19.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 394/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10025 — SKN/Lother Group/NORDTEAM JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 394/05)

1.   

Fl-10 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

SKN-Schmierstoff Konzepte Nord GmbH (“SKN”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp dlg,

—

Hermann Lother & Co. Mineralölhandelsgesellschaft mbH, li tappartjeni għall-grupp Lother (“Lother Gruppe”, il-Ġermanja),

—

NORDTEAM GmbH & Co. KG (“NORDTEAM”, il-Ġermanja).

SKN u Lother Gruppe jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ NORDTEAM.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

SKN: id-distribuzzjoni ta’ lubrikanti għall-industrija tal-kostruzzjoni, is-settur tal-agrikoltura, il-garaxxijiet, l-ispedizzjoni tal-merkanzija, il-produzzjoni u l-manifattura, u s-settur tal-enerġija.

—

Lother Gruppe: il-bejgħ ta’ żjut minerali u d-distribuzzjoni ta’ lubrikanti.

—

NORDTEAM: Id-distribuzzjoni ta’ lubrikanti

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10025 — SKN/Lother Group/NORDTEAM JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Europäische Kommission

Generaldirektion Wettbewerb

Registratur Fusionskontrolle

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.