|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9789 — CMA CGM/CMP/Terminal Link)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 72/08)
1.
Fil-25 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CMA CGM S.A. (“CMA CGM”, Franza), |
|
— |
China Merchants Port Holdings Company Limited (“CMP”, Hong Kong SAR), |
|
— |
CMA CGM Port Terminals (Franza) u Terminal Link Holding Pte. Ltd (Singapor) (flimkien l-“Assi tat-Terminal”) se tkun kontribwita lil Terminal Link S.A.S. (“Terminal Link”, Franza) impriża bi sħab (joint venture) li eżistiet minn qabel u li hija kkontrollata bi sħab bejn CMA CGM u CMP. |
CMA CGM u CMP, permezz tal-impriża tagħhom ikkontrollata bi sħab Terminal Link, jakkwistaw fis-sens tal-Artikoli 3 (1) (b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CMA CGM: attur dinji attiv fit-tbaħħir tal-containers, servizzi ta’ terminals fil-portijiet, servizzi ta’ trasbord tal-merkanzija u servizzi ta’ loġistika b’kuntratti mad-dinja kollha, |
|
— |
CMP: żviluppatur dinji tal-portijiet, investitur u operatur, li jaħddem terminals tal-containers li jinsabu prinċipalment fiċ-Ċina, kif ukoll fl-Asja t’Isfel, l-Afrika, l-Amerki, l-Oċeanja u l-Ewropa, |
|
— |
l-assi tat-Terminal: ishma f’diversi terminals li jinsabu fiċ-Ċina, il-Vjetnam, it-Tajlandja, Singapor, il-Ġamajka, l-Ukrajna, l-Iraq, l-India u n-Netherlands. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9789 — CMA CGM/CMP/Terminal Link
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).