KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
MENGOZZI
ppreżentati fid-19 ta’ Settembru 2013 ( 1 )
Kawżi magħquda C-247/11 P u C-253/11 P
Areva SA (C-247/11 P),
Alstom SA,
T&D Holding SA, li kienet Areva T&D Holding SA,
Alstom Grid SAS, li kienet Areva T&D SA,
Alstom Grid AG, li kienet Areva T&D AG (C-253/11 P)
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-proġetti relatati ma’ switchgear insulat bil-gass — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa — Responsabbiltà in solidum ‘de facto’ — Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament — Dritt għal rimedju effettiv”
|
1. |
Is-suġġett ta’ dawn il-kawżi magħquda huwa żewġ appelli ppreżentati rispettivament, fil-Kawża C‑247/11 P minn Areva SA (iktar ’il quddiem “Areva”) u, fil-Kawża C‑253/11 P, minn Alstom SA (iktar ’il quddiem “Alstom”) u s-sussidjarji tagħha T&D Holding SA, li kienet Areva T&D Holding SA, Alstom Grid SAS, li kienet Areva T&D SA, u Alstom Grid AG, li kienet Areva T&D AG (iktar ’il quddiem dawn il-kumpanniji ser jiġu indikati flimkien ukoll bħala l-“appellanti”). Iż-żewġ appelli huma ppreżentati kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Marzu 2011, Areva et vs Il‑Kummissjoni (iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata” ( 2 )). Permezz ta’ din is-sentenza l-Qorti Ġenerali, minn naħa waħda, annullat parzjalment id-Deċiżjoni C (2006) 6762 finali (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata” ( 3 )) li fiha l-Kummissjoni Ewropea, wara li kkonstatat l-eżistenza ta’ akkordju antikompetittiv fis-settur tas-switchgear insulat bil-gass (iktar ’il quddiem l-“SIG” ( 4 )), issanzjonat lill-impriżi li pparteċipaw f’dan l-akkordju u, min-naħa l-oħra, biddlet il-multi imposti mill-Kummissjoni fuq il-kumpanniji li ppreżentaw dawn l-appelli. |
|
2. |
Dawn il-konklużjonijiet qegħdin jiġu ppreżentati fl-istess ħin mal-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawżi magħquda C‑231/11 P, C‑232/11 P u C‑233/11 P, Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et ( 5 ) li jikkonċernaw l-istess akkordju u l-istess deċiżjoni tal-Kummissjoni. Inkwantu ċerti kwistjonijiet li jqumu f’dawn il-kawżi jikkoinċidu, tal-inqas parzjalment, ma’ dawk analizzati fl-imsemmija kawżi, ser nieħu l-libertà, kull meta jkun opportun, li nirreferi għall-punti rilevanti tal-konklużjonijiet tiegħi f’dawn il-kawżi. |
I – Fatti
A – L-appellanti
|
3. |
Areva, rikorrenti fil-Kawża C‑247/11 P, hija l-kumpannija parent finali ta’ grupp ta’ kumpanniji li joperaw fis-settur nukleari. |
|
4. |
Alstom, l-ewwel rikorrenti fil-Kawża C-253/11 P, hija l-kumpannija parent finali ta’ grupp industrijali attiv f’diversi setturi fosthom, inter alia, dak tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku (iktar ’il quddiem is-“settur T&D”). |
|
5. |
L-attivitajiet kollha tal-grupp Alstom fis-settur T&D ġew ittrasferiti, fit-8 ta’ Jannar 2004, lill-grupp li tiegħu Areva hija l-kumpannija parent finali. Għall-perijodu bejn id-9 ta’ Jannar u l-11 ta’ Mejju 2004 (id-data tat-tmiem tal-ksur ikkonstatat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata) l-attivitajiet relatati ma’ SIG tal-grupp Areva kienu mmexxija minn Areva T&D SA u minn Areva T&D AG ( 6 ), sussidjarji li huma miżmuma 100 % minn Areva T&D Holding SA, li hija stess hija miżmuma 100 % minn Areva (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, il-“kumpanniji li kienu sussidjarji ta’ Areva”). |
|
6. |
Fis-7 ta’ Ġunju 2010, wara l-għeluq definittiv tal-proċedura orali quddiem il-Qorti Ġenerali, Areva ttrasferixxiet l-attivitajiet tagħha kollha fis-settur T&D. B’mod partikolari, Alstom reġgħet bdiet bl-attivitajiet ta’ trażmissjoni. Wara dak ix-xiri, Areva T&D Holding SA ħadet l-isem ta’ T&D Holding SA — it-tieni rikorrenti fil-Kawża C‑253/11 P – Areva T&D SA saret Alstom Grid SAS — it-tielet rikorrenti fil-Kawża C‑253/11 P — u Areva T&D AG saret Alstom Grid AG — ir-raba’ rikorrenti fil-Kawża C‑253/11 P. Alstom, u s-sussidjarji attwali tagħha T&D Holding SA, Alstom Grid SAS u Alstom Grid AG, rikorrenti fil-Kawża C-253/11 P iktar ’il quddiem ser jissejħu flimkien ukoll il-“kumpanniji tal-grupp Alstom”. |
B – Id-deċiżjoni kkontestata u s-sentenza appellata
|
7. |
Fl-24 ta’ Jannar 2007, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata, li fiha hija kkonstatat l-eżistenza ta’ akkordju antikompetittiv fis-settur tal-SIG li permezz tiegħu l-impriżi li pparteċipaw fih ftehmu, inter alia, li jqassmu bejniethom is-swieq fuq livell dinji ( 7 ), l-iffissar tal-prezzijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva. Il-Kummissjoni kkonstatat ukoll li l-akkordju kien sar operattiv għal perijodu mill-15 ta’ April 1988 sal-11 ta’ Mejju 2004. B’mod partikolari, hija kkonstatat ir-responsabbiltà tar-rikorrenti f’dawn il-kawżi ( 8 ) u għaldaqstant imponiet fuqhom multi ( 9 ). |
|
8. |
L-appellanti ppreżentaw rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali li, fit-3 ta’ Marzu 2011, tat is-sentenza appellata. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-deċiżjoni kkontestata ( 10 ) u, sussegwentement, eżerċitat il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha billi imponiet għall-ksur ikkonstatat il-multi li ġejjin:
|
|
9. |
Il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-kumplament tar-rikors. |
II – Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet
|
10. |
B’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-24 ta’ Mejju 2011, Areva ppreżentat l-appell fil-Kawża C‑247/11 P. B’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-25 ta’ Mejju 2011, il-kumpanniji tal-grupp Alstom ippreżentaw l-appell fil-Kawża C‑253/11 P. Kemm Areva kif ukoll il-kumpanniji tal-grupp Alstom jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tannulla s-sentenza appellata. F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tal-fehma li l-kawża tinsab fi stat li tinqata’ b’mod definittiv, huma jitolbu, prinċipalment, li jiġu annullati rispettivament l-Artikoli 1(c) u 2(c), u l-Artikoli 1(b), (d), (e), (f) u 2(b) u (c) tad-deċiżjoni kkontestata u, sussidjarjament, li titnaqqas sostanzjalment il-multa li ġiet imposta fuqhom, kif ukoll li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż. F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tal-fehma li l-kawża ma tinsabx fi stat li tiġi deċiża, l-appellanti jitolbu li l-kawża tiġi rrinvijata lil awla oħra tal-Qorti Ġenerali u li jiġu rriżervati l-ispejjeż. Il-Kummissjoni titlob li l-appelli jiġu miċħuda u li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż. |
|
11. |
Permezz ta’ digriet tal-20 ta’ Lulju 2011, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna li l-Kawżi C‑297/11 P u C‑253/11 jingħaqdu għall-finijiet tal-proċeduri bil-miktub u orali kif ukoll tas-sentenza. |
|
12. |
Quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-partijiet esponew il-pożizzjonijiet tagħhom bil-miktub u oralment matul is-seduta tat-2 ta’ Mejju 2013. |
III – Analiżi tal-appelli
|
13. |
Insostenn tat-talbiet tagħhom, Areva, fil-Kawża C‑247/11 P, tinvoka erba’ aggravji, u l-kumpanniji tal-grupp Alstom, fil-Kawża C‑253/11 P, jinvokaw ħames aggravji. Għandna nibdew billi nanalizzaw l-ewwel aggravju invokat minn dawn tal-aħħar. |
A – Fuq l-ewwel aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE
|
14. |
Fil-kuntest tal-ewwel aggravju tagħhom, li huwa maqsum f’żewġ partijiet, il-kumpanniji tal-grupp Alstom jargumentaw li l-Qorti Ġenerali, meta ddeċidiet li d-deċiżjoni kkontestata kienet immotivata b’mod suffiċjenti, kisret l-Artikolu 296 TFUE ( 12 ). L-ewwel parti ta’ dan l-aggravju tirrigwarda l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-imputazzjoni lil Alstom tar-responsabbiltà għall-ksur għall-perijodu mis-7 ta’ Diċembru 1992 sat-8 ta’ Jannar 2004 bħala kumpannija parent ta’ Alstom T&D SA u ta’ Alstom T&D AG ( 13 ). It-tieni parti tirrigwarda l-motivazzjoni, fl-imsemmija deċiżjoni, fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ multa in solidum kontra Alstom u Areva T&D SA. |
1. Fuq l-ewwel parti tal-ewwel aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom
a) L-argumenti tal-partijiet
|
15. |
Fl-ewwel parti tal-ewwel aggravju tagħhom, li tirrigwarda l-punti 90 sa 99 tas-sentenza appellata, il-kumpanniji tal-grupp Alstom isostnu, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali kellha tissanzjona motivazzjoni insuffiċjenti li tivvizzja d-deċiżjoni kkontestata inkwantu f’dik id-deċiżjoni l-Kummissjoni ma rrispondietx għall-argumenti u l-elementi mressqa minn Alstom fil-punti 90 sa 150 tar-risposta tagħha għad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet sabiex turi li, minkejja l-preżunzjoni li Alstom eżerċitat influwenza determinanti fuq is-sussidjarji tagħha (imsejħa wkoll, iktar ’il quddiem, il-“preżunzjoni kapitalistika”), huma ddeterminaw, fiż-żmien meta seħħ il-ksur, l-aġir tagħhom fis-suq b’mod awtonomu fil-konfront tal-kumpannija parent tagħhom. Id-deċiżjoni kkontestata ma tagħti ebda spjegazzjoni għalfejn l-elementi mressqa minn Alstom ma kellhom ebda valur probatorju, meta dawn kienu elementi essenzjali għall-iskop tal-imsemmija deċiżjoni u ċ-ċaħda tagħhom kienet teħtieġ motivazzjoni partikolarment iddettaljata u b’reqqa. |
|
16. |
Il-kumpanniji tal-grupp Alstom isostnu, barra minn hekk, li l-Qorti Ġenerali żnaturat id-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari fil-punt 95 tas-sentenza appellata, għaliex il-premessi 345 sa 347 tal-imsemmija deċiżjoni ma jissintetizzawx il-punti 90 sa 150 tar-risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kienet sodisfatta mill-fatt li l-Kummissjoni ċadħet il-provi prodotti minn Alstom billi bbażat fuq elementi ppreżentati minn terz, jiġifieri Areva. |
|
17. |
Il-Kummissjoni titlob li l-argumenti tal-kumpanniji tal-grupp Alstom jiġu miċħuda. |
b) Analiżi
|
18. |
Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-Artikolu 253 KE jikkostitwixxi rekwiżit proċedurali essenzjali li għandu jiġi distint mill-kwistjoni tal-fondatezza tal-motivazzjoni, peress li din tirrigwarda l-legalità sostantiva tal-att inkwistjoni ( 14 ). |
|
19. |
F’din il-perspettiva, minn naħa waħda, il-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 KE għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi, b’mod ċar u inekwivoku, ir-raġunament tal-istituzzjoni awtriċi tal-att b’tali mod li tippermetti lill-persuni kkonċernati sabiex ikunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u lill-qorti kompetenti sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha. Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet individwali, l-obbligu li jiġu mmotivati dawk id-deċiżjonijiet għandu l-għan, minbarra li jippermetti stħarriġ ġudizzjarju, li jipprovdi lill-parti kkonċernata b’indikazzjoni suffiċjenti biex tkun taf jekk id-deċiżjoni tistax tkun ivvizzjata b’difett li jippermetti li tiġi kkontestata l-validità ( 15 ). |
|
20. |
Min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat abbażi taċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari tal-kontenut tal-att inkwistjoni, tan-natura tal-motivi invokati u tal-interess li d-destinatarji tal-att jew kull persuna oħra kkonċernata direttament u individwalment mill-att jista’ jkollha li tirċievi spjegazzjonijiet. Il-motivazzjoni ma għandhiex bilfors tispeċifika l-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti, sa fejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tal-kliem tiegħu, iżda wkoll mill-kuntest tiegħu u mir-regoli kollha tad-dritt li jirregolaw is-suġġett ikkonċernat ( 16 ). |
|
21. |
B’hekk, għalkemm skont l-Artikolu 296 TFUE, il-Kummissjoni hija obbligata li ssemmi l-elementi ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom tiddependi l-ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni u l-kunsiderazzjonijiet legali li wassluha biex tieħu dik id-deċiżjoni, dik id-dispożizzjoni ma teħtieġx li l-Kummissjoni tiddiskuti l-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi li jkunu ġew indirizzati matul il-proċedura amministrattiva ( 17 ). |
|
22. |
Meta, bħal fil-każ ineżami, deċiżjoni skont ir-regoli tal-Unjoni fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni tkun tikkonċerna diversi destinatarji u tirrigwarda l‑imputabbiltà tal-ksur, din għandha tagħti motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward ta’ kull wieħed mid-destinatarji tagħha, b’mod partikolari ta’ dawk fosthom li, skont din id-deċiżjoni, għandhom ibatu r-responsabbiltà għal dan il-ksur. Għalhekk, fir-rigward ta’ kumpannija parent miżmuma responsabbli għall-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja tagħha, tali deċiżjoni għandha fil-prinċipju jkun fiha espożizzjoni tal-motivi tali li tiġġustifika l-imputabbiltà tal-ksur lil dik il-kumpannija ( 18 ). |
|
23. |
B’mod partikolari, fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tkun ibbażata b’mod esklużiv, fir-rigward ta’ ċerti destinatarji, fuq il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti, il-Kummissjoni hija obbligata fi kwalunkwe każ li tesponi b’mod adegwat ir-raġunijiet għalfejn l-elementi ta’ fatt u ta’ liġi invokati ma kinux suffiċjenti biex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti, għaliex fin-nuqqas dik il-preżunzjoni ssir inkontestabbli ( 19 ). |
|
24. |
F’din il-kawża, għandu jiġi rrilevat fl-ewwel lok li, kif jirriżulta espliċitament mill-premessa 349 tad-deċiżjoni kkontestata u mill-punt 91 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni, sabiex iżżomm lil Alstom responsabbli, ibbażat fuq il-preżunzjoni tal-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti, iżda mingħajr ma rrinunzjat madankollu li tikkunsidra wkoll ċerti fatturi rilevanti oħrajn li hija semmiet fil-premessi 350 sa 356 tal-imsemmija deċiżjoni. Sabiex iżżomm lil Alstom responsabbli, il-Kummissjoni b’hekk ma bbażatx b’mod esklużiv fuq il-preżunzjoni tal-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti, iżda pjuttost użat taħlita ta’ din il-preżunzjoni u ta’ provi oħrajn ( 20 ). |
|
25. |
B’mod iktar partikolari, fl-imsemmija premessi tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni inter alia semmiet li l-istruttura ta’ funzjonament tal-grupp li tiegħu Alstom kienet il-kumpannija parent kienet organizzata b’tali mod li d-diretturi li kienu jeżerċitaw influwenza determinanti fuq l-attivitajiet tas-sussidjarji fir-rigward tas-SIG kienu jagħtu rendikont lil Alstom ( 21 ). Hija ddikjarat ukoll li kien hemm diversi akkumulazzjonijiet ta’ funzjonijiet bejn diretturi tal-kumpannija parent u tas-sussidjarji, bħal fil-każ tal-iktar direttur imlaħħaq tas-settur T&D li ċertament eżerċita influwenza determinanti fuq l-attivitajiet SIG tal-grupp u li kien membru tal-kumitat eżekuttiv ta’ Alstom ( 22 ). Sussegwentement, hija rrilevat li l-fajl kien jinkludi provi li juru li l-persuni identifikati fil-kuntest tal-akkordju bħala rappreżentanti tal-grupp Alstom setgħu jorbtu legalment lill-kumpannija parent fuq bażi regolari ( 23 ). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fid-dawl tal-multa sostanzjali li ġiet imposta fuq Alstom mill-Kunsill tal-Kompetizzjoni Franċiż (Conseil de la concurrence français) fl-1988, ma kienx wisq probabbli li r-responsabbiltà għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni ma kinitx ġiet identifikata bħala riskju sostanzjali min-naħa tad-diretturi tal-kumpannija parent ( 24 ). Il-Kummissjoni rrilevat ukoll li l-kumpannija parent kienet approvat pjanijiet għal sejħiet għall-offerti li jirrigwardaw is-sottostazzjonijiet SIG li jaqbżu ċertu livell minimu jew li jinvolvu riskji sostanzjali għall-grupp ( 25 ). |
|
26. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fid-deċiżjoni kkontestata, ma narax kif huwa possibbli li wieħed isostni, kif jagħmlu l-kumpanniji tal-grupp Alstom, li l-Qorti Ġenerali kien imissha kkundannat lill-Kummissjoni talli ma pprovditx motivazzjoni ssostanzjata b’mod konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-ġurisprudenza msemmija fil-punti 18 sa 23 f’dak li jirrigwarda l-attribuzzjoni lil Alstom tar-responsabbiltà għall-ksur inkwistjoni. |
|
27. |
Quddiem il-Kummissjoni, Alstom ressqet sensiela ta’ argumenti bil-għan li turi li hija ma kinitx eżerċitat influwenza determinanti fuq is-sussidjarji tagħha ( 26 ). F’dan ir-rigward, huwa minnu li, kif isostnu l-kumpanniji tal-grupp Alstom, u kif irrikonoxxiet barra minn hekk il-Qorti Ġenerali fil-punt 98 tas-sentenza appellata, ma jirriżultax b’mod espliċitu mid-deċiżjoni kkontestata li l-Kummissjoni indirizzat wieħed wieħed l-argumenti invokati minn Alstom quddiemha. |
|
28. |
Madankollu, jirriżulta minn din id-deċiżjoni li ma huwiex minnu li l-Kummissjoni ma indirizzatx dawn l-argumenti, u għall-kuntrarju hija għamlet evalwazzjoni globali ( 27 ) waqt li pprovdiet, kif jirriżulta mill-punt 25 hawn fuq, motivazzjoni bbażata fuq iċ-ċirkustanzi tar-raġunijiet li, flimkien mal-preżunzjoni kapitalistika, wassluha biex tikkonkludi li Alstom effettivament eżerċitat influwenza determinanti fuq is-sussidjarji tagħha. |
|
29. |
F’dan ir-rigward, diġà rrilevajt fil-punti 19 sa 21 iktar ’il fuq li, skont il-ġurisprudenza, sabiex tissodisfa l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li ssemmi speċifikament l-argumenti kollha mqajma mill-partijiet matul il-proċedura amministrattiva sa fejn il-motivazzjoni tkun tippermetti b’mod suffiċjenti lill-partijiet ikkonċernati li jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet għall-miżura meħuda u, b’mod partikolari fil-każ ta’ kumpannija parent miżmuma responsabbli għall-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja tagħha, li din tkun tinkludi espożizzjoni bbażata fuq iċ-ċirkustanzi tal-motivi ta’ natura li jiġġustifikaw l-imputabbiltà tal-ksur lil dik il-kumpannija. |
|
30. |
B’mod ġenerali, huwa ċertament ideali li l-Kummissjoni ssemmi b’mod strutturat u ddettaljat l-argumenti, u l-elementi ta’ fatt u ta’ liġi pprovduti mill-partijiet matul il-proċedura amministrattiva, b’mod partikolari dawk li jkunu ġew ipprovduti sabiex tintwera l-assenza ta’ influwenza determinanti tal-kumpannija parent fuq is-sussidjarja. Madankollu, f’każ bħal dak f’din il-kawża, fejn, għall-attribuzzjoni tar-responsabbiltà tal-ksur lill-kumpannija parent, il-Kummissjoni ma tkunx ibbażat b’mod esklużiv fuq il-preżunzjoni kapitalistika, iżda tkun ikkunsidrat espliċitament fatturi rilevanti oħrajn, jidhirli li hija tista’ teżamina u tevalwa l-argumenti u l-elementi mressqa globalment — kif hija għamlet f’din il-kawża — kemm-il darba l-motivazzjoni tal-att tkun tippermetti b’mod suffiċjenti lill-parti kkonċernata, jiġifieri l-kumpannija parent, li ssir taf ir-raġunijiet għad-deċiżjoni li finalment tiġi adottata, f’dan il-każ id-deċiżjoni li tiġi imputata lilha r-responsabbiltà għall-ksur. |
|
31. |
Barra minn hekk, nirrileva li l-kumpanniji tal-grupp Alstom ma spjegawx sa fejn il-motivazzjoni allegatament difettuża tad-deċiżjoni kkontestata żammithom milli jiddefendu b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali jew ipprekludew lil din tal-aħħar milli teżerċita l-istħarriġ tagħha. Għall-kuntrarju, l-eżami ddettaljat li sar mill-Qorti Ġenerali, fil-punti 93 sa 97 tas-sentenza appellata, tal-argumenti ta’ Alstom bil-għan li tiġi kkonfutata l-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti juri pjuttost li Alstom setgħet tiddefendi utilment id-drittijiet tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali u li din tal-aħħar kienet f’pożizzjoni li teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq id-deċiżjoni kkontestata ( 28 ). |
|
32. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena tal-fehma li l-Qorti Ġenerali ma interpretatx b’mod żbaljat il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni kif irrikonoxxut mill-ġurisprudenza u ma wettqet ebda żball ta’ liġi meta kkunsidrat li d-deċiżjoni kkontestata kienet immotivata b’mod suffiċjenti fir-rigward tal-attribuzzjoni tar-responsabbiltà lil Alstom fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-ksur għall-perijodu mis-7 ta’ Diċembru 1992 sat-8 ta’ Jannar 2004. Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-argumenti l-oħra mqajma mill-kumpanniji tal-grupp Alstom. |
|
33. |
Fir-rigward tas-sentenza Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, li għaliha jirreferu l-kumpanniji tal-grupp Alstom, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja annullat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali dwar ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, b’differenza mis-sitwazzjoni fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, il-kumpanniji tal-grupp Alstom ma kinux jinsabu, f’din il-kawża, ikkonfrontati bl-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni fejn hija, waqt li mmodifikat l-approċċ abitwali tagħha, ibbażat ruħha fuq l-unika preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata fuq is-sussidjarja mill-kumpannija parent sabiex iżżomm lil din tal-aħħar responsabbli għall-ksur. Huma b’hekk ma jistgħux jibbażaw ruħhom f’din il-kawża fuq is-soluzzjoni adottata fis-sentenza msemmija. |
