|
3.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/80 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 122/2010
tal-10 ta’ Novembru 2010
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2010 tal-1 ta’ Ottubru 2010 (1). |
|
(2) |
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/19/UE tat-13 ta’ Jannar 2010 dwar l-iskambju sikur ta’ dejta elettronika bejn l-Istati Membri biex tkun ivverifikata l-uniċità tal-biljetti tas-sewwieqa (2) li joħorġu għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 36a (id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII tal-Ftehim:
“ ATTI LI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu nota tal-kontenut tal-atti li ġejjin:
|
36b. |
32010 H 0019: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/19/UE tat-13 ta’ Jannar 2010 dwar l-iskambju sikur ta’ dejta elettronika bejn l-Istati Membri biex tkun ivverifikata l-uniċità tal-biljetti tas-sewwieqa li joħorġu (ĠU L 9, 14.1.2010, p. 10).” |
Artikolu 2
It-testijiet tar-Rakkkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/19/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 332, 16.12.2010, p. 58.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.