10.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/311

tas-7 ta’ Frar 2023

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2205 (EUNAVFOR ATALANTA/1/2023)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) (il-“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(2)

Fid-9 ta’ Novembru 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2205 (2), li taħtar lill-Komodor Nuno Filipe CORTES LOPES bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta).

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2441 (3), l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għad-deterrenza, il-prevenzjoni u r-repressjoni ta’ atti ta’ piraterija u serq bl-armi ’l barra mill-kosta tas-Somalja (Atalanta) ingħatat l-isem ġdid ta’ operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA).

(4)

Fid-29 ta’ Diċembru 2022, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kaptan Juan María IBÁÑEZ MARTÍN bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE mill-15 ta’ Frar 2023. L-awtoritajiet Spanjoli indikaw li l-Kaptan Juan María IBÁÑEZ MARTÍN ser jiġi promoss għal Viċi Ammirall mal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(5)

Fis-6 ta’ Jannar 2023, il-Kumitat Militari tal-UE qabel ma’ dik ir-rakkomandazzjoni.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2205,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kaptan Juan María IBÁÑEZ MARTÍN huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) mill-15 ta’ Frar 2023.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2205 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2023.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/2205 tad-9 ta’ Novembru 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1224 (ATALANTA/6/2022) (ĠU L 293, 14.11.2022, p. 48).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2441 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 319, 13.12.2022, p. 80).