|
34. |
Fir-rigward tal-ilment li l-Qorti Ġenerali, billi affermat fil-punt 95 tas-sentenza appellata li l-premessi 345 sa 347 tad-deċiżjoni kkontestata kienu jikkostitwixxu sinteżi tal-argumenti mressqa minn Alstom fil-punti 90 sa 150 tar-risposta tagħha għad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, kienet żnaturat id-deċiżjoni kkontestata, dan huwa fil-fehma tiegħi ineffettiv u fi kwalunkwe każ infondat. Huwa ineffettiv għaliex, anki jekk il-Qorti Ġenerali wettqet żball f’dan ir-rigward, dan b’ebda mod ma jħassar il-konstatazzjoni li tirriżulta mill-punti preċedenti li tgħid li l-Kummissjoni mmotivat b’mod suffiċjenti għall-finijiet tal-liġi l-imputazzjoni tar-responsabbiltà għall-ksur lil Alstom. Huwa infondat għaliex, kif diġà rrilevajt, fir-realtà l-Kummissjoni indirizzat is-sustanza tal-argumenti mqajma minn Alstom quddiemha ( 29 ). |
|
35. |
Fir-rigward tal-argument li jgħid li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq provi prodotti minn terz, ma teżisti ebda regola fid-dritt tal-Unjoni li tipprekludi lill-Kummissjoni milli tuża, naturalment b’rispett tad-drittijiet tad-difiża, tali provi sa fejn dawn ikunu rilevanti. Issa, jidhirli li huwa evidenti li, sa fejn hija xtrat mingħand Alstom is-sussidjarji li pparteċipaw fl-akkordju, Areva seta’ kellha informazzjoni rilevanti dwar il-funzjonament ta’ dawn is-sussidjarji matul il-perijodu qabel il-bejgħ. Barra minn hekk, il-kumpanniji tal-grupp Alstom ma jispeċifikawx liema provi huma jikkontestaw u lanqas ma jallegaw żnaturament ta’ dawn il-provi. |
|
36. |
Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandha fil-fehma tiegħi tiġi miċħuda. |
2. Fuq it-tieni parti tal-ewwel aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom
|
37. |
Fit-tieni parti tal-ewwel aggravju tagħhom, li tirreferi għall-punt 200 tas-sentenza appellata, il-kumpanniji tal-grupp Alstom jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli ddeċidiet li l-Kummissjoni setgħet ġustament ma tagħtix raġunijiet għalfejn żewġ kumpanniji li ma kinux jiffurmaw entità ekonomika fil-jum meta ġiet adottata deċiżjoni setgħu jiġu imposti multa in solidum. B’mod partikolari, huma jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli ma kkundannatx lill-Kummissjoni, fl-imsemmi punt 200, talli ma mmotivatx speċifikament il-fatt li hija imponiet fuq Alstom u Areva T&D SA (li saret Alstom Grid SAS) in solidum il-ħlas ta’ multa meta huma ma kinux għadhom jikkostitwixxu impriża waħda fil-mument meta ġiet adottata d-deċiżjoni. |
|
38. |
F’dan ir-rigward, jidhirli li, f’din il-kawża, il-Qorti Ġenerali setgħet, mingħajr ma’ twettaq żball ta’ liġi, ma tikkundannax lill-Kummissjoni talli ma mmotivatx b’mod speċifiku d-deċiżjoni li timponi multa in solidum fuq Alstom u Areva T&D SA għall-perijodu li matulu huma kienu jikkostitwixxu impriża waħda. |
|
39. |
Diġà rrilevajt, fil-punti 20 u 21 iktar ’il fuq, li skont il-ġurisprudenza, l-Artikolu 296 TFUE ma jeħtieġx li l-Kummissjoni tiddiskuti l-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi li jkunu ġew indirizzati matul il-proċedura amministrattiva ( 30 ). Min-naħa l-oħra, skont il-ġurisprudenza, deċiżjoni tal-Kummissjoni li ssegwi linja ta’ prassi deċiżjonali stabbilita, tista’ tiġi mmotivata fil-qosor, partikolarment b’riferiment għal dik il-prassi, min-naħa l-oħra, jekk tmur iktar lil hinn b’mod sinjifikattiv mid-deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa r-raġunament tagħha b’mod espliċitu ( 31 ). |
|
40. |
Issa, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu l-kumpanniji tal-grupp Alstom, l-impożizzjoni ta’ multa in solidum fuq is-sussidjarja li tkun ipparteċipat fil-ksur u kontra dik li qabel kienet il-kumpannija parent għall-perijodu tal-ksur li matulu ż-żewġ kumpanniji kienu jikkostitwixxu impriża waħda skont id-dritt tal-kompetizzjoni ma hijiex differenti mill-prattika preċedenti tal-Kummissjoni u ma ġietx ikkontestata fil-ġurisprudenza ( 32 ). |
|
41. |
Din il-prattika hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni li, sa fejn, matul ċertu perijodu, kumpanniji jkunu kkostitwixxew impriża għall-finijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni li tkun wettqet ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tista’ timponi fuqhom multa in solidum għall-ksur imwettaq matul dak il-perijodu ( 33 ). Bla ħsara għall-premessi li ser nesponi fil-punti 155 et seq, fil-kuntest tal-analiżi tar-raba’ aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom, ser nirrileva li l-fatt li, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-imsemmija kumpanniji ma kinux għadhom jikkostitwixxu iktar entità ekonomika unitarja, ma huwiex ċirkustanza li tipprekludi, waħedha ( 34 ), li tiġi imposta multa in solidum fuqhom bħala suġġetti li jistgħu jitqiesu responsabbli konġuntament għall-aġir tal-impriża li minnha kienu jagħmlu parti ( 35 ). |
|
42. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li mmotivat b’mod suffiċjenti għall-finijiet tal-liġi, kif jirriżulta mill-analiżi tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, id-deċiżjoni li tattribwixxi lill-kumpannija parent ir-responsabbiltà għall-ksur, jidhirli li f’din il-kawża l-Kummissjoni ma tistax tiġi kkundannata talli ma pprovditx motivazzjoni speċifika għall-kundanna għall-ħlas in solidum tal-multa tagħha mas-sussidjarja tagħha li pparteċipat direttament fl-akkordju, minkejja l-fatt li l-kumpanniji kkonċernati ma kinux għadhom jikkostitwixxu entità ekonomika unitarja fil-mument meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata ( 36 ). |
|
43. |
Fil-fehma tiegħi, minn dan isegwi li t-tieni parti tal-ewwel aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom u, għaldaqstant, l-imsemmi l-ewwel aggravju fit-totalità tiegħu, għandhom jiġu miċħuda. |
B – Fuq it-tieni aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom, ibbażat fuq il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha kif ukoll tal-Artikolu 263 TFUE u fuq l-ewwel aggravju ta’ Areva, ibbażat fuq il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha kif ukoll fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża
|
44. |
Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, li huwa maqsum f’erba’ partijiet, il-kumpanniji tal-grupp Alstom isostnu li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu li timmotiva s-sentenza tagħha li jirriżulta mill-Artikoli 36 u 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 263 TFUE. B’mod iktar partikolari, permezz tal-ewwel tliet partijiet tat-tieni aggravju tagħhom, il-kumpanniji tal-grupp Alstom isostnu li l-Qorti Ġenerali kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni kif ukoll l-Artikolu 263 TFUE inkwantu f’diversi okkażjonijiet hija ssostitwiet ir-raġunament tal-Kummissjoni b’tagħha stess billi żiedet a posteriori mad-deċiżjoni kkontestata motivi li ma kinux jinsabu f’dak ir-raġunament. L-ewwel u t-tieni parti jirrigwardaw il-motivazzjoni tas-sentenza appellata fir-rigward tal-attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-ksur, rispettivament, lil Alstom u lil T&D Holding SA (li kienet Areva T&D Holding SA) bħala kumpanniji parent. It-tielet parti tirrigwarda r-raġunament żviluppat mill-Qorti Ġenerali fil-punti 214 sa 216 tas-sentenza appellata dwar il-kontribuzzjoni f’partijiet indaqs ugwali għall-ħlas ta’ multa in solidum. Dik il-parti hija marbuta mill-qrib mal-kwistjonijiet diskussi fil-kuntest tar-raba’ aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom u b’hekk ser tiġi analizzata konġuntament ma’ dik fil-punti 155 et seq. Fir-raba’ parti tat-tieni aggravju tagħhom, il-kumpanniji tal-grupp Alstom jikkontestaw il-motivazzjoni tas-sentenza appellata inkwantu l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-kumpanniji li ma jiffurmawx unità ekonomika fil-jum tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata jistgħu jiġu imposti multa in solidum. |
|
45. |
Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, Areva tallega ksur min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-drittijiet tad-difiża fil-kuntest tal-analiżi tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti fuq l-ex sussidjarji tagħha matul il-perijodu bejn id-9 ta’ Jannar u l-11 ta’ Mejju 2004. |
|
46. |
Inkwantu, fil-kuntest ta’ dawn l-aggravji, l-appellanti jqajmu l-ksur min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, jidhirli li huwa neċessarju fuq bażi preliminari li titfakkar il-portata ta’ dan l-obbligu kif imfassla mill-ġurisprudenza, billi jsir riferiment b’mod partikolari għal-limiti imposti fuq il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità f’relazzjoni mal-portata tal-motivazzjoni li tinsab fl-att ikkontestat. |
1. Fuq il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali u fuq il-projbizzjoni li tiġi ssostitwita l-motivazzjoni tal-att ikkontestat
|
47. |
L-obbligu tal-Qorti Ġenerali li timmotiva s-sentenzi tagħha jirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
48. |
Skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni ta’ sentenza għandha tiżvela b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-Qorti Ġenerali, sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet għad-deċiżjoni meħuda u l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha ( 37 ). |
|
49. |
L‑obbligu ta’ motivazzjoni madankollu ma jobbligax lill‑Qorti Ġenerali li tipprovdi espożizzjoni li ssegwi, b’mod eżawrjenti u wieħed wieħed, ir‑raġunamenti kollha mqajma mill‑partijiet fil‑kawża. Il‑motivazzjoni tista’ għalhekk tkun impliċita bil‑kundizzjoni li tkun tippermetti lill‑partijiet ikkonċernati li jkunu jafu r‑raġunijiet għalfejn il‑Qorti Ġenerali ma laqgħatx l‑argumenti tagħhom u lill‑Qorti tal‑Ġustizzja li jkollha elementi biżżejjed sabiex teżerċita l‑istħarriġ tagħha ( 38 ). |
|
50. |
Sussegwentement, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali ma jistgħux, fi kwalunkwe każ, jissostitwixxu l-motivazzjoni tal-awtur tal-att ikkontestat b’tagħhom stess ( 39 ). Dan ifisser li l-qorti tal-Unjoni ma tistax tipprovdi att legali tal-Unjoni bbażat fuq motivi ineżatti jew illegali, jew insuffiċjenti, b’motivi kompletament differenti imbagħad tipproċedi biex tilqagħhom. Fil-fatt, barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni sħiħa (Artikolu 261 TUE), il-qorti tal-Unjoni ma tistax tirriforma l-att ikkontestat iżda għandha tiddikjarah null jekk u sa fejn ir-rikors għal annullament huwa fondat (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE ( 40 )). |
|
51. |
Madankollu xejn ma jipprojbixxi lill-qorti tal-Unjoni milli teżamina b’mod intensiv il-motivi u l-argumenti mqajma mir-rikorrenti sabiex tivverifika l-fondatezza tagħhom u tikkunsidrahom fid-dettall ( 41 ). Min-naħa l-oħra, jirriżulta mill-ġurisprudenza li anki jekk, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, il-Qorti Ġenerali tista’ tasal tinterpreta l-motivazzjoni tal-att ikkontestat b’mod differenti mill-awtur tiegħu, jekk mhux ukoll, f’ċerti ċirkustanzi, li tiċħad il-motivazzjoni formali indikati minnu, meta dan ikun iġġustifikat minn element materjali ( 42 ). |
|
52. |
B’hekk huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji espressi fil-ġurisprudenza li hemm lok, fil-fehma tiegħi, li jiġi evalwat jekk il-Qorti Ġenerali ssostitwietx b’mod illegali l-motivazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata bil-motivazzjoni tagħha stess. Għal dak il-għan, għandu jiġi evalwat jekk, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali llimitatx ruħha li teżamina, anki b’mod iddettaljat, il-motivi u l-argumenti mqajma mill-appellanti quddiemha sabiex tivverifika l-fondatezza tagħhom jew jekk, għall-kuntrarju, hija żiditx motivi totalment differenti mad-deċiżjoni sabiex tissostanzjaha. |
|
53. |
F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li, kif jaffermaw il-kumpanniji tal-grupp Alstom, il-kontenzjuż Ewropew dwar l-istħarriġ tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet huwa “proċess dwar att” b’mod li, kif diġà ssemma, ma huwiex possibbli li jiżdiedu motivi ġodda u differenti għal dak l-att sabiex jiġi “salvat”, u dan ma jneħħi xejn mill-fatt li, sabiex teżerċita bis-sħiħ l-istħarriġ tagħha tal-legalità, il-qorti tal-Unjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tirrispondi bis-sħiħ għall-argumenti mqajma mir-rikorrenti quddiemha. Għal dan il-għan, dik il-qorti ma tistax tissejjaħ biex tanalizza argumenti jew provi mressqa matul il-proċedura amministrattiva, lanqas b’mod iktar iddettaljat minn dak li jinsab fl-att ikkontestat ( 43 ). Effettivament, kemm-il darba l-motivazzjoni tal-att tkun suffiċjenti fiha nfisha u mhux ivvizzjata bi żball, xejn ma jipprekludi lill-Qorti Ġenerali milli tipprovdi motivazzjoni li tkun tinkludi, b’risposta għall-argumenti mressqa quddiemha mill-partijiet fil-kawża, analiżi jew raġunament fir-rigward tal-argumenti jew il-provi ppreżentati quddiem il-Kummissjoni li tkun iktar żviluppata minn dik li tinsab fl-att ikkontestat. |
2. Fuq l-ewwel parti tat-tieni aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom
|
54. |
Permezz tal-ewwel parti tat-tieni aggravju tagħhom, li jirrigwarda l-punti 101 sa 110 tas-sentenza appellata, il-kumpanniji tal-grupp Alstom jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli ssostitwiet ir-raġunament tal-Kummissjoni b’tagħha stess u talli introduċiet motivi sostantivi li jservu bħala bażi a posteriori għad-deċiżjoni fir-rigward tal-eżami tal-elementi intiżi biex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni ta’ eżerċizzju ta’ influwenza determinanti minn Alstom fuq is-sussidjarji tagħha matul il-perijodu mis-7 ta’ Diċembru 1992 sat-8 ta’ Jannar 2004. B’mod partikolari, il-punti 102 sa 110 tas-sentenza appellata jinkludu analiżi ta’ wħud mill-argumenti żviluppati minn Alstom fil-punti 90 sa 150 tar-risposta tagħha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Il-Qorti Ġenerali ħadet pożizzjoni fuq dawn l-elementi u evalwathom, waqt li dawk l-evalwazzjonijiet ma jinsabux fid-deċiżjoni kkontestata u b’hekk kienu ġew miżjuda mat-test ta’ dik id-deċiżjoni. |
|
55. |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, diġà rrilevajt fil-kuntest tal-analiżi tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju ( 44 ) mqajjem mill-kumpanniji tal-grupp Alstom li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball meta ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet ipprovdiet motivazzjoni suffiċjenti fid-deċiżjoni kkontestata meta kkunsidrat lil Alstom responsabbli għall-ksur imwettaq matul il-perijodu mis-7 ta’ Diċembru 1992 sat-8 ta’ Jannar 2004. |
|
56. |
F’dan il-kuntest, is-sentenza appellata ma żiditx mad-deċiżjoni kkontestata motivi totalment differenti minn dawk li fuqhom il-Kummissjoni bbażat biex tasal sabiex iżżomm lil Alstom responsabbli. Effettivament, il-motivazzjoni tas-sentenza appellata hija fuq l-istess binarji bħall-motivi tad-deċiżjoni kkontestata. Ċertament, b’risposta għall-argumenti mqajma minn Alstom quddiemha, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 102 sa 109 tas-sentenza appellata, ipproċediet għal analiżi ferm preċiża ta’ sensiela ta’ dokumenti li Alstom kienet ipprovdiet matul il-proċedura amministrattiva. Analiżi ta’ tali livell ta’ dettall ma tinsabx fid-deċiżjoni kkontestata. Madankollu dan ma jfissirx li l-Qorti Ġenerali għamlet sostituzzjoni illegali tal-motivi. |
|
57. |
Effettivament, b’mod konformi ma’ dak li diġà indikajt qabel fil-punt 53, jidhirli li inkwantu l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, fir-rigward tal-imputazzjoni lil Alstom tal-ksur imwettaq matul il-perijodu inkwistjoni, hija fiha nfisha suffiċjenti u mhux ivvizzjata bi żball, xejn ma jipprekludi lill-Qorti Ġenerali, sabiex twieġeb għall-argumenti mressqa quddiemha minn Alstom, milli twettaq analiżi ddettaljata tal-argumenti u tal-provi mressqa quddiem il-Kummissjoni li tkun iktar żviluppata minn dik li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata. Għall-kuntrarju, tali approċċ jidhirli li huwa prova ta’ diliġenza min-naħa tal-Qorti Ġenerali fl-analiżi tal-argumenti mressqa minn Alstom quddiemha. |
|
58. |
Jirriżulta minn dawn il-kunsiderazzjonijiet li l-ewwel parti tat-tieni aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom għandha tiġi miċħuda. |
3. Fuq l-ewwel aggravju ta’ Areva u fuq it-tieni parti tat-tieni aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom
a) L-argumenti tal-partijiet
|
59. |
Fil-kuntest tal-ewwel aggravju tagħha, li jirrigwarda l-punti 144 sa 152 tas-sentenza appellata, Areva tallega ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-drittijiet tad-difiża min-naħa tal-Qorti Ġenerali. Areva ssostni li, fil-punt 150 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ssostitwixxiet ir-raġunament tal-Kummissjoni b’tagħha stess billi żiedet a posteriori mad-deċiżjoni kkontestata żewġ elementi ġodda biex tiċħad l-allegazzjonijiet li jgħidu li għall-perijodu bejn id-9 ta’ Jannar 2004 u l-11 ta’ Mejju 2004, Areva u Areva T&D Holding SA ma kellhomx esperjenza suffiċjenti dwar is-settur T&D sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw effettivament influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarji tagħhom. Areva tikkontesta, minn naħa waħda, l-affermazzjoni li hija setgħet takkwista għarfien tas-settur T&D bejn il-konklużjoni tal-ftehim ta’ trasferiment tas-sussidjarji T&D ta’ Alstom f’Settembru 2003 u t-trasferiment effettiv ta’ dawn is-sussidjarji fit-8 ta’ Jannar 2004 u, min-naħa l-oħra, l-affermazzjoni li ma kienx eskluż li r-reklutaġġ ta’ direttur ġdid għal dawn is-sussidjarji barra minn grupp ippermetta lil Areva li tikseb ħila esperta fis-settur T&D. |
|
60. |
Issa, fl-ewwel lok, dawk iż-żewġ elementi ma ġewx ippreżentati qabel mill-Kummissjoni u b’hekk jikkostitwixxu żieda jew sostituzzjoni min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-motivi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata. Fit-tieni lok, l-argumenti tal-Qorti Ġenerali ma jippermettux li jinftiehmu r-raġunijiet għalfejn hija ma laqgħetx l-argumenti ta’ Areva u s-sentenza appellata b’hekk hija vvizzjata b’difettt ta’ motivazzjoni. Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali kisret ukoll id-drittijiet tad-difiża ta’ Areva. Minn naħa waħda, billi bbażat fuq elementi li fir-realtà jikkostitwixxu suppożizzjonijiet, hija wasslet biex il-preżunzjoni kapitalistika ssir inkonfutabbli u imponiet fuq Areva probatio diabolica fil-kuntest tal-prova tal-assenza ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti min-naħa tagħha fuq l-ex sussidjarji tagħha billi eżiġiet li hija tipproduċi prova negattiva fl-assenza ta’ interferenza fl-aġir tagħhom. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ma tatx lil Areva l-possibbiltà li tagħmel dikjarazzjoni dwar l-elementi l-ġodda msemmija hawn fuq miżjuda mad-deċiżjoni kkontestata. |
|
61. |
Fir-replika tagħha, Areva ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi inkwantu ma kkundannatx lill-Kummissjoni talli naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha fil-kuntest tal-analiżi tal-eżerċizzju effettiv minn Areva ta’ influwenza determinanti fuq l-ex sussidjarji tagħha. Hija ssostni b’mod partikolari li l-Kummissjoni baqgħet siekta dwar ċerti argumenti mqajma minnha u ma ħaditx pożizzjoni ssostanzjata dwar argumenti oħrajn li hija invokat. |
|
62. |
Fil-kuntest tat-tieni parti tat-tieni aggravju tagħhom, il-kumpanniji tal-grupp Alstom, u b’mod partikolari T&D Holding SA, essenzjalment iqajmu l-istess ilment bħal dak ta’ Areva bbażat fuq il-ksur min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha. B’hekk, il-Qorti Ġenerali ma hijiex limitata li tiddeċiedi dwar il-punti li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-kisba ta’ għarfien min-naħa ta’ T&D Holding SA tas-settur T&D, iżda żiedet żewġ elementi ġodda, jiġifieri dawk imsemmija minn Areva u indikati fil-punt 59 iktar ’il fuq. Dawn iż-żewġ elementi ma ġewx diskussi matul il-proċedura amministrattiva b’mod li l-Qorti Ġenerali mmodifikat u ssupplimentat il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata billi għamlet sostituzzjoni tal-motivi illegali. |
|
63. |
Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-argumenti. B’mod partikolari, hija targumenta li l-ilment ta’ Areva bbażat fuq difett ta’ motivazzjoni huwa inammissibbli, għaliex Areva fir-realtà kienet qiegħda tikkontesta mhux il-motivazzjoni tas-sentenza, iżda l-evalwazzjoni tal-provi li saret mill-Qorti Ġenerali, li hija inammissibbli fl-appell. |
