<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.1000977301.case.xml"><NO.CASE>C-406/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0406</NO.CELEX><NO.SEQ>0017.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-9800</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-9820</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TA’T-<DATE ISO="20111018">18.10.2011</DATE> — KAWŻA C-406/09</LEFT><RIGHT>REALCHEMIE NEDERLAND</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-406/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjizi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20091016">16 ta’ Ottubru 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Realchemie Nederland BV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bayer CropScience AG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, A. Tizzano, J. N. Cunha Rodrigues, K. Lenaerts, J.-C. Bonichot, A. Prechal, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, R. Silva de Lapuerta, K. Schiemann, E. Juhász, D. Šváby, M. Berger (Relatur) u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-9801"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20110125">25 ta’ Jannar 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Realchemie Nederland BV, minn J. A. M. Janssen, avukat, u T. Diekmann, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u S. Unzeitig, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A.-M. Rouchaud-Joët u R. Troosters, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="I-9802"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), u tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Realchemie Nederland BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Realchemie<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Bayer CropScience AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Bayer<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar l-eżekuzzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi ta’ sitt sentenzi mogħtija mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja), li permezz tagħhom din il-qorti, li kellha quddiemha rikors ippreżentat minn Bayer u bbażat fuq allegazzjoni ta’ vjolazzjoni ta’ privattiva, ipprojbixxiet lil Realchemie milli timporta, iżżomm jew tikkumerċjalizza ċerti pestiċidji fil-Ġermanja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9803"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 44/2001</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi (6) u (7) tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(6)</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq l-obbjettiv ta’ moviment liberu ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, huwa meħtieġ u xieraq li r-regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u r-Rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi jkun regolat minn strument legali tal-Komunità li jkun jorbot u direttament applikabbli.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>L-iskop ta’ dan ir-Regolament għandu jkopri il-materji prinċipali ċivili u kummerċjali apparti minn ċerti materji li jkunu ġew definiti.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi (16) u (17) tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(16)</NO.P><TXT>Il-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni ta’ ġustizzja fil-Komunità tiġġustifika illi sentenzi mogħtija fi Stat Membru jiġu awtomatikament rikonoxxuti mingħajr il-ħtieġa ta’ xi proċedura ħlief f’każijiet ta’ tilwim.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="I-9804"?><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Bis-saħħa ta’ l-istess prinċipju ta’ fiduċja reċiproka, il-proċedura sabiex tiġi eżegwita fi Stat Membru wieħed sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tkun effiċjenti u malajr. Għal dan il-għan, id-dikjarazzjoni li ġudizzju huwa eżegwibbli għandha ssir virtwalment awtomatikament wara verifiki puramenti formali tad-dokumenti pprovduti, mingħajr ma jkun hemm possibiltà li l-qorti li tqajjem b’mozzjoni tagħha uħud mir-raġunijiet għan-non eżekuzzjoni b’dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessa 19 tar-Regolament Nru 44/2001 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għandha tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-[Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>)] u dan ir-regolament, u għandhom jintalbu għal dan il-għan disposizzjonijiet transitorji. L-istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Brussel mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Protokolli tal-1971 [dwar dan ix-xogħol ta’ interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-verżjoni tagħha rriveduta u emendata (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="027" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="1998">ĠU 1998, C 27, p. 28</REF.DOC.OJ>)] għandhom jibqgħu japplikaw ukoll f’każijiet diġa pendenti meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) u (2) ta’ dan ir-regolament huwa miktub kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dan ir-Regolament għandu japplika f’materji ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. M’għandux jestendi b’mod partikolari, għal introjtu minn taxxi, dwana jew materji amministrattivi.