European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4398

1.8.2025

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(C/2025/4398)

Fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tippreżenta oppożizzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2024/1143 hija disponibbli fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

DOKUMENT UNIKU

“Yenice Ihlamur Balı”

Nru tal-UE: PDO-TR-03362 — 25.10.2024

DOP (X) IĠP ()

1.   Isem/Ismijiet

“Yenice Ihlamur Balı”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

It-Turkija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu

Il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (il-kodiċi NM): 04

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-“Yenice Ihlamur Balı” huwa għasel tal-fjuri prodott min-naħal li jiġbor in-nektar mit-tilju tal-fidda (Tilia tomentosa Moench) u t-tilju tal-kawkasu (Tilia rubra DC. subsp. caucasica), li jikbru b’mod naturali fid-distrett ta’ Yenice fil-provinċja ta’ Karabük. Il-“Yenice Ihlamur Balı” jaqa’ taħt il-kategorija tal-għasel tal-fjuri abbażi tas-sors tiegħu u huwa kklassifikat bħala għasel monoflorali sottorappreżentat b’rappreżentazzjoni baxxa ta’ trab tad-dakra.

Is-sorsi ewlenin tan-nektar tal-“Yenice Ihlamur Balı” jinkludu t-Tilia (tilju), is-Sambucus, il-Clematis vitalba, il-Paliurus spina-christi, l-Erica, u gruppi tassonomiċi mir-Rosaceae (il-familja tal-ward) bħar-Rubus, il-Crataegus, u r-Rosa. Il-“Yenice Ihlamur Balı” irid ikun fih it-trab tad-dakra tat-Tilia sp. flimkien mat-trab tad-dakra minn tal-inqas tnejn minn dawn is-seba’ gruppi tassonomiċi. Barra minn hekk, il-profil ġenerali tat-trab tad-dakra tal-“Yenice Ihlamur Balı” għandu jkun konsistenti mal-lista tassonomika ppreżentata fit-Tabella 1 (madankollu, mhux neċessarju li l-gruppi tassonomiċi kollha jkunu preżenti fl-għasel fl-istess ħin).

Il-“Yenice Ihlamur Balı” jvarja fil-kulur minn isfar għal ambra. Għandu togħma u aroma speċifiċi għall-flora li jiġi derivat minnha. Huwa fluwidu u ma joħloqx togħma morra fil-ħalq jew fil-griżmejn meta jiġi kkunsmat. F’kundizzjonijiet xierqa ta’ ħżin, jikkristallizza parzjalment jew bil-mod, u jirriżulta f’livell moderat ta’ kristallizzazzjoni. Meta jiġi kristallizzat, jifforma granuli ta’ kristalli rotob li ma jħallux togħma spjaċevoli fuq l-ilsien. Il-fwieħa distinta tal-fjuri tat-tilju hija perċepita b’mod ċar meta l-għatu tad-doqqajs jinfetaħ jew meta l-għasel estratt tax-xehda jitneħħa mill-imballaġġ tiegħu. Il-parametri tal-kwalità li jagħtu lill-“Yenice Ihlamur Balı” il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu huma ppreżentati fit-Tabella 2.

Tabella 1

Profil tat-trab tad-dakra tal-“Yenice Ihlamur Balı”

Gruppi tassonomiċi

Gruppi tassonomiċi

Gruppi tassonomiċi

Agrimonia sp.

Fragaria vesca

Pinaceae

Amaranthaceae

Galium sp.

Plantago lanceolata

Anagallis sp.

Genista sp.

Poacaea

Anthyllis sp.

Gentianaceae

Portulaca sp.

Apiacaea

Helianthemum sp.

Ranunculaceae

Artemisia sp.

Helianthus annus

Ranunculus sp.

Asteraceae

Hypericum sp.

Rhododendron sp.

Betula sp.

Lamiaceae

Rosa canina

Boraginaceae

Lamium sp.

Rosaceae

Brassicaceae

Lathyrus sp.

Rubus sp.

Campanula sp.

Laurus nobilis

Rumex sp.

Caryophyllaceae

Ligustrum sp.

