<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0300225901.case.xml"><NO.CASE>C-419/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008J0419</NO.CELEX><NO.SEQ>0020.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-2291</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-2322</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>32</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20100318">18.3.2010</DATE> — KAWŻA C-419/08 P</LEFT><RIGHT>TRUBOWEST HANDEL U MAKAROV vs IL-KUNSILL U IL-KUMMISSJONI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20100318">18 ta’ Marzu 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-419/08 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell taħt l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ippreżentat fit-<DATE ISO="20080923">23 ta’ Settembru 2008</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Trubowest Handel GmbH,</HT> stabbilita f’Köln (il-Ġermanja), irrappreżentata minn K. Adamantopoulos u E. Petritsi, dikigoroi,</P><P><HT TYPE="BOLD">Viktor Makarov,</HT> residenti f’Köln, irrappreżentat minn K. Adamantopoulos u E. Petritsi, dikigoroi,</P><PARTY.STATUS>appellanti</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</P><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,</HT> irrappreżentat minn J.-P. Hix, bħala aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, rechtsanwälte,</P><?PAGE NO="I-2292"?><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn N. Khan u H. van Vliet, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tat-Tielet Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, R. Silva de Lapuerta, E. Juhász, G. Arestis (Relatur) u J. Malenovský, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-2293"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan l-appell, Trubowest Handel GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Trubowest<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u V. Makarov qed jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (li issa saret il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Qorti Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) tad-<DATE ISO="20080709">9 ta’ Lulju 2008</DATE>, Trubowest Handel u Makarov vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-429/04, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>is-sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li permezz tagħha hija ċaħdet ir-rikors għad-danni taħt l-Artikolu 288(2) KE dwar id-danni li huma allegatament sofrew minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97, tas-<DATE ISO="19971117">17 ta’ Novembru 1997</DATE>, li jimponi taxxi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 26, p. 329, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>regolament definittiv<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja bażika fil-qasam tad-dwana hija komposta bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>KDK<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>). L-Artikolu 236 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="236.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura sakemm jiġi stabbilit li meta kien tħallas l-ammont ta’ dawk id-dazji ma kienx legalment dovut jew li dak l-ammont iddaħħal fil-kontijiet bi ksur ta’ l-Artikolu 220(2).</ALINEA><?PAGE NO="I-2294"?><ALINEA>Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jintbagħtu sakemm jiġi stabbilit li meta kienu ddaħħlu fil-kontijiet l-ammont ta’ dawk id-dazji ma kienx legalment dovut jew li dak l-ammont iddaħħal fil-kontijiet bi ksur tal-Artikolu 220(2).</ALINEA><ALINEA>Ebda ħlas lura jew maħfra m’għandha tingħata meta l-fatti li wasslu għall-ħlas jew daħla fil-kontijiet ta’ ammont li ma kienx legalment dovut kienu r-riżultat ta’ azzjoni maħsuba mill-persuna involuta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="236.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura jew jintbagħtu malli tiġi preżentata applikazzjoni lill-uffiċċju doganali xieraq fi żmien tliet snin mid-data li fiha l-ammont ta’ dawk id-dazji kien ġie kkomunikat lid-debitur.</ALINEA><ALINEA>Dak il-perjodu għandu jiġi estiż jekk il-persuna interessata tipprovdi evidenza li ma kenitx tħalliet tippreżenta l-applikazzjoni tagħha fil-perjodu msemmi b’riżultat ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jew ta’ forza maġġuri.</ALINEA><ALINEA>Fejn l-awtoritajiet doganali stess jiskopru matul dan il-perjodu li sitwazzjoni jew oħra deskritta fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 jeżistu, għandhom iħallsu lura jew jibagħtu l-flus fuq inizjattiva tagħhom stess.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ miżuri antidumping mill-Komunità Ewropea jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-<DATE ISO="19951222">22 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>regolament bażiku<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2295"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali spjegat il-kuntest fattwali tal-kawża fil-punti 1 sa 21 tas-sentenza appellata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1</NO.P><TXT>B’deċiżjoni mhux ippubblikata tal-<DATE ISO="19941125">25 ta’ Novembru 1994</DATE> (Każ IV/35.304), adottata b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-<DATE ISO="19620206">6 ta’ Frar 1962</DATE>, l-ewwel Regolament li jimplementa l-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3), il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproċedi għal investigazzjoni dwar l-eżistenza eventwali ta’ prattiki antikompetittivi fir-rigward tat-tubi ta’ azzar karboniku li jistgħu jiksru l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, [(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 1, p. 3</REF.DOC.OJ>),] kif ukoll l-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Wara din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet, fl-<DATE ISO="19990120">20 ta’ Jannar 1999</DATE>, li tibda l-proċedura amministrattiva fil-Każ IV/E-1/35.860-B — Tubi tal-azzar mingħajr saldatura, li warajha hija adottat, fit-<DATE ISO="19991208">8 ta’ Diċembru 1999</DATE>, id-Deċiżjoni 2003/382/KE, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ IV/E-1/35.860-B — Tubi tal-azzar mingħajr saldatura) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="040" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 40, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>deċiżjoni dwar l-akkordju<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni dwar l-akkordju, it-tmien impriżi destinatarji ta’ din tal-aħħar <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kisru d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81(1) [KE], billi ħadu sehem [...] f’akkordju li jipprovdi, fost oħrajn, għall-ħarsien tas-suq nazzjonali rispettiv tagħhom tat-tubi [Oil Country Tubular Goods] bil-kamin standard u l-[pajpijiet tal-qies għat-trasport] mingħajr saldatura<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>. L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni dwar l-akkordju jistipula li l-ksur dam mill-1990 sal-1995 għal Mannesmannröhren-Werke AG, Vallourec SA, Dalmine SpA, Sumitomo Metal Industries Ltd, Nippon Steel Corp., Kawasaki Steel Corp. u NKK Corp. Fir-rigward ta’ British Steel Ltd, huwa indikat li l-ksur dam mill-1990 sa Frar tal-1994. Dawn l-impriżi ġew imposti<?PAGE NO="I-2296"?> multi, skont il-każ, li jibdew minn EUR 8,1 u li jistgħu jibqgħu tilgħin sa EUR 13,5 miljun.