</P><?PAGE NO="I-9805"?><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament ma japplikax għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-istatus jew il-kapaċità ġuridika ta’ persuni naturali, drittijiet ta’ propjetà li joriġinaw minn relazzjonijiet matrimonjali, testmenti u suċċessjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>falliment, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpanija falluti jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġuridiki, komposizzjoni jew proċedimenti analogi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>sigurtà soċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>arbitraġġ.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32 ta’ dan ir-regolament, għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser xi sentenza mogħtija minn qorti jew tribunal ta’ Stat Membru, independentament minn kif tista’ tissejjaħ dik is-sentenza, inkluża dikjarazzjoni, ordni, deċiżjoni jew mandat ta’ eżekuzzjoni, kif ukoll dwar id-determinazzjoni tan-nefqa u l-ispejjeż minn uffiċjal tal-qorti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Sentenza m’għandhiex tiġi rikonoxxuta:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="I-9806"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>meta jkun b’nuqqas ta’ dehra, jekk il-konvenut ma kienx ġie servut bid-dokument li jkun fetaħ il-proċedimenti jew b’dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b’tali manjiera li dan ikun jista’ jħejji għad-difiża tiegħu, sa kemm id-difensur ma jkunx naqas milli jibda l-proċedimenti biex jiddisputa s-sentenza meta kien possibli għalih jagħmel hekk;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 43 ta’ dan ir-regolament jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="043.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni tista’ tkun appellata minn kull parti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="043.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-appell għandu jkun ippreżentat fil-qorti indikata fil-lista ta’ l-Anness III.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="043.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-appell għandu jkun ittrattat skond ir-regoli li jirregolaw il-proċeduri f’materji kontradittorji.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="043.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-parti li kontra tagħha tkun imfittxija l-eżekuzzjoni tonqos milli tidher quddiem il-qorti ta’ l-appell fil-proċedimenti li jikkonċernaw appell imressaq mill-applikant, l-Artikolu 26(2) sa (4) għandu japplika anki meta l-parti li kontra tagħha tkun imfittxija l-eżekuzzjoni ma jkunx domiċiljat f’xi wieħed mill-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="043.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Appell kontra id-dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni għandu jiġi ippreżentat fi żmien xahar mis-servizz tagħha. Jekk il-parti li kontra tagħha tkun imfittxija l-eżekuzzjoni jkun domiċiljat fi Stat Membru apparti minn dak li fih tkun ingħatat id-dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni, iż-żmien ta’ l-appell għandu jkun ta’ xahrejn u għandu jibda jgħodd mid-data tas-servizz, jew fuqu jew inkella fir-residenza tiegħu. L-ebda estenzjoni taż-żmien ma tista’ tingħata minħabba distanza.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9807"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2004/48</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-premessa 3 tad-Direttiva 2004/48 jipprovdi b’mod partikolari li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>mingħajr mezz effettiv għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-innovazzjoni u l-kreattività huma skorraġiti u l-investiment jonqos. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi assigurat li l-liġi sostantiva dwar proprjetà intellettwali, li llum tinsab fil-parti l-kbira bħala parti mill-acquis communautaire, hija applikkata b’mod effettiv fil-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-premessi 8 sa 11 tad-Direttiva 2004/48 huma miktuba kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(8)</NO.P><TXT>Id-disparitajiet li hemm bejn is-sistemi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-mezzi ta’ l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali joħolqu preġudizzju għall-funzjonament xieraq tas-Suq Intern u jagħmluha impossibli li jiġi assigurat li d-drittijiet għall-propretà intellettwali għandha l-istess livell ta’ protezzjoni fil-Komunità kollha. Din is-sitwazzjoni ma jippromwoviex il-moviment liberu fis-suq intern jew ma joħloqx ambjent li jwassal għall-kompetizzjoni soda.