11.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 333/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1229/2008

ta' l-10 ta’ Diċembru 2008

li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (San Simón da Costa (DPO), Ail blanc de Lomagne (IĠP), Steirischer Kren (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba ta’ Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “San Simón da Costa”, it-talba ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Ail blanc de Lomagne” u t-talba tal-Awstrija għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Steirischer Kren” ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU C 85, 4.4.2008, p. 13 (San Simón da Costa), ĠU C 87, 8.4.2008, p. 8 (Ail blanc de Lomagne), ĠU C 91, 12.4.2008, p. 26 (Steirischer Kren).


ANNESS

Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1,3.   Ġobnijiet

SPANJA

San Simón da Costa (DPO)

Klassi 1,6.   Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex

FRANZA

Ail blanc de Lomagne (IĠP)

L-AWSTRIJA

Steirischer Kren (IĠP)