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni dwar l-akkordju kienet is-suġġett ta’ stqarrija għall-istampa IP/99/957 tal-Kummissjoni fit-<DATE ISO="19991208">8 ta’ Diċembru 1999</DATE> u ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20030606">6 ta’ Ġunju 2003</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE>, il-Qorti Ġenerali, fis-sentenza JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-67/00+T-68/00+T-71/00+T-78/00" PAGE.ECR="II-2501" YEAR="2004">T-67/00, T-68/00, T-71/00 u T-78/00, Ġabra p. II-2501</REF.DOC.ECR>), minn naħa, annullat l-Artikolu 1(2) tad-deċiżjoni dwar l-akkordju sa fejn il-Kummissjoni kkonstatat b’mod żbaljat li erba’ mill-impriżi msemmija fl-imsemmi artikolu kienu ħadu sehem fl-akkordju qabel l-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE> u lil hinn it-<DATE ISO="19940630">30 ta’ Ġunju 1994</DATE> u, min-naħa l-oħra, naqset l-ammont tal-multa imposta mill-Kummissjoni fuq dawn l-impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, wara lment imressaq mill-Kumitat għall-ħarsien tal-industrija tat-tubi tal-azzar mingħajr saldatura tal-Unjoni Ewropea fid-<DATE ISO="19960719">19 ta’ Lulju 1996</DATE>, il-Kummissjoni, b’applikazzjoni tar-Regolament [...] Nru 384/96 [...], emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2331/96, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 76-77), ippubblikat, fil-<DATE ISO="19960831">31 ta’ Awwissu 1996</DATE>, avviż ta’ ftuħ ta’ proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar mhux ligat, li joriġinaw mir-Russja, mir-Repubblika Ċeka, mir-Rumanija u mir-Repubblika Slovakka (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="253" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1996">ĠU C 253, p. 26</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="19970529">29 ta’ Mejju 1997</DATE>, il-Kummissjoni addottat ir-Regolament (KE) Nru 981/97, li jistabbilixxi d-dazji antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar mhux ligat, li joriġinaw mir-Russja, mir-Repubblika Ċeka, mir-Rumanija u mir-Repubblika Slovakka (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="1997">ĠU L 141, p. 36</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-2297"?><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="19971117">17 ta’ Novembru 1997</DATE>, il-Kunsill adotta r-regolament [definittiv].</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20040716">16 ta’ Lulju 2004</DATE>, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1322/2004 li jemenda r-regolament definittiv (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142M" PAGE.FIRST="148" DATE.PUB="2004">ĠU L 142M, p. 148</REF.DOC.OJ>). Skont l-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, huwa miżjud mar-regolament definittiv l-Artikolu 8, li bis-saħħa tiegħu l-Artikolu 1 tar-regolament definittiv, li jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet imsemmija fih, ma huwiex iktar applikabbli wara l-<DATE ISO="20040721">21 ta’ Lulju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Trubowest […] hija kumpannija Ġermaniża importatriċi, fil-Komunità, ta’ tubi u ta’ pajpijiet mingħajr saldatura li joriġinaw mir-Russja. Trubowest, li V. Makarov huwa l-amministratur tagħha mill-1997, bdiet l-attivitajiet ta’ importazzjoni tagħha tal-imsemmija prodotti mix-xahar ta’ Jannar 1999 u temmithom fix-xahar ta’ Ottubru 1999. […]</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, V. Makarov kien ukoll l-amministratur, mill-1992 tal-kumpannija Truboimpex Handel GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Truboimpex<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>) li l-attività kummerċjali tagħha kkonsistiet fl-importazzjoni, b’mod partikolari f’isimha, fil-Komunità, mill-1996, ta’ tubi u ta’ pajpijiet mingħajr saldatura li joriġinaw mir-Russja.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="19991015">15 ta’ Ottubru 1999</DATE>, l-Amtsgericht Kleve (qorti kantonali ta’ Kleve, il-Ġermanja) ħarġet mandat ta’ arrest, b’mod partikolari kontra V. Makarov minħabba li huwa kien <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>issuspettat bil-kbir li huwa kien ipprovda lill-awtoritajiet fiskali, f’Köln u Emmerich, matul is-snin 1997 sal-1999, b’data ineżatta u inkompleta dwar fatti fiskali importanti, liema dikjarazzjonijiet jikkostitwixxu 36 ksur distint, u li b’hekk ħallas inqas taxxa, sabiex jikseb [għalih] u għal persuni oħra vantaġġji fiskali inġustifikati, li ppermetta li jiġu evitati b’mod kunsiderevoli d-dazji fuq l-importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>. Barra minn hekk, kien indikat fil-mandat ta’ arrest li <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[f’]din l-okkażjoni, [it-tubi u l-pajpijiet li joriġinaw mir-Russja u li huma importati minn<?PAGE NO="I-2298"?> Truboimpex u Trubowest] kienu suġġetti għal dikjarazzjonijiet foloz bil-għan li jiġu evitati d-dispożizzjonijiet [tar-regolament definittiv]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>B’applikazzjoni ta’ dan il-mandat ta’ arrest, V. Makarov inżamm f’detenzjoni mis-27 ta’ Ottubru sat-<DATE ISO="19991112">12 ta’ Novembru 1999</DATE>. Minn meta ġie lliberat, ġew imposti miżuri li jirrestrinġu l-libertà ta’ moviment ta’ V. Makarov li abbażi tagħhom huwa kien obbligat, b’mod partikolari, li jippreżenta ruħu, sal-<DATE ISO="20000131">31 ta’ Jannar 2000</DATE>, tliet darbiet fil-ġimgħa fl-għassa tal-pulizija kompetenti u ma setax jiċċaqlaq barra minn dan l-Istat mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>miżuri li jirrestrinġu l-libertà<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Mis-<DATE ISO="19991027">27 ta’ Ottubru 1999</DATE>, il-Hauptzollamt Emmerich (uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Emmerich, il-Ġermanja), li sussegwentement sar il-Hauptzollamt Duisburg (uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Duisburg, il-Ġermanja), innotifika lill-appellanti b’avviżi ta’ rkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> bil-għan li jinkiseb il-ħlas tad-dazji antidumping relatati mal-importazzjonijiet li kienu saru minn Truboimpex u Trubowest matul il-perijodu bejn ix-xahar ta’ Diċembru 1997 sax-xahar ta’ Ottubru 1999. L-awtoritajiet doganali Ġermaniżi, essenzjalment, qiesu li l-importazzjonijiet tal-appellanti ma kinux, indebitament, ġew ikklassifikati taħt il-kodiċijiet tan-nomenklatura Komunitarja ta’ tubi u ta’ pajpijiet mingħajr saldatura li huma suġġetti għar-regolament definittiv. F’dan il-kuntest, il-kontijiet bankarji ta’ Trubowest u ta’ V. Makarov ġew issekwestrati.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi, Truboimpex u Trubowest b’hekk kellhom iħallsu, abbażi tad-dazji antidumping mhux imħallsa, EUR <FT TYPE="DECIMAL">1575181,86</FT> u EUR <FT TYPE="DECIMAL">729538,78</FT> rispettivament, jiġifieri ammont totali ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">2304720,64</FT> ta’ dazji antidumping mhux imħallsa għal dawn iż-żewġ kumpanniji. Barra minn hekk, V. Makarov, fil-kwalità tiegħu bħala diriġent ta’ Trubowest u Truboimpex, inżamm responsabbli għall-ħlas tal-ammont totali tas-somom dovuti minn dawn iż-żewġ kumpanniji.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2299"?