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Id-disparitajiet korrenti jwasslu wkoll biex tiddgħajjef il-liġi sostantiva fuq il-proprjetà intellettwali u għall-frammentazzjoni tas-suq intern f’dan il-qasam. […] Taqrib tal-liġi fl-Istati Membri f’dan il-qasam, hija għalhekk ħtieġa essenzali għall-funzjonament xieraq tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>L-għan ta’ din id-Direttiva hija li tqarreb is-sistemi leġislattivi sabiex tassigura livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju fis-suq intern.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="I-9808"?><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Mhux l-għan ta’ din id-Direttiva li tistabbilixxi regoli armoniżżati għall-koperazzjoni ġudizzjarja, ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali, jew li tittratta mal-liġi applikabbli. Hemm strumenti tal-Komunità li jiggvernaw dawn il-materji f’termini ġenerali u huma, fil-prinċipju, ugwalment applikabbli għall-proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/48 jipprovdi li din <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>tikkonċerna il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji biex tassigura l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Firxa ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, tal-Kapitolu I ta’ din id-direttiva jipprovdi fl-Artikolu 2(1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1. Mingħajr preġudizzju għall-mezzi li huma jew li jistgħu jiġu pprovduti fil-Komunità jew fil-leġislazzjoni nazzjonali, sakemm dawk il-mezzi jistgħu ikunu aktar favorevoli għall-proprjetarji tad-drittijiet, il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji provduti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw, skond l-Artikolu 3, għal kull kontravvenzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali provduti bil-liġijiet tal-Komunità u/jew bil-liġijiet ta’ l-Istat Membru konċernat.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Obbligu Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, tal-Kapitolu II, Sezzjoni I ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji biex jiġi assigurat l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali koperti b’din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ikunu ġusti u m’għandhomx ikunu mhux neċessarjament kumplikati jew għaljin, jew li jwasslu għal-limiti ta’ ħin mhux raġjonevoli jew dewmien mhux ordnat.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-9809"?><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ikun wkoll effetttivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom ikunu applikati b’mod u manjiera li jevitaw il-ħolqien ta’ barrieri biex jiġi leġitimiżżat il-kummerċ u biex jiġu provduti protezzjonijiet kontra l-abbuż tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L-ispejjeż legali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ispejjeż legali u spejjeż oħra raġjonevoli u proprozjonati mħallsa mill-parti rebbieħa, bħala regola ġenerali, ikunu mħallsa mill-parti li tkun tilfet, sakemm jkun ekwità.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-liġijiet nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Ġermaniża</P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikoli 890 u 891 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Ġermaniża (Zivilprozessordnung, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>iz-ZPO<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) jipprovdu kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="890"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 890</HT></TI.ART><STI.ART>Dwar l-eżekuzzjoni furzata ta’ obbligu ta’ nuqqas li tittieħed azzjoni u dwar it-tollerenza</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="890.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-debitur jonqos milli jwettaq l-obbligu tiegħu li jastjeni milli jieħu azzjoni jew mill-obbligu tiegħu li jittollera xi att, huwa jkun, fuq talba tal-kreditur, ikkundannat mill-qorti tal-prim’istanza għall-ħlas ta’ multa ċivili u, jekk dan l-irkupru ma jkunx<?PAGE NO="I-9810"?> possibbli, għal priġunerija jew għal priġunerija ta’ massimu sitt xhur. Kull multa ċivili ma tistax teċċedi l-massimu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">250000</FT>, il-priġunerija ma tistax teċċedi t-total ta’ sentejn.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="890.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kundanna għandha tkun ippreċeduta minn intimazzjoni li tinħareġ mill-qorti tal-prim’istanza, wara li tkun saret talba għall-istess, jekk din ma tkunx tirriżulta mis-sentenza li tistabbilxxi l-obbligu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="890.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-debitur jista’ wkoll, fuq talba tal-kreditur, ikun ikkundannat jikkostitwixxi garanzija għal kwlaunkwe dannu ulterjuri li jirriżulta f’terminu stabbilit minn kull nuqqas ieħor.