Salix sp.

Castanea sativa

Liliaceae

Sambucus sp.

Centaurea sp.

Limonium sp.

Scabiosa sp.

Centaurium sp.

Linaria sp.

Silene sp.

Cichorium sp.

Lotus sp.

Symphytum sp.

Cirsium arvense

Malvaceae

Taraxacum sp.

Cistus creticus

Melilotus sp.

Teucrium sp.

Clematis vitalba

Myosotis sp.

Thymus sp.

Cornus sanguinea

Nepeta sp.

Tilia sp.

Coronilla sp.

Nigella sp.

Trifolium pratense

Crataegus sp.

Oleaceae

Trifolium repens

Cynoglossum sp.

Onobrychis sp.

Trifolium resupinatum

Echium vulgare

Onosma sp.

Trifolium sp.

Erica sp.

Origanum sp.

Trifolium speciosum

Eryngium sp.

Paliuris spina-christi

Verbascum sp.

Euphorbia sp.

Papaveraceae

Vicia sp.

Fabaceae

Phlomis sp.

Xanthium sp.

Filipendula sp.

Pilosella sp.

Zea mays


Tabella 2

Proprjetajiet fiżikokimiċi tat-trab tad-dakra tal-“Yenice Ihlamur Balı”

Parametri

Valuri

Prolina (mg/kg; min)

300 mg/kg

Fruttożju+Glukożju (g/100 g; min)

60 g/100 g

Numru tad-Dijastażi (min)

8

HMF (mg/kg; massimu)

18 mg/kg

Fruttożju/Glukożju

0,9 – 1,4

Umdità (% massimu)

20 %

Sukrożju (g/100 g; massimu)

4 g/100 g

Maltożju (% massimu)

4 %

Aċidità libera (meq/kg; massimu)

50 meq/kg

Sustanza li ma tinħallx fl-ilma (g/100 g; massimu)

0,1 g/100 g

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

—

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita

Il-passi kollha tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat

—

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Il-logo li ġej huwa obbligatorju għall-prodotti kollha bl-isem “Yenice Ihlamur Balı”

Image 1

4.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika

Il-provinċja ta’ Karabük tinsab ġeografikament fit-taqsima tal-Baħar l-Iswed tal-Punent tar-Reġjun tal-Baħar l-Iswed. Iż-żona ġeografika għall-produzzjoni tal-“Yenice Ihlamur Balı” tikkonsisti mid-Distrett ta’ Yenice fil-Provinċja ta’ Karabük tat-Turkija.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità tal-prodott

Il-“Yenice Ihlamur Balı” huwa kkaratterizzat mill-kompożizzjoni tal-fjuri distinti u diversi tiegħu, minkejja li jiġi prodott f’żona forestali ġeografikament limitata. L-analiżi Melissopalinoloġika tikkonferma li l-għasel irid ikun fih it-trab tad-dakra tat-Tilia sp. flimkien ma’ tal-inqas żewġ gruppi tassonomiċi fost Sambucus, Clematis vitalba, Paliurus spina-christi, Erica, u l-membri tar-Rosaceae (il-familja tal-ward), speċifikment Rubus, Crataegus, u Rosa. Barra minn hekk, l-ispettru tat-trab tad-dakra jrid jinkludi wkoll rappreżentanti mill-profil floristiku usa’ definit fit-Tabella 1. B’kollox, ġie identifikat trab tad-dakra minn 86 grupp tassonomiku tal-pjanti nattiva tar-reġjun, li kkontribwixxa għall-oriġini botanika kumplessa tal-għasel. Din il-kompożizzjoni unika, iffurmata mill-ekosistemi tal-foresti rikki u mhux disturbati tad-distrett ta’ Yenice, tagħti profil aromatiku distint u proprjetajiet organolettiċi speċifiċi li jiddistingwu l-“Yenice Ihlamur Balı” minn għasel monoflorali u multiflorali ieħor.

