8.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 4/3


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

Avviż rigward applikazzjoni għall-permess esklussiv għat-tiftix għal depożiti ta’ idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejjaħ “Permis de Saint-Quintien”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 4/03)

B’talba li tressqet fil-15 ta’ Lulju 2015, l-impriża Perf’Energy SAS (35, avenue d’Epremesnil, 78290 Croissy-sur-Seine) applikat għall-permess esklussiv għal ħames snin, għat-tiftix ta’ depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejjaħ “permis de Saint-Quintien”, fid-départements ta’ Seine-et-Marne, Essonne u Val-de-Marne.

Il-perimetru taż-żona koperta minn dan il-permess hu mmarkat mil-linji dritti li jgħaqqdu l-punti ddefiniti hawn taħt:

Quċċata

Sistema NTF

Sistema RGF93

Lonġitudni tal-Lvant

(il-meridjan oriġini Pariġi)

Latitudni Tramuntana

Lonġitudni Lvant

(meridjan oriġini Greenwich)

Latitudni Tramuntana

A

0,20 gr

54,10 gr

2°31′00″

48°41′24″

B

0,30 gr

54,10 gr

2°36′24″

48°41′24″

C

0,30 gr

53,90 gr

2°36′24″

48°30′36″

D

0,20 gr

53,90 gr

2°31′00″

48°30′36″

Skont din id-delimitazzjoni, is-superfiċje hija ta’ madwar 133 kilometru kwadru.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jagħtu prova li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-digriet Nru 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 modifikat dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-Avviż dwar il-ksib ta’ drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza (“Avis relatif à l’obtention des titres miniers d’hydrocarbures en France”), ippubblikat f’Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta’ Diċembru 1994, p. 11, u stabbiliti bid-digriet Nru 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz mogħti hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti jittieħdu fi żmien sentejn mill-wasla tal-applikazzjoni inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Awwissu 2017.

Kundizzjonijiet u rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju kif ukoll għad-digriet Nru 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006 kif modifikat, dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb minn:

Il-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija

Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u l-Klima — id-Direttorat tal-Enerġija

Uffiċċju għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

Tour Séquoia

1 place Carpeaux

92800 Puteaux

FRANCE

Tel. +33 140819527.

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.