Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-President tat-Tmien Awla), tal-14 ta’ Diċembru 2010, Cixi Jiangnan Chemical Fiber et vs Il-Kunsill (T‑537/08), li jiċħad it-talba għal intervent tar-rikorrenti, f’rikors intiż għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 893/2008, tal-10 ta’ Settembru 2008, li jżomm fis-seħħ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mill-Arabja Sawdija u mill-Korea wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 247, p. 1).

Parti operattiva

Disposittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) Lück GmbH & Co KG, Sandler AG u Gesamtverband der Deutschen Textil- und Modeindustrie eV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.