<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑281/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0281</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:859">EU:C:2013:859</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20131219">19.12.2013</DATE> — KAWŻA C‑281/12</P><P>TRENTO SVILUPPO U CENTRALE ADRIATICA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2005/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>azzjoni qarrieqa<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Natura kumulattiva tal-kundizzjonijiet elenkati mid-dispożizzjoni inkwistjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑281/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20120606">6 ta’ Ġunju 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Trento Sviluppo srl,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Centrale Adriatica Soc. coop. arl</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn A. Borg Barthet (Relatur), President tal-Awla, E. Levits u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Trento Sviluppo srl u Centrale Adriatica coop. arl, minn M. Pacilio, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Varone u P. Garofoli, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn D. Kriaučiūnas u V. Kazlauskaitė-Švenčionienė, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Fehér u K. Szíjjártó, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Pignataro-Nolin u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU L 149, p. 22</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Trento Sviluppo srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Trento Sviluppo<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Centrale Adriatica Soc. coop. arl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Centrale Adriatica<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u l-Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (l-Awtorità responsabbli għall-osservanza tal-kompetizzjoni u tar-regoli tas-suq, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>AGCM<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), dwar prattika kummerċjali ta’ dawn iż-żewġ kumpanniji kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>qarrieqa<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> mill-AGCM.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 7 tad-Direttiva 2005/29 tistabbilixxi, b’mod partikolari, li din id-direttiva tirrigwarda prattiki kummerċjali konnessi direttament mal-influwenza fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali tal-konsumaturi fir-rigward ta’ prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessa 11 ta’ din id-direttiva, din tistabbilixxi projbizzjoni ġenerali waħda għal dawk il-prattiki kummerċjali żleali li joħolqu distorsjoni fl-imġiba ekonomika tal-konsumaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessa 13 tal-imsemmija direttiva tipprovdi s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[...] Il-projbizzjoni ewlenija [ġenerali, komuni u uniku], stabbilita b’din id-Direttiva għalhekk tkopri prattiċi kummerċjali żleali li jgħawwġu l-imġieba ekonomika tal-konsumaturi. [...] Il-projbizzjoni ġenerali hija elaborata b’regoli dwar żewġ tipi ta’ prattiċi kummerċjali li b’marġni kbira huma l-iżjed komuni, jiġifieri l-prattiċi kummerċjali qarrieqa u l-prattiċi kummerċjali aggressivi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-premessa 14 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-prattiċi kummerċjali li jqarrqu għandhom ikopru dawk il-prattiċi, inkluż ir-reklamar qarrieqi, iżommu l-konsumatur milli jagħmel għażla għaqlija u effiċjenti. [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2005/29 tiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ħolqien ta’ distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika ta’ konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> bħalma hu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>l-użu ta’ prattika kummerċjali sabiex tiġi mfixkla b’mod apprezzabbli l-kapaċità tal-konsumatur li jagħmel deċiżjoni infurmata, jew imġiegħel jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(k) ta’ din id-direttiva jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>deċiżjoni transazzjonali [kummerċjali]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u taħt liema kondizzjonijiet jixtri, iħallas il-prezz sħiħ jew parti mill-prezz ta’ prodott, iżomm jew jiddisponi minn prodott jew jeżerċita xi dritt kontrattwali fir-rigward tal-prodott, kemm jekk il-konsumatur jiddeċiedi li jieħu jew ma jiħux xi azzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa jekk ikun fiha tagħrif falz u għalhekk ma tkunx tikkorrispondi għall-verità, jew li b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha, tqarraq bil-konsumatur medju, anke jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment, fir-rigward ta’ wieħed jew iktar mill-elementi li ġejjin, u li f’kull każ iġġiegħlu jew x’aktarx iġġiegħlu jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, bħad-disponibbiltà [...];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 206 li jirrigwarda l-kodiċi tal-konsum (decreto legislativo n. 206 – Codice del consumo), tas-<DATE ISO="20050906">6 ta’ Settembru 2005</DATE> (suppliment ordinarju tal-GURI Nru 162, tat-<DATE ISO="20051008">8 ta’ Ottubru 2005</DATE>), jinkludi l-Artikolu 21(1)(b), li kien ġie inkluż permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 146, tat-<DATE ISO="20070802">2 ta’ Awwissu 2007</DATE>, li ttraspona b’mod partikolari d-Direttiva 2005/29 fid-dritt intern. Dan l-artikolu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa jekk ikun fiha tagħrif falz u għalhekk ma tkunx tikkorrispondi għall-verità, jew li b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha, tqarraq bil-konsumatur medju, anke jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment, fir-rigward ta’ wieħed jew iktar mill-elementi li ġejjin, u li f’kull każ iġġiegħlu jew x’aktarx iġġiegħlu jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, bħad-disponibbiltà [...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Trento Sviluppo tamministra diversi supermarkets kbar fil-provinċja ta’ Trento (l-Italja). Dawn is-supermarkets huma affiljati ma’ grupp ta’ distribuzzjoni kbira, COOP Italia, li Trento Sviluppo hija hi stess parti minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Centrale Adriatica tipprovdi servizzi lill-kumpanniji li jiffurmaw parti mill-grupp COOP Italia, li hija parti minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F’Marzu tal-2008, Centrale Adriatica organizzat promozzjoni speċjali f’ċerti punti ta’ bejgħ tad-ditta COOP Italia, promozzjoni li fil-kuntest tagħha ċerti prodotti ġew offruti bi prezzijiet vantaġġużi.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-promozzjoni damet mill-25 ta’ Marzu sad-<DATE ISO="20080409">9 ta’ April 2008</DATE>. Il-brochure pubbliċitarju kien jindika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>sa 50 % ta’ skont u ħafna offerti speċjali oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fost il-prodotti li kienu qed jiġu offruti bi prezz promozzjonali f’dan il-brochure pubbliċitarju kien hemm laptop.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, konsumatur ilmenta mal-AGCM dwar il-fatt li dan ir-reklam ma kienx, skont hu, eżatt, peress li meta mar is-supermarket ta’ Trento matul il-perijodu ta’ validità tal-promozzjoni, dan il-prodott elettroniku ma kienx disponibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara li sar dan l-ilment, l-AGCM bdiet proċedura fil-konfront ta’ Trento Sviluppo u ta’ Centrale Adriatica għal prattiki kummerċjali żleali, fis-sens tal-Artikoli 20, 21 u 23 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 206, tas-<DATE ISO="20050906">6 ta’ Settembru 2005</DATE>, li jirrigwarda l-Kodiċi tal-Konsum. Din il-proċedura waslet għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni, fit-<DATE ISO="20090122">22 ta’ Jannar 2009</DATE>, li imponiet sanzjoni pekunjarja fuq dawn iż-żewġ kumpanniji.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Kull waħda minnhom ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunale ammistrativo regionale per il Lazio (Qorti amministrattiva reġjonali tal-Lazio), li ċaħdet iż-żewġ rikorsi.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Trento Sviluppo u Centrale Adriatica konsegwentement ippreżentaw appell quddiem il-Consiglio di Stato mid-deċiżjonijiet mogħtija minn din il-qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji inkwantu għall-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>prattiki kummerċjali qarrieqa<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29. Hija tistaqsi, f’dan ir-rigward, jekk sabiex titqies li hija qarrieqa, il-prattika kummerċjali kkonċernata għandhiex tissodisfa l-kundizzjoni li tidher fl-aħħar parti tal-frażi introduttiva tal-Artikolu 6(1) skont liema, din il-prattika kummerċjali għandha tkun tali li tista’ tinfluwenza d-deċiżjoni kummerċjali tal-konsumatur. Hija tistaqsi jekk din il-kundizzjoni għandhiex tiżdied ma’ żewġ kundizzjonijiet alternattivi msemmija fl-ewwel parti ta’ din il-frażi introduttiva, jiġifieri li l-informazzjoni ppreżentata hija falza jew li tista’ tqarraq bil-konsumatur, jew jekk l-imsemmija kundizzjoni tikkostitwixxix każ alternattiv, ta’ prattiki kummerċjali qarrieqa.