b) Analiżi
|
64. |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi vverifikat, fid-dawl tal-kriterji indikati fil-punti 47 sa 53 iktar ’il fuq, jekk, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali għamlitx sostituzzjoni tal-motivi kif jargumentaw kemm Areva kif ukoll il-kumpanniji tal-grupp Alstom. L-argumenti tagħhom jirrigwardaw b’mod partikolari żewġ elementi — imsemmija fil-punt 59 iktar ’il fuq — li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 150 tas-sentenza appellata, allegatament żiedet mal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ( 45 ). Għal dak il-għan, jidhirli li huwa neċessarju li nibda b’analiżi ddettaljata tas-sentenza appellata. |
|
65. |
Fil-punti 144 sa 152 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-aggravju ta’ Areva u ta’ T&D Holding li jallega li l-Kummissjoni kisret ir-regoli dwar l-imputazzjoni tal-ksur inkwantu hija żammithom responsabbli għall-ksur għall-perijodu mid-9 ta’ Jannar sal-11 ta’ Mejju 2004, bħala kumpanniji parent b’100 % ta’ Areva T&D SA u ta’ Areva T&D AG. Areva u T&D Holding sostnew li l-elementi li huma ppreżentaw matul il-proċedura amministrattiva kienu ta’ valur probatorju suffiċjenti biex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni ta’ responsabbiltà li tirriżulta miż-żamma tal-kapital kollu tas-sussidjarji mill-kumpanniji parent tagħhom. |
|
66. |
Sabiex jiġi miċħud dan l-aggravju, il-Qorti Ġenerali, fis-sentenza appellata, fl-ewwel lok analizzat id-deċiżjoni kkontestata u fakkret il-prinċipji ġudizzjarji rilevanti (punti 144 u 145). Sussegwentement, hija kkunsidrat li l-oneru kien jaqa’ fuq Areva u T&D Holding biex jikkonfutaw il-preżunzjoni msemmija hawn fuq ta’ responsabbiltà (punt 146) u li, għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk l-elementi fattwali mressqa matul il-proċedura amministrattiva, li kienu ġew invokati mill-ġdid quddiemha, kinux ta’ valur probatorju suffiċjenti biex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni ta’ responsabbiltà (punt 147). Il-Qorti Ġenerali b’hekk fakkret l-argumenti mressqa minn Areva u T&D Holding matul il-proċedura amministrattiva u, b’mod partikolari, l-argumenti dwar in-nuqqas ta’ esperjenza fis-settur T&D (punt 148), sabiex finalment tikkonkludi, fil-punt 149, għar-raġunijiet imsemmija fil-punt 150, li dawk l-elementi, meħuda individwalment, jew fit-totalità tagħhom ma kinux ta’ natura li juru li s-sussidjarji kienu jiddeterminaw il-linja ta’ azzjoni tagħhom fis-suq b’mod realment awtonomu meta pparagunati ma’ Areva u T&D Holding u li, għaldaqstant, il-Kummissjoni ma kinitx ivvizzjat id-deċiżjoni kkontestata bi żball ta’ evalwazzjoni meta ċaħdet dawk l-elementi bħala mhux ta’ valur probatorju. |
|
67. |
B’mod iktar preċiż, sabiex tasal għal dik il-konklużjoni, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 150 tas-sentenza appellata, ibbażat ruħha minn naħa waħda, fuq il-konstatazzjoni li l-allegazzjonijiet ta’ Areva u ta’ T&D Holding — li kienu jsostnu li huma ma kellhomx biżżejjed esperjenza biex jeżerċitaw effettivament influwenza determinanti fuq is-sussidjarji tagħhom — ma kinux issostanzjati u, min-naħa l-oħra, fuq il-kunsiderazzjoni li ma setax jiġi inferit minn dawn l-allegazzjonijiet li ż-żewġ kumpanniji parent kienu rrinunzjaw neċessarjament milli jeżerċitaw dik l-influwenza. Dawn l-evalwazzjonijiet ma humiex ikkontestati fl-argumenti tal-partijiet. |
|
68. |
Huwa f’dan il-kuntest u, b’mod partikolari, sabiex jissaħħaħ l-argument tagħha li l-Qorti Ġenerali invokat l-ewwel argument imsemmi minn Areva u T&D Holding billi affermat li ma kienx eskluż li huma setgħu jakkwistaw, jew ta’ mill-inqas jiżviluppaw, l-għarfien tagħhom tas-settur T&D waqt li kienu pendenti n-negozjati miftuħa għat-trasferiment tal-attività T&D ta’ Alstom. Din il-kunsiderazzjoni supplimentari, li saret mill-Qorti Ġenerali fuq il-bażi ta’ informazzjoni li tinsab fil-fajl ( 46 ) u esklużivament sabiex tirrispondi għall-argument imqajjem quddiemha minn Areva u T&D Holding, jidhirli li hija barra minn hekk għalkollox raġonevoli. Effettivament, huwa evidenti li grupp bħal Areva ma jwettaqx tranżazzjoni ta’ tali dimensjoni u importanza mingħajr ma jkun kiseb informazzjoni ferm preċiża dwar is-settur inkwistjoni sabiex jevalwa r-riskji ta’ tali tranżazzjoni. |
|
69. |
Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali invokat it-tieni argument imsemmi minn Areva u T&D Holding, jiġifieri l-kwistjoni, diġà indirizzata fil-premessa 370 tad-deċiżjoni kkontestata, dwar il-ħatra tal-membru ġdid tal-bord tad-diretturi ta’ Areva, li nħatar ukoll bħala CEO ta’ Areva T&D Holding, kif ukoll President tad-diviżjoni T&D u membru tal-kumitat eżekuttiv ta’ Areva. Fid-dawl ta’ din il-ħatra, li saret, kif jirriżulta mill-premessa 370 tad-deċiżjoni kkontestata, għaxart ijiem wara t-tranżazzjoni ta’ xiri min-naħa ta’ Areva, il-Qorti Ġenerali, b’mod konformi mal-imsemmija premessa tad-deċiżjoni kkontestata, ikkunsidrat fil-punt 150 tas-sentenza appellata li “Filwaqt li ma jurix l-awtonomija [tas-sussidjarji] fi ħdan il-grupp Areva, ir-reklutaġġ estern ta’ dan il-mexxej ġdid jikkonferma, bil-kontra, li fil-bidu tal-perijodu kkonċernat, Areva u Areva T&D Holding kellhom organizzazzjoni li kienet tippermettilhom jeżerċitaw kontroll effettiv fuq is-sussidjarji tagħhom, 100 % proprjetà tagħhom, attivi fis-settur tat-T&D u li jinfluwenzaw, b’mod determinanti, l-aġir tagħhom fis-suq”. Is-sentenza msemmija minn Areva u T&D Holding dwar il-fatt li ma kienx eskluż li l-imsemmi “reklutaġġ estern ippermetta lil Areva u lil Areva T&D Holding jiksbu l-esperjenza li kienet nieqsa lilhom fis-settur ikkonċernat” tikkostitwixxi biss frażi intiża biex issaħħaħ iċ-ċaħda tal-argument dwar l-assenza ta’ esperjenza fis-settur T&D. Fil-fehma tiegħi, dik il-frażi ma tistax titqies li hija element essenzjali għall-bażi tal-motivazzjoni tas-sentenza appellata. |
|
70. |
Jirriżulta minn dik l-analiżi ssostanzjata tas-sentenza appellata li, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu Areva u l-kumpanniji tal-grupp Alstom, meta eżaminat fil-punti 144 sa 152 tas-sentenza appellata, l-elementi relatati mal-allegata awtonomija tas-sussidjarji invokati quddiem il-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar sempliċement wieġbet b’mod iddettaljat għall-argumenti mqajma quddiemha u b’hekk eżerċitat l-istħarriġ tagħha tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma ssostitwiet il-motivazzjoni adottata mill-Kummissjoni b’tagħha stess f’din id-deċiżjoni ( 47 ). L-ilment ibbażat fuq is-sostituzzjoni illegali tal-motiv b’hekk għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi miċħud. |
|
71. |
Areva tallega wkoll ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni minħabba li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali dwar iż-żewġ elementi ġodda allegatament miżjuda mad-deċiżjoni kkontestata ma jippermettilhiex li tifhem kif dawk l-elementi jistgħu jiġġustifikaw il-konstatazzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti. |
|
72. |
F’dan ir-rigward, u mingħajr ma huwa neċessarju li tittieħed deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ ċerti argumenti ta’ Areva mqajma mill-Kummissjoni, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat fil-fehma tiegħi li jirriżulta mill-analiżi tal-punti 144 sa 152 tas-sentenza appellata li għadni kif għamilt fil-punti 65 sa 69 iktar ’il fuq li ż-żewġ elementi msemmija minn Areva ma jikkostitwixxux elementi ġodda mressqa mill-Qorti Ġenerali abbażi tad-deċiżjoni kkontestata, iżda jikkostitwixxu sempliċement raġunament supplimentari bi tweġiba għall-argument imressaq minn Areva kemm quddiem il-Kummissjoni kif ukoll quddiem il-Qorti Ġenerali, fejn Areva ma kinitx f’pożizzjoni li teżerċita effettivament influwenza determinanti fuq is-sussidjarji tagħha minħabba l-assenza ta’ esperjenza tagħha fis-settur T&D. Dawk l-argumenti b’hekk ma jservux bħala bażi għall-konstatazzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti kif tallega Areva. |
|
73. |
Areva tallega wkoll li dan jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha. Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-ilment li jallega li hija ma kellhiex il-possibbiltà li tieħu pożizzjoni dwar iż-żewġ argumenti allegatament ġodda inkwistjoni, għandu jiġi rrilevat li, inkwantu dawn jikkostitwixxu biss argumenti li jikkumplimentaw ir-raġunament żviluppat fis-sentenza appellata bħala tweġiba għall-argumenti mqajma minn Areva nfisha, hija ma tistax targumenta li l-Qorti Ġenerali kellha neċessarjament tagħti l-okkażjoni li tittieħed pożizzjoni f’dan ir-rigward. |
|
74. |
Fit-tieni lok, rigward l-ilment ta’ Areva bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha billi imponietilha probatio diabolica, diġà kelli l-okkażjoni li nosserva li, meta titqies in-natura tal-preżunzjoni, li tippermetti, permezz ta’ deduzzjoni loġika, li tiġi dedotta l-prova ta’ fatt injorat bħala fatt magħruf, jidhirli li huwa loġiku li l-persuna li kontriha hija topera, fil-prinċipju, għandha tipproduċi l-prova negattiva tal-fatt preżunt. L-unika ċirkustanza meta tintalab tali prova ma tippermettix li nikkonkludi, kif tagħmel ir-rikorrenti, li din il-preżunzjoni hija inkonfutabbli, b’mod partikolari meta, bħal fil-każ tagħna, din il-prova għandha tkun imfittxija fil-kuntest tal-persuna li kontriha taħdem il-preżunzjoni ( 48 ). Minn dan isegwi li Areva ma tistax tallega ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha inkwantu l-Qorti Ġenerali eżiġiet li hija tipproduċi prova tal-assenza ta’ influwenza determinanti fuq is-sussidjarji tagħha. |
|
75. |
Fit-tielet lok, fir-rigward tal-kritika mqajma minn Areva fir-replika tagħha u msemmija fil-punt 61 iktar ’il fuq, għandu jitfakkar li mill-Artikoli 42(2) u 118 tar-Regoli tal-Proċedura ( 49 ) jirriżulta li ebda motiv ġdid ma jista’ jiġi ppreżentat matul l-istanza, sakemm dan il-motiv ma jkunx ibbażat fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt li joħorġu matul il-proċedura. Issa, għandu jiġi kkonstatat li kien biss fl-istadju tar-replika li Areva qajmet dan l-aggravju ( 50 ) u li dan ma huwiex ibbażat fuq elementi li ħarġu wara li ġie ppreżentat l-appell ( 51 ). Motiv ġdid bħal dan imqajjem għall-ewwel darba matul din il-kawża fil-fehma tiegħi huwa manifestament tardiv u b’hekk inammissibbli ( 52 ). |
|
76. |
Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, jiena tal-fehma li l-ewwel aggravju ta’ Areva u t-tieni parti tat-tieni aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom għandhom jiġu miċħuda. |
4. Fuq ir-raba’ parti tat-tieni aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom
|
77. |
Fir-raba’ parti tat-tieni aggravju tagħhom, il-kumpanniji tal-grupp Alstom jallegaw nuqqas ta’ motivazzjoni fis-sentenza appellata inkwantu l-punt 206 tagħha ma tippermettix li jsir magħruf, minn naħa waħda, għalfejn il-Kummissjoni setgħet, mingħajr ma timmotiva d-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rigward, timponi multi kontra persuni li ma kinux għadhom jikkostitwixxu unità ekonomika fil-mument meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata u, min-naħa l-oħra, għalfejn il-ġurisprudenza li huma kienu ċċitaw ma kinitx rilevanti. |
|
78. |
F’dan ir-rigward, diġà semmejt fil-kuntest tal-analiżi tat-tieni parti tal-ewwel aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom, fil-punti 40 sa 42 iktar ’il fuq, ir-raġunijiet għalfejn jidhirli li l-Kummissjoni ma għandhiex tiġi kkundannata f’din il-kawża talli ma pprovditx motivazzjoni speċifika relatata mal-kundanna in solidum għall-ħlas tal-multa tal-kumpannija parent flimkien mas-sussidjarja tagħha li pparteċipat direttament fl-akkordju, minkejja li huma ma kinux għadhom jikkostitwixxu unità ekonomika fil-mument meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata. |
|
79. |
Issa, fil-punt 206 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali spjegat sew li l-Kummissjoni setgħet timponi multa in solidum fuq kumpanniji li, sal-jum meta ġiet adottata d-deċiżjoni, ma kinux għadhom jappartjenu għall-istess grupp waqt li r-responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa kien ikopri biss il-perijodu tal-ksur li matulu l-kumpanniji kienu jiffurmaw unità ekonomika u b’hekk kienu jikkostitwixxu impriża fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni. Il-Qorti Ġenerali ddikjarat ukoll li ma jirriżultax mill-ġurisprudenza — u dan indipendentement miċ-ċirkustanza jekk dik il-ġurisprudenza ġietx iċċitata jew le mill-partijiet — li tista’ tiġi imposta multa in solidum biss kontra kumpanniji li jiffurmaw unità ekonomika fil-jum meta tiġi adottata d-deċiżjoni li timponi l-multa. |
|
80. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma tista’ tiġi kkritikata b’ebda ksur tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni, b’mod li r-raba’ parti tat-tieni aggravju għandha, fil-fehma tiegħi, tiġi miċħuda wkoll. |
|
81. |
Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha li, fil-fehma tiegħi, ħlief fir-rigward tat-tielet parti tat-tieni aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom, li, kif indikajt, ser tiġi analizzata iktar ’il quddiem, dan l-aggravju kif ukoll l-ewwel aggravju ta’ Areva għandhom jiġu miċħuda. |
C – Fuq it-tielet aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 101 TFUE, b’mod partikolari, tar-regoli dwar l-imputabbiltà tal-ksur, kif ukoll tal-prinċipji tad-dritt għal smigħ xieraq u l-preżunzjoni tal-innoċenza
|
82. |
Fil-kuntest tat-tielet aggravju tagħhom, li huwa maqsum f’żewġ partijiet, il-kumpanniji tal-grupp Alstom jallegaw ksur tal-Artikolu 101 TFUE u, b’mod partikolari, tar-regoli dwar l-imputabbiltà lil kumpannija parent tal-prattiki tal-kumpannija sussidjarja tagħha, kif ukoll tal-prinċipji tad-dritt għal smigħ xieraq u tal-preżunzjoni tal-innoċenza kkristalizzati fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u ggarantiti mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. |
1. Fuq l-ewwel parti, dwar l-impożizzjoni ta’ probatio diabolica fir-rigward ta’ Alstom
|
83. |
Fil-kuntest tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, li tirrigwarda l-punti 84 sa 110 tas-sentenza appellata, il-kumpanniji tal-grupp Alstom, waqt li ppruvaw jibbażaw fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-imputazzjoni lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha u b’mod partikolari l-preżunzjoni kapitalistika, isostnu li l-Qorti Ġenerali applikat dik il-preżunzjoni b’mod li tatha natura inkonfutabbli billi obbligat lill-kumpannija parent li tistabbilixxi probatio diabolica sabiex din il-preżunzjoni tiġi kkonfutata. Effettivament, hija ssostni li l-Qorti Ġenerali, billi fil-punt 110 tas-sentenza appellata rabtet l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti mas-sempliċi eżistenza ta’ rabtiet organizzattivi, ekonomiċi u legali bejn il-kumpannija parent u waħda mis-sussidjarji tagħha u mhux ma’ fatti preċiżi marbuta magħha jew ma’ xi aġir reali partikolari fis-suq inkwistjoni, marret lil hinn mil-limiti ta’ raġonevolezza billi ttrasformat il-preżunzjoni kapitalistika f’waħda inkonfutabbli u billi b’hekk imponiet probatio diabolica. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni ma tistax tillimita ruħha li tirreferi għal rabtiet inerenti għall-eżistenza ta’ grupp, iżda għandha tikkonstata l-interferenza reali tal-kumpannija parent fis-suq ikkonċernat. Għandha tinġieb prova tal-influwenza determinanti f’dak is-suq u għall-prattika inkwistjoni. F’dan ir-rigward, huwa neċessarju li jintwera li r-rabtiet strutturali ntużaw, b’mod konkret, biex jiġi influwenzat l-aġir tas-sussidjarja fis-suq. Id-drittijiet għal smigħ xieraq u l-preżunzjoni tal-innoċenza huma affettwati b’mod serju minn tali applikazzjoni tal-preżunzjoni kapitalistika. |
|
84. |
Din il-parti tat-tielet aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom hija bbażata, fil-fehma tiegħi, fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. |
|
85. |
Effettivament, jirriżulta mill-punt 103 tas-sentenza appellata li l-Qorti Ġenerali kkonstatat li d-dokumenti prodotti minn Alstom matul il-proċedura amministrattiva juru li “it-tmexxija tal-grupp Alstom, imqiegħda taħt ir-responsabbiltà ta’ Alstom, kienet tipparteċipa għad-definizzjoni tal-inizjattiva fis-suq fir-rigward tas-‘settur T&D’ tal-grupp Alstom u tal-oqsma ta’ attività differenti tagħha, u li hija kienet tikkontrolla b’mod permanenti l-applikazzjoni ta’ din l-inizjattiva minn dan is-settur u l-oqsma ta’ attivitajiet differenti tiegħu”. |
|
86. |
Il-kumpanniji tal-grupp Alstom b’hekk ma jistgħux isostnu li l-Qorti Ġenerali “ikkuntentat ruħha” li tqis biss ir-rabtiet organizzazzjonali, ekonomiċi u legali u li ma kkunsidratx l-interferenza reali tal-kumpannija parent fis-suq ikkonċernat biex tiddeduċi l-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti tal-kumpannija parent fuq is-sussidjarji inkwistjoni. |
|
87. |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat ukoll li, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rabtiet organizzattivi, ekonomiċi u legali bejn il-kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha għandhom rwol ċentrali fid-determinazzjoni tal-awtonomija tas-sussidjarja fil-konfront tal-kumpannija parent u għall-kwistjoni jekk il-kumpannija parent ipproduċietx provi suffiċjenti biex tikkonfuta l-preżunzjoni kapitalistika ( 53 ). |
|
88. |
Issa, għalkemm huwa ċar li l-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti jirreferi għall-aġir tas-sussidjarja fis-suq ikkonċernat bil-ksur, min-naħa l-oħra ma jirriżultax mill-ġurisprudenza li l-Kummissjoni hija obbligata li turi, kif jallegaw il-kumpanniji tal-grupp Alstom, li r-rabtiet strutturali ntużaw konkretament sabiex jiġi influwenzat dak l-aġir sabiex il-kumpannija parent tkun tista’ tinżamm responsabbli għall-aġir tas-sussidjarja tagħha, fuq il-bażi tal-preżunzjoni kapitalistika. Ir-rikonoxximent ta’ tali obbligu effettivament iwassal biex tintilef l-utilità tal-preżunzjoni. Hija pjuttost il-kumpannija parent li għandha l-oneru li turi li, minkejja rabtiet organizzattivi, ekonomiċi u legali bejnha u s-sussidjarja tagħha, hija ddeterminat b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq. |
|
89. |
Rigward l-argument tal-kumpanniji tal-grupp Alstom li din il-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti tmur kontra l-prinċipji tad-dritt għal smigħ xieraq u l-preżunzjoni tal-innoċenza, biżżejjed jitfakkar li l-ġurisprudenza stabbilita rrikonoxxiet li din il-preżunzjoni hija intiża preċiżament biex tilħaq bilanċ bejn l-importanza, minn naħa waħda, tal-għan li jikkonsisti li jitneħħa l-aġir li jmur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 101 TFUE, u sabiex jiġi evitat it-tiġdid ta’ dak l-aġir, u min-naħa l-oħra r-rekwiżiti ta’ ċerti prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħal, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ preżunzjoni tal-innoċenza. Huwa b’mod partikolari għal dik ir-raġuni li dik il-preżunzjoni hija konfutabbli ( 54 ). Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li entità ma tipproduċix f’każ partikolari, provi li jikkonfutaw il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti ma jfissirx li din il-preżunzjoni fl-ebda każ ma tista’ tiġi kkonfutata ( 55 ). |
|
90. |
Jirriżulta minn dak kollu li ntqal hawn fuq li, fil-fehma tiegħi, l-ewwel parti tat-tielet aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom għandha tiġi miċħuda. |
2. Fuq it-tieni parti, dwar żball ta’ liġi fid-determinazzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti ta’ Areva T&D Holding fuq Areva T&D SA u fuq Areva T&D AG matul il-perijodu mid-9 ta’ Jannar sal-11 ta’ Mejju 2004
|
91. |
Permezz tat-tieni parti tat-tielet aggravju tagħha, T&D Holding tikkritika lill-Qorti Ġenerali, “fuq il-bażi tal-istess prinċipji bħal dawk elaborati fl-ewwel parti”, li wettqet żbalji ta’ liġi meta kkonfermat, fil-punti 144 sa 152 tas-sentenza appellata, id-deċiżjoni kkontestata inkwantu din tikkonstata l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti minn Areva T&D Holding fuq Areva T&D SA u Areva T&D AG matul il-perijodu bejn id-9 ta’ Jannar sal-11 ta’ Mejju 2004. T&D Holding issostni li, sabiex tiġi ġġustifikata l-konklużjoni tal-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali bbażat fuq iż-żewġ elementi mressqa minn Areva fil-kuntest tal-ewwl aggravju tagħha u msemmija fil-punt 59 iktar ’il fuq, fil-kuntest tal-ewwel aggravju tagħha. B’mod partikolari, il-konklużjoni li tasal għaliha l-Qorti Ġenerali tal-ħatra minn Areva ta’ direttur ġdid ta’ Areva T&D Holding, li huwa wkoll amministratur ta’ Areva T&D SA u ta’ Areva T&D AG, jiġifieri li ma huwiex eskluż li r-reklutaġġ estern ta’ dak id-direttur il-ġdid ippermetta lil Areva li tikseb ħila esperta fis-settur ikkunsidrat, tikkostitwixxi xenarju ipotetiku mingħajr ebda bażi ġuridika. Dik il-konklużjoni tinjora l-fatti ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali, għaliex huwa paċifiku li dan id-direttur il-ġdid ma kellu ebda rabta minn qabel mal-grupp Areva u fuq kollox ma kellu ebda għarfien dwar is-settur ikkonċernat. Minn dan jirriżulta li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li Areva T&D Holding kienet obbligata li tipproduċi prova negattiva tal-assenza ta’ interferenza fl-aġir tas-sussidjarji tagħha li tammonta għal probatio diabolica u li wasslet biex il-preżunzjoni kapitalistika ssir ikkonfutabbli. |
