|
30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/84 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2019/1613
tal-25 ta' Settembru 2019
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (ATALANTA/3/2019)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (“Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE”). |
|
(2) |
Fit-30 ta' Lulju 2018, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1083 (2) ħatret lill-Viċi Ammirall Antonio MARTORELL LACAVE bħala l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE mid-29 ta' Marzu 2019. |
|
(3) |
L-Awtoritajiet Militari Spanjoli pproponew li l-Maġġur Ġeneral Antonio PLANELLS PALAU jieħu post il-Viċi Ammirall Antonio MARTORELL LACAVE bħala l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. |
|
(4) |
Fil-5 ta' Settembru 2019, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa n-nomina tal-Maġġur Ġenerali Antonio PLANELLS PALAU bħala l-Kmandant Operazzjonali tal-EUNAVFOR Operation Atalanta mill-1 ta' Ottubru 2019. |
|
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Maġġur Ġeneral Antonio PLANELLS PALAU huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja, mill-1 ta' Ottubru 2019.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Ottubru 2019.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2019.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1083 tat-30 ta' Lulju 2018 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 194, 31.7.2018, p. 142).