11.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9175 — Total/Chevron Denmark)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 53/04)

1.   

Fl-1 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Total Holdings USA. Inc. (“Total”) (l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Chevron Denmark Inc. (“Chevron Denmark”) (l-Istati Uniti tal-Amerika), li hija proprjetà ta’ Chevron Group.

Total takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Chevron Denmark kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Total hija produttur u fornitur tal-enerġija integrat internazzjonali, involuta f’kull settur tal-industrija taż-żejt u tal-gass, inklużi upstream (idrokarburi, żvilupp u produzzjoni) u downstream (raffinar, petrokimiċi, kimiċi ta’ speċjalità, kummerċ u tbaħħir ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi u kummerċjalizzazzjoni). Total hija wkoll involuta fis-setturi tal-enerġija rinnovabbli u tal-ġenerazzjoni tal-enerġija,

—

Chevron Denmark hija kumpanija attiva fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass naturali li joriġinaw mill-Baħar tat-Tramuntana Daniż.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9175 — Total/Chevron Denmark

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).