|
92. |
Issa, din it-tieni parti tat-tielet aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom hija sempliċement repetizzjoni ta’ wħud mill-argumenti mressqa minn Areva fil-kuntest tal-ewwel aggravju tagħha li ġie analizzat — u miċħud — fil-punti 59 sa 76 iktar ’il fuq. |
|
93. |
B’mod partikolari, rigward l-iżviluppi dwar il-probatio diabolica, nirreferi għall-kunsiderazzjonijiet tiegħi fil-punt 74 iktar ’il fuq. |
|
94. |
Rigward iċ-ċirkustanza li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 150 tas-sentenza appellata, irreferiet għall-fatt li l-grupp Areva seta’ kiseb il-ħila esperta meħtieġa fis-settur T&D permezz tar-reklutaġġ ta’ direttur ġdid, diġà rrilevajt, fil-punt 69, li din hija motivazzjoni supplimentari intiża unikament biex issaħħaħ iċ-ċaħda tal-argument li skont dan, li, fl-assenza ta’ għarfien dwar is-settur, Areva T&D Holding ma kinitx f’pożizzjoni li teżerċita effettivament influwenza determinanti fuq is-sussidjarji tagħha sa mid-9 ta’ Jannar 2004, konklużjoni li kienet ibbażata fuq elementi oħrajn. |
|
95. |
Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma wettqet ebda żball ta’ dritt meta kkonfermat, fil-punti 144 sa 152 tas-sentenza appellata, id-deċiżjoni kkontestata inkwantu hija kkonstatat l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti minn Areva T&D Holding fuq Areva T&D SA u Areva T&D AG matul il-perijodu bejn id-9 ta’ Jannar sal-11 ta’ Mejju 2004 u li, għaldaqstant, it-tieni parti tat-tielet aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom u, b’hekk, dak l-aggravju kollu kemm hu tiegħu għandhom jiġu miċħuda. |
D – Fuq ir-raba’ aggravju u t-tielet parti tat-tieni aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom u fuq it-tieni u t-tielet aggravji ta’ Areva, ibbażati fuq żbalji u ksur ta’ liġi kif ukoll ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa
|
96. |
Ir-raba’ aggravju u t-tielet parti tat-tieni aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom, kif ukoll it-tieni u t-tielet aggravji ta’ Areva, li fihom tqajmu diversi żbalji ta’ liġi, ksur ta’ liġi u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Qorti Ġenerali, għandhom komunement il-fatt li lkoll jikkonċernaw, għalkemm minn perspettivi differenti, l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa imposta għall-ksur. Fil-kuntest ta’ dawn l-aggravji, il-Kummissjoni, barra minn hekk, qajmet eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà u talbiet għas-sostituzzjoni tal-motivi li fil-biċċa l-kbira huma l-istess. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, jidhirli li huwa opportun li jiġu analizzati flimkien dawn l-ilmenti u aggravji. |
|
97. |
L-ilmenti mqajma mill-partijiet kontra s-sentenza appellata jistgħu jiġu maqsuma, essenzjalment, f’żewġ gruppi. Fl-ewwel grupp ta’ lmenti, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li wettqet diversi żbalji u ksur ta’ liġi meta ħolqot responsabbiltà “in solidum de facto” bejn iż-żewġ kumpanniji parent suċċessivi Areva u Alstom. B’mod partikolari, huma jsostnu li l-ħolqien ta’ din ir-responsabbiltà in solidum de facto jwassal għal ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ individwalità tal-pieni. Fit-tieni grupp ta’ lmenti, l-appellanti jitolbu li l-Qorti Ġenerali tiġi kkundannata talli wettqet diversi żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw ir-responsabbiltà in solidum li jwasslu għal ksur tal-prinċipji msemmija hawn fuq, tal-Artikolu 7 KE ( 56 ), kif ukoll tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
1. Is-sentenza appellata
|
98. |
Il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motivi u l-ilmenti bbażati fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali fil-punti 209 sa 218 tas-sentenza appellata, il-motivi u l-ilmenti bbażati fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni fil-punti 219 sa 222 tal-imsemmija sentenza u l-motivi u l-ilmenti li jikkonċernaw id-delegazzjoni illeċita ta’ setgħa bi ksur tal-Artikolu 7 KE fil-punti 232 sa 237 tas-sentenza appellata. Il-Qorti Ġenerali b’hekk setgħet tikkonkludi li l-Kummissjoni ma kisritx ir-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multi. Sussegwentement, fil-kuntest tal-bidla fil-multa bis-saħħa tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 318 sa 323 tas-sentenza appellata, ikkonfermat il-konfigurazzjoni tar-responsabbiltà in solidum użata mill-Kummissjoni ( 57 ). |
|
99. |
B’mod partikolari, fil-punti 213 sa 216 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali interpretat bħala eċċezzjoni ta’ illegalità kontra r-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multi inkwantu dawn ir-regoli huma sors ta’ inċertezza fir-rigward tal-ħlas tal-multa, id-determinazzjoni tad-debitur tal-obbligu ta’ ħlas u s-sitwazzjoni legali tal-kodebituri in solidum. Għal dan il-għan, il-Qorti Ġenerali fl-ewwel lok irrilevat li d-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni timponi fuq diversi kumpanniji l-obbligu li jħallsu multa in solidum neċessarjament tipproduċi l-effetti kollha marbuta, ex lege, mas-sistema legali tal-ħlas tal-multi fid-dritt tal-kompetizzjoni, u dan kemm fir-relazzjonijiet bejn il-kreditur u l-kodebituri in solidum kif ukoll fir-relazzjonijiet bejn il-kodebituri in solidum infushom. |
|
100. |
Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni kuntrarja fid-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni timponi multa, li għandha titħallas in solidum, kontra diversi kumpanniji minħabba l-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ impriża, hija żżommhom ugwalment responsabbli għal dan l-aġir. Minn dan jirriżulta, skont il-Qorti Ġenerali, li l-kumpanniji li ġew imposti multa li għandha titħallas in solidum u li għandhom, ħlief għal indikazzjoni kuntrarja fid-deċiżjoni li timponi l-multa, responsabbiltà ugwali fit-twettiq tal-ksur, għandhom fil-prinċipju jikkontribwixxu f’partijiet indaqs għall-ħlas tal-multa imposta minħabba dak il-ksur (iktar ’il quddiem ir-“regola dwar ir-responsabbiltà f’partijiet indaqs”). Konsegwentement, il-kumpannija li, wara li tkun ġiet eventwalment investigata mill-Kummissjoni, tħallas l-ammont kollu tal-multa tista’, skont il-Qorti Ġenerali, abbażi tal-istess deċiżjoni tal-Kummissjoni, tipproċedi kontra l-kodebituri in solidum tagħha għall-irkupru tal-parti rispettiva tagħhom. Fuq il-bażi ta’ din ir-regola dwar ir-responsabbiltà f’partijiet indaqs, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li, għalkemm id-deċiżjoni li permezz tagħha diversi kumpanniji jiġu imposti multa li trid titħallas in solidum ma tippermettix li jiġi ddeterminat, a priori, liema waħda minn dawn il-kumpanniji ser tiġi msejħa effettivament biex tħallas l-ammont tal-multa lill-Kummissjoni, din ma tipprekludix li xi waħda minn dawk il-kumpanniji tista’ tkun taf, mingħajr ambigwità, il-parti rispettiva mill-ammont tal-multa li hija trid tħallas u li taġixxi kontra l-kodebituri tagħha in solidum għall-irkupru tas-somom li hija tkun ħallset lil hinn minn sehemha. |
2. Fuq il-ħolqien ta’ responsabbiltà in solidum de facto bejn Areva u Alstom
a) L-argumenti tal-partijiet
i) L-argumenti ta’ Areva u tal-kumpanniji tal-grupp Alstom
|
101. |
Fil-kuntest tat-tieni u, parzjalment, it-tielet aggravji tagħha, Areva ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multi, minn naħa waħda, billi ma kkundannatx lill-Kummissjoni talli ħolqot responsabbiltà in solidum de facto bejn Areva u Alstom, żewġ kumpanniji li qatt ma ffurmaw, flimkien, unità ekonomika komuni u, min-naħa l-oħra, billi imponiet hija stess, fil-kuntest ta’ ġurisdizzjoni sħiħa, multi li kellhom l-effett li joħolqu tali responsabbiltà in solidum. Hija ssostni li dan l-iżball ta’ liġi għandu konsegwentement ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ individwalità tal-pieni. |
|
102. |
Fit-tieni parti tar-raba’ aggravju tagħhom, il-kumpanniji tal-grupp Alstom jargumentaw ukoll li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ individwalità tal-pieni inkwantu hija ma kkontestatx l-applikazzjoni tar-responsabbiltà in solidum kif effettwata mill-Kummissjoni li tat lok għall-ħolqien ta’ responsabbiltà in solidum de facto bejn Alstom u Areva, żewġ kumpanniji li qatt ma kkostitwixxew unità ekonomika bejniethom. Dik ir-responsabbiltà in solidum de facto tirriżulta, minn naħa waħda, mill-fatt li l-ammont ta’ EUR 25 500 000 (imnaqqas għal EUR 20 400 000 mill-Qorti Ġenerali) jimponi in solidum kontra Areva u l-ex sussidjarji tagħha parti mill-ammont ta’ EUR 53 550 000 (imnaqqas għal EUR 48 195 000 mill-Qorti Ġenerali) impost in solidum kontra Alstom u Areva T&D SA u, min-naħa l-oħra, minħabba l-fatt li s-somma tal-ammonti massimi li għalihom il-kumpanniji parent suċċessivi huma miżmuma responsabbli taqbeż l-ammont li għandu jitħallas mis-sussidjarja. F’dawn iċ-ċirkustanzi, irrispettivament mill-interpretazzjoni li għandha tingħata lid-deċiżjoni kkontestata, il-ħlas tal-multa minn wieħed mill-gruppi għandu impatt dirett fuq id-dejn tal-kumpanniji tal-grupp l-ieħor waqt li dawk il-gruppi qatt ma ffurmaw l-istess unità ekonomika. |
|
103. |
Kif diġà kien ġie deċiż mill-Qorti Ġenerali fil-kawża Trioplast ( 58 ), l-impożizzjoni ta’ responsabbiltà in solidum, anki jekk tkun biss “de facto”, bejn kumpanniji li qatt ma kienu jappartjenu għall-istess impriża tmur kontra l-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni peress li, f’tali ipoteżi, impriża tkun issanzjonata għal fatti li għalihom hija ma tkunx ġiet akkużata individwalment, kif ukoll kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali, peress li l-kumpanniji parent ma jkunux jistgħu jsiru jafu mingħajr ambigwità l-ammont preċiż li kull waħda minnhom għandha tħallas fir-rigward tal-perijodu li għalih hija tkun inżammet responsabbli in solidum għall-ksur flimkien mas-sussidjarja tagħha. Barra minn hekk, ir-regola dwar ir-responsabbiltà f’partijiet indaqs issuġġerita mill-Qorti Ġenerali ( 59 ), anki jekk teżisti, li huwa kkontestat mill-appellanti, ma tistax tispjega s-soluzzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata. Effettivament, għalkemm il-multa kienet maqsuma f’partijiet indaqs bejn il-kodebituri, l-ammont effettivament irkuprat mingħand waħda mill-kumpanniji parent jiddependi dejjem mill-ammont irkuprat mingħand il-kumpanniji l-oħrajn. |
|
104. |
Finalment, l-appellanti jopponu l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni. Areva ssostni li hija ma żżid ebda element ġdid għall-ilmenti invokati quddiem il-Qorti Ġenerali u li, quod non, hija sempliċement ressqet argumenti ġodda (u mhux motivi ġodda), biex tissostanzja l-aggravju bbażat fuq il-ksur tar-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum żviluppat fl-ewwel istanza. Fi kwalunkwe każ, bejn ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u l-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, seħħu kemm punti ta’ fatt kif ukoll ta’ liġi ġodda ( 60 ), li fihom infushom kienu biżżejjed biex jiġġustifikaw li dawn l-argumenti tressqu biss matul il-kawża. Il-kumpanniji tal-grupp Alstom isostnu li, għalkemm l-espressjoni responsabbiltà “in solidum de facto” ma ntużatx fl-ewwel istanza, dik ir-responsabbiltà in solidum issemmiet f’diversi okkażjonijiet fl-iskritturi ta’ Alstom u ġiet iddibattuta quddiem il-Qorti Ġenerali. Huma jirreferu għall-ewwel u t-tieni motivi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali, għan-noti tal-Kummissjoni, kif ukoll għas-sottomissjonijiet waqt is-seduta tar-rappreżentanti ta’ Alstom. L-argument dwar ir-responsabbiltà in solidum de facto b’hekk jikkostitwixxi mhux motiv ġdid, iżda biss addizzjoni ta’ motiv diġà mqajjem quddiem il-Qorti Ġenerali. |
ii) L-argumenti tal-Kummissjoni
|
105. |
Il-Kummissjoni ssostni li kemm it-tieni aggravju ta’ Areva kif ukoll it-tieni parti tar-raba’ aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom huma inammissibbli bħala motivi ġodda li jimmodifikaw is-suġġett tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali. Effettivament, jirriżulta mill-punti 192 sa 195 tas-sentenza appellata u min-noti ta’ Areva u Alstom quddiem il-Qorti Ġenerali li l-argumenti tagħhom jirrigwardaw kwistjonijiet differenti li ma jagħmlu ebda riferiment għal xi responsabbiltà in solidum de facto bejn il-kumpanniji parent Alstom u Areva. L-argumenti żviluppati quddiem il-Qorti Ġenerali kienu jikkonċernaw biss ir-responsabbiltà in solidum, de jure u mhux de facto, bejn Areva T&D SA u l-kumpanniji parent suċċessivi tagħha, għal dak li jikkonċerna lil Areva, u r-responsabbiltà in solidum bejn Areva T&D SA u l-kumpannija parent preċedenti tagħha Alstom, fir-rigward tal-kumpanniji tal-grupp Alstom. |
|
106. |
Dwar il-mertu, il-Kummissjoni ssostni li l-fatt li multa in solidum ġiet imposta fuq Areva T&D SA u fuq kumpanniji oħrajn tal-grupp Areva filwaqt li dik il-kumpannija nżammet ukoll responsabbli in solidum flimkien ma’ Alstom huwa spjegat mis-sempliċi ċirkustanza li din hija sussidjarja tagħha li pparteċipat fi ksur taħt il-kontroll ta’ żewġ kumpanniji parent suċċessivi. It-trasferiment ta’ din is-sussidjarja tagħha wassal għal sitwazzjoni ta’ responsabbiltà in solidum doppja, peress li hija kienet responsabbli in solidum ma’ kull waħda mill-kumpanniji parent tagħha. Madankollu, ma jirriżultax li Areva u Alstom inżammu responsabbli in solidum. Min-naħa l-oħra, l-approċċ li jikkonsisti f’li kumpannija parent tiġi attribwita l-istess ammont inizjali bħal dak deċiż fir-rigward tas-sussidjarja li pparteċipat direttament fl-akkordju, mingħajr id-diviżjoni, fil-każ ta’ suċċessjoni ratione temporis ta’ diversi kumpanniji parent, ta’ dan l-ammont, ma jistax jitqies li huwa intrinsikament mhux xieraq ( 61 ). |
|
107. |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li minn dan jirriżulta li, f’sitwazzjoni bħal f’din il-kawża, fejn is-sussidjarja Areva T&D SA tinżamm responsabbli in solidum maż-żewġ kumpanniji parent suċċessivi tagħha, kull waħda minn dawn iż-żewġ kumpanniji setgħet teħel ammont inizjali sħiħ li kien identiku għall-ammont inizjali tas-sussidjarja, ammont li, sussegwentement, ġie mmultiplikat għat-tul ta’ żmien individwali tal-ksur ta’ kull waħda mid-destinatarji u ċ-ċirkustanza aggravanti li tirriżulta mill-irwol ta’ dawk li jmexxu l-ksur. Minn dan irriżultaw tliet ammonti differenti tal-multa għall-kumpanniji inkwistjoni. Għalkemm jeżistu diversi metodi possibbli biex tiġi ddefinita r-responsabbiltà in solidum, il-Kummissjoni, filwaqt li eżerċitat il-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha, għażlet li teżiġi ammont inizjali wieħed biss li għandu jitħallas in solidum mit-tliet kumpanniji, billi applikat l-iktar metodu vantaġġuż prevedibbli għall-kumpanniji parent inkwistjoni. |
|
108. |
Sussegwentement, għalkemm fil-fehma tagħha l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li ma kienx hemm ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ individwalità tal-pieni għandha tiġi approvata, il-Kummissjoni madankollu titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tissostitwixxi l-motivi adottati mill-Qorti Ġenerali fil-punti 213 sa 215 tas-sentenza appellata sabiex tasal għal din il-konklużjoni. Hija effettivament tikkunsidra li, għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali, hija ma għandha ebda kompetenza biex tiddeċiedi dwar il-kontribuzzjoni rispettiva għall-ħlas ta’ multa fir-relazzjonijiet bejn id-diversi kodebituri. Għalkemm il-metodu għall-organizzazzjoni tar-responsabbiltà in solidum adottat f’din il-kawża jimplika sovrapożizzjoni bejn l-ammonti mitluba mingħand Areva u Alstom, dan ma jagħmilx lil dawn il-kumpanniji direttament u stricto sensu responsabbli in solidum għal xulxin. Effettivament, li tgħodd ġuridikament hija r-responsabbiltà in solidum ta’ kull kumpannija parent mas-sussidjarja ttrasferita. Il-multiplikazzjoni tar-rabtiet in solidum tas-sussidjarja fil-każ li din tinbiegħ matul il-perijodu tal-ksur ma jibdilx in-natura legali tar-relazzjonijiet individwali bejn din is-sussidjarja u xi waħda mill-kumpanniji parent tagħha. F’tali sitwazzjoni ta’ responsabbiltà in solidum“de facto” bejn kumpanniji parent suċċessivi ta’ sussidjarja, japplikaw l-istess kunsiderazzjonijiet li skont il-ġurisprudenza joħolqu bażi għal responsabbiltà in solidum konvenzjonali bejn kumpannija parent u kumpannija sussidjarja. |
b) Analiżi
i) Fuq l-ammissibbiltà
|
109. |
Fuq bażi preliminari, għandha l-ewwel nett tiġi analizzata l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni kontra lmenti dwar il-ħolqien ta’ responsabbiltà in solidum de facto bejn Areva u Alstom. Il-Kummissjoni essenzjalment issostni li dawn l-ilmenti kienu tqajmu biss fl-istadju ta’ appell u b’hekk jikkostitwixxu motivi ġodda li jibdlu s-suġġett tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u b’hekk huma inammissibbli. |
|
110. |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar fl-ewwel lok li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti Ġenerali, l-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkun limitat għal punti ta’ liġi u jista’ jkun ibbażat, b’mod partikolari, fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti Ġenerali. |
|
111. |
Barra minn hekk, l-Artikolu 113(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ( 62 ) jipprovdi li l-appell ma jistax jibdel is-suġġett tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
112. |
Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala regola ġenerali, limitata għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li ngħatat għall-motivi diskussi quddiem il-qrati li jkunu semgħu l-kawża fuq il-mertu ( 63 ). Għaldaqstant, bħala regola ġenerali, parti ma tistax tqajjem għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja motiv li hija ma tkunx qajmet quddiem il-Qorti Ġenerali, għaliex dan iwassal sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tistħarreġ il-legalità ta’ soluzzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali billi tikkunsidra motivi li din tal-aħħar ma kellhiex l-okkażjoni li tisma’ ( 64 ). |
|
113. |
Madankollu, argument ġdid li jikkostitwixxi sempliċi żvilupp jew estensjoni ta’ argument ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali ma jikkostitwixxix motiv ġdid, iżda għandu jitqies li hija l-estensjoni leċita ta’ motiv diġà invokat fi stadju preċedenti tal-proċedura ( 65 ). Tali argument b’hekk huwa ammissibbli ( 66 ). |
|
114. |
F’din il-kawża, fl-ewwel lok għandi nikkonstata li, quddiem il-Qorti Ġenerali, la Areva u lanqas il-kumpanniji tal-grupp Alstom ma qajmu espressament l-ilment li l-ħolqien ta’ responsabbiltà in solidum de facto bejn Areva u Alstom jikser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ individwalità tal-pieni kif huma għamlu fl-appelli tagħhom. Fir-rikorsi tagħhom fl-ewwel istanza huma qajmu motivi bbażati fuq il-ksur tar-regoli fir-rigward tar-responsabbiltà in solidum, iżda esklużivament f’relazzjoni mal-ħolqien ta’ responsabbiltà in solidum de jure bejn il-kumpanniji parent (rispettivament Alstom u Areva) u s-sussidjarja (Areva T&D SA) u mhux f’relazzjoni mal-ħolqien ta’ responsabbiltà in solidum de facto bejn iż-żewġ kumpanniji parent suċċessivi. B’hekk, għalkemm ippruvaw juru li dawn l-ilmenti ma jikkostitwixxux elementi ġodda, fil-fehma tiegħi huwa ċar li għall-kuntrarju dan huwa l-każ. |
|
115. |
Il-kwistjoni fundamentali li tqum hawnhekk hija jekk dawk l-ilmenti l-ġodda għandhomx jiġu kkwalifikati bħala motiv ġdid li jemenda s-suġġett tal-kawża, kif issostni l-Kummissjoni, jew jekk jikkostitwixxux żvilupp jew estensjoni tal-motivi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali, kif isostnu kemm Areva kif ukoll il-kumpanniji tal-grupp Alstom. |
|
116. |
Diġà kelli l-okkażjoni li nirrileva li d-distinzjoni bejn argument ġdid (ammissibbli) u motiv ġdid (inammissibbli) hija kwistjoni delikata li dwarha l-approċċi fil-ġurisprudenza mhux dejjem huma koerenti ( 67 ). Bl-istess mod, kont irrilevajt ukoll li lment li huwa bbażat fuq bażi ġuridika distinta mill-motivi mqajma quddiem il-Qorti Ġenerali għandu jitqies li huwa motiv ġdid qabel ma jiġi ddikjarat inammissibbli, waqt li lment ifformulat insostenn ta’ motiv diġà imressaq quddiem il-Qorti Ġenerali jista’, skont il-każ, jikkostitwixxi argument ammissibbli ( 68 ). |