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-problema ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29 tinbet mid-diverġenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi tiegħu. Fil-fatt, il-verżjonijiet bil-lingwa Taljana (li tuża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>e in ogni caso<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) u bil-lingwa Ġermaniża (li tuża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>und [...] in jedem Fall<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) jidhru li qed jagħmlu riferiment għal dispożizzjoni ġenerali skont liema s-sempliċi fatt li prattika kummerċjali tista’ tinfluwenza d-deċiżjoni kummerċjali tal-konsumatur huwa biżżejjed sabiex tiġi kklassifikata bħala qarrieqa. Min-naħa l-oħra, il-verżjonijiet bil-lingwa Ingliża (li ssemmi l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>and in either case<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) u bil-lingwa Franċiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>et dans un cas comme dans l’autre<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) jindikaw li prattika kummerċjali qarrieqa tista’ teżisti biss meta jiġu sodisfatti, minn naħa, waħda miż-żewġ kundizzjonijiet alternattivi msemmija fl-ewwel parti tas-sentenza introduttiva ta’ dan l-artikolu, u, mill-oħra, il-kundizzjoni skont liema l-prattika kummerċjali għandha tkun tali li tinfluwenza d-deċiżjoni kummerċjali tal-konsumatur.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Consiglio di Stato ddeċieda li jissospendi l-proċedimenti u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domanda preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/29/KE, fir-rigward tal-parti li fiha l-verżjoni Taljana tuża t-termini <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>e in ogni caso<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ prattika kummerċjali qarrieqa, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li jeżisti wieħed biss mill-elementi msemmija fl-ewwel parti ta’ dan il-paragrafu jew jekk il-fatt li l-prattika kummerċjali tkun ta’ natura li tbiddel id-deċiżjoni kummerċjali adottata mill-konsumatur jikkostitwixxi element neċessarju ieħor sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ din il-prattika kummerċjali qarrieqa?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk prattika kummerċjali għandhiex tkun ikklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>qarrieqa<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29, sempliċiment minħabba li din il-prattika jkun fiha informazzjoni falza jew li tista’ tqarraq bil-konsumatur medju, jew jekk ikun meħtieġ ukoll, li l-imsemmija prattika tkun tista’ ġġiegħel lill-konsumatur jieħu deċiżjoni kummerċjali li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29 jipprovdi li prattika kummerċjali għandha titqies li hija qarrieqa jekk ikun fiha informazzjoni falza u għalhekk ma tkunx tikkorrispondi għall-verità, jew li b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni ġenerali tagħha, tqarraq jew tkun tista’ tqarraq bil-konsumatur medju, fir-rigward tal-karatteristiċi prinċipali tal-prodott, bħalma hija d-disponibbiltà tiegħu u li, fi kwalunkwe każ, iġġiegħlu jew tista’ ġġiegħlu jieħu deċiżjoni kummerċjali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, f’dan ir-rigward, li jekk il-verżjoni bil-lingwa Taljana tuża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>e in ogni caso<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li, skont il-qorti tar-rinviju, tinkludi termini li jintroduċu speċi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>klawżola finali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> skont liema s-sempliċi fatt, għal prattika kummerċjali, li tista’ tbiddel l-aġir ekonomiku tal-konsumatur huwa biżżejjed biex tikklassifika tali prattika bħala qarrieqa, min-naħa l-oħra l-verżjonijiet bil-lingwi Spanjola, Franċiża u Ingliża tal-imsemmi Artikolu 6(1) jużaw rispettivament l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>y en calquiera de estos casos<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>and in either case<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> kif ukoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>et dans un cas comme dans l’autre<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Billi għamlet riferiment espliċitu għaż-żewġ każijiet relattivi għan-natura qarrieqa tal-prattika kummerċjali kkonċernata, dawn