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="891"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 891</HT></TI.ART><STI.ART>Proċedura, smigħ tad-debitur, tassazzjoni tal-ispejjeż</STI.ART><ALINEA>Is-sentenzi taħt l-Artikoli 887 sa 890 għandhom jingħataw permezz ta’ digriet. […] Id-debitur ser ikun l-ewwel li jinstemgħa […]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Olandiża</P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-proċess li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ttraspona, fl-ordinament ġuridiku intern tiegħu, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 permezz tal-Artikolu 1019h tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Olandiż (Wetboek van burgerlijke rechtsvordering). Skont<?PAGE NO="I-9811"?> il-qorti tar-rinviju, din id-dispożizzjoni tippermetti, fl-oqsma koperti minn din id-direttiva, il-kundanna għal ispejjeż ogħla mill-kundanni ordinarji.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat minn Bayer u bbażat fuq allegazzjoni ta’ vjolazzjoni ta’ privattiva, il-Landgericht Düsseldorf, bi proċeduri għal miżuri provviżorji, permezz ta’ digriet tad-<DATE ISO="20051219">19 ta’ Diċembru 2005</DATE>, ipprojbixxiet lil Realchmie milli timporta, iżżomm u li tikkummerċjalizza fil-Ġermanja ċerti pestiċidji (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>digriet bażiku<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>). Din il-projbizzjoni saret taħt piena ta’ multa. Minbarra dan, il-Landgericht Düsseldorf ordnat lil Realchemie li tikkomunika l-operazzjonijiet kummerċjali li jirrigwardaw dawn il-pestiċidji u li l-istokk tagħha jitpoġġa taħt sekwestru ġudizzjarju. F’dan id-digriet bażiku, il-Landgericht Düsseldorf ordnat l-ispejjeż akarigu ta’ Realchemie.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-proroga li tirrigwarda l-kundanna għall-ispejjeż li kienet tinsab fid-digriet bażiku, il-Landgericht Düsseldorf, permezz ta’ ordni ta’ tassazzjoni tad-<DATE ISO="20060829">29 ta’ Awwissu 2006</DATE>, illikwidat l-ispejjeż għal ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">7829,60</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn hekk, permezz ta’ digriet tas-<DATE ISO="20060817">17 ta’ Awwissu 2006</DATE> mogħti skont l-Artikolu 890 taz-ZPO, il-Landgericht Düsseldorf imponiet fuq Realchemie multa (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Ordnungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) għal ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> li kellha titħallas lill-kaxxier tal-Landgericht Düsseldorf għal ksur tal-projbizzjoni mogħtija fid-digriet bażiku (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>digriet li jimponi l-multa<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) u kkundannat lil Realchemie għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura ta’ multa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9812"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-proroga li tirrigwarda l-kundanna għall-ispejjeż li tinsab fid-digriet li jimponi l-multa, il-Landgericht Düsseldorf, permezz ta’ ordni ta’ tassaszzjoni tad-<DATE ISO="20060919">19 ta’ Settembru 2006</DATE>, illikwidat l-ispejjeż għal ammont ta’ EUR 898.60.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Minbarra dan, permezz ta’ digriet tas-<DATE ISO="20061006">6 ta’ Ottubru 2006</DATE>, il-Landgericht Düsseldorf imponiet fuq Realchemie <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>pagamenti ta’ penalità<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Zwangsgeld<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, Artikolu 888 taz-ZPO) għal EUR <FT TYPE="NUMBER">15000</FT> (iktar ’il quddiem id-“digriet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>pagamenti ta’ penalità<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>) sabiex tinċitaha tikkomunika t-tranżazzjonijiet kummerċjali li jirrigwardaw il-pestiċidji inkwistjoni u kkundannat ukoll lil Realchemie għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura ta’ pagamenti ta’ penalità.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-proroga li tirrigwarda l-kundanna għall-ispejjeż li tinsab fid-digriet ta’ pagamenti ta’ penalità, il-Landgericht Düsseldorf, permezz ta’ ordni ta’ tassazzjoni tal-<DATE ISO="20061111">11 ta’ Novembru 2006</DATE>, illikwidat l-ispejjeż għal ammont ta’ EUR 852.40 flimkien ma’ interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Dawn is-sitt sentenzi mogħtija mil-Landgericht Düsseldorf kienu kollha ġew innotifikati lil Realchemie xi ġranet wara li ngħataw.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>B’rikors tas-<DATE ISO="20070406">6 ta’ April 2007</DATE>, Bayer resqet kawża quddiem l-Imħallef għal miżuri provviżorji tar-Rechtbank ’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) sabiex jawtorizza l-eżekuzzjoni tas-sitt sentenzi adottati mil-Landgericht Düsseldorf.