Fatturi naturali

Fi studju tal-1999, il-Fond Dinji għan-Natura (WWF, World Wide Fund for Nature) identifika li l-Foresti ta’ Yenice huma waħda mill-aktar 100 foresti bijoloġikament rikki u li hemm bżonn tiġi protetta b’mod urġenti fl-Ewropa u waħda mill-122 żona naturali sinifikanti fit-Turkija. Skont ir-riċerka mwettqa mix-xjenzati, l-hotspots huma żoni li huma rikki fi speċijiet endemiċi, fihom tipi ta’ foresti speċifiċi għall-Ewropa, u huma kkaratterizzati minn żona tal-art sinifikanti u riskju għoli ta’ telf ta’ ħabitats. Il-foresti ta’ Yenice huma waħda minn dawn id-disa’ żoni. Għalkemm il-klima ta’ Yenice hija parzjalment influwenzata mill-klima tal-Baħar l-Iswed, fiż-żoni interni jiġu osservati wkoll l-effetti tal-klima kontinentali jistgħu. Peress li dan ir-reġjun jifforma żona ta’ tranżizzjoni bejn dawn it-tipi ta’ klima, id-diversità klimatika tiegħu kkontribwiet għar-rikkezza tal-fjuri taż-żona. Wieħed jinnota effett mikroklimatiku fil-wied iffurmat mix-Xmara Yenice, li tgħaddi mid-distrett. Fiż-żona tagħmel ix-xita fl-istaġuni kollha. Għandha xtiewi kesħin, sjuf friski, u klima ġeneralment umda, bix-xita u ċ-ċpar.

87 % tad-distrett ta’ Yenice huwa kopert bil-foresti. Il-foresti ta’ Yenice jospitaw 312-il grupp tassonomiku tal-pjanti, li 51 minnhom huma endemiċi. F’din il-veġetazzjoni rikka, is-siġar tat-tilju jokkupaw post sinifikanti. Fi ħdan il-konfini ġeografiċi, is-siġar tat-tilju jinsabu f’topografija mħarbta. Il-preżenza ta’ siġar tat-tilju f’dan it-terren imħarbat tagħmilha diffiċli għan-nies biex jiġbru l-weraq u l-fjuri tas-siġar tat-tilju. Din is-sitwazzjoni tippermetti li s-siġar tat-tilju jkunu sors potenzjali ta’ nektar għan-naħal tal-għasel. Barra minn hekk, it-terren imħarbat tar-reġjun waqqaf l-espansjoni taż-żoni residenzjali u l-iżvilupp tal-industrija. Il-fatt li r-reġjun baqa’ fil-biċċa l-kbira mhux affettwat mill-attività tal-bniedem għen biex tiġi ppreservata l-ekosistema mhux mimsusa tiegħu u tiġi protetta minn diversi fatturi ta’ tniġġis. Dan ġie rifless ukoll fil-kwalità tal-“Yenice Ihlamur Balı”.

Rabta kawżali

Minħabba l-ġeografija mħarbta taċ-ċentru distrettwali ta’ Yenice u l-foresti tiegħu, iż-żoni ta’ insedjament baqgħu limitati, u dan ippermetta li s-siġar tat-tilju jinfirxu fuq żoni vasti. Ma hemm l-ebda intrapriża industrijali tqila fid-distrett, u l-popolazzjoni lokali taqla’ l-għajxien tagħha mill-foresta.

Ir-rikkezza tal-kompożizzjoni tal-għasel li jirriżulta mill-ammont kbir ta’ siġar tat-tilju u mill-varjetà ta’ pjanti indiġeni fil-foresti ta’ Yenice, li jservu bħala sorsi primarji u sekondarji tan-nektar, tagħti lill-“Yenice Ihlamur Balı” togħma u aroma speċifiċi għall-flora li jiġi derivat minnha.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Dan il-prodott b’indikazzjoni ġeografika ġie rreġistrat għall-protezzjoni mill-14.12.2022 fil-Bulettin elettroniku Uffiċjali Nru 1456 tal-Uffiċċju tal-privattivi u t-trademarks tat-Turkija u ġie rreġistrat uffiċjalment fit-22.8.2023.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4398/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)