it-tliet verżjonijiet lingwistiċi tal-aħħar jindikaw li l-prattika kummerċjali għandha ġġiegħel ukoll lill-konsumatur jieħu deċiżjoni kummerċjali li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-formulazzjoni użata f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tistax isservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jew tingħata, f’dan ir-rigward, prijorità fil-konfront tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Fil-fatt approċċ bħal dan ikun inkompatibbli mar-rekwiżit ta’ applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni. F’każ ta’ diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-istruttura ġenerali u tal-għan tal-leġiżlazzjoni li din id-dispożizzjoni tifforma parti minnha (ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="19981112">12 ta’ Novembru 1998</DATE>, Institute of the Motor Industry, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-149/97" PAGE.ECR="I-7053" YEAR="1998">C-149/97, Ġabra p. I-7053</REF.DOC.ECR>, punt 16, tal-<DATE ISO="20100325">25 ta’ Marzu 2010</DATE>, Helmut Müller, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-451/08" PAGE.ECR="I-2673" YEAR="2010">C-451/08, Ġabra p. I-2673</REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-istruttura ġenerali tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29, għandu jitfakkar li l-prattiki kummerċjali qarrieqa, fis-sens tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/29, jikkostitwixxu kategorija preċiża ta’ prattiki kummerċjali żleali projbiti mill-Artikolu 5 tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, VTB-VAB u Galatea, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-261/07+C-299/07" PAGE.ECR="I-2949" YEAR="2009">C-261/07 u C-299/07, Ġabra p. I-2949</REF.DOC.ECR>, punt 55, kif ukoll tad-<DATE ISO="20130919">19 ta’ Settembru 2013</DATE>, CHS Tour Services, C‑435/11, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, prattika kummerċjali tkun żleali jekk tikser ir-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali u li tbiddel jew tista’ tbiddel b’mod sostanzjali l-aġir ekonomiku tal-konsumatur medju fir-rigward tal-prodott (is-sentenzi ċċitati iktar ’il punt VTB-VAB u Galatea, punt 54, kif ukoll CHS Tour Services, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2005/29, hija kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika ta’ konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, l-użu ta’ prattika kummerċjali li tfixkel b’mod apprezzabbli l-kapaċità tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni infurmata, u jiġi mġiegħel jieħu deċiżjoni kummerċjali li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra. Konsegwentement, sabiex prattika tkun żleali fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/29, għandha tkun tali li ġġiegħel lill-konsumatur jieħu deċiżjoni kummerċjali li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-prattiki kummerċjali qarrieqa imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/29 jikkostitwixxu kategorija speċifika ta’ prattiki kummerċjali żleali imsemmija fl-Artikolu 5(2) tal-imsemmija direttiva, huma għandhom neċessarjament jissodisfaw l-elementi kollha li jikkostitwixxu tali natura żleali u, għaldaqstant, l-element tal-kapaċità tal-prattika li tbiddel sostanzjalment l-aġir ekonomiku tal-konsumatur, billi jiġi mġiegħel jieħu deċiżjoni kummerċjali li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-għan imfittex mill-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29, għandu jiġi kkonstatat li dan huwa bbażat fuq l-Artikolu 169 TFUE u huwa intiż sabiex jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi billi jqarreb id-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar prattiki kummerċjali żleali li jikkawżaw preġudizzju lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. Il-premessa 7 tad-Direttiva 2005/29 tirrigwarda l-prattiki kummerċjali konnessi direttament mal-influwenza fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali tal-konsumaturi fir-rigward ta’ prodotti. Il-premessa 11 ta’ din id-direttiva ssemmi li hija tistabbilixxi projbizzjoni ġenerali waħda għall-prattiki kummerċjali żleali li jibdlu l-aġir ekonomiku tal-konsumaturi. Mill-premessa 13 tal-imsemmija direttiva jirriżulta li huma ż-żewġ tipi ta’ prattiki kummerċjali bil-bosta l-iktar numerużi, jiġifieri l-prattiki kummerċjali qarrieqa u l-prattiki kummerċjali aggressivi, li kienu ġġustifikaw l-adozzjoni ta’ regoli speċifiċi bil-għan li jiġġieldu kontra dawn. Skont il-premessa 14 tal-istess direttiva, din għandha l-għan li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>prattiki kummerċjali qarrieqa<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> jkopri l-prattiki li jqarrqu bil-konsumatur, jimpeduh milli jagħmel għażla infurmata u għaldaqstant b’mod effikaċi.