju | mm Hg(*) | 1 mm Hg = 133,322 Pa | Cross-sectional area effettiva | Barn | b | 1 b = 10 -28 m2" | (b) in-nota hija b'dan sostitwita b'dan li ġej: "Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' l-unitajiet u s-simboli ta' hawn fuq, bl-eċċezzjoni tal-millimetru ta' merkurju u s-simbolu tiegħu. Iżda l-multiplu ta' 102a huwa msejjaħ "ettaru"." 3. fil-Kaptiolu II: (a) l-unità ta' kejl tal-pressjoni tad-demm fit-tabella hija mħassra; (b) in-nota hija sostitwita b'dan li ġej: "Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' l-unitajiet u s-simboli ta' hawn fuq, bl-eċċezzjoni tas-simbolu "g"." L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva nhar l-1 ta' Lulju 1985. Għandhom jinfurmaw mal-ewwel lill-Kummissjoni b'dan. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 1984. Għall-Kunsill Il-President J. Bruton [1] ĠU C 155, ta' l-14.6.1983, p. 10. [2] ĠU C 242, tat-12.9.1983, p. 101. [3] ĠU C 341, tad-19.12.1983, p. 1. [4] ĠU L 39, tal-15.2.1980, p. 40. --------------------------------------------------