><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Mis-16 u s-<DATE ISO="19991117">17 ta’ Novembru 1999</DATE>, l-appellanti appellaw, b’mod konformi mal-Artikolu 243 tal-[KDK] u mad-dritt nazzjonali applikabbli, quddiem il-Hauptzollamt Emmerich, l-avviżi ta’ rkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tad-dazji antidumping maħruġa kontra Trubowest u V. Makarov. Fil-<DATE ISO="20001215">15 ta’ Diċembru 2000</DATE>, l-appellanti appellaw quddiem il-Finanzgericht Düsseldorf (qorti tal-finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), u talbu s-sospensjoni tal-avviżi ta’ rkupru li kienu eżekuttivi immedjatament. Fit-<DATE ISO="20011030">30 ta’ Ottubru 2001</DATE>, il-Finanzgericht Düsseldorf ċaħdet it-talba tal-appellanti. Fid-<DATE ISO="20030829">29 ta’ Awwissu 2003</DATE>, l-appellanti ppreżentaw it-talbiet tagħhom quddiem il-Hauptzollamt Duisburg fejn huma essenzjalment sostnew li l-awtoritajiet doganali, b’mod żbaljat, kienu kkunsidraw li l-importazzjonijiet tagħhom kienu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament definittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20000619">19 ta’ Ġunju 2000</DATE>, is-Staatsanwaltschaft Kleve (uffiċċju tal-prosekutur ta’ Kleve) adotta att tal-akkuża (Anklageschrift) kontra V. Makarov, minħabba dikjarazzjonijiet foloz rigward id-dazju fuq l-importazzjonijiet ta’ Trubowest u Truboimpex. F’dan l-att tal-akkuża, is-Staatsanwaltschaft Kleve qies, essenzjalment, li ammont totali ta’ DEM <FT TYPE="DECIMAL">4376250,25</FT>, jiġifieri EUR <FT TYPE="DECIMAL">2237541,22</FT>, kien dovut bħala dazju doganali evitat fuq importazzjonijiet ta’ Trubowest u Truboimpex.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20021114">14 ta’ Novembru 2002</DATE>, il-Landgericht Kleve (qorti reġjonali ta’ Kleve) issospendiet il-proċeduri kriminali kontra V. Makarov sakemm tiġi konkluża l-proċedura fiskali li kien suġġett għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20041215">15 ta’ Diċembru 2004</DATE>, l-appellanti kkonkludew tranżazzjoni mal-Hauptzollamt Duisburg li temmet il-kwistjoni li kellhom mal-awtoritajiet doganali Ġermaniżi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2300"?><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Din it-tranżazzjoni tipprevedi b’mod partikolari dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Preambolu</P></TI></TITLE><P>[…]</P><P>Permezz ta’ din l-espożizzjoni tal-fatti, il-partijiet għandhom l-intenzjoni li jirregolaw b’mod definittiv it-tilwima bejniethom dwar il-legalità tal-avviżi ta’ impożizzjoni kkontestati. Il-partijiet jirrikonoxxu li din l-espożizzjoni konġunta tal-fatti ma ssolvix it-tilwima bejniethom dwar liema huma t-tubi tal-azzar li huma jew ma humiex suġġetti għad-dazju antidumping.</P><P>[…]</P><P>Bis-saħħa ta’ dak li ntqal, il-partijiet jiftehmu dan li ġej:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1.)</NO.P><TXT>L-avviżi ta’ impożizzjoni u d-dikjarazzjonijiet ta’ responsabbiltà […] dwar id-dazju antidumping li jammontaw għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">2304734,45</FT> ser jiġu rregolati [b’mod partikolari mill-appellanti]. Il-partijiet jiftehmu li parti biss mis-somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">435125,21</FT> miġbura sal-lum mill-Hauptzollamt Duisburg, sa ammont massimu ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">343644,15</FT>, ser titnaqqas mis-somma dovuta ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">460000</FT>.</TXT><?PAGE NO="I-2301"?><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3.)</NO.P><TXT>L-iffirmar ta’ dan il-ftehim iwassal għall-waqfien immedjat tal-miżuri eżekuttivi kollha adottati kontra Trubowest kif ukoll [b’mod partikolari] kontra [V. Makarov].</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(5.)</NO.P><TXT>[L-appellanti] jirrinunzjaw bil-preżenti li jressqu allegazzjonijiet ġodda kontra l-awtorità doganali, pereżempju bl-għan li jiksbu danni għall-fatti ddikjarati konġuntament fit-tranżazzjoni. Barra minn hekk, huma jirrinunzjaw li jippreżentaw rikorsi ġudizzjarji oħra kontra l-awtorità doganali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Madankollu, il-partijiet iżommu l-possibbiltà li jsostnu allegazzjonijiet bħal dawn kontra terzi, b’mod partikolari r-rikorsi għal kumpens tad-danni msemmija […] kontra l-Kummissjoni u l-Kunsill […] skont l-Artikolu 288 [KE].<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/></P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20050502">2 ta’ Mejju 2005</DATE>, il-Landgericht Kleve adotta digriet (Beschluss) li jtemm, skont l-Artikolu 153a tas-Strafprozessordnung-StPO (Kodiċi Ġermaniż tal-proċeduri kriminali), il-proċeduri kriminali pendenti kontra V. Makarov, bil-kundizzjoni li dan tal-aħħar iħallas multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">18000</FT>. Il-Landgericht Kleve tindika fl-imsemmi digriet li ttieħed inkunsiderazzjoni li <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[V. Makarov] qed jiddikjara li l-qbil tiegħu [sabiex jintemmu l-proċedura kriminali] ma jimplikax rikonoxximent tal-ħtija, iżda dan qed jingħata għal kunsiderazzjonijiet proċedurali u ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2302"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>B’rikors ippreżentat fil-<DATE ISO="20041025">25 ta’ Ottubru 2004</DATE> fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, -appellanti ppreżentaw rikors għad-danni skont l-Artikolu 288 KE kontra l-Kunsill u l-Kummissjoni, bl-għan li jiksbu l-kundanna ta’ dawn tal-aħħar għall-ħlas tal-ammonti segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>EUR <FT TYPE="DECIMAL">118058,46</FT> lil Trubowest, miżjuda bl-interessi moratorji b’rata annwali ta’ 8 %; li jikkorrispondi għall-ammont effettivament imħallas minn Trubowest wara d-diversi avviżi ta’ rkupru tad-dazju antidumping maħruġa mill-awtoritajiet doganali Ġermaniżi kontra l-appellanti u li jikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">lucrum cessans</HT> għal Trubowest;</P></ITEM><ITEM><P>EUR <FT TYPE="DECIMAL">397916,91</FT> lil V. Makarov, miżjuda bl-interessi moratorji b’rata annwali ta’ 8 %; li jikkorrispondi fir-rigward ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">277939,37</FT>, għall-ammont totali li V. Makarov effettivament ħallas wara d-diversi avviżi ta’ rkupru tad-dazju antidumping, fir-rigward ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">63448,54</FT> għas-salarji mhux imħallsa minn Trubowest u, fir-rigward ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">56529</FT>, għall-ispejjeż tal-avukati mħallsa matul il-proċeduri li tressqu kontra l-appellanti mill-awtoritajiet doganali Ġermaniżi;</P></ITEM><ITEM><P>EUR <FT TYPE="NUMBER">128000</FT> lil Trubowest, miżjuda bl-interessi moratorji b’rata annwali ta’ 8 %; bħala <HT TYPE="ITALIC">lucrum cessans</HT> jew, sussidjarjament, somma li għandha tiġi miftiehma bejn il-partijiet wara sentenza interlokutorja tal-Qorti Ġenerali;</P></ITEM><ITEM><P>EUR <FT TYPE="NUMBER">150000</FT> lil V. Makarov, miżjuda bl-interessi moratorji b’rata annwali ta’ 8 %; bħala danni morali.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-2303"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motivi kollha insostenn tar-rikors għad-danni u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-punti 41 sa 74 u 77 sa 82 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli ċerti kapijiet tat-talba li jinsabu fir-rikors għad-danni, inkwantu qieset li ma kellhiex ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 288 KE, biex tieħu konjizzjoni tal-kawża. Minn naħa, fir-rigward tat-talbiet għal kumpens għal danni li jammontaw għas-somom imħallsa mill-appellanti bħala dazju antidumping, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li dawn it-talbiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati nazzjonali, skont proċeduri implementati mill-KDK. Fir-rigward tat-talba għar-rimbors tal-ispejjeż tal-avukati, min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li din tal-aħħar ikkonċernat element tal-kawża bejn l-appellanti u l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi, li kien jaqa’ esklużivament taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Għall-kumplament, meta evalwat il-kundizzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità dwar l-eżistenza ta’ rabta kawżali diretta bejn l-allegata illegalità u d-danni l-oħra allegatament subiti, jiġifieri l-<HT TYPE="ITALIC">lucrum cessans</HT> ta’ Trubowest, it-telf ta’ salarji minn V. Makarov kif ukoll id-danni morali ta’ dan tal-aħħar, il-Qorti Ġenerali qieset li l-allegati danni ma rriżultawx b’mod suffiċjentement dirett mill-allegata illegalità.