|
117. |
F’din il-kawża, fl-ewwel lok fir-rigward ta’ Alstom, għandu jiġi rrilevat li, quddiem il-Qorti Ġenerali, hija qajmet motiv, it-tieni, li bħal fl-appell, huwa bbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet legali applikabbli għar-responsabbiltà in solidum li tirriżulta fi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ individwalità tal-pieni. Issa, huwa minnu li, quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest ta’ dak il-motiv, Alstom ma kinitx qiegħda tirreferi espliċitament għall-ħolqien ta’ responsabbiltà in solidum de facto bejn il-kumpanniji parent suċċessivi, iżda kienet qiegħda titlob il-kundanna tal-impożizzjoni ta’ relazzjoni ta’ responsabbiltà in solidum bejnha u Areva T&D SA, kumpanniji li ma kinux għadhom jikkostitwixxu unità ekonomika fil-mument meta ġiet adottata d-deċiżjoni. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kuntest tal-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni, Alstom ikkontestat espliċitament iċ-ċirkustanza li l-ammont ta’ EUR 25 500 000 tal-multa imposta fuq Areva u l-ex sussidjarji tagħha, kien jagħmel parti integrali mill-ammont ta’ EUR 53 550 000 tal-multa imposta in solidum fuq Alstom u fuq Areva T&D SA billi sostniet li tali tqassim in solidum tad-dejn bejn kodebituri kien jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju tal-individwalità tal-pieni ( 69 ). Dik il-kwistjoni speċifika sussegwentement ġiet invokata wkoll matul is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali, kif jirriżulta mill-allegazzjonijiet ta’ Alstom li ma humiex ikkontestati mill-Kummissjoni. |
|
118. |
Tabilħaqq, huwa minn dak l-irbit tal-multa in solidum imposta kontra Areva u fuq l-ex sussidjarji tagħha mal-multa imposta in solidum fuq Alstom u fuq Areva T&D SA li tirriżulta r-responsabbiltà in solidum“de facto” bejn Areva u Alstom li hija kkontestata fl-appelli. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-ilment ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali mqajjem fl-istess motiv fl-ewwel istanza, Alstom sostniet b’mod espliċitu dwar l-inċertezza fir-rigward tal-eżekuzzjoni tas-sanzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli tar-responsabbiltà in solidum imwettqa mill-Kummissjoni ( 70 ). |
|
119. |
B’hekk għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm Alstom quddiem il-Qorti Ġenerali ma lmentatx speċifikament, kif għamlet fl-appell, dwar il-ħolqien ta’ responsabbiltà in solidum de facto bejn Alstom u Areva taħt dak l-isem ( 71 ), li jwassal għal ksur tal-prinċipji tal-individwalità tal-pieni u taċ-ċertezza legali, hija madankollu argumentat espliċitament, fil-kuntest ta’ motiv ibbażat preċiżament fuq l-istess sisien ġuridiċi bħall-aggravju mqajjem fl-appell, li l-premessa li minnha tirriżulta dik ir-responsabbiltà in solidum de facto, jiġifieri l-irbit taż-żewġ multi in solidum bejn is-sussidjarja u l-kumpanniji parent suċċessivi, kienet twassal għal tali ksur. |
|
120. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidhirli li ma jistax jitqies li l-ilmenti mressqa minn Alstom fl-appell tagħha jibdlu s-suġġett tal-kawża b’mod li għandhom jitqiesu bħala inammissibbli. Dawn l-ilmenti pjuttost jikkostitwixxu l-iżvilupp ta’ dawk imqajma quddiem il-Qorti Ġenerali. Fil-fehma tiegħi b’hekk dawn għandhom jitqiesu bħala ammissibbli fir-rigward ta’ Alstom. |
|
121. |
Għal dak li jirrigwarda lil Areva, is-sitwazzjoni hija għall-kuntrarju kemxejn differenti. Effettivament, fl-ewwel istanza, hija bl-istess mod bħal Alstom, qajmet motiv (ir-raba’) ibbażat fuq il-ksur tar-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum, li kien jirrigwarda espressament biss il-kundanna in solidum ta’ Areva T&D SA ma’ Alstom u mhux il-ħolqien ta’ responsabbiltà in solidum de facto bejn il-kumpanniji parent suċċessivi. Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, Areva argumentat li l-applikazzjoni żbaljata ta’ regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum kienet wasslet għall-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali ( 72 ), iżda hija ma qajmitx, f’dan il-kuntest, ilment ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ Alstom, ma jirriżultax mill-iskritturi tagħha li, quddiem il-Qorti Ġenerali, Areva kkontestat espliċitament fil-kuntest ta’ dan il-motiv iċ-ċirkustanza li l-multa tagħha kienet tagħmel parti integrali mill-multa imposta in solidum kontra Alstom u Areva T&D SA. B’hekk, għal Areva r-rabta bejn il-motiv imqajjem fl-ewwel istanza u l-ilment il-ġdid imressaq fl-appell hija iktar dgħajfa milli għal Alstom. |
|
122. |
Madankollu, f’din il-kawża, fl-ewwel lok, Areva qajmet fl-ewwel istanza motiv li huwa bbażat, tal-inqas parzjalment, fuq l-istess bażi ġuridika bħal dik imqajma fl-appell tagħha, jiġifieri motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali fl-applikazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw ir-responsabbiltà in solidum. Fit-tieni lok, fil-kuntest tal-argument tagħha bbażat fuq il-ksur tar-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum ( 73 ), hija invokat kwistjonijiet relatati mar-rabta stabbilita bejnha u Alstom fid-dawl tal-kundanna doppja in solidum bejnha u bejn Areva T&D SA, minn naħa waħda, u Alstom u Areva T&D SA, min-naħa l-oħra. Fit-tielet lok, kif jirriżulta mill-punt 101 iktar ’il fuq, Areva, għall-kuntrarju ta’ Alstom, talbet espliċitament li tiġi kkundannata l-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum li saret mill-Qorti Ġenerali nfisha inkwantu dawn kellhom l-effett li joħolqu responsabbiltà in solidum“de facto”. F’dan ir-rigward, jirriżulta mill-ġurisprudenza li rikorrent jitħalla jippreżenta appell billi jsostni, quddiem il-Qorti Ġenerali, aggravji li jirriżultaw mis-sentenza appellata nfisha u li huma intiżi biex jikkritikaw, fil-liġi, il-fondatezza ( 74 ). Fir-raba’ lok, għandu jiġi rrilevat għal darba oħra, minn naħa, li l-kwistjoni ta’ rbit ta’ żewġ multi in solidum, kif irrilevajt ukoll fil-punti 117 u 118 iktar ’il fuq, kienet issemmiet minn Alstom quddiem il-Qorti Ġenerali b’mod li dik il-kwistjoni b’hekk ma kinitx għalkollox estranea għall-kawża quddiemha u, min-naħa l-oħra, li l-Qorti Ġenerali għaqqdet iż-żewġ kawżi u tat sentenza waħda li tirrispondi għall-motivi kollha mressqa mill-partijiet quddiemha ( 75 ). |
|
123. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi partikolari, jidhirli li jista’ jitqies li l-ilment ibbażat fuq li l-ħolqien ta’ responsabbiltà in solidum de facto bejn Areva u Alstom jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali ma jistax ibiddel is-suġġett tal-kawża kif iddefinit quddiem il-Qorti Ġenerali. Min-naħa l-oħra, peress li ma ġiex invokat fl-ewwel istanza minn Areva u lanqas mill-ex sussidjarji korikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali (li issa saru s-sussidjarji ta’ Alstom u korikorrenti ta’ Alstom fil-Kawża C‑253/11 P), l-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni għandu fil-fehma tiegħi jitqies li huwa inammissibbli għalihom. |
ii) Fuq il-mertu
|
124. |
Kemm Areva kif ukoll il-kumpanniji tal-grupp Alstom essenzjalment jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ individwalità tal-pieni meta kkonfermat l-applikazzjoni ta’ regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum kif imwettqa mill-Kummissjoni li tat lok għall-ħolqien ta’ responsabbiltà in solidum de facto bejn Areva u Alstom, żewġ kumpanniji li qatt ma kkostitwixxew entità ekonomika unitarja. |
|
125. |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ċertezza legali jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġ, b’mod partikolari, li kull att tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkun ċar u preċiż u jippermetti lill-partijiet ikkonċernati li jkunu jafu b’eżattezza l-portata tal-obbligi imposti fuqhom u li dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jsiru jafu mingħajr ambigwità d-drittijiet u l-obbligi tagħhom u b’hekk jieħdu l-miżuri tagħhom konsegwentement ta’ dan ( 76 ). Dan il-prinċipju huwa impost b’mod partikolarment rigoruż fil-każ ta’ att li jista’ jagħti lok għal konsegwenzi finanzjarji, bil-għan li jippermetti lill-persuna kkonċernata tkun taf b’ċertezza l-portata tal-obbligi li dan jimponi fuqha ( 77 ). |
|
126. |
Għandu jitfakkar ukoll li l-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni, li huwa korollarju tal-prinċipju tar-responsabbiltà personali applikabbli f’kull proċedura amministrattiva li tista’ twassal għal sanzjonijiet skont id-dritt tal-kompetizzjoni ( 78 ), jeħtieġ li persuna tiġi ssanzjonata biss għall-fatti li huma attribwibbli lilha individwalment. B’hekk, skont dan il-prinċipju, fatt punibbli jista’ jiġi imputat biss lill-awtur tiegħu stess ( 79 ) u, għaldaqstant, sanzjoni ma tistax tiġġarrab minn persuna oħra għajr il-persuna li tkun ħatja ( 80 ). |
– Fuq il-ħolqien tar-responsabbiltà in solidum de facto
|
127. |
F’din il-kawża, il-Kummissjoni u, wara l-bidla tal-multa, il-Qorti Ġenerali imponew fuq Alstom multa ta’ EUR 53 550 000 (li ġiet imnaqqsa mill-Qorti Ġenerali għal EUR 48 195 000) waqt li Areva T&D SA inżammet responsabbli għall-ħlas tal-imsemmija multa għal dak l-ammont sħiħ. Fuq l-ammont impost fuq Areva T&D SA, Areva u ż-żewġ ex sussidjarji oħrajn inżammu responsabbli in solidum flimkien ma’ Areva T&D SA sal-ammont ta’ EUR 25 500 000 (imnaqqas għal EUR 20 400 000 wara l-bidla li saret mill-Qorti Ġenerali). Is-sussidjarja ttrasferita, Areva T&D SA, b’hekk inżammet responsabbli in solidum għall-ħlas tal-multa tagħha fl-istess ħin mal-ex kumpannija parent tagħha u mal-kumpannija parent ġdida tagħha. |
|
128. |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li huwa paċifiku li Areva u Alstom qatt ma kkostitwixxew entità ekonomika unitarja, u b’hekk, flimkien, impriża għall-finijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni. F’din il-kawża, hija s-sussidjarja, jiġifieri Areva T&D SA, li kkostitwixxiet entità ekonomika unitarja ma’, suċċessivament, Alstom, matul il-perijodu bejn is-7 ta’ Diċembru 1992 u t-8 ta’ Jannar 2004, u Areva u l-ex sussidjarji tagħha, mid-9 ta’ Jannar sal-11 ta’ Mejju 2004. Huwa għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni, u sussegwentement, il-Qorti Ġenerali kkundannaw in solidum de jure esklużivament lis-sussidjarja flimkien mal-kumpanniji parent suċċessivi tagħha. Il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali ma ħolqux responsabbiltà in solidum de jure bejn il-kumpanniji parent infushom. |
|
129. |
Issa, b’mod konformi mal-objettiv tar-responsabbiltà in solidum ( 81 ), il-Kummissjoni għandha libertà sħiħa fir-rigward tal-irkupru tal-multa mingħand xi waħda jew oħra mill-persuni ġuridiċi kkonċernati skont il-kapaċitajiet kontributtivi tagħhom. B’hekk, fil-konfigurazzjoni tar-responsabbiltà in solidum kif imsemmija fil-punt 127 iktar ’il fuq, hija għandha l-libertà li titlob il-ħlas tal-multa kollha jew parti minnha mingħand is-sussidjarja jew mingħand xi waħda mill-kumpanniji parent li jkunu kkontrollawha suċċessivament, sakemm titħallas il-multa kollha. |
|
130. |
Madankollu, huwa ċar li, f’tali konfigurazzjoni tar-responsabbiltà in solidum, l-irkupru tal-multa mingħand waħda mill-kumpanniji parent neċessarjament kellu impatt fuq l-irkupru mingħand il-kumpannija parent l-oħra. B’hekk, għalkemm il-Kummissjoni kisbet mingħand Alstom il-ħlas tal-multa kollha, is-sussidjarja (Areva T&D SA, li issa saret Alstom Grid SAS) ġiet meħlusa kompletament mill-obbligu li tħallas il-multa tagħha lill-Kummissjoni u għaldaqstant Areva u l-ex sussidjarji l-oħrajn tagħha, kodebituri in solidum ta’ Areva T&D SA, ġew illiberati wkoll fil-konfront tagħha. Għall-kuntrarju, jekk il-Kummissjoni tikseb il-ħlas tal-multa mingħand Areva, is-sussidjarja u kodebitriċi in solidum tagħha Alstom jiġu meħlusa sal-ammont imħallas minn Areva lill-Kummissjoni. |
|
131. |
Hija għal din ir-responsabbiltà in solidum“de facto” li jagħmlu riferiment Alstom u Areva. |
– Fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ individwalità tal-pieni u ta’ ċertezza legali
|
132. |
Issa, tali konfigurazzjoni tar-relazzjonijiet ta’ responsabbiltà in solidum bejn il-persuni ġuridiċi kkundannati għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, li twassal għall-ħolqien ta’ responsabbiltà in solidum de facto bejn il-kumpanniji parent, li qatt ma jkunu kkostitwixxew entità ekonomika unitarja, tikkostitwixxi l-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ individwalità tal-pieni? |
|
133. |
F’din il-kawża, minn naħa waħda, l-applikazzjoni tar-regoli ta’ responsabbiltà in solidum magħmula mill-Kummissjoni u kkonfermata mill-Qorti Ġenerali twassal għal ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni, kif imfakkar fil-punt 126 iktar ’il fuq jekk, fil-konfigurazzjoni msemmija hawn fuq ta’ responsabbiltà in solidum, il-persuna ġuridika li mingħandha l-Kummissjoni tirkupra l-multa kienet obbligata li tħallas multa għal fatti punibbli li ma humiex imputabbli lill-impriża li għaliha hija tkun imsejħa biex twieġeb għall-ksur u, b’mod partikolari f’din il-kawża, għal fatti punibbli mwettqa matul perijodu li għalih il-persuna ġuridika inkwistjoni ma tistax iktar (jew iżjed) tiġi msejħa biex twieġeb għall-aġir li jikkostitwixxi ksur, għaliex hija ma tkunx għadha tagħmel parti iktar (jew iżjed) mill-entità ekonomika responsabbli għal dak l-aġir. |
|
134. |
Min-naħa l-oħra, ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali jseħħ jekk il-konfigurazzjoni tar-responsabbiltà in solidum magħżula fid-deċiżjoni kkontestata u li tkun ġiet ikkonfermata fis-sentenza appellata kellha konsegwentement li l-partijiet ikkonċernati, jiġifieri l-persuni ġuridiċi ssanzjonati għall-aġir li jikkostitwixxi ksur imputat lill-unità ekonomika li għaliha huma jappartjenu, ma jistgħux ikunu jafu b’eżattezza u mingħajr ambigwità l-portata tal-obbligi li l-atti tal-istituzzjonijiet, jiġifieri d-deċiżjoni kkontestata u, inkwantu tikkonferma l-konfigurazzjoni tar-responsabbiltà in solidum, is-sentenza appellata, ikunu imponew fuqhom. |
|
135. |
F’din il-kawża, kif irrilevajt fil-punt 128, Areva u Alstom qatt ma kkostitwixxew entità ekonomika unitarja, u b’hekk, flimkien, impriża għall-finijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni. Għall-kuntrarju, huma ffurmaw suċċessivament mas-sussidjarja Areva T&D SA żewġ entitajiet ekonomiċi distinti, kull waħda minnhom individwalment responsabbli mill-akkordju matul perijodi u taħt ċirkustanzi differenti. |
|
136. |
Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li f’din il-kawża, ir-responsabbiltà ta’ kull waħda mill-kumpanniji parent hija dderivata għalkollox minn dik tas-sussidjarja, b’mod li, sa fejn il-Kummissjoni għażlet fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha ( 82 ) li tikkundanna l-kumpannija parent għall-ħlas tal-multa in solidum mas-sussidjarja, ir-responsabbiltà tal-kumpannija parent ma tistax taqbeż dik tas-sussidjarja ( 83 ). F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ammonti stabbiliti mill-Kummissjoni li għandhom jitħallsu mill-kumpanniji parent jikkostitwixxu ammonti massimi li fil-livell tagħhom huma stabbiliti r-responsabbiltajiet in solidum rispettivi tal-kumpanniji parent suċċessivi mas-sussidjarja ( 84 ). |
|
137. |
Issa, huwa minnu, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punt 220 tas-sentenza appellata għal Alstom, li d-deċiżjoni kkontestata tistabbilixxi r-responsabbiltà personali tal-kumpanniji parent fit-twettiq tal-ksur. |
|
138. |
Madankollu, f’każ bħal dak f’din il-kawża fejn iż-żewġ kumpanniji parent qatt ma jkunu ffurmaw flimkien entità ekonomika u l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li żżommhom responsabbli in solidum mas-sussidjarja, il-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni jeħtieġ li l-multa li għaliha kull waħda minnhom tkun ikkundannata ma taqbiżx sehemha mir-responsabbiltà in solidum tagħha. Dak is-sehem jikkorrispondi mal-parti attribwita lil kull waħda mill-kumpanniji parent mill-ammont totali li għalih is-sussidjarja tkun ikkundannata in solidum mal-kumpanniji parent suċċessivi ( 85 ). |
|
139. |
F’din il-kawża, il-konfigurazzjoni tar-responsabbiltà in solidum kif magħżula mill-Kummissjoni u kkonfermata mill-Qorti Ġenerali toħloq problemi f’dan ir-rigward. Effettivament, fl-assenza ta’ korrispondenza bejn l-ammont tal-multa li għalih tkun ikkundannata s-sussidjarja, Areva T&D SA, u l-ammonti tal-multi li għalihom ġew ikkundannati in solidum magħha l-kumpanniji parent suċċessivi, ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat liema multa tikkorrispondi mar-responsabbiltà individwali ta’ kull waħda mill-entitajiet ekonomiċi distinti, imsemmija fil-punt 135. Jirriżulta għall-kuntrarju ta’ din is-sitwazzjoni, minn naħa, li l-ewwel waħda minn dawn l-entitajiet ekonomiċi (dik ikkostitwita minn Alstom u Areva T&D SA) twieġeb għat-totalità tal-multa, anki jekk ma wettqitx il-ksur matul il-perijodu kollu li għalih tkun ġiet imposta l-multa (jiġifieri l-perijodu bejn is-7 ta’ Diċembru 1992 u l-11 ta’ Mejju 2004) u, min-naħa l-oħra, li r-responsabbiltà tat-tieni waħda (dik ikkostitwita minn Areva T&D SA, Areva u l-ex sussidjarji l-oħrajn tagħha) teċċedi sostanzjalment is-sehem tal-ammont tal-multa stabbilita għall-ksur kollu matul il-perijodu inkwistjoni. Dik is-sitwazzjoni ma hijiex, fil-fehma tiegħi, kompatibbli mal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni. |
|
140. |
Barra minn hekk, sa fejn il-kumpanniji parent ma humiex f’pożizzjoni li jiddeterminaw mingħajr ambigwità l-ammont preċiż tal-multa li huma għandhom iħallsu fir-rigward tal-perijodu li għalih huma miżmuma responsabbli in solidum għall-ksur mas-sussidjarja tagħhom, għandu jiġi kkonstatat ukoll ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
|
141. |
Jidhirli li fir-realtà l-problemi jirriżultaw mill-fatt li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ttrattat il-grupp Areva u l-grupp Alstom bħala entità waħda, sa mill-bidu tal-kalkolu tal-multa ( 86 ). F’dan ir-rigward, u mingħajr ma hemm bżonn li tittieħed pożizzjoni speċifikament fuq dan il-punt, nirrileva ċ-ċirkustanza, imressqa mill-Kummissjoni, li l-Qorti Ġenerali, fil-kawża Trioplast, ikkunsidrat li l-approċċ li jikkonsisti fl-attribuzzjoni lil kumpannija parent tal-istess ammont inizjali bħal dak adottat għas-sussidjarja li tkun ipparteċipat direttament fl-akkordju, mingħajr ma jitqassam dak l-ammont inizjali, f’każ ta’ suċċessjoni ratione temporis ta’ diversi kumpanniji parent, li ma jistax jitqies li ma huwiex xieraq, huwa fih innifsu irrilevanti. Effettivament, minn naħa waħda, ma hijiex il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-multa li tissemma f’dawn l-appelli, iżda l-applikazzjoni tar-regoli ta’ responsabbiltà in solidum. Min-naħa l-oħra, dak l-argument huwa ineffettiv, għaliex għalkemm l-imsemmija metodoloġija ma kinitx żbaljata fiha nfisha, dan ma jneħħi xejn mill-fatt li, f’din il-kawża, il-konfigurazzjoni tar-responsabbiltà in solidum magħżula mill-Kummissjoni u kkonfermata mill-Qorti Ġenerali tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u taċ-ċertezza legali. |
|
142. |
Barra minn hekk għandu jiġi rrilevat li l-inċertezza ma tistax tingħeleb bir-regola dwar ir-responsabbiltà f’partijiet indaqs stabbilita mill-Qorti Ġenerali fil-punt 215 tas-sentenza appellata u msemmija fil-punt 100 iktar ’il fuq. |
|
143. |
Effettivament, minn naħa waħda, hekk kif indikajt fil-punti 88 u 89 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq, u kif ser nispeċifika fil-punti 155 et seq, ma ġiex stabbilit li teżisti tali regola taħt id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. |
|
144. |
Min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, anki kieku dik ir-regola kienet teżisti, din ma tistax tegħleb l-inċertezzi li jirriżultaw mill-konfigurazzjoni tar-responsabbiltà in solidum adottata f’din il-kawża. Effettivament, jidhirli li l-applikazzjoni tagħha f’din il-kawża tinkludi r-riskju li l-ammont totali tal-multa li għalih persuna ġuridika hija effettivament responsabbli jsir jiddependi mill-għażla diskrezzjonali tal-Kummissjoni dwar id-debitur li mingħandu hija għandha l-intenzjoni li tirkupra l-multa. Effettivament, dan l-ammont jista’ jvarja skont jekk il-Kummissjoni tagħżilx li tirkupra l-multa mingħand debitur wieħed ( 87 ) jew l-ieħor ( 88 ), li fil-fehma tiegħi ma huwiex aċċettabbli b’mod ġenerali u, b’mod partikolari, f’sitwazzjoni fejn il-kodebituri qatt ma jkunu appartjenew għal entità ekonomika unitarja. |