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>B’digriet tal-<DATE ISO="20070410">10 ta’ April 2007</DATE>, l-Imħallef għal miżuri provviżorji tar-Rechtbank ’s-Hertogenbosch laqa’ t-talba ta’ Bayer intiża sabiex is-sitt sentenzi tal- Landgericht Düsseldorf jiġu eżegwiti fil-Pajjiżi l-Baxxi skont ir-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9813"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20070614">14 ta’ Ġunju 2007</DATE>, ir-Realchemie ppreżentat appell quddiem ir-Rechtbank ‘s-Hertogenbosch skont l-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 44/2001 kontra d-digriet tal-<DATE ISO="20070410">10 ta’ April 2007</DATE> fejn talbiet l-annullament tiegħu u li l- awtorizzazzjoni mitluba minn Bayer tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Hija inovkat ir-raġuni għal rifjut prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 34 u fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament Nru 44/2001 billi essenzjalment indikat li d-digriet bażiku, id-digriet li jimponi l-multa u d-digriet ta’ pagamenti ta’ penalità ma jistgħux jiġu rrikonoxxuti u eżegwiti fi Stat Membru ieħor, peress li dawn kienu ngħataw mingħajr ma Realchemie kienet ġiet konvokata u mingħajr diskussjoniijiet orali, u li t-tliet ordnijiet ta’ tassazzjoni tal-ispejjez lanqas ma jistgħu jiġu rrikonoxxuti u eżegwiti peress li huma jagħmlu parti integrali mit-tliet digrieti preċedentement iċċitati.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>B’digriet tas-<DATE ISO="20080226">26 ta’ Frar 2008</DATE>, ir-Rechtbank ’s-Hertogenbosch ċaħdet dan l-appell bħala infondat u kkonfermat id-digriet tal-<DATE ISO="20070410">10 ta’ April 2007</DATE>. Hija qieset li d-digrieti mogħtija mil-Landgericht Düsseldorf, anki jekk dawn ingħataw fuq rikorsi unilaterali, huma sentenzi kif imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 44/2001 u għalhekk jistgħu jiġu eżegwiti fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument ta’ Realchemie, li t-talba ta’ Bayer għall-eżekuzzjoni tad-digriet li jimponi l-multa hija inammissibbli, ir-Rechtbank ’s-Hertogenbosch kkunsidrat li ċ-ċirkustanza li dan id-digriet jimponi fuq Realchemie li tħallas multa għal ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> lill-kaxxier tal-Landgericht Düsseldor ma huwiex relatat mal-fatt li Bayer għandha dritt u interess li Realchemie tħallas effettivament din il-multa lill-kaxxier ta’ din il-qorti, li jikkostitwixxi inċitazzjoni għall-osservanza tad-digriet bażiku, u li Bayer tista’ għalhekk tkompli għal dan il-għan bl-eżekuzzjoni ta’ dan id-digriet fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9814"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-Rechtbank ‘s-Hertogenbosch kkundannat lil Realchemie għall-ispejjeż tal-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Din il-qorti llikwidat dawn l-ispejjeż, mhux, kif Bayer kienet talbitha, billi tapplika l-Artikolu 1019h tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Olandiż, iżda skont is-sistema ordinarja.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Realchemie appellat fil-kassazzjoni kontra d-digriet tas-<DATE ISO="20080226">26 ta’ Frar 2008</DATE> tar-Rechtbank ‘s-Hertogenbosch. Bayer talbet li l-appell jiġi miċħud u ppreżentat appell inċidentali.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>1.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> fl-ewwel paragrafu Artikolu 1 [tar-Regolament Nru 44/2001] għandu jiġi interpretat fis-sens li [dan ir-] regolament japplika wkoll għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni [sentenza] li tinkludi kundanna għall-ħlas ta’ multa skont l-Artikolu 890 [taz-ZPO]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva [2004/48] għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għal proċedura ta’ eżekuzzjoni [<HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT>] ta’:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>deċiżjoni [sentenza] mogħtija fi Stat Membru ieħor fuq il-ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-9815"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>deċiżjoni [sentenza] mogħtija fi Stat Membru ieħor li timponi pagamenti ta’ penalità jew multa għall-vjolazzjoni tal-projbizzjoni ta’ ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>deċiżjonijiet ta’ tassazzjoni tal-ispejjeż mogħtija fi Stat Membru ieħor fil-proroga tad-deċiżjonijiet [sentenzi] imsemmija f’(a) u (b)?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk digriet li jinkludi kundanna għall-ħlas ta’ multa skont dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 890 taz-ZPO jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 kif iddefinit fl-Artikolu 1 tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Hoge Raad der Nederlanden tindika li d-dubji li għandha f’dan ir-rigward jirriżultaw minn diversi elementi. L-ewwel nett, skont din il-qorti, din hija multa li tissanzjoni ksur ta’ projbizzjoni ġuridika, imposta mill-qorti fuq talba ta’ parti privata, li madankollu mhux lil Bayer, iżda lill-Istat Ġermaniż. Sussegwentement, din il-multa ma hijiex irkuprata mill-parti privata jew f’isimha, iżda <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Fl-aħħar nett, l-irkupru efettiv huwa wkoll imwettaq mill-awtoritajiet tal-qorti Ġermaniża.