02012R1119 — MT — 06.02.2024 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1119/2012

tad-29 ta’ Novembru 2012

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M DSM 11673, Pediococcus pentosaceus DSM 23376, NCIMB 12455 u NCIMB 30168, Lactobacillus plantarum DSM 3676 u DSM 3677 u Lactobacillus buchneri DSM 13573 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 330 30.11.2012, p. 14)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1704 tas-7 ta’ Settembru 2023

  L 221

8

8.9.2023

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/220 tat-12 ta’ Jannar 2024

  L 

1

15.1.2024

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/251 tas-16 ta’ Jannar 2024

  L 

1

17.1.2024




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1119/2012

tad-29 ta’ Novembru 2012

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M DSM 11673, Pediococcus pentosaceus DSM 23376, NCIMB 12455 u NCIMB 30168, Lactobacillus plantarum DSM 3676 u DSM 3677 u Lactobacillus buchneri DSM 13573 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf iffermentat”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li fih dawn il-preparazzjonijiet, li huma manifatturati u ttikkettjati qabel l-20 ta’ Ġunju 2013 skont ir-regoli applikabbli qabel l-20 ta’ Diċembru 2012 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm il-ħażniet eżistenti jispiċċaw.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materja friska

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Il-grupp funzjonali: addittivi tal-għalf iffermentat

▼M3 —————

▼M1 —————

▼M3 —————

▼M2 —————

▼B

1k20731

—

Lactobacillus plantarum DSM 3676

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum DSM 3676 li fiha minimu ta’ 6×1011 CFU/g ta’ addittiv

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum DSM 3676

Metodu Analitiku (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċi kollha tal-annimali

—

—

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.  Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat: 1×108 CFU/kg ta’ materja friska.

3.  L-addittiv għandu jintuża f’materja faċli u f’materja b’mod moderat diffiċli biex tinħażen (2)

4.  Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-20 ta’ Diċembru 2022

1k20732

—

Lactobacillus plantarum DSM 3677

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum DSM 3677 li fiha minimu ta’ 4×1011 CFU/g ta’ addittiv

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum DSM 3677

Metodu Analitiku (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċi kollha tal-annimali

—

—

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.  Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat: 1×108 CFU/kg ta’ materja friska.

3.  L-addittiv għandu jintuża f’materja faċli u f’materja b’mod moderat diffiċli biex tinħażen (2)

4.  Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-20 ta’ Diċembru 2022

1k20733

—

Lactobacillus buchneri DSM 13573

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri DSM 13573 li fiha minimu ta’ 2×1011 CFU/g ta’ addittiv

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus buchneri DSM 13573

Metodu Analitiku (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċi kollha tal-annimali

—

—

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.  Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat: 1×108 CFU/kg ta’ materja friska.

3.  Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-20 ta’ Diċembru 2022

(1)   

Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx

(2)   

Foraġġ li hu faċli biex jinħażen: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Foraġġ li hu b’mod moderat diffiċli biex jinħażen: 1.5-3.0 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Ir-Regolament (KE) Nru 429/2008. ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1.