|
145. |
Rigward it-talba għal sostituzzjoni tal-motivi tal-Kummissjoni, inkwantu din hija intiża biex tiġi kkontestata l-kompetenza tagħha biex tiddetermina r-relazzjonijiet interni bejn kodebituri in solidum tal-multa, jidhirli li din għandha tiġi miċħuda għar-raġunijiet indikati fil-punti 160 sa 163, 169 u 173 iktar ’il quddiem, kif ukoll, f’iktar dettall, fil-kuntest tal-analiżi tal-ewwel u t-tielet aggravji tal-appell tal-Kummissjoni fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq, li tinsab fil-punti 42 sa 91 tal-konklużjonijiet tiegħi f’dik il-kawża. Għall-kumplament, iktar minn talba proprja għal sostituzzjoni tal-motivi, jidhirli li l-Kummissjoni qiegħda tressaq argumenti sabiex tikkontesta l-ilmenti mqajma mir-rikorrenti fl-appell. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, dawn l-argumenti madankollu għandhom jiġu miċħuda. |
|
146. |
Fil-fehma tiegħi, jirriżulta minn dak kollu li ntqal hawn fuq li l-ilmenti bbażati fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum li jwassal għal ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ individwalità tal-pieni f’relazzjoni mal-ħolqien ta’ responsabbiltà in solidum de facto bejn Areva u Alstom għandhom jintlaqgħu, waqt li għandu jinftiehem li l-ilment ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni huwa, kif huwa indikat fil-punt 123 iktar ’il fuq, inammissibbli għal Areva. |
3. Fuq l-applikazzjoni żbaljata tar-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum li twassal għal ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ individwalità tal-pieni u tal-Artikolu 7 KE kif ukoll fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni
a) L-argumenti tal-partijiet
i) L-argumenti ta’ Areva u tal-kumpanniji tal-grupp Alstom
|
147. |
Fil-kuntest tat-tielet aggravju ta’ Areva kif ukoll tal-ewwel parti tar-raba’ aggravju, tal-aħħar ilment tat-tieni parti tar-raba’ aggravju u tat-tielet parti tat-tieni aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom, l-appellanti jallegaw żbalji fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa li jwasslu għal ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, tal-individwalità tal-pieni u tal-Artikolu 7 KE kif ukoll tal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Qorti Ġenerali. |
|
148. |
Fl-ewwel lok, kemm Areva kif ukoll il-kumpanniji tal-grupp Alstom jikkontestaw ir-regola dwar ir-responsabbiltà f’partijiet indaqs stabbilita fil-punt 215 tas-sentenza appellata ( 89 ). Minn naħa, din ir-regola hija ġdida u ma għandha ebda bażi ġuridika, inkwantu l-Qorti Ġenerali ma tistax issib bażi ġuridika fis-sentenza Aristrain vs Il‑Kummissjoni ( 90 ) li għaliha hija tirreferi peress li ma hijiex rilevanti. Min-naħa l-oħra, skont Alstom, din ir-regola hija wkoll legalment żbaljata, għaliex il-mekkaniżmu tar-responsabbiltà in solidum jirregola biss ir-relazzjonijiet bejn il-kreditur u l-kodebituri in solidum u mhux biss ir-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum ( 91 ). B’hekk, billi bbażat fuq ir-regola dwar ir-responsabbiltà f’partijiet indaqs meta din ir-regola tmur kontra l-kunċett ta’ responsabbiltà in solidum taħt id-dritt tal-Unjoni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li kull waħda mill-kumpanniji ssanzjonati setgħet tiddeduċi mid-deċiżjoni kkontestata s-sehem li kellha tbati fir-relazzjonijiet bejn il-kodebituri in solidum tagħha ( 92 ). Barra minn hekk, peress li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx tippermetti lill-kumpanniji inkwistjoni li jkunu jafu mingħajr ambigwità kif għandha titqassam il-multa, permezz tas-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-individwalità tal-pieni. |
|
149. |
Fit-tieni lok, Alstom issostni wkoll li, billi bbażat ruħha fuq ir-regola dwar ir-responsabbiltà f’partijiet indaqs, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-Kummissjoni ma ddelegatx lill-qorti nazzjonali jew lill-arbitru s-setgħa li jiddeterminaw il-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom għall-ħlas tal-multa ( 93 ). Huwa l-kompitu tal-Kummissjoni, waqt li tqis il-fatti tal-kawża u l-karatteristiċi speċifiċi tal-impriża, biex tiddetermina s-sehem ta’ kull kodebitur. Meta, f’każ bħal f’din il-kawża, il-Kummissjoni tastjeni milli tagħmel tali determinazzjoni, hija tkun qiegħda tiddelega impliċitament dik is-setgħa lil terzi, jiġifieri lill-qorti nazzjonali jew lil arbitru, bi ksur tal-Artikolu 7 KE peress li dawk l-awtoritajiet ma għandhomx kompetenzi f’dan ir-rigward. |
|
150. |
Fit-tielet lok, l-appellanti isostnu li, billi mmotivat b’mod difettuż, fuq il-bażi ta’ tali regola, iċ-ċaħda tal-argumenti dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u d-delegazzjoni illeċita tas-setgħat tal-Kummissjoni ( 94 ), il-Qorti Ġenerali mmodifikat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata f’sens kuntrarju għall-volontà tal-Kummissjoni u, għaldaqstant, kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni billi ssostitwiet l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni b’tagħha stess. Effettivament, id-deċiżjoni kkontestata ma tagħmel ebda riferiment għal tali regola. Għall-kuntrarju, quddiem il-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni sostniet interpretazzjoni kuntrarja tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
151. |
Barra minn hekk, il-kumpanniji tal-grupp Alstom jirrifjutaw l-oġġezzjoni dwar l-ammissibbiltà tal-aggravju bbażat fuq delegazzjoni illeċita tas-setgħat tal-Kummissjoni. Dan ma huwiex motiv ġdid peress li Alstom kienet qajmet dan l-argument quddiem il-Qorti Ġenerali. Fi kwalunkwe każ, dak l-aggravju huwa marbut intrinsikament ma’ dak li jallega ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni. Huma jopponu wkoll is-sostituzzjoni tal-motivi mitluba mill-Kummissjoni billi jitolbu l-annullament tas-sentenza appellata. |
ii) L-argumenti tal-Kummissjoni
|
152. |
Waqt li tikkunsidra li l-ilmenti mqajma minn Areva u mill-kumpanniji tal-grupp Alstom għandhom jiġu miċħuda, il-Kummissjoni taqbel madankollu ma’ ċerti punti mqajma minnhom u titlob f’dan ir-rigward sostituzzjoni tal-motivi lill-Qorti tal-Ġustizzja. B’mod partikolari, il-Kummissjoni taqbel mal-kunsiderazzjoni li s-sentenza Aristrain vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, ma hijiex rilevanti f’din il-kawża. Bil-kontra, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-argument ta’ Alstom ibbażat fuq delegazzjoni allegatament illeċita tas-setgħa ta’ sanzjoni tal-Kummissjoni huwa inammissibbli peress li dan huwa argument ġdid li Alstom ma qajmitx quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
153. |
Dwar il-mertu, il-Kummissjoni ssostni li l-argument tal-appellanti huwa bbażat fuq il-premessa żbaljata li l-Kummissjoni ddelegat illeċitament is-setgħat tagħha billi ma rregolatx fid-deċiżjoni kkontestata r-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri u b’mod partikolari s-sehem tar-responsabbiltà tagħhom in solidum. Dan l-argument huwa fl-ewwel lok inkoerenti. Effettivament, għalkemm Areva u Alstom huma tal-fehma li l-Kummissjoni kellha kompetenza esklużiva biex tirregola r-relazzjonijiet bejn il-kodebituri, ma huwiex mifhum għalfejn huma stess irregolaw din il-kwistjoni b’mod kuntrattwali. Barra minn hekk, fl-appelli tagħhom, Areva u l-kumpanniji tal-grupp Alstom kienu aċċettaw li l-kwistjoni tal-kontribuzzjoni tista’ tiġi rregolata minn qrati nazzjonali jew minn arbitri, li jeskludi kwalunkwe delegazzjoni illeċita ta’ allegat setgħa esklużiva tal-Kummissjoni. Bi kwalunkwe mod, għall-kuntrarju ta’ dak li tagħti x’tifhem il-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata ( 95 ), il-Kummissjoni ma għandha ebda setgħa biex tiddetermina l-ishma rispettivi tal-kodebituri b’mod li ma jistax ikun hemm delegazzjoni illeċita ta’ tali setgħa u li lanqas ma jista’ jiġi dedott mis-silenzju ta’ deċiżjoni li timponi multa in solidum li l-kodebituri huma responsabbli f’partijiet indaqs. |
|
154. |
Finalment, f’dak li jirrigwarda l-punti 213 sa 215 kif ukoll il-punti 222, 236 u 257 tas-sentenza appellata, li jirreferu għall-kunċett ta’ ishma ta’ responsabbiltà in solidum, il-Kummissjoni tqis li dawn huma vvizzjati b’diversi żbalji ta’ liġi u li hemm lok li l-Qorti tal-Ġustizzja tissostitwixxi motivazzjoni ġdida minflok dik li tinsab fiha. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali marret lil hinn mil-limiti li għalihom huma suġġetti l-kompetenzi u l-obbligi li l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 jagħti u jimponi, rispettivament, lill-Kummissjoni, u b’hekk ippreġudikat l-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri u l-libertà kuntrattwali tal-partijiet. Il-kompetenza tagħha li timponi multi tirrigwarda biss ir-relazzjoni esterna, jiġifieri r-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-impriża destinatarja tad-deċiżjoni li hija obbligata tħallas il-multa. Is-sempliċi fatt li d-determinazzjoni, fir-relazzjoni esterna tagħhom, tal-kodebituri in solidum responsabbli tipproduċi ċerti effetti legali, ma jistax joħloq obbligu għall-Kummissjoni li tiffissa l-ishma tar-responsabbiltà tagħhom fir-relazzjonijiet interni tagħhom. |
b) Analiżi
|
155. |
F’dak li jikkonċerna, fl-ewwel lok, ir-regola tar-responsabbiltà f’partijiet indaqs, li għaliha tirreferi l-Qorti Ġenerali fil-punt 215 tas-sentenza appellata u li semmejt fil-punt 100 iktar ’il fuq, iddikjarajt fil-punti 88 u 89 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq, id-dubji tiegħi dwar ir-rilevanza ta’ tali regola maħluqa mill-Qorti Ġenerali. |
|
156. |
Effettivament, din ir-regola, li tidher li ġiet mislufa mill-Qorti Ġenerali mill-qafas ġuridiku tal-obbligu in solidum tad-dritt privat fis-sistema ġuridika ta’ ċerti Stati Membri ( 96 ) ma hijiex, fil-fehma tiegħi, minn naħa, kompatibbli mal-prinċipji tar-responsabbiltà personali u tal-individwalità tal-pieni, inkwantu din tipprevedi speċi ta’ preżunzjoni ta’ responsabbiltà ugwali bejn kodebituri in solidum tal-multa għall-parteċipazzjoni f’aġir unitarju tal-impriża li ma jkunx neċessarjament l-istess għas-suġġetti kkonċernati kollha. |
|
157. |
Min-naħa l-oħra, fil-fehma tiegħi din ma għandha ebda bażi ġuridika, jew ta’ mill-inqas bażi ta’ prinċipju adegwat. Fil-punt 88 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq, jiena osservajt li, fil-fehma tiegħi, sabiex ikun hemm bażi għal regola bħar-regola dwar ir-responsabbiltà f’partijiet indaqs stabbilita mill-Qorti Ġenerali, ma huwiex biżżejjed li jsir riferiment ġeneriku għall-qafas ġuridiku tal-obbligu tad-dritt privat fl-assenza ta’ kwalunkwe spjegazzjoni oħra dwar ir-raġunijiet għalfejn prinċipju bbażat fuq tali qafas huwa applikabbli taħt id-dritt tal-kompetizzjoni, filwaqt li n-natura tal-obbligu ta’ ħlas li għandhom il-persuni li fuqhom il-Kummissjoni imponiet multi li għandhom jitħallsu in solidum, minħabba ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni li huwa ta’ natura kważi penali ( 97 ), hija differenti minn dik ta’ kodebituri ta’ obbligu rregolat taħt id-dritt privat. |
|
158. |
Fil-konklużjonijiet tiegħi msemmija iktar ’il fuq, jiena barra minn hekk iddikjarajt li hemm ċerta diffikultà biex tiġi rikonoxxuta r-rilevanza tar-riferiment, li jinsab ukoll fil-punt 215 tas-sentenza appellata, fil-punti 100 u 101 tas-sentenza Aristrain vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq. Effettivament, f’din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ma rrikonoxxietx il-prinċipju stabbilit mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata. Hija pjuttost ikkundannat lill-Qorti Ġenerali talli ma ssanzjonatx in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li kienet imponiet multa fuq kumpannija billi żammitha responsabbli għall-aġir ta’ kumpannija oħra marbuta magħha, mingħajr ma wriet l-eżistenza ta’ unità ekonomika bejniethom. F’dik il-kawża, din b’hekk lanqas ma kienet tikkonsisti f’kundanna in solidum ta’ diversi suġġetti għall-ħlas ta’ multa ( 98 ). |
|
159. |
Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali, sabiex tiċħad il-motivi u l-ilmenti bbażati fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, ma setgħetx tibbaża ruħha fuq din ir-regola, meta kkunsidrat fil-punt 215 tas-sentenza appellata, li ebda waħda mill-kumpanniji li weħlu multa li trid titħallas in solidum ma tista’ tkun taf, mingħajr ambigwità, sehemha mill-ammont tal-multa imposta. |
|
160. |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat ukoll li, hekk kif indikajt fil-punti 85 u 86 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq, meta, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-entità ekonomika unitarja ma tkunx għadha teżisti fil-forma li fiha hija kienet teżisti meta twettaq il-ksur, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha, li għandhom jiġu kkundannati in solidum persuni ġuridiċi li ma jkunux għadhom jikkostitwixxu flimkien tali entità ekonomika unitarja, il-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni jimponi rekwiżiti ta’ ċertezza legali fir-rigward tad-determinazzjoni tal-penali għal dawk is-suġġetti fir-relazzjonijiet interni tagħhom. |
|
161. |
Effettivament, anki jekk dawk is-suġġetti jibqgħu responsabbli esternament lejn il-Kummissjoni għall-ħlas tat-totalità tal-multa għall-ksur imwettaq mill-impriża, inkwantu ma jkunux għadhom jikkostitwixxu entità ekonomika unitarja fil-mument meta tiġi adottata d-deċiżjoni, dawk is-suġġetti għandhom ikunu jafu s-sehem li jridu jbatu, internament, fir-relazzjonijiet mal-kodebituri in solidum tagħhom li magħhom ma jkunx għad għandhom rabta ekonomika, organizzattiva u legali suffiċjenti sabiex tiġi ġġustifikata l-inklużjoni tagħhom f’unità ekonomika. |
|
162. |
Minn dan isegwi li, f’każ fejn, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha ( 99 ), il-Kummissjoni tiddeċiedi li tistabbilixxi responsabbiltà in solidum bejn suġġetti li kkostitwixxew unità ekonomika fil-mument meta twettaq il-ksur, iżda li, fil-mument meta tiġi adottata d-deċiżjoni, ma jkunux għadhom jiffurmaw parti mill-istess unità ekonomika, dik l-istituzzjoni ma tistax tonqos mill-obbligu tagħha li tiddetermina s-sehem mill-multa li jkollu jbati s-suġġett li ma jkunx għad għandu rabtiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni tiegħu fl-unità ekonomika, fir-relazzjonijiet interni mal-kodebituri l-oħrajn. |
|
163. |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat ukoll li, għalkemm il-partijiet huma ċertament ħielsa fil-kuntest tal-libertà kuntrattwali tagħhom li jistabbilixxu fir-relazzjonijiet irregolati taħt id-dritt privat tagħhom liema persuna għandha tħallas liema parti tal-multa, min-naħa l-oħra huma ma għandhomx il-kompetenza li jiddeterminaw liberament l-ishma ta’ responsabbiltà ta’ kull persuna ġuridika kkundannata u b’hekk li jiffissaw l-ishma rispettivi tal-multa, li, peress li għandhom in-natura ta’ penali jaqgħu taħt id-dritt tal-kompetizzjoni. Huwa f’dan is-sens li, waqt li naqbel mal-pożizzjoni tal-Qorti Ġenerali, f’dan ir-rigward ninterpreta l-punt 214 tas-sentenza appellata fis-sens li ma huwiex fil-kompetenza tal-partijiet li jaqblu liberament kif għandu jinqasam bejniethom l-ammont ta’ multa li ġiet imposta fuqhom. Barra minn hekk, fir-rigward tal-fatt invokat mill-Kummissjoni li l-kodebituri in solidum jistgħu jaqsmu bejniethom liberament l-ammonti ta’ multa, għalkemm dan huwa minnu fil-kuntest tar-relazzjonijiet tagħhom irregolati taħt id-dritt privat, dan ma jistax madankollu jnaqqas in-neċessità li tirriżulta mill-prinċipju ta’ ċertezza legali li kull persuna kkonċernata tkun taf eżatt u mingħajr ambigwità l-portata tal-obbligi li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni timponi fuqha. |
|
164. |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, jidhirli li hemm lok li jiġi konkluż li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 214 sa 218, 222 u 236 tas-sentenza appellata billi bbażat fuq ir-regola dwar ir-responsabbiltà f’partijiet indaqs sabiex tiċħad l-argumenti mressqa quddiemha mill-appellanti. |
|
165. |
F’dak li jikkonċerna, fit-tieni lok, l-ilment ta’ Alstom ibbażat fuq li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-Kummissjoni ma ddelegatx lill-qorti nazzjonali jew lill-arbitru s-setgħa li jiddeterminaw il-kontribuzzjonijiet rispettivi tal-kodebituri in solidum għall-ħlas tal-multa, fl-ewwel lok għandha tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni li tgħid li dan huwa motiv ġdid inammissibbli. |
|
166. |
F’dan ir-rigward, jirriżulta mill-ġurisprudenza li, peress li parti għandha tkun tista’ tikkontesta l-motivi kollha ta’ sentenza li biha hija tkun tħossha aggravata, kull parti tista’, meta l-Qorti Ġenerali tkun għaqqdet żewġ kawżi u tat sentenza waħda li twieġeb għall-motivi kollha ppreżentati mill-partijiet fil-proċedura quddiemha, tikkritika r-raġunamenti relatati ma’ motivi li, quddiem il-Qorti Ġenerali, kienu mqajma biss mir-rikorrenti fil-kawża magħquda l-oħra, kemm-il darba hija tkun tħossha aggravata b’dawk ir-raġunamenti ( 100 ). |
|
167. |
Issa, huwa paċifiku li Areva u l-ex sussidjarji tagħha qajmu tali motiv quddiem il-Qorti Ġenerali, li wieġbet għal dawn fil-punti 232 sa 237 tas-sentenza appellata. F’dawn iċ-ċirkustanzi, fir-rigward tat-tliet ex sussidjarji ta’ Areva li ġew ittrasferiti lil Alstom, dan il-motiv ma jikkostitwixxix motiv ġdid. Fir-rigward ta’ Alstom, waqt li ma huwiex ikkontestat li hija tinsab aggravata bir-raġunament tal-Qorti Ġenerali, għandu jitqies li hija tista’ tikkontesta dan ukoll fl-appell. |
|
168. |
Dwar il-mertu, għandu jitfakkar li, skont il-prinċipju ta’ attribuzzjoni ( 101 ), l-Unjoni taġixxi biss fil-limiti tal-kompetenzi li l-Istati Membri attribwixxew lilha fit-Trattati sabiex tilħaq l-għanijiet li dawn it-Trattati jistabbilixxu. Il-kompetenzi kollha mhux attribwiti lill-Unjoni fit-Trattati jibqgħu għand l-Istati Membri. Barra minn hekk, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(2) TUE [li kienet it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1) KE], kull Istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, u skont il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-finijiet previsti minnhom. |
|
169. |
Issa, kif spjegajt fid-dettall fil-punti 48 et seq tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq, li għaliha nirreferi, jidhirli li ma huwiex possibbli li tiġi miċħuda, fil-kuntest tas-setgħa tagħha li timponi sanzjonijiet għal ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni, il-kompetenza tal-Kummissjoni li tiddetermina t-tqassim intern tal-multa bejn kodebituri responsabbli in solidum sa fejn dan jirriżulta neċessarju biex jinkiseb l-għan proprju ta’ dik is-setgħa, jiġifieri li tiġi żgurata l-osservazzjoni tal-projbizzjonijiet previsti f’dawn ir-regoli. Min-naħa l-oħra, f’ċerti każijiet, bħal f’dak li għadni kif semmejt fil-punti preċedenti 160 sa 162 iktar ’il fuq, id-determinazzjoni tal-ishma tal-kodebituri kkundannati in solidum min-naħa tal-Kummissjoni ssir neċessarja. |
|
170. |
F’din il-kawża, peress li l-Kummissjoni ddeċidiet li tikkundanna in solidum żewġ kumpanniji li ma kinux għadhom jikkostitwixxu unità ekonomika fil-mument meta ġiet adottata d-deċiżjoni, jiġifieri Alstom u Areva T&D SA, fil-fehma tiegħi hija kienet obbligata li tistabbilixxi l-ishma rispettivi tagħhom. |
|
171. |
Isegwi li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet fil-punti 236 u 237 tas-sentenza appellata l-motivi u l-ilmenti bbażati fuq ksur tal-Artikolu 7 KE billi kkunsidrat li dawn huma bbażati fuq ipoteżi żbaljata għaliex, f’din il-kawża, il-Kummissjoni ddeterminat, fid-deċiżjoni kkontestata, is-sehem tar-responsabbiltà rispettiva ta’ Areva T&D SA u Alstom fil-parteċipazzjoni tal-impriża kkonċernata fil-ksur għall-perijodu bejn is-7 ta’ Diċembru 1992 sat-8 ta’ Jannar 2004 u b’hekk, is-sehem rispettiv tagħhom mill-ammont tal-multa li huma obbligati jħallsu in solidum lill-Kummissjoni. |
|
172. |
Fit-tielet lok, fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, jidhirli li dan ma jistax jiġi aċċettat. Effettivament, billi mmotivat fil-punti 214 u 216 kif ukoll fil-punt 236 tas-sentenza appellata ċ-ċaħda tal-motivi bbażati fuq iċ-ċertezza legali u d-delegazzjoni illeċita tas-setgħat, il-Qorti Ġenerali sempliċement ħadet kunsiderazzjonijiet ġuridiċi billi applikat ir-regoli tar-responsabbiltà in solidum kif interpretati minnha. Indipendentement mill-fatt li jiena ma naqbilx ma’ din l-interpretazzjoni, jidhirli li fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità, huwa totalment fil-kompitu tal-Qorti Ġenerali biex tieħu tali kunsiderazzjonijiet ġuridiċi. B’hekk ma jistax jingħad li l-Qorti Ġenerali wettqet sostituzzjoni illegali tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