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9816"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-Gvern Olandiż iqis li s-sentenza tal-qorti Ġermaniża li tikkundanna lil Realchemie għall-ispejjeż tal-multa ma taqax, minħabba n-natura tagħha stess, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001, peress li din għandha natura ta’ dritt pubbliku. Il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, jikkunsidraw li din is-sentenza taqa’ sew taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament nru 44/2001, peress li l-kawża prinċipali li hija marbuta magħha taqa’ taħt il-materji ċivili u kummerċjali kif iddefiniti minn dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jitfakkar li, sa fejn ir-Regolament Nru 44/2001 issa jissostitwixxi l-Konvenzjoni ta’ Brussell, fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri bl-eċċezzjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-interpretazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna din il-Konvenzjoni tapplika wkoll għal dan ir-regolament, meta d-dispożizzjonijiet tiegħu u dawk tal-Konvenzjoni jistgħu jiġu meqjusa bħala ekwivalenti (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, German Graphics Grapische Maschinen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-292/08" PAGE.ECR="I-8421" YEAR="2009">C-292/08, Ġabra p. I-8421</REF.DOC.ECR>, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). Minbarra dan, mill-premessa 19 tar-Regolament Nru 44/2001 jirriżulta li l-kontinwità fl-interpretazzjoni bejn il-Konvenzjoni ta’ Brussell u l-imsemmi regolament għandha tiġi żgurata.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 huwa, bħal dak tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, limitat għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Dan il-kamp ta’ applikazzjoni huwa essenzjalment iddeterminat minħabba elementi li jikkaratterizzaw in-natura tar-relazzjonijiet legali bejn il-partijiet fil-kawża jew is-suġġett tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20080428">28 ta’ April 2008</DATE>, Apostolides, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-420/07" PAGE.ECR="I-3571" YEAR="2008">C-420/07, Ġabra p. I-3571</REF.DOC.ECR>, punti 42, 45 u 46 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Iktar partikolarment, f’dak li jikkonċerna l-miżuri provviżorji, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-appartenenza tagħhom għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Brussell hija ddeterminata, mhux min-natura tagħhom stess, iżda min-natura tad-drittijiet li tagħhom jiżguraw is-salvagwarda (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19790327">27 ta’ Marzu 1979</DATE>, de Cavel, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="143/78" PAGE.ECR="1055" YEAR="1979">143/78, Ġabra p. 1055</REF.DOC.ECR>, punt 8, u tas-<DATE ISO="19981117">17 ta’ Novembru 1998</DATE>, Van Uden, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-391/95" PAGE.ECR="I-7091" YEAR="1998">C-391/95, Ġabra p. I-7091</REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><?PAGE NO="I-9817"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ jekk, skont l-Artikolu 890 taz-ZPO, il-multa inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha natura ta’ kastig u l-motivazzjoni tad-drigriet li jimponiha turi b’mod ċar in-natura kriminali ta’ din il-multa, xorta jibqa’ l-fatt li, f’din il-kawża, din hija kawża bejn żewġ persuni privati fejn is-suġġett tagħha huwa l-awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi ta’ sitt sentenzi mogħtija mil-Landgericht Düsseldorf, li permezz tagħhom din tal-aħħar, quddiem rikors ippreżentat minn Bayer u bbażat fuq allegazzjoni ta’ vjolazzjoni ta’ privattiva, ipprojbixxiet lil Realchemie milli timporta, iżżomm u tikkumerċjalizza ċerti pestiċidji fil-Ġermanja. L-azzjoni hekk magħmula għandha bħala għan li tħares drittijiet privati u ma tippresupponix manifestazzjoni ta’ prerogattivi ta’ setgħa pubblika minn waħda mill-partijiet fil-kawża. Fi kliem ieħor, ir-relazzjoni legali eżistenti bejn Bayer u Realchemie, għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>relazzjoni legali ta’ dritt privat<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u għalhekk taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Ċertament, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-multa imposta fuq Realchemie, skont l-Artikolu 890 taz-ZPO, permezz tad-digriet tal-Landgericht Düsseldorf għandha titħallas, f’każ ta’ eżekuzzjoni, mhux lil parti privata, iżda lill-Istat Ġermaniż, li l-multa hija rkuprata mhux mill-parti privata jew f’isimha, iżda <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, u li l-irkupru effettiv isir mill-awtoritajiet tal-qorti Ġermaniża. Dawn l-aspetti partikolari tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni Ġermaniża ma jistgħux madankollu jiġu kkunsidrati bħala determinanti f’dak li jikkonċerna n-natura tad-dritt għal eżekuzzjoni. Fil-fatt, in-natura ta’ dan id-dritt tiddependi minn dik tad-dritt suġġettiv skont il-ksur li għalih l-eżekuzzjoni ġiet ordnata, jiġifieri, f’dan il-każ, id-dritt ta’ Bayer għall-isfruttament esklużiv tal-invenzjoni protetta mill-privattiva tagħha, li mingħajr ebda ambigwità jaqa’ taħt il-materji ċivili u kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kwistjoni mqajma mill-Gvern Olandiż, dwar skont liema regoli tal-proċedura l-qorti nazzjonali għandha teżegwixxi s-sentenzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-riniju ma għamlitx domandi dwar dan il-punt. Għalhekk, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan is-suġġett.