22.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.10674 — INTERPARKING SERVIZI / OSR / PARKING LOT JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 168/15)

1.   

Fil-11 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Interparking Servizi S.r.l. (“Interparking”, l-Italja), proprjetà tal-Grupp Ageas,

—

Ospedale San Raffaele S.r.l. (“OSR”, l-Italja), proprjetà ta’ Gruppo San Donato (“GSD”),

—

Tliet parkeġġi li jinsabu fiż-żona ta’ San Raffaele f’Milan, wieħed li huwa propjetà ta’ OSR u t-tnejn l-oħra ta’ Universita Vita-Salute San Raffaele u MM S.pA (il-“Mira”, Milan).

Interparking u OSR se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Mira permezz ta’ impriża konġunta li għadha kif inħolqot (“JV” - Joint Venture).

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta u permezz tax-xiri tal-assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Interparking hija attiva fil-ġestjoni ta’ parkeġġi bi ħlas fl-Italja. Interparking hija kkontrollata minn Ageas Group, li prinċipalment tipprovdi servizzi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja lil klijenti personali, kummerċjali u istituzzjonali, attivi fl-Ewropa u fl-Asja,

—

OSR huwa Istitut Xjentifiku għall-Isptarijiet u l-Kura, parti minn Gruppo San Donato, grupp ta’ sptar privat fl-Italja,

—

Il-mira tikkonsisti minn (i) parkeġġ off-street u assi relatati li jinsabu f’Milan, fiż-żona fil-qrib tal-Isptar San Raffaele, attwalment proprjetà ta’ OSR u ġestiti minn parti terza, kif ukoll (ii) żewġ parkeġġi (“P6 u P7”) li jinsabu fl-istess żona, proprjetà ta’ Universita Vita-Salute San Raffaele u MM S.pA, u ġestiti minn OSR.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10674 — INTERPARKING SERVIZI / OSR / PARKING LOT JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.