173. |
Finalment, fir-rigward tat-talba ta’ sostituzzjoni tal-motivi tal-Kummissjoni li hija intiża biex tikkontesta l-kompetenza tagħha li tiddetermina r-relazzjonijiet interni bejn kodebituri in solidum, din għandha tiġi miċħuda fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti preċedenti 160 sa 163 u 169. Inkwantu dik it-talba tikkorrispondi, essenzjalment, mal-argumenti li l-Kummissjoni qajmet fil-kuntest tal-ewwel u t-tielet aggravji tal-appell li hija ressqet fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq, għal kunsiderazzjonijiet iktar profondi, ser nirreferi għall-analiżi ta’ dawn l-aggravji fil-punti 42 sa 91 tal-konklużjonijiet tiegħi fl-imsemmija kawża. |
4. Konklużjoni dwar l-aggravji u l-ilmenti li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli tar-responsabbiltà in solidum
|
174. |
Bħala konklużjoni, jirriżulta minn dak kollu li ntqal hawn fuq li, fil-fehma tiegħi, it-tieni u t-tielet aggravji ta’ Areva, kif ukoll ir-raba’ aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom għandhom jiġu milqugħa u li, għaldaqstant, il-multa kif prevista fit-tieni inċiż tal-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata għandha tiġi annullata. |
E – Fuq ir-raba’ aggravju ta’ Areva bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament
|
175. |
Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, Areva ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma eżerċitatx il-kompetenza tagħha ta’ ġurisdizzjoni sħiħa sabiex tirrimedja l-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-multa li ġiet imposta fuqha in solidum. |
|
176. |
Areva tirrileva, fl-ewwel lok, li għal ksur ta’ tul ta’ żmien ta’ erba’ xhur, hija ġiet ikkundannata tħallas in solidum somma li tirrappreżenta kważi nofs is-somma li Alstom għandha tħallas in solidum għal ksur ta’ tul ta’ żmien ta’ tnax-il sena jew kważi d-doppju tal-multa li Alstom għandha tħallas unikament għall-parteċipazzjoni diretta tagħha fl-akkordju għal perijodu ta’ erba’ snin. Dik id-differenza bejn l-ammonti tal-multa tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza it-trattament meta hija kkonfermat id-deċiżjoni kkontestata li ssanzjonat lil Areva b’mod ferm iktar sever minn Alstom minkejja li Alstom kienet waħda mill-kumpanniji fundatriċi tal-akkordju, u minkejja li t-tul ta’ żmien totali tal-parteċipazzjoni ta’ Alstom fl-akkordju kien 47 darba ikbar minn dak ta’ Areva u li d-dħul mill-bejgħ ta’ Alstom kien ikbar minn dak ta’ Areva. |
|
177. |
B’hekk, meta eżerċitat il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali kien imissha evalwat jekk l-ammont tal-multa imposta fuq Areva kienx proporzjonat meta pparagunat mal-gravità u mat-tul ta’ żmien tal-ksur u jekk kienx konformi mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. B’applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, hija kien imissha naqqset l-ammont tal-multa li għalih Areva nżammet responsabbli in solidum. |
|
178. |
L-ewwel nett, hemm lok li jiġu analizzati l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni kontra dan l-aggravju. |
|
179. |
Il-Kummissjoni ssostni, fl-ewwel lok, li dan l-aggravju huwa inammissibbli, għaliex fl-appell tagħha, Areva ma tippreċiżax il-punti tas-sentenza appellata li, fil-fehma tagħha, huma vvizzjati bi żball ta’ liġi. F’dan ir-rigward, nirrileva li, għalkemm ir-Regoli tal-Proċedura l-ġodda tal-Qorti Ġenerali jipprevedi, fl-Artikolu 169(2) li l-aggravji u l-argumenti ta’ liġi invokati fl-appell għandhom jidentifikaw bi preċiżjoni l-punti tal-motivi tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li jkunu qegħdin jiġu kkontestati, tali rekwiżit ma kienx previst formalment fir-Regoli tal-Proċedura antiki li kienu applikabbli f’din il-kawża ( 102 ). Ċertament, anki qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regoli tal-Proċedura l-ġodda, kien jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li, b’mod konformi mal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 112(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura l-antiki, appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kritiċi tas-sentenza li l-annullament tagħha kien qed jintalab kif ukoll l-argumenti ġuridiċi li fuqhom tkun ibbażata b’mod speċifiku din it-talba ( 103 ). |
|
180. |
Madankollu, f’din il-kawża, għandu jiġi kkonstatat li Areva essenzjalment tikkontesta li l-Qorti Ġenerali naqset milli teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha. Issa, fir-rigward ta’ lment ibbażat fuq ommissjoni, essenzjalment ma hemmx punti fis-sentenza li magħhom jista’ jintrabat l-ilment jew li minnhom tkun tirriżulta din l-ommissjoni. Barra minn hekk, hija tindika l-argumenti ġuridiċi li jsostnu speċifikament it-talba tagħha, jiġifieri żball ta’ liġi fir-rigward tal-allegat ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
|
181. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidhirli li ma jistax jiġi ddikjarat bħala inammissibbli r-raba’ aggravju ta’ Areva inkwantu hija ma ppreċiżatx il-punti tas-sentenza appellata li, fil-fehma tagħha, huma vvizzjati bi żball ta’ liġi. |
|
182. |
Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tqis li dan l-aggravju huwa inammissibbli, minn naħa, bħala motiv ġdid li ma tqajjimx quddiem il-Qorti Ġenerali u, min-naħa l-oħra, inkwantu kien intiż biex il-Qorti tal-Ġustizzja tintalab tipproċedi għal eżami mill-ġdid tal-ammont tal-multa kif mibdul mill-Qorti Ġenerali, li ma huwiex fil-kompetenza tagħha. |
|
183. |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 112 iktar ’il fuq, peress li l-appell ma jistax ibiddel is-suġġett tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, parti ma tistax tqajjem għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja motiv li hija setgħet tqajjem quddiem il-Qorti Ġenerali, iżda li hija ma tkunx qajmet. |
|
184. |
Barra minn hekk, kif semmejt ukoll fil-punt 122 iktar ’il fuq, skont il-ġurisprudenza, għalkemm rikorrent jista’ jippreżenta appell billi jinvoka, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, motivi li jirriżultaw mis-sentenza appellata nfisha li jkunu intiżi biex jikkritikaw il-fondatezza skont il-liġi ( 104 ), madankollu jirriżulta minn ġurisprudenza ferm stabbilita li, fl-istadju tal-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali b’tagħha stess għal raġunijiet ta’ ekwità fir-rigward tal-kwistjoni tan-natura proporzjonata ta’ multa, iżda hija tillimita ruħha li tivverifika jekk il-Qorti Ġenerali wettqitx żbalji manifesti fl-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha ta’ ġurisdizzjoni sħiħa, pereżempju billi ma tkunx ħadet inkunsiderazzjoni l-aspetti rilevanti kollha ( 105 ). Fil-kuntest tal-proċedura ta’ appell, żball ta’ liġi tal-Qorti Ġenerali minħabba ammont mhux xieraq ta’ multa ma jistax b’hekk jiġi kkonstatat ħlief fuq bażi eċċezzjonali, jiġifieri meta “l-livell tas-sanzjoni mhux biss ma hijiex xierqa, iżda wkoll eċċessiva, sal-punt li tkun sproporzjonata” ( 106 ). |
|
185. |
Jirriżulta barra minn hekk mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni sħiħa ma jistax iwassal, meta jiġi ddeterminat l-ammont tal-multi, għal diskriminazzjoni bejn l-impriżi li jkunu pparteċipaw fi ftehim li jmur kontra l-Artikolu 101(1) TFUE ( 107 ). |
|
186. |
F’din il-kawża, fl-appell tagħha, Areva tallega żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali inkwantu hija ma rrimedjatx fl-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni sħiħa tagħha l-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament li wettqet il-Kummissjoni fir-rigward tal-multa imposta fuqha in solidum. |
|
187. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li n-natura sproporzjonata ta’ multa imposta b’deċiżjoni tal-Kummissjoni, meta din ma tkunx tista’ tikkostitwixxi motiv ta’ ordni pubbliku, ma hijiex is-suġġett ta’ stħarriġ ex ufficio mill-Qorti Ġenerali. B’hekk hija ma tiddeċidix dwar motiv ibbażat fuq tali natura tal-multa ħlief jekk dan il-motiv jitqajjem mir-rikorrent ( 108 ). L-istess kunsiderazzjonijiet huma applikabbli għal motiv li jkun ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ( 109 ). |
|
188. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja barra minn hekk enfasizzat li, għalkemm il-ġurisdizzjoni sħiħa rikonoxxuta lill-qorti tal-Unjoni tawtorizzaha, lil hinn mis-sempliċi stħarriġ tal-legalità tas-sanzjoni, li tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni b’tagħha stess u, konsegwentement, li tneħħi, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagamenti ta’ penalità imposti, minn naħa waħda, l-eżerċizzju ta’ dik il-kompetenza ma huwiex ekwivalenti għal stħarriġ ex ufficio u, min-naħa l-oħra, il-proċeduri quddiem il-qrati tal-Unjoni huma inter partes. B’hekk, bl-eċċezzjoni tal-motivi ta’ ordni pubbliku li l-qorti għandha tqajjem ex officio, bħall-assenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, huwa r-rikorrent li għandu jqajjem il-motivi kontra din id-deċiżjoni kkontestata u li jipproduċi provi insostenn ta’ dawn il-motivi ( 110 ). |
|
189. |
Issa, f’din il-kawża, għandu jiġi kkonstatat li, quddiem il-Qorti Ġenerali, Areva ma qajmitx motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament, li permezz tiegħu hija kienet tallega l-illegalità tal-multa li ġiet imposta fuqha minħabba l-ksur ta’ dawn il-prinċipji. Ċertament, quddiem il-Qorti Ġenerali, hija allegat ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità. Madankollu, dawn l-ilmenti jirrigwardaw kwistjoni totalment differenti, jiġifieri l-kundanna in solidum tal-kumpanniji Alstom u Areva T&D SA u mhux l-allegata illegalità tal-ammont tal-multa imposta fuq Areva. |
|
190. |
B’hekk, fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punti 187 u 188 iktar ’il fuq, inkwantu Areva ma qajmitx quddiem il-Qorti Ġenerali l-ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament għall-effetti invokati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, hija ma tistax tikkritikaha, fl-istadju ta’ appell, li wettqet żball ta’ liġi billi ma rrilevatx tali ksur hija stess ex ufficio, anki fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-raba’ aggravju ta’ Areva għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
|
191. |
Fir-rigward tal-argument ta’ Areva li dak il-motiv huwa fi kwalunkwe każ ammissibbli inkwantu l-preżentata tiegħu matul il-kawża huwa ġġustifikat minn element de facto ġdid li seħħ bejn il-preżentata tar-rikors u dik tal-appell, jiġifieri t-trasferiment ta’ Areva T&D SA lil Alstom, nirrileva li jirriżulta kemm mill-kontenut stess tal-Artikolu 42(2) tar-Regoli tal-Proċedura, riprodott fil-punt 75 iktar ’il fuq, kif ukoll mill-ġurisprudenza ( 111 ) li, sabiex motiv ġdid ikun ammissibbli minħabba l-intervent ta’ element de facto ġdid, dak il-motiv għandu “ikun ibbażat” fuq dak l-element de facto ġdid. Issa, għandu jiġi kkonstatat li t-trasferiment minn Areva fl-2010 ta’ Areva T&D SA lil Alstom ma jista’ jkollu ebda effett fuq l-allegata natura sproporzjonata tal-multa jew fuq l-allegata diskriminazzjoni u b’hekk fuq il-possibbiltà għal Areva li tqajjem fl-ewwel istanza motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament. F’dawn iċ-ċirkustanzi, tali motiv ġdid “ma huwiex ibbażat” fuq l-imsemmi trasferiment, li b’hekk ma jistax jiġi invokat biex tiġi ġġustifikata l-ammissibbiltà. |
|
192. |
Fl-aħħar nett, sabiex l-argumenti invokati minn Areva jistgħu jiġu interpretati fis-sens li hija tfittex li tikseb evalwazzjoni ġdida tan-natura xierqa tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha minħabba t-tul ta’ żmien ferm qasir tal-parteċipazzjoni ta’ Areva fil-ksur, nirrileva li ċ-ċirkustanza li l-parteċipazzjoni ta’ Areva fl-akkordju kienet ferm qasira b’ebda mod ma taffettwa l-gravità tal-ksur kif tirriżulta min-natura tagħha stess u kif kienet riflessa fil-kalkolu tal-multa, b’mod partikolari fid-determinazzjoni tal-ammont tat-tluq. Iċ-ċirkustanza li t-tul ta’ żmien tal-parteċipazzjoni ta’ Areva fl-akkordju kien ferm qasir kienet riflessa fil-fatt li dan l-ammont inizjali ma ġiex miżjud abbażi tat-tul ta’ żmien tal-ksur. Minn dan isegwi li, f’din il-kawża, xejn ma jindika li l-ammont tal-multa stabbilita mill-Qorti Ġenerali huwa eċċessiv sal-punt li huwa sproporzjonat. F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali b’tagħha stess ( 112 ). |
|
193. |
Konsegwentement, anki jekk jiġi interpretat fis-sens indikat fil-punt preċedenti, b’mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija fil-punt 184 iktar ’il fuq, ir-raba’ aggravju ta’ Areva għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi miċħud bħala inammissibbli ( 113 ). |
F – Fuq il-ħames aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal rimedju effettiv
|
194. |
Fil-kuntest tal-ħames aggravju tagħhom, il-kumpanniji tal-grupp Alstom isostnu li, fil-punti 223 sa 230 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żbaljat fir-rigward tal-portata tal-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal rimedju effettiv u b’hekk ma weġbitx għall-motiv imqajjem quddiemha. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonċentrat fuq ir-rekwiżit ta’ stħarriġ ġudizzjarju, u b’mod iktar partikolari fuq il-fatt li Alstom u Areva T&D SA tabilħaqq ibbenefikaw mid-dritt li jissottomettu d-deċiżjoni għal stħarriġ ġudizzjarju billi jeżerċitaw b’mod effettiv mezzi ta’ rimedju, filwaqt li fir-realtà il-motiv imqajjem quddiem il-Qorti Ġenerali kien jirrigwarda l-libertà tal-għażla li jiġi pppreżentat rikors, li kienet limitata minħabba l-effett tal-kundanna in solidum ta’ Alstom u Areva T&D SA li għaqqdet is-sitwazzjonijiet legali tagħhom fuq livell proċedurali. |
|
195. |
F’dan ir-rigward, jirriżulta minn qari tal-punti 223 sa 230 tas-sentenza appellata li, mhux talli l-Qorti Ġenerali ma ħaditx żball fir-rigward tal-portata tal-argumenti ta’ Alstom, iżda wieġbet tajjeb għall-motiv imqajjem minnha quddiemha. |
|
196. |
Effettivament, fl-imsemmija sentenza, wara li fakkret il-ġurisprudenza rilevanti, fil-punti 224 sa 227, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat ġustament li l-kundanna in solidum ta’ Alstom u ta’ Areva T&D SA min-naħa tal-Kummissjoni ma ppreġudikatx id-dritt ta’ kull waħda minn dawn il-kumpanniji, bħala destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata, li tissottometti din tal-aħħar għal stħarriġ ġudizzjarju permezz tal-eżerċizzju effettiv ta’ miżuri ta’ rimedju ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni. |
|
197. |
Iċ-ċirkustanza li kieku Areva T&D SA kienet ippreżentat rikors, Alstom sabiex tevita li tħallas il-multa sħiħa kienet tkun obbligata li tagħmel l-istess u viċe-versa fir-realtà hija biss il-konsegwenza awtomatika tal-impożizzjoni ta’ multa in solidum, li, fir-rigward ta’ Alstom u Areva T&D SA, kienet iġġustifikata f’din il-kawża għar-raġunijiet imsemmija fil-punt 41 iktar ’il fuq. Dik iċ-ċirkustanza ċertament għandha impatt fuq l-istrateġija tad-diversi kodebituri in solidum, iżda ma twassalx għal ksur tad-dritt għal rimedju effettiv. |
|
198. |
Effettivament, kull kodebitur iżomm id-dritt u l-possibbiltà li jippreżenta rikors, kif fil-fatt għamlu kemm Alstom kif ukoll Areva T&D SA. Ċertament, kieku huma ma ppreżentawx rikors, il-kodebitur in solidum kien ikun espost għar-riskju li jkollu jħallas il-multa sħiħa anki kieku l-Qorti Ġenerali kellha tannulla d-deċiżjoni li timponi l-multa in solidum wara l-preżentata ta’ rikors minn kodebitur ieħor. Effettivament, jirriżulta mill-ġurisprudenza, minn naħa waħda, li, jekk destinatarju ta’ deċiżjoni jiddeċiedi li jippreżenta rikors għal annullament, il-qorti tal-Unjoni tkun adita biss b’elementi tad-deċiżjoni li jikkonċernawh u dawk li jikkonċernaw lil destinatarji oħrajn, li ma ġewx ikkontestati, u li ma jaqgħux taħt is-suġġett tal-kawża li l-imsemmija qorti tkun mitluba tiddeċiedi u, min-naħa l-oħra, li konsegwentement l-awtorità ta’ motiv ta’ sentenza ta’ annullament ma tistax tapplika għat-tip ta’ persuni li ma kinux partijiet fil-kawża u li fir-rigward tagħhom is-sentenza ma setgħetx tiġi deċiża fi kwalunkwe każ ( 114 ). |
|
199. |
Il-Qorti Ġenerali b’hekk ma ħadet ebda żball dwar il-portata tal-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal rimedju effettiv li tqajjem quddiemha minn Alstom meta hija kkonkludiet, fil-punt 230 tas-sentenza appellata, li ma setax jitqies li d-deċiżjoni kkontestata, inkwantu imponiet multa li trid titħallas in solidum minn Alstom u minn Areva T&D SA, marret kontra l-prinċipju tad-dritt għal rimedju effettiv. |
|
200. |
Fil-fehma tiegħi, minn dan isegwi li l-ħames aggravju ta’ Alstom għandu jiġi miċħud. |
G – Konklużjoni dwar l-analiżi tal-appelli
|
201. |
Fil-fehma tiegħi, jirriżulta minn dak kollu li ntqal hawn fuq li t-tieni u t-tielet aggravji ta’ Areva kif ukoll ir-raba’ aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom għandhom jiġu milqugħa u li, għaldaqstant, il-multa kif prevista fit-tieni inċiż tal-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata għandha tiġi annullata. |
|
202. |
Għall-kumplament, jidhirli li l-appelli għandhom jiġu miċħuda. |
IV – Fuq ir-rikorsi għal annullament u fuq id-determinazzjoni tal-multa
A – Fuq ir-rikorsi għal annullament
|
203. |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, hija tista’ għaldaqstant jew taqta’ definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha. |
|
204. |
F’din il-kawża, fil-fehma tiegħi l-kawża tinsab fi stat li tista’ tiġi deċiża. |
|
205. |
Effettivament, ir-responsabbiltà tal-appellanti għall-ksur ikkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata u kkonfermata mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata ma hijiex ikkontestata mill-analiżi tal-appelli. Fil-fehma tiegħi, għandha tiġi annullata biss il-multa kif prevista fit-tieni inċiż tal-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata, minħabba żbalji li jirrigwardaw l-applikazzjoni tar-regoli tar-responsabbiltà in solidum li wasslu għal ksur ta’ dritt. |
|
206. |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-konfigurazzjoni tar-responsabbiltà in solidum prevista fid-deċiżjoni kkontestata, speċifikament fl-Artikolu 2(c) tagħha hija l-istess bħal dik prevista fit-tieni inċiż tal-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata, li kkonfermatha. Minn dan isegwi li l-istess ksur ta’ dritt li, fil-kuntest tal-analiżi li tinsab fil-punti preċedenti 96 sa 174, wassalni biex nipproponi l-annullament tal-imsemmi punt tad-dispożittiv tas-sentenza appellata, huwa kkonfigurat ukoll f’relazzjoni mal-multa kif stabbilita fid-deċiżjoni kkontestata. F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidhirli li hemm lok li jiġi annullat ukoll l-Artikolu 2(c) tad-deċiżjoni kkontestata, kif mitlub mill-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali. |
B – Fuq id-determinazzjoni tal-multa
|
207. |
L-annullament parzjali li nipproponi fir-rigward tal-Artikolu 2(c) tad-deċiżjoni kkontestata jimplika li hemm lok li tittieħed deċiżjoni ġdida dwar il-multa ffissata fl-imsemmija deċiżjoni. Fil-kuntest tad-dritt tagħha li tassumi responsabbiltà għall-eżami skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha f’dan ir-rigward ġurisdizzjoni sħiħa, kif previst fl-Artikolu 261 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 ( 115 ).Għalhekk hija tista’ liberament tiddetermina ammont ġdid tal-multa ( 116 ). |
|
208. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi rrilevat li l-ammont tal-multa imposta fuq Alstom Grid SAS li huwa ekwivalenti għal EUR 48 195 000, kif stabbilit mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata, ma ġiex ikkontestat mill-aggravji u l-ilmenti li jiena pproponejt li jiġu milqugħa mill-Qorti Ġenerali. Dan l-ammont b’hekk jibqa’ l-istess. |
|
209. |
Min-naħa l-oħra, jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet li saru fil-punti 135 et seq li, f’każ bħal dak f’din il-kawża, fejn iż-żewġ kumpanniji parent suċċessivi, li ġew ikkundannati esklużivament fuq il-bażi ta’ responsabbiltà dderivata totalment minn dik tas-sussidjarja, jiġu magħquda permezz ta’ rabtiet ta’ responsabbiltà in solidum mas-sussidjarja tagħhom (rispettivament dik antika u dik ġdida), is-somma totali tal-ammonti li għalihom il-kumpanniji parent huma kkundannati ma tistax taqbeż l-ammont li għalih hija kkundannata s-sussidjarja. Barra minn hekk, il-kumpanniji parent għandhom ikunu jistgħu jsiru jafu mingħajr ambigwità l-ammont li huma jridu jħallsu fir-rigward tal-perijodu li għalih huma jinżammu responsabbli in solidum għall-ksur mas-sussidjarja tagħhom. |
|
210. |
Peress li l-ammont tal-multa imposta fuq is-sussidjarja, jiġifieri Alstom Grid SAS ġie ffissat għal EUR 48 195 000, għaldaqstant għandhom jiġu ddeterminati ż-żewġ ishma ta’ dan l-ammont li għalihom kull waħda mill-kumpanniji parent hija miżmuma responsabbli in solidum magħha. |
|
211. |
F’dan ir-rigward, kriterju li, fil-fehma tiegħi, huwa rilevanti sabiex titqassam bejn iż-żewġ kumpanniji parent il-multa tas-sussidjarja jista’ jkun it-tul ta’ żmien rispettiv tal-eżerċizzju tal-influwenza determinanti fuqha. Ċertament, dak il-kriterju ma huwiex l-uniku wieħed li jista’ jiġi previst. Madankollu, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża, jidhirli li dan jikkostitwixxi kriterju adegwat li jippermetti li tiġi żgurata ċerta proporzjonalità f’din id-determinazzjoni tal-ishma. |
|
212. |
B’hekk, jirriżulta mill-proċess li Alstom eżerċitat influwenza determinanti fuq Alstom T&D SA fil-perijodu bejn is-7 ta’ Diċembru 1992 u t-8 ta’ Jannar 2004, jew tul ta’ żmien ta’ ħdax-il sena u xahar. |
|
213. |
Areva SA u Areva T&D Holding SA eżerċitaw influwenza determinanti fuq Areva T&D SA u Areva T&D AG ( 117 ), għal perijodu ta’ erba’ xhur, jiġifieri bejn id-9 ta’ Jannar u l-11 ta’ Mejju 2004. |
|
214. |
Minn dan isegwi li, fil-fehma tiegħi, billi applikat il-kriterju indikat fil-punt 211, Alstom għandha titqies li hija responsabbli in solidum ma’ Alstom Grid SAS għal EUR 46 787 847 u Areva, T&D Holding SA u Alstom Grid AG għandhom jitqiesu responsabbli in solidum ma’ Alstom Grid SAS għal EUR 1 407 153 ( 118 ). |
C – Fuq id-determinazzjoni tas-sehem ta’ Areva
|
215. |
F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja taqbel mal-interpretazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum li jiena pproponejt — skont liema, meta tiġi stabbilita responsabbiltà in solidum bejn suġġetti li kienu jikkostitwixxu unità ekonomika fil-mument meta jitwettaq ksur, iżda li, fil-mument meta tiġi imposta s-sanzjoni, ma jkunux għadhom jagħmlu parti mill-istess unità ekonomika, huwa neċessarju li jiġi ddeterminat is-sehem tal-multa li s-suġġett li ma jkunx għad għandu rabtiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni tiegħu fl-unità ekonomika għandu jbati fir-relazzjonijiet interni mal-kodebituri l-oħrajn ( 119 ) — ikun hemm lok ukoll li jiġu ddeterminati b’mod konkret l-ishma mill-multa li jridu jitħallsu mis-suġġetti li, f’din il-kawża, huma kkundannati in solidum, iżda li ma għadhomx jagħmlu parti mill-entità ekonomika unitarja. |
|
216. |
F’dan ir-rigward, diġà kelli l-okkażjoni li nosserva, minn naħa waħda, inkwantu l-ġurisdizzjoni sħiħa tawtorizza lill-qorti tal-Unjoni, lil hinn minn sempliċi stħarriġ tal-legalità, li tbiddel l-att ikkontestat, jiġifieri li tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni b’tagħha stess ( 120 ), li l-imsemmija qorti tista’ teżerċita din il-ġurisdizzjoni fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija mit-trattati lil dik l-istituzzjoni. B’hekk, fil-każ imsemmi fil-punt preċedenti, fil-fehma tiegħi l-qorti tal-Unjoni hija awtorizzata, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, li tiddetermina l-ishma tal-multa imposta fuq suġġetti kkundannati in solidum, iżda li ma jkunux għadhom jagħmlu parti mill-entità ekonomika unitarja li tkun wettqet il-ksur ( 121 ). Min-naħa l-oħra, diġà rrilevajt ukoll li l-ġurisdizzjoni sħiħa tawtorizza lill-qorti tal-Unjoni li tieħu inkunsiderazzjoni “iċ-ċirkustanzi de facto kollha” inklużi ċ-ċirkustanzi li jseħħu wara d-deċiżjoni kkontestata quddiemha ( 122 ). |
|
217. |
Issa, f’din il-kawża, jirriżulta mill-proċess li, wara t-trasferiment tal-attivitajiet ta’ T&D d’Alstom lil Areva, Alstom Grid SAS u ż-żewġ ex sussidjarji oħra ta’ Areva (jiġifieri T&D Holding SA u Alstom Grid AG) issa saru mill-ġdid sussidjarji ta’ Alstom. |
|
218. |
Minn dan isegwi li, f’din il-kawża, kienet Areva li, fil-mument meta wettqet il-ksur, kienet tikkostitwixxi entità ekonomika unitarja mal-ex sussidjarji tagħha li magħhom hija ġiet ikkundannata in solidum u li magħhom madankollu, fil-mument tal-bidla tas-sanzjoni, hija ma kinitx għadha tifforma parti minn entità ekonomika unitarja. Huwa b’dan il-mod li għandu jiġi ddeterminat is-sehem tal-multa imposta fuq Areva mal-ex sussidjarji tagħha. |
|
219. |
Fil-punt 87 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq, jiena semmejt ċerti ċirkustanzi, indikati barra minn hekk mill-Kummissjoni nfisha, li jikkonċernaw ir-rabtiet bejn il-kumpannija parent u s-sussidjarja li, fil-prinċipju, huma irrilevanti għall-finijiet tal-esklużjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti, iżda li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni biex jiġi ddeterminat il-grad ta’ tort relattiv bejn il-kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha u, b’hekk, għad-determinazzjoni tar-relazzjonijiet interni bejn kodebituri in solidum tal-multa. Fost dawn iċ-ċirkustanzi, li fil-fehma tiegħi ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ lista limitata jew eżawrjenti, il-Kummissjoni kienet indikat il-fatt li l-kumpannija parent ma pparteċipatx direttament fil-ksur, il-preżenza jew il-livell ta’ interessi tal-kumpannija parent fis-settur ikkonċernat mill-ksur u l-fatt li ma kinitx taf bil-ksur. Fl-istess konklużjonijiet, jiena rrilevajt ukoll li, kif huwa l-każ fil-kuntest tad-determinazzjoni tas-sanzjoni, hija għandha tiġi rikonoxxuta ċerta marġni ta’ diskrezzjoni fl-evalwazzjoni tar-rilevanza u tal-importanza tal-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni f’kull każ. |
|
220. |
Issa, l-istruttura tal-ġudizzju teħtieġ pjuttost li l-Qorti tal-Ġustizzja stess tiddeċiedi definittivament fuq il-kawża kull darba li l-proċess ikun lest, li l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha elementi neċessarji u li l-partijiet setgħu ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq il-punti rilevanti kollha ( 123 ). |
|
221. |
F’din il-kawża, il-proċess fih ċerti elementi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-grad ta’ tort relattiv ta’ Areva ( 124 ). Fuq il-bażi tal-analiżi ta’ dawn l-elementi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tkun f’pożizzjoni li tiddeċiedi hija stess b’mod definittiv fuq id-determinazzjoni tas-sehem mill-multa imposta fuq Areva. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li f’dan l-istadju tal-proċedura, il-kumpanniji kkonċernati ma kellhomx l-okkażjoni li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom f’dan ir-rigward. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha taqbel mal-interpretazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum li jiena ser nipproponi u kellha tikkunsidra li għandha elementi suffiċjenti biex tkun tista’ tiddetermina s-sehem ta’ Areva, fil-fehma tiegħi jkun neċessarju li jinstemgħu l-kumpanniji kkonċernati fuq dan il-punt. |
|
222. |
Min-naħa l-oħra, jekk il-Qorti Ġenerali kellha tqis fi kwalunkwe każ li ma għandhiex l-elementi neċessarji biex tkun tista’ tiddetermina s-sehem ta’ Areva, fil-fehma tiegħi jkun il-kompitu tal-Kummissjoni biex tiddetermina b’mod konkret dak is-sehem, abbażi tal-obbligu tagħha li tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja b’mod konformi mal-Artikolu 266 TFUE. |
V – Fuq l-ispejjeż
|
223. |
Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi l-kawża hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. |
|
224. |
Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli tal-Proċedura, applikabbli fl-appell skont l-Artikolu 184(1), kull parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. L-Artikolu 138(3) ta’ dan ir-regolament jippreċiża li, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. Madankollu, skont din l-istess dispożizzjoni, jekk fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża jkun jidher ġustifikat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li waħda mill-partijiet għandha, minbarra l-ispejjeż tagħha, tbati parti mill-ispejjeż tal-parti l-oħra. |
|
225. |
F’din il-kawża, nipproponi li jintlaqgħu l-appelli ta’ Areva u tal-kumpanniji tal-grupp Alstom fil-parti li tikkonċerna l-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbiltà in solidum, iżda li jiġu miċħuda għall-kumplament. Madankollu, skont is-soluzzjoni li nipproponi, Areva u l-kumpanniji tal-grupp Alstom essenzjalment rebħu l-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
226. |
Fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża, jidhirli li hemm lok li l-Kummissjoni tiġi kkundannata biex tbati l-ispejjeż tagħha stess fiż-żewġ istanzi, kif ukoll terz tal-ispejjeż ta’ Areva u tal-kumpanniji tal-grupp Alstom f’dawn l-istanzi. Areva u l-kumpanniji tal-grupp Alstom għandhom ibatu żewġ terzi tal-ispejjeż tagħhom stess relatati maż-żewġ kawżi. |
VI – Konklużjoni
|
227. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi kif ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) T‑117/07 u T‑121/07 (Ġabra p. II-633).
( 3 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899 – Switchgear insulat bil-gass).
( 4 ) Is-SIG jintuża sabiex jiġi kkontrollat il-fluss ta’ enerġija fis-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-elettriku. Dan huwa tagħmir tal-elettriku tqil, li jintuża bħala komponent ewlieni għal substations għall-ġenerazzjoni tal-elettriku (turnkey). Ara l-punti 2 sa 5 tas-sentenza appellata.
( 5 ) It-tliet appelli f’dawn il-kawżi jikkonċernaw is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens Österreich et vs Il‑Kummissjoni (T-122/07 sa T-124/07, Ġabra p. II-793).
( 6 ) Areva T&D SA tikkorrispondi mal-kumpannija Alstom T&D SA u, għall-finijiet ta’ din il-kawża, Areva T&D AG tikkorrispondi mal-kumpannija Alstom T&D AG (ara l-premessi 21 u 23 tad-deċiżjoni kkontestata u l-punt 59 tas-sentenza appellata). Qabel it-trasferiment tal-attivitajiet tal-grupp Alstom fis-settur T&D fit-8 ta’ Jannar 2004, dawn iż-żewġ kumpanniji pparteċipaw fil-ksur ikkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata fil-kuntest tal-grupp Alstom (ara l-premessa 331 tad-deċiżjoni kkontestata).
( 7 ) Jirriżulta, b’mod partikolari, mill-punti 29 sa 32 tas-sentenza appellata li l-impriżi li pparteċipaw fl-akkordju kienu, inter alia, ikkoordinaw it-tqassim ta’ proġetti ta’ SIG fuq skala dinjija, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti swieq, skont regoli miftiehma, sabiex b’mod partikolari jinżammu kwoti li jirriflettu sa grad għoli l-ishma storiċi tagħhom fis-suq, hekk kif stmati.
( 8 ) B’mod partikolari, jirriżulta mill-Artikolu 1(b), (c), (d) u (f) tad-deċiżjoni kkontestata li l-Kummissjoni kkonstatat il-parteċipazzjoni ta’ Alstom fil-ksur għall-perijodu bejn il-15 ta’ April 1988 sat-8 ta’ Jannar 2004, ta’ Areva u ta’ Areva T&D Holding SA (li saret T&D Holding SA) għall-perijodu bejn id-9 ta’ Jannar sal-11 ta’ Mejju 2004, ta’ Areva T&D AG għall-perijodu bejn it-22 ta’ Diċembru 2003 sal-11 ta’ Mejju 2004, u ta’ Areva T&D SA għall-perijodu bejn is-7 ta’ Diċembru 1992 sal-11 ta’ Mejju 2004.
( 9 ) B’mod iktar speċifiku, permezz tal-Artikolu 2(b) tad-deċiżjoni kkontestata ġiet imposta multa kontra Alstom fuq bażi individwali li tammonta għal ammont ta’ EUR 11 475 000. L-Artikolu 2(c) tal-istess deċiżjoni jipprovdi li Alstom tiġi kkundannata għal multa li tammonta għal EUR 53 550 000, in solidum ma’ Areva T&D SA, u li fuq l-ammont ta’ Areva T&D SA, EUR 25 500 000 għandhom jitħallsu in solidum ma’ Areva, Areva T&D Holding SA u Areva T&D AG.
( 10 ) Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 2(b) u (c) tad-deċiżjoni kkontestata billi kkonstatat li l-Kummissjoni kienet kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jew ta’ nondiskriminazzjoni, meta żiedet l-ammont bażiku tal-multi imposti abbażi taċ-ċirkustanza aggravanti tar-rwol ta’ mexxej tal-ksur. Ara, b’mod speċifiku, il-punt 317 tas-sentenza appellata.
( 11 ) Ara l-punt 323 tas-sentenza appellata u l-punt 3 tad-dispożittiv.
( 12 ) Għandu jiġi rrilevat li, għalkemm fil-kuntest ta’ dan l-aggravju, il-kumpanniji tal-grupp Alstom jallegaw b’mod partikolari lment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE, huwa l-Artikolu 253 KE li huwa applikabbli f’din il-kawża, peress li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Madankollu dan ma għandu ebda effett, peress li l-motivazzjoni tal-atti tal-Unjoni inkwistjoni f’din il-kawża ma hijiex suġġetta, fl-kuntest tal-Artikolu 253 KE, għal rekwiżiti ġuridiċi differenti minn dawk applikabbli fil-kuntest tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE. Għaldaqstant dan l-ilment għandu jinftiehem fis-sens li jirrigwarda, b’mod partikolari, ksur tal-Artikolu 253 KE. Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2013, Ziegler vs Il‑Kummissjoni (C‑439/11 P, punt 113). Madankollu, inkwantu dan ma għandu ebda konsegwenza f’din il-kawża, f’dawn il-konklużjonijiet ser nirreferi għan-numerazzjoni l-ġdida tat-Trattat, jiġifieri għall-Artikolu 296 TFUE.
( 13 ) Li saru, rispettivament, Areva T&D SA (li sussegwentement saret Alstom Grid SAS) u Areva T&D AG (li sussegwentement saret Alstom Grid AG). Ara l-punt 6 kif ukoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 14 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-29 ta’ Settembru 2011, Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni (C-521/09 P, Ġabra p. I-8947, punt 146 u l-ġurisprudenza ċċitata), u Ziegler vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 114 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 15 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Ziegler vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 115 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 16 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 150 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll Ziegler vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 116).
( 17 ) Sentenza tat-18 ta’ Settembru 2003, Volkswagen vs Il‑Kummissjoni (C-338/00 P, Ġabra p. I-9189, punt 127 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 18 ) Ara s-sentenzi Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punti 151 u 152), u tad-19 ta’ Lulju 2012, Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kummissjoni vs Alliance One International et (C‑628/10 P u C‑14/11 P, punt 75).
( 19 ) Ara s-sentenza Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 153), u d-digriet tat-13 ta’ Settembru 2012, Total u Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni (C‑495/11 P, punt 49). Enfasi miżjuda minni. Il-kompitu tal-Kummissjoni li timmotiva d-deċiżjonijiet tagħha fuq dak il-punt jirriżulta b’mod ċar min-natura konfutabbli tal-preżunzjoni inkwistjoni, li sabiex tiġi kkonfutata l-persuni kkonċernati għandhom jipproduċu prova li tirrigwarda r-rabtiet ekonomiċi, organizzattivi u legali kollha bejn il-kumpanniji kkonċernati.
( 20 ) Ara s-sentenza Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kummissjoni vs Alliance One International et, iċċitata iktar ’il fuq (punt 49), u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston, ippreżentati fit-30 ta’ Mejju 2013, fil-kawża Kendrion vs Il‑Kummissjoni (C‑50/12 P, punt 43), pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
( 21 ) Premessa 353 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 22 ) Premessa 355 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 23 ) Premessa 355 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 24 ) Premessa 351 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 25 ) Premessa 350 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 26 ) Fil-punti 90 sa 150 tat-tweġiba tagħha għad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, Alstom b’mod partikolari qajmet argumenti dwar: i) l-istruttura diċentralizzata tal-grupp u l-awtonomija tas-settur T&D; ii) il-funzjonament intern u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan is-settur T&D; iii) l-iskop limitat tal-kumpannija Alstom; iv) l-assenza ta’ influwenza kummerċjali ta’ Alstom fuq l-offerti tal-entitajiet ġuridiċi tas-settur T&D; v) l-assenza ta’ kwalunkwe diskussjoni dwar il-politika kummerċjali tas-settur T&D fi ħdan il-kumitat eżekuttiv ta’ Alstom kif ukoll, fl-aħħar nett, (vi) għaċ-ċirkustanza li l-ksur kien kompla wara t-trasferiment tal-attivitajiet T&D lil Areva.
( 27 ) B’hekk, mingħajr ma huwa meħtieġ, fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija qabel, li ssir hawnhekk analiżi komparattiva ddettaljata bejn l-argumenti mressqa fit-tweġiba għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (ara n-nota preċedenti) u d-deċiżjoni kkontestata, ser jiġi rrilevat li l-argument ibbażat fuq l-istruttura organizzattiva tal-grupp u l-awtonomija tas-settur T&D jissemma fil-premessa 347 tad-deċiżjoni kkontestata u huwa miċħud fil-premessi 353 u 355 tal-imsemmija deċiżjoni. Riferimenti għall-kwistjoni li tirrigwarda l-funzjonament intern u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan is-settur T&D jinsabu kemm fil-premessa 346 (approvazzjoni ta’ abbozzi ta’ offerti), kif ukoll fil-premessa 347 (żamma ta’ ċerti deċiżjonijiet fi ħdan il-kumpannija parent). Rigward l-argument ibbażat fuq li, minħabba l-fatt li l-iskop tal-kumpannija Alstom kien limitat għaż-żamma u għall-ġestjoni tal-ishma, hija ma setgħetx tkun attiva fis-settur tas-SIG, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża huwa irrilevanti u b’hekk seta’ jiġi miċħud b’mod impliċitu mill-Kummissjoni peress li, minn naħa waħda, il-fatt li l-kumpannija parent ma tkunx attiva fis-suq ikkonċernat mill-ksur ma huwiex deċiżiv għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2009, Arkema vs Il‑Kummissjoni, T‑168/05), u li, min-naħa l-oħra, l-imputazzjoni ta’ ksur imwettaq minn sussidjarja lill-persuna li tkun teżerċita influwenza determinanti fuqha tista’ sseħħ anki jekk dik il-persuna ma teżerċitax attività ekonomika tagħha stess (sentenza tal-11 ta’ Lulju 2013, Il‑Kummissjoni vs Stichting Administratiekantoor Portielje, C‑440/11 P, punti 43 u 44). Bl-istess mod, rigward l-argumenti bbażati fuq l-allegata assenza ta’ influwenza (u ta’ diskussjoni) dwar il-politika kummerċjali tas-sussidjarji, għandu jiġi rrilevat, minn naħa waħda, li l-kwistjoni jekk, fir-rigward tal-aġir tagħha fis-suq, sussidjarja tinsabx taħt l-influwenza determinanti tal-kumpannija parent tagħha ma tiddependix biss minn min jiddetermina l-politika kummerċjali tagħha strictu sensu (ara, f’dan ir-rigward, il-punt 109 u l-ġurisprudenza ċċitata tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott, ippreżentati fit-18 ta’ April 2013, fil-kawża Schindler Holding et vs Il‑Kummissjoni, li tat lok għas-sentenza tat-18 ta’ Lulju 2013, C‑501/11 P) u, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni f’din il-kawża kkunsidrat li l-elementi kollha relatati mar-rabtiet ekonomiċi, organizzattivi u legali li jgħaqqdu l-kumpannija parent u s-sussidjarji kienu suffiċjenti biex juru l-influwenza tagħha fuq l-aġir tagħhom fis-suq.
( 28 ) Digrieti tas-7 ta’ Frar 2012, Total u Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni (C‑421/11 P, punt 57), u tat-13 ta’ Settembru 2012, Total u Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 50).
( 29 ) Ara n-noti 26 u 27 iktar ’il fuq.
( 30 ) Ara s-sentenza Volkswagen vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 127 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 31 ) Ara s-sentenza Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 155).
( 32 ) F’għadd kbir ta’ kawżi, il-Qorti Ġenerali kkonfermat multa imposta in solidum fuq il-kumpannija parent u l-ex sussidjarja tagħha meta huma ma kinux għadhom jikkostitwixxu entità ekonomika unitarja fil-mument meta ġiet adottata d-deċiżjoni. Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2005, Tokai Carbon et vs Il‑Kummissjoni (T‑71/03, T‑74/03, T‑87/03 u T‑91/03, punti 58 sa 82, 387, 391 sa 393 u l-punt 3 tad-dispożittiv, f’dak li jikkonċerna r-responsabbiltà in solidum tas-sussidjarja Intech EDM BV mal-ex kumpannija parent tagħha Intech EDM AG); tat-13 ta’ Settembru 2010, Trioplast Industrier vs Il‑Kummissjoni (T-40/06, Ġabra p. II-4893, punti 2, 74, 173 u d-dispożittiv, f’dak li jikkonċerna r-responsabbiltà in solidum tas-sussidjarja Trioplast Witenheim mal-kumpanniji parent suċċessivi tagħha FLS u Trioplast Industrier, iktar ’il quddiem “is-sentenza Trioplast”); tal-24 ta’ Marzu 2011, IBP u International Building Products France vs Il‑Kummissjoni (T-384/06, Ġabra p. II-1177, punt 13 u d-dispożittiv, f’dak li jikkonċerna r-responsabbiltà in solidum ta’ IBP France mal-ex kumpanniji parent tagħha Delta u AFC); tal-24 ta’ Marzu 2011, IMI et vs Il‑Kummissjoni (T‑378/06, punti 4, 14 u d-dispożittiv f’dak li jikkonċerna r-responsabbiltà in solidum tas-sussidjarji Aquatis u Simplex mal-ex kumpannija parent tagħhom IMI), u tal-24 ta’ Marzu 2011, Tomkins vs Il‑Kummissjoni (T-382/06, Ġabra p. II-1157, punti 3, 55 sa 59 u l-punt 2 tad-dispożittiv f’dak li jikkonċerna r-responsabbiltà in solidum ta’ Pegler mal-ex kumpannija parent tagħha Tomkins).
( 33 