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9818"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, hemm lok li l-ewwel domanda tiġi risposta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, li jinsab fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 44/2001, jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament japplika għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ qorti li tinkludi kundanna għall-ħlas ta’ multa, sabiex tiġi osservata sentenza ġudizzjarja mogħtija f’materji ċivili u kummerċjali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-ispejjeż marbuta ma proċedura ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> magħmula fil-Pajjiżi l-Baxxi, li matulha jkunu ġew mitluba r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sitt sentenzi mogħtija fil-Ġermanja fil-kuntest ta’ kawża intiża sabiex jiġi infurzat dritt ta’ proprjetà intellettwali, jaqgħux taħt l-Artkolu 14 tad-Direttiva 2004/48, li jobbliga lill-Istati Membri li jiżguraw li l-ispejjeż legali sostnuti mill-parti li tkun rebħet bħala prinċipju jiġu sostnuti mill-parti li titlef.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2004/48 tikkonċerna l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji kollha biex tiżgura l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Minbarra dan, l-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi li dawn il-miżuri, proċeduri u rimedji japplikaw, skont l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, għal kull ksur tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali previst, b’mod partikolari, mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48, bħala prinċipju, jista’ jkopri proċedura ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi rrilevat li skont il-premessi 10 u 11 tad-Direttiva 2004/48, din għandha bħala għan li tqarreb is-sistemi leġiżlattivi tal-Istati Membri sabiex tiżgura<?PAGE NO="I-9819"?> livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern u mhux li tistabbilixxi regoli armonizzati għall-kooperazzjoni ġudizzjarja, ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali, u lanqas li tittratta mal-liġi applikabbli. Minbarra dan, kif tenfasizza t-tieni sentenza ta’ din il-premessa 11, strumenti tal-Komunità li jirregolaw dawn il-materji f’termini ġenerali huma, fil-prinċipju, ugwalment applikabbli għall-proprjetà intellettwali.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48, din id-dispożizzjoni hija intiża li ssaħħaħ il-livell ta’ protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, billi tevita li parti leża ma tkunx dissważa milli tagħti bidu għal proċedura ġudizzjarja sabiex tħares id-drittijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, fis-sens li hija tapplika wkoll għal proċedura ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> u għad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-ispejjeż li huma marbuta magħa, hija għalhekk konformi kemm mal-għan ġenerali tad-Direttiva 2004/48, intiża għal approssimazzjoni tas-sistemi leġiżlattivi tal-Istati Membri sabiex jiġi żgurat livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju tal-proprjetà intellettwali, kif ukoll mal-għan speċifiku ta’ din id-dispożizzjoni, intiża sabiex jiġi evitat li parti leża ma tiġix dissważa milli tagħti bidu għal proċeduri ġudizzjarja sabiex tħares id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tagħha. Skont dawn l-għanijiet, l-awtur tal-ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għandu ġeneralment isostni l-konsegwenzi finanzjarji kollha tal-aġir tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tieni domanda għandha tiġi risposta li l-ispejjeż marbuta ma’ proċedura ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> li ta bidu għaliha Stat Membru, li matulha jintalbu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor fil-kuntest ta’ kawża intiża sabiex jiġi infurzat dritt ta’ proprjetà intellettwali, jaqgħu taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9820"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> li jinsab fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament japplika għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ qorti li tinkludi kundanna għall-ħlas ta’ multa, sabiex tiġi osservata sentenza ġudizzjarja mogħtija f’materji ċivili u kummerċjali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż marbuta ma’ proċedura ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> li ta bidu għaliha Stat Membru, li matulha jintalbu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor fil-kuntest ta’ kawża intiża sabiex jiġi infurzat dritt ta’ proprjetà intellettwali, jaqgħu taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>