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li d-Direttiva 2005/29, bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, stabbilit projbizzjoni ġenerali waħda tal-prattiki kummerċjali żleali li jibdlu l-aġir ekonomiku tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li sabiex prattika kummerċjali tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>qarrieqa<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29, għandha ġġiegħel lill-konsumatur jieħu deċiżjoni kummerċjali li kieku ma jiħux f’ċirkustanzi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija, barra minn hekk, ikkorroborata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, mill-punt 47 tas-sentenza tal-<DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, Pereničová u Perenič (C‑453/10), u mill-punt 42 tas-sentenza CHS Tour Services, iċċitata iktar ’il fuq, jirriżulta li prattika kummerċjali titqies li hija qarrieqa, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29, sakemm l-informazzjoni tkun qarrieqa u tkun tista’ ġġiegħel lill-konsumatur jieħu deċiżjoni kummerċjali li kieku ma kienx jieħu fl-assenza ta’ din il-prattika.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra dan, bil-għan li jingħataw l-elementi kollha neċessarji lill-qorti tar-rinviju, sabiex tkun tista’ tiddeċiedi l-kawża quddiemha, għandha tiġi ddeterminata l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>deċiżjoni kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2005/29. Fil-fatt, sa fejn fil-kawża prinċipali, il-prattika kummerċjali tikkonċerna informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ prodott bi prezz vantaġġuż matul ċertu perijodu, għandu jiġi ddeterminat jekk atti preparatorji għax-xiri potenzjali ta’ prodott, bħal ma hu ċ-ċaqliq tal-konsumatur lejn il-ħanut jew il-fatt li jidħol fih, jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu deċiżjonijiet kummerċjali, fis-sens tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni nfisha tal-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2005/29 jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>deċiżjoni kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> huwa ddefinit b’mod wiesa’. Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, deċiżjoni kummerċjali hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u taħt liema kondizzjonijiet jixtri<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Dan il-kunċett jinkludi għalhekk mhux biss id-deċiżjoni li jiġi akkwistat jew le prodott, iżda wkoll dak li joħloq rabta diretta magħha, b’mod partikolari dik tad-dħul fil-ħanut.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jsostni wkoll favur din l-interpretazzjoni peress li, skont din id-dispożizzjoni, l-imsemmija direttiva għandha tapplika għall-prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, kif stabbilit fl-Artikolu 5, qabel, matul jew wara tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta’ xi prodott.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li prattika kummerċjali għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>qarrieqa<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29, meta din il-prattika, minn naħa, ikun fiha informazzjoni falza jew li tista’ tqarraq bil-konsumatur medju, u min-naħa l-oħra, li l-imsemmija prattika tkun tista’ ġġiegħel lill-konsumatur jieħu deċiżjoni kummerċjali li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra. L-Artikolu 2(k) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt dan il-kunċett tad-deċiżjoni kummerċjali kull deċiżjoni li għandha rabta diretta ma’ dik ta’ xiri jew le ta’ prodott.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Prattika kummerċjali għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>qarrieqa<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>), meta din il-prattika, minn naħa, ikun fiha informazzjoni falza jew li tista’ tqarraq bil-konsumatur medju, u min-naħa l-oħra, li l-imsemmija prattika tkun tista’ ġġiegħel lill-konsumatur jieħu deċiżjoni kummerċjali li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra. L-Artikolu 2(k) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt dan il-kunċett tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>deċiżjoni kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> kull deċiżjoni li għandha rabta diretta ma’ dik ta’ xiri jew le ta’ prodott.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>