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali qieset opportun, fil-punt 86 tas-sentenza appellata, li teżamina l-ewwel nett il-kwistjoni dwar jekk l-appellanti rnexxilhomx jippruvaw li eżistiet rabta kawżali bejn l-allegat aġir illegali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u l-allegati danni materjali u morali. Fil-punti 98 sa 137 tas-sentenza appellata, hija ddeċidiet li ma kienx hemm rabta kawżali diretta suffiċjenti bejn l-iffissar ta’ dazji antidumping bir-regolament definittiv u d-danni kkonċernati. Billi l-Qorti Ġenerali qieset li ma kienx hemm rabta kawżali diretta suffiċjenti bejn ir-regolament definittiv u l-imsemmija elementi ta’ dannu, hija ma eżaminatx il-kwistjoni dwar jekk ir-regolament definittiv kienx ivvizzjat b’illegalità jew jekk l-appellanti kinux realment ġarrbu d-danni invokati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2304"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali eżaminat jekk eżistietx rabta kawżali suffiċjentement diretta bejn l-allegat aġir tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u d-danni allegati anki fl-ipoteżi fejn ir-regolament definittiv ma kienx ikopri l-merkanzija importata mill-appellanti kif ukoll fl-ipoteżi kuntrarja. F’dan ir-rigward, hija ddeċidiet fil-punt 110 tas-sentenza appellata, li, fl-ewwel ipoteżi, ir-responsabbiltà tal-Komunità ma tistax tiġi stabbilita inkwantu d-danni allegati huma esklużivament imputabbli lill-awtoritajiet doganali u kriminali Ġermaniżi, u mhux lill-aġir allegatament żbaljat tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Fit-tieni ipoteżi, hija kkunsidrat, fil-punt 116 tas-sentenza appellata, li huwa l-aġir tal-appellanti li ma jikklassifikawx korrettament l-importazzjonijiet tagħhom li hija l-kawża determinanti tad-danni kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-aħħar, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba tal-appellanti dwar ċerti miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, billi qieset, fil-punti 138 sa 141 tas-sentenza appellata, li ma kienx neċessarju li l-Kummissjoni tiġi ordnata tipproduċi, minn naħa, il-provi tal-kontribuzzjoni ta’ din tal-aħħar fin-negozjati relatati mal-kawża fuq il-klassifika tal-merkanzija importata mill-appellanti, li wasslet għat-tranżazzjoni konkluża bejn dawn tal-aħħar u l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi, u, min-naħa l-oħra, kull korrispondenza tagħha lill-awtoritajiet doganali u l-Gvern Russu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla, fit-totalità tagħha, is-sentenza appellata;</P></ITEM><?PAGE NO="I-2305"?><ITEM><P>tiddeċiedi hija stess definittivament fuq il-kawża billi tilqa’ r-rikors għad-danni ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-Kunsill u l-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura tal-ewwel istanza jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill u l-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiċħad ir-rikors għad-danni tal-appellanti, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil dawn tal-aħħar għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-appell jiġi miċħud u li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2306"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali wettqet eżami tal-kundizzjoni dwar ir-rabta kawżali diretta bejn l-illegalità allegata u d-danni allegati mill-appellanti biss fir-rigward tat-talbiet li hija kkunsidrat ammissibbli. Għalhekk, l-ewwel aggravju, li jirrigwarda s-sentenza appellata inkwantu tiddeċiedi fuq l-imsemmija kundizzjoni, jirrigwarda biss dawn it-talbiet. Għaldaqstant, fil-kuntest tal-appell, huwa rilevanti li jiġi eżaminat preliminarjament it-tieni aggravju, li jirrigwarda s-sentenza appellata inkwantu ddikjarat inammissibbli ċerti talbiet oħra għad-danni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju, maqsum f’żewġ partijiet, l-appellanti jsostnu, fl-ewwel lok, li l-Qorti Ġenerali kisret it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE u wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punti 41 sa 74, 77 sa 82 u 138 sa 141 tas-sentenza appellata, li ma kellhiex ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi dwar it-talbiet għal kumpens għal danni li jirrigwardaw ammonti ekwivalenti għas-somom imħallsa bħala dazji antidumping u spejjeż tal-avukati sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri kontra l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali ta’ dan il-każ, ikkaratterizzati bil-fatt li r-rikorsi nazzjonali huma sodisfatti b’din it-tranżazzjoni. It-tieni nett, l-appellanti jsostnu li, fil-punt 68 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u l-provi meta kkunsidrat li dawn ma pproduċew ebda prova sabiex isostnu l-affermazzjonijiet tagħhom dwar l-impatt fuq il-konklużjoni ta’ tranżazzjoni, minn naħa, tar-rwol tal-Komunità u tal-awtoritajiet Russi, u, min-naħa l-oħra, ta’ proċeduri kriminali mibdija mill-awtoritajiet Ġermaniżi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2307"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu li l-Qorti Ġenerali kkonstatat ġustament li d-dazji antidumping jinġabru mill-awtoritajiet doganali nazzjonali u li, għalhekk, skont ġurisprudenza stabbilita, huma l-qrati nazzjonali biss li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jordnaw il-ħlas lura ta’ dazji miġbura indebitament abbażi ta’ regoli Komunitarji ddikjarati bħala invalidi sussegwentement. Il-qrati Komunitarji għalhekk ma għandhomx ġurisdizzjoni sabiex jordnaw tali ħlas lura jew rimbors tal-ispejjeż tal-avukati sostnuti fil-kuntest ta’ proċeduri nazzjonali dwar tali dazji. Barra minn hekk, it-tranżazzjoni konkluża bejn l-appellanti u l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi ma tagħtix lill-qrati Komunitarji ġurisdizzjoni li ma kellhomx qabel l-imsemmija tranżazzjoni. Il-ġurisdizzjoni ta’ dawn il-qrati tkopri biss id-dannu li jmur lil hinn is-sempliċi rimbors tad-dazji illegali.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kunsill isostni li l-partijiet ta’ dan l-aggravju huma inammissibbli. Fil-fatt, l-ewwel parti ma tikkontjenix espożizzjoni preċiża tal-kunsiderazzjonijiet ġuridiċi li jiġġustifikaw l-allegazzjoni li l-appellanti ma kkonkludewx minn jeddhom it-tranżazzjoni bejniethom u l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi. Fir-rigward tat-tieni parti, l-appellanti ma jindikawx b’mod preċiż l-elementi li ġew żnaturati mill-Qorti Ġenerali u ma jurux l-iżbalji ta’ analiżi li wasslu għal dan l-iżnaturament.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-appell ma jqiegħedx inkwistjoni l-fondatezza tal-analiżi mwettqa mill-Qorti Ġenerali fil-punti 61 sa 66 tas-sentenza appellata, li abbażi tagħha l-appellanti setgħu jikkontestaw il-legalità tar-regolament definittiv fil-kuntest tal-proċeduri nazzjonali, li kien jippermettilhom jiksbu rinviju għal deċiżjoni preliminari bis-saħħa tal-Artikolu 234 KE u, b’dan il-mod, eventwali annullament ta’ dan ir-regolament mill-Qorti tal-Ġustizzja. Hija tqis li huwa inkonċepibbli fil-fatt u fid-dritt li jiġi sostnut li, minkejja li t-tranżazzjoni li huma kkonkludew mal-awtoritajiet doganali Ġermaniżi, l-appellanti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>qatt ma rrinunzjaw għad-dritt tagħhom li jitolbu kumpens għal dannu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u aċċettaw din it-tranżazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>bla ħsara għall-illegalità tar-regolament [definittiv]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Barra minn hekk, ir-rwol mistenni mill-istituzzjonijiet u l-pressjoni tal-akkużi kriminali kontra wieħed mill-appellanti<?PAGE NO="I-2308"?> ma humiex marbuta mal-fondatezza tal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li skontha hija ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar ċerti kapijiet tat-talba.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-ewwel parti tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti josservaw, l-ewwel nett, li żewġ kapijiet tat-talba, li għalihom il-Qorti Ġenerali ddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni, jirrigwardaw ammonti li jagħmlu parti mis-somma li huma ħallsu abbażi tat-tranżazzjoni konkluża mal-awtoritajiet doganali Ġermaniżi, minkejja l-illegalità invokata tar-regolament definittiv. Anki jekk l-appellanti ma jsemmux b’mod preċiż fl-appell tagħhom li dan tal-aħħar jirrigwarda l-ħlas ta’ dazji antidumping, hemm lok li jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 46 tas-sentenza appellata, li l-ammonti kkonċernati jikkorrispondu għas-somom li l-appellanti ħallsu rispettivament għal dan il-għan u ddeċidiet, fil-punt 47 tal-imsemmija sentenza, li t-talbiet tagħhom f’dan ir-rigward huma fl-aħħar mill-aħħar talbiet għal rimbors tal-imsemmija dazji mħallsa b’mod allegatament indebitu, ħaġa l-appellanti ma jikkontestawx fil-kuntest ta’ dan l-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-appellanti jsostnu li, wara l-imsemmija tranżazzjoni, inħoloq dannu sinjifikattiv li jirriżulta mill-eżistenza tar-regolament definittiv li huma jqisu bħala illegali u li jiskatta r-responsabbiltà Komunitarja li għandha tiġi kkumpensata skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 63 tas-sentenza appellata, li t-tranżazzjoni konkluża bejn l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi u l-appellanti ma hijiex ta’ natura li tagħtiha ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi dwar it-talbiet għal kumpens għal danni ta’ dawn tal-aħħar relatati mad-dazji antidumping li ġew imħallsa. Sussegwentement, hija kkonstatat, fil-punt 67 ta’ din is-sentenza, li l-appellanti ammettew huma stess li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom, fil-kuntest tar-rikorsi nazzjonali ppreżentati minnhom, rimedju effettiv li jippermettilhom jikkontestaw il-ħlas ta’<?PAGE NO="I-2309"?> dazji antidumping billi jqajmu l-illegalità tar-regolament definittiv, iżda li ġabu fi tmiemhom dawn ir-rikorsi billi kkonkludew l-imsemmija tranżazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li huma biss il-qrati nazzjonali li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jikkunsidraw azzjonijiet għall-irkupru ta’ ammonti indebitament miġbura minn korp nazzjonali abbażi ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja li iktar tard ġiet iddikjarat invalida (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19890530">30 ta’ Mejju 1989</DATE>, Roquette frères vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="20/88" PAGE.ECR="1553" YEAR="1989">20/88, Ġabra p. 1553</REF.DOC.ECR>, punt 14; tat-<DATE ISO="19920313">13 ta’ Marzu 1992</DATE>, Vreugdenhil vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-282/90" PAGE.ECR="I-1937" YEAR="1992">C-282/90, Ġabra p. I-1937</REF.DOC.ECR>, punt 12, u tas-<DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, Ikea Wholesale, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-351/04" PAGE.ECR="I-7723" YEAR="2007">C-351/04, Ġabra p. I-7723</REF.DOC.ECR>, punt 68).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, meta parti tqis li saritilha ħsara b’applikazzjoni ta’ regolament antidumping li hija tikkunsidra bħala illegali, hija tiddisponi mill-possibbiltà li tikkontesta, quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti, il-validità tar-regolament applikat mill-awtoritajiet doganali nazzjonali. Din il-qorti tista’, tabilħaqq għandha, f’dan il-każ, skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 234 KE, tirreferi l-kwistjoni dwar il-validità tar-regolament inkwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar ukoll li huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jistabbilixxu l-konsegwenzi, fis-sistema legali tagħhom, ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità, li jkollha bħala konsegwenza li d-dazji antidumping imħallsa abbażi tar-regolament ikkonċernat ma jkunux legalment dovuti fis-sens tal-Artikolu 236(1) tal-KDK u għandhom, bħala prinċipju, jkunu rimborsati mill-awtoritajiet doganali, skont din id-dispożizzjoni, jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet, fosthom dik prevista fil-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu, li għalihom huwa suġġett dan il-ħlas lura, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju (ara s-sentenza Ikea Wholesale, iċċitata iktar ’il fuq, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Konsegwentement, minkejja t-tranżazzjoni konkluża, f’dan il-każ, bejn l-appellanti u l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi, il-leġiżlazzjoni Komunitarja timplika li talba għar-rimbors tad-dazji antidumping indebitament imħallsa taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni<?PAGE NO="I-2310"?> tal-qrati nazzjonali kkonċernati. Din it-tranżazzjoni ma tistax tagħti lill-qrati Komunitarji ġurisdizzjoni li ma kellhomx qabel l-imsemmija tranżazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, l-appellanti jikkritikaw, it-tieni nett, is-sentenza appellata inkwantu l-Qorti Ġenerali ddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni biex tagħti deċiżjoni dwar it-talba għad-danni tagħhom dwar l-ispejjeż tal-avukati sostnuti f’relazzjoni mal-proċeduri fuq livell nazzjonali. Madankollu huma ma ressqu ebda argument li jista’ jikkontesta n-natura anċillari tal-imsemmija spejjeż fil-kuntest tal-kawża nazzjonali. Jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata ġustament mill-Qorti Ġenerali fil-punt 78 tas-sentenza appellata li l-kwistjoni tar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri nazzjonali, li hija kwistjoni anċillari tal-kawża li wasslet għal dawn il-proċeduri, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali ddikjarat ġustament li ma kellhiex ġurisdizzjoni biex tagħti deċiżjoni dwar it-talbiet ikkonċernati, b’tali mod li l-ewwel parti tat-tieni aggravju ma huwiex fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tieni aggravju, dwar it-tranżazzjoni relatata mal-kawża nazzjonali, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u l-provi li ġew prodotti quddiemha meta ddeċidiet, fil-punt 68 tas-sentenza appellata, li huma ma pproduċewx provi sabiex isostnu l-allegazzjonijiet tagħhom dwar l-impatt fuq il-konklużjoni ta’din it-tranżazzjoni, minn naħa, tar-rwol tal-Komunità u tal-awtoritajiet Russi, u, min-naħa l-oħra, ta’ proċeduri kriminali mibdija mill-awtoritajiet Ġermaniżi. Huma jsostnu wkoll li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta rrifjutat, fil-punti 138 sa 141 tas-sentenza appellata, li tordna lill-Kummissjoni tipproduċi, minn naħa, il-provi tal-kontribuzzjoni ta’ din tal-aħħar fin-negozjati relatati mal-kawża fuq il-klassifika tal-merkanzija importata li waslet għall-imsemmija tranżazzjoni u, min-naħa l-oħra, kull korrispondenza li hija skambjat mal-awtoritajiet doganali Ġermaniżi u l-Gvern Russu. Dawn il-provi dwar l-aġir tal-istituzzjonijiet Komunitarji jistgħu,<?PAGE NO="I-2311"?> skont l-appellanti, ikunu rilevanti fil-kuntest ta’ kawża bbażata fuq it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, mill-Artikolu 225 KE u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Qorti Ġenerali biss għandha l-ġurisdizzjoni, minn naħa, li tikkonstata l-fatti, ħlief fil-każ fejn l-ineżattezza materjali tal-konstatazzjonijiet tagħha tirriżulta mill-atti tal-proċess li jkunu ġew ippreżentati quddiemha, u, min-naħa l-oħra, li tevalwa dawn il-fatti. Meta l-Qorti Ġenerali tkun ikkonstatat jew evalwat il-fatti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni li teżerċita, bis-saħħa tal-Artikolu 225 KE, stħarriġ dwar il-kwalifikazzjoni ġuridika ta’ dawn il-fatti u l-konsegwenzi ta’ dritt li tkun waslet għalihom il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ dawn il-fatti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20060406">6 ta’ April 2006</DATE>, General Motors vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-551/03 P" PAGE.ECR="I-3173" YEAR="2006">C-551/03 P, Ġabra p. I-3173</REF.DOC.ECR>, punt 51; tat-<DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni, C-266/06 P, punt 72; tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Coop de France bétail et viande vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-101/07 P+C-110/07 P" PAGE.ECR="I-10193" YEAR="2008">C-101/07 P u C-110/07 P, Ġabra p. I-10193</REF.DOC.ECR>, punt 58, u tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, Moser Baer India vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-535/06 P" PAGE.ECR="I-7051" YEAR="2009">C-535/06 P, Ġabra p. I-7051</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata l-fatti u lanqas, bħala prinċipju, sabiex teżamina l-provi li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat insostenn ta’ dawn il-fatti. Fil-fatt, meta dawn il-provi jkunu nkisbu b’mod regolari u l-prinċipji ġenerali tad-dritt kif ukoll ir-regoli ta’ proċedura applikabbli fir-rigward tal-oneru u tal-amministrazzjoni tal-prova jkunu ġew osservati, hija biss il-Qorti Ġenerali li tista’ tevalwa l-valur li għandu jingħata lill-provi li jkunu ġew prodotti quddiemha. Għaldaqstant, din l-evalwazzjoni ma tikkostitwixxix, ħlief fil-każ tal-iżnaturament ta’ dawn il-provi, kwistjoni ta’ dritt suġġetta, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq General Motors vs Il-Kummissjoni, punt 52; Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni, punt 73; Coop de France bétail <HT TYPE="ITALIC">et</HT> viande et vs Il-Kummissjoni, punt 59, u Moser Baer India vs Il-Kunsill, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li żnaturament għandu jidher b’mod ċar mill-atti tal-proċess, mingħajr ma jkun meħtieġ li ssir evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq General Motors vs Il-Kummissjoni,<?PAGE NO="I-2312"?> punt 54; u Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni, punt 74; kif ukoll Coop de France bétail et viande vs Il-Kummissjoni, punt 60, u Moser Baer India vs Il-Kunsill, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, rigward l-ilment dwar il-prova prodotta mill-appellanti dwar il-kundizzjonijiet li fihom il-partijiet ikkonkludew it-tranżazzjoni inkwistjoni, l-iżnaturament allegat tal-fatti ma huwiex stabbilit b’mod preċiż u suffiċjenti fl-appell. Barra minn hekk, l-appellanti ma jurux li l-fatt li l-Kummissjoni ġiet ordnata tipproduċi d-dokumenti mitluba kellu impatt fuq il-konsegwenzi legali li ġew dedotti mill-Qorti Ġenerali fil-punt 139 tas-sentenza appellata, fis-sens li hija ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi dwar it-talbiet għad-danni relatati mad-dazji antidumping u mal-ispejjeż tal-avukati sostnuti f’relazzjoni mal-proċeduri nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-appellanti għandhom l-għan li jiksbu, b’dan il-mod, eżami mill-ġdid tal-evalwazzjonijiet fattwali magħmula mill-Qorti Ġenerali, li għalih il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni fil-kuntest tal-appell, b’tali mod li dan l-ilment għandu jiġi ddikjarat bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li t-tieni aggravju għandu jinċaħad kollu kemm huwa bħala parzjalment infondat u parzjalment inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tagħha tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE dwar meta tiskatta r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità. B’dan l-aggravju, li huwa kompost<?PAGE NO="I-2313"?> minn żewġ partijiet, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali, minn naħa, talli ma fittxitx l-aġir illegali li seta’ kkawża d-dannu, b’mod partikolari talli ma eżaminatx l-aġir illegali allegat fil-kuntest ġuridiku tiegħu u fil-kuntest tal-evalwazzjoni tar-rabta kawżali, u, min-naħa l-oħra, talli ddeċidiet li r-rabta kawżali li teżisti bejn l-aġir allegat tal-istituzzjonijiet Komunitarji u d-diversi danni allegati ma tistax titqies bħala suffiċjentement diretta.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li, fl-istadju tal-eżami tar-rabta kawżali bejn l-aġir illegali u d-dannu allegati, dawn tal-aħħar għandhom, b’xi mod, jiġu eżaminati qabel ma jkun jista’ jiġi deċiż li ma teżistix rabta suffiċjentement diretta bejn it-tnejn jew li din ir-rabta ġiet miksura. Fi kliem ieħor, skont l-appellanti, rigward ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità, filwaqt li l-fatt li tiġi eżaminata l-ewwel l-illegalità jew id-dannu allegati ma jippreżumix li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet l-oħra ta’ din ir-responsabbiltà, li tiġi eżaminata l-ewwel ir-rabta kawżali jippreżumi li, b’xi mod jew ieħor, iż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra jkunu ttieħdu inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Kunsill jsostni li l-affermazzjoni li l-Qorti Ġenerali hija obbligata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>tieħu b’xi mod jew ieħor […] inkunsiderazzjoni ż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jew li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>teżamina l-kuntest ġuridiku dwar ir-rabta kawżali u b’mod partikolari l-aġir illegali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> [traduzzjoni<?PAGE NO="I-2314"?> mhux uffiċjali] hija infondata. L-approċċ segwit mill-Qorti Ġenerali, li jikkonsisti fl-analiżi tar-rabta kawżali billi jittieħed bħala stabbilit l-att allegatament illegali u d-dannu allegat, huwa abitwali. Hija ma hijiex obbligata li teżamina l-kundizzjonijiet tar-responsabbiltà ta’ istituzzjoni f’ordni determinat u, jekk waħda mit-tliet kundizzjonijiet ma hijiex sodisfatta, it-talba għall-kumpens għad-danni għandha tiġi miċħuda mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, ebda regola ma pprekludiet lill-Qorti Ġenerali li teżamina l-kundizzjoni dwar ir-rabta kawżali mingħajr ma tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-allegata illegalità tar-regolament definittiv. Għalkemm jista’ jkun veru li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>l-kawżalità ma hijiex assoluta<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], l-appell b’ebda mod ma jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rabta kawżali ma hijiex iddeterminata, minn naħa, mill-aġir illegali u, min-naħa l-oħra, mid-dannu subit, iżda sempliċement mill-kwistjoni dwar jekk l-aġir allegat ikkawża d-dannu allegat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li jkun hemm l-iskattar tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità u l-implementazzjoni tad-dritt għall-kumpens għad-dannu subit, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, meta l-kundizzjonijiet kollha dwar l-illegalità tal-aġir li l-istituzzjonijiet huma akkużati bih, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn dan l-aġir u d-dannu invokat ikunu sodisfatti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19820929">29 ta’ Settembru 1982</DATE>, Oleifici Mediterranei vs KEE, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="26/81" PAGE.ECR="3057" YEAR="1982">26/81, Ġabra p. 3057</REF.DOC.ECR>, punt 16; tal-<DATE ISO="19940915">15 ta’ Settembru 1994</DATE>, KYDEP vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-146/91" PAGE.ECR="I-4199" YEAR="1994">C-146/91, Ġabra p. I-4199</REF.DOC.ECR>, punt 19, u tad-<DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-120/06 P+C-121/06 P" PAGE.ECR="I-6513" YEAR="2008">C-120/06 P u C-121/06 P, Ġabra p. I-6513</REF.DOC.ECR>, punt 106).</TXT></NP><?PAGE NO="I-2315"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Sa fejn it-tliet kundizzjonijiet tar-responsabbiltà prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE għandhom ikunu kumulattivament sodisfatti, il-fatt li waħda minnhom tkun nieqsa huwa biżżejjed biex jiġi miċħud ir-rikors għad-danni (sentenza tad-<DATE ISO="19990909">9 ta’ Settembru 1999</DATE>, Lucaccioni vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-257/98 P" PAGE.ECR="I-5251" YEAR="1999">C-257/98 P, Ġabra. p. I-5251</REF.DOC.ECR>, punt 14).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jeżisti ebda obbligu li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet tar-responsabbiltà ta’ istituzzjoni f’ordni determinat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Lucaccioni vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 13).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċaħda tat-tieni aggravju, dan l-aggravju jirrigwarda biss it-talbiet għal kumpens għad-danni relatati, minn naħa, mad-danni materjali li jikkonsistu f’<HT TYPE="ITALIC">lucrum cessans</HT> għal Trubowest u telf ta’ salarji għal V. Makarov, rispettivament evalwati għal EUR <FT TYPE="NUMBER">128000</FT> u għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">63448,54</FT> u, min-naħa l-oħra, mad-danni morali li V. Makarov sofra, stmati għal EUR <FT TYPE="NUMBER">150000</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 134 tas-sentenza appellata, li, f’kull każ, jiġifieri meta l-importazzjonijiet magħmula minn Trubowest jaqgħu jew ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament definittiv u li l-appellanti wettqu jew ma wettqux żball fil-klassifikazzjoni, ir-rabta kawżali li teżisti bejn l-allegat aġir illegali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u d-dannu allegati ma tistax tiġi kkwalifikata bħala suffiċjentement diretta.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>L-appellanti enfasizzaw, matul is-seduta, li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx l-avveniment ġuridiku li kkawża d-dannu. Skonthom, il-kwistjoni tal-kawżalità tista’ tiġi trattata biss fil-kuntest ta’ eżami dettaljat tal-kuntest ġuridiku tal-att ikkontestat, jiġifieri r-regolament definittiv allegatament illegali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2316"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu li ma jeżisti ebda obbligu għall-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi dwar l-allegata illegalità qabel ma teżamina l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn din l-illegalità u d-dannu allegat.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Kif indikat mill-Avukat Ġenerali fil-punt 68 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-appellanti baqgħu ma spjegawx l-influwenza tal-eżami, mill-Qorti Ġenerali, tal-allegat aġir tal-istituzzjonijiet fuq l-evalwazzjoni tal-kundizzjoni dwar ir-rabta kawżali li saret fis-sentenza appellata. Il-Qorti Ġenerali setgħet teżamina r-rabta kawżali billi titlaq mill-preżunzjoni li, kif allegat mill-appellanti, l-att ikkontestat huwa effettivament illegali u d-dannu jeżisti tassew (ara, b’analoġija, is-sentenza Lucaccioni vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 12, 15 u 16, u d-digriet tat-<DATE ISO="20050412">12 ta’ April 2005</DATE>, DLD Trading Company Import-Export vs Il-Kunsill, C-80/04 P, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-kundizzjoni dwar ir-rabta kawżali hija indipendenti minn dik dwar l-illegalità tal-att inkwistjoni fil-kuntest ta’ rikors għad-danni abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE. Għaldaqstant, f’dan il-każ, il-kwistjoni dwar jekk l- impożizzjoni ta’ dazji antidumping permezz ta’ regolament definittiv kinitx illegali ma tinfluwenzax il-kuntest tal-eżami tal-kundizzjoni dwar ir-rabta kawżali.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat li hija setgħet teżamina l-ewwel nett il-kwistjoni tar-rabta kawżali bejn l-allegat aġir tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u l-allegati danni.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Konsegwentement, minn dak li ntqal l-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2317"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni parti</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li r-rabta kawżali li teżisti bejn l-aġir illegali tal-istituzzjonijiet Komunitarji u l-allegati danni ma tistax titqies bħala suffiċjentement diretta sa fejn din hija bbażata fuq żewġ xenarji ipotetiċi li jikkostitwixxu allegazzjonijiet mhux ipprovati. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-appellanti talbu kumpens għad-danni subiti minħabba l-ħolqien ta’ dazji illegali. Hija ħadet b’mod żbaljat inkunsiderazzjoni żbalji ipotetiċi fil-klassifikazzjoni tal-merkanzija importata, mhux ivverifikati, li allegatament jikkostitwixxu żbalji minn naħa tal-awtoritajiet Ġermaniżi jew tal-appellanti. Dawn tal-aħħar jikkunsidraw li l-Qorti tal-Ġenerali applikat ħażin il-kundizzjoni ta’ kawżalità meta eżaminat l-eżistenza ta’ ksur tar-rabta kawżali mingħajr ma qabel evalwat l-eżistenza ta’ tali rabta diretta bejn l-aġir illegali u d-dannu allegati.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jsostnu li, peress li qatt ma ġie stabbilit b’mod konklużiv jekk it-tubi u l-pajpijiet li għalihom l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi kienu talbu dazji antidumping abbażi tar-regolament definittiv daħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament, il-Qorti Ġenerali eżaminat ir-rabta kawżali abbażi ta’ żewġ ipoteżijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-prinċipji komuni tas-sistemi legali tal-Istati Membri li jirreferi għalihom it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE ma jistgħux jiġu invokati insostenn tal-eżistenza ta’ obbligu tal-Komunità li tikkumpensa kull konsegwenza dannuża, anki remota, tal-aġir<?PAGE NO="I-2318"?> tal-korpi tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19791004">4 ta’ Ottubru 1979</DATE>, Dumortier <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="64/76+113/76+167/78+239/78+27/79+28/79+45/79" PAGE.ECR="3091" YEAR="1979">64/76, 113/76, 167/78, 239/78, 27/79, 28/79 u 45/79, Ġabra p. 3091</REF.DOC.ECR>, punt 21, u tat-<DATE ISO="19920130">30 ta’ Jannar 1992</DATE>, Finsider <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-363/88+C-364/88" PAGE.ECR="I-359" YEAR="1992">C-363/88 u C-364/88, Ġabra p. I-359</REF.DOC.ECR>, punt 25). Fil-fatt, il-kundizzjoni dwar ir-rabta kawżali li tinsab fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE tirrigwarda l-eżistenza ta’ rabta suffiċjentement diretta ta’ kawża u effett bejn l-aġir tal-istituzzjonijiet u d-dannu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Dumortier <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punti 21).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jeħtieġ jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, appell jista’, skont l-Artikolu 225 KE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikun ibbażat biss fuq aggravji dwar il-ksur ta’ punti ta’ dritt, bl-esklużjoni ta’ kull evalwazzjoni tal-fatti (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="19911001">1 ta’ Ottubru 1991</DATE>, Vidrányi vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-283/90 P" PAGE.ECR="I-4339" YEAR="1991">C-283/90 P, Ġabra p. I-4339</REF.DOC.ECR>, punt 12, u d-digriet tas-<DATE ISO="19960917">17 ta’ Settembru 1996</DATE>, San Marco vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-19/95 P" PAGE.ECR="I-4435" YEAR="1996">C-19/95 P, Ġabra p. I-4435</REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>L-appellanti ma jispjegawx kif l-allegata illegalità tar-regolament definittiv tista’ tkun relatata mal-eżistenza ta’ rabta suffiċjentement diretta bejn id-danni allegatament subiti u l-allegat aġir illegali. Fil-fatt, il-legalità ta’ dan ir-regolament ma hijiex relatata mal-validità tal-evalwazzjoni tal-ipoteżijiet fattwali identifikati mill-Qorti Ġenerali, li wassalha tikkonkludi li r-rabta kawżali kienet miksura.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet, fil-punt 134 tas-sentenza appellata, li r-rabta kawżali eżistenti bejn l-aġir illegali tal-istituzzjonijiet u l-allegati danni ma tistax titqies bħala suffiċjentement diretta.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2319"?><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Jirriżulta mis-sentenza appellata li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx preliminarjament u inġenerali l-kwistjoni dwar jekk id-dannu allegat kienx jipproduċi ruħu mingħajr l-aġir tal-istituzzjonijiet. Il-motivazzjoni ta’ din is-sentenza hija kkonċentrata dwar il-ksur tar-rabta kawżali bejn dawn iż-żewġ elementi. Fil-punti 112 u 113 tal-imsemmija sentenza, fil-kuntest tal-ewwel ipoteżi, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta kawżali ma tiddependix mill-kwistjoni dwar jekk, fin-nuqqas tal-att illegali, ir-riżultat tal-avvenimenti kien ikun differenti. Bl-istess mod, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 99 u 102 tas-sentenza appellata, id-dannu allegat għandu jirriżulta mill-allegat aġir b’mod suffiċjentement dirett, u mingħajr ma jkun hemm ksur tar-rabta kawżali.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li jitqies li hemm rabta kawżali fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE meta teżisti rabta diretta ta’ kawża u effett bejn l-aġir illegali tal-istituzzjonijiet ikkonċernati u d-dannu invokat.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Huwa neċessarju li l-imsemmi dannu jkun ġie effettivament ikkawżat mill-aġir akkużat tal-istituzzjonijiet. Dan l-approċċ huwa kkonfermat mill-ġurisprudenza stabbilita mfakkra fil-punt 53 ta’ din is-sentenza, li skontha, anki fil-każ ta’ kontribuzzjoni eventwali tal-istituzzjonijiet għad-dannu li fir-rigward tiegħu qed issir talba għal kumpens, l-imsemmija kontribuzzjoni hija wisq remota minħabba responsabbiltà li taqa’ fuq persuni oħra, jekk ikun il-każ l-appellanti.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kkonstatat ġustament li, għalkemm ir-regolament definittiv ma jkoprix il-merkanzija importata mill-appellanti u li dawn tal-aħħar ma kinux għalhekk wettqu żball fil-klassifikazzjoni ta’ din tal-aħħar, għandu jiġi kkonstatat li d-danni allegati mill-appellanti huma imputabbli biss lill-awtoritajiet doganali Ġermaniżi, sa fejn dawn tal-aħħar issuġġettaw l-imsemmija merkanzija għal<?PAGE NO="I-2320"?> dazji antidumping anki jekk din ma daħlitx fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament definittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat tajjeb fid-dritt li, għalkemm ir-regolament definittiv ikopri l-merkanzija importata mill-appellanti u li dawn tal-aħħar ma kinux, għaldaqstant, korrettament ikklassifikaw din il-merkanzija, għandu jiġi kkonstatat li l-kawża determinanti għad-danni allegati minnhom tikkonsisti fl-aġir tagħhom, u mhux fl-allegat aġir illegali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Rigward din l-ipoteżi, il-Qorti Ġenerali fakkret tajjeb ukoll, fil-punti 100 u 101 tas-sentenza appellata, li għandu jiġi vverifikat jekk il-parti leża, bir-riskju li jkollha tbati d-dannu hija stess, użatx diliġenza raġonevoli bħala persuna li teżerċita prudenza sabiex tevita’ d-dannu jew tillimita l-portata tiegħu. Ir-rabta kawżali tista’ tinkiser b’aġir negliġenti tal-parti leża, sa fejn dan l-aġir javveru ruħu li jikkostitwixxi l-kawża determinanti tad-dannu.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li huma talbu kumpens għad-dannu subit minħabba l-ħolqien ta’ dazji illegali u b’mod żbaljat ikkonċentrat fuq żbalji ipotetiċi fil-klassifikazzjoni tal-merkanzija importata. Skont l-appellanti, il-kwistjoni ma hijiex dwar jekk ir-regolament definittiv ikoprix jew le din il-merkanzija. L-ammonti miġbura bħala dazji antidumping u li jibqgħu miksuba mill-awtoritajiet doganali Ġermaniżi, skont it-tranżazzjoni konkluża mill-appellanti u dawn l-awtoritajiet, jimplikaw li d-dazji kienu dovuti abbażi ta’ regolament li qed jiġi kkontestat minħabba n-natura illegali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-eżami tad-danni allegati li jirriżultaw direttament jew indirettament mill-ħolqien ta’ dazji antidumping permezz tar-regolament definittiv, ma tirreferix għan-natura legali jew illegali tal-imsemmi regolament. Fil-fatt, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-impożizzjoni tal-imsemmija dazji permezz tar-regolament definittiv ikkawżatx direttament id-danni allegatament subiti mill-appellanti, il-Qorti Ġenerali wettqet eżami suċċessiv tas-sitwazzjoni ta’ dawn tal-aħħar<?PAGE NO="I-2321"?> fiż-żewġ ipoteżijiet fattwali li hija wasslet għalihom, li jkopru l-każijiet ikkunsidrati kollha. Għalhekk l-eżami alternattiv tagħhom wassal għall-istess soluzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-appellanti ma jurux kif il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li ma teżistix rabta kawżali suffiċjentement diretta bejn l-allegat aġir tal-istituzzjonijiet u l-allegati danni.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-appell għandu jiġi miċħud kollu kemm huwa.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċeduri ta’ appell skont l-Artikolu 118 tal-istess regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li Trubowest u V. Makarov tilfu l-kawża, hemm lok li jiġu ordnati jbatu l-ispejjeż, kif mitlub mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2322"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi li:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Trubowest Handel GmbH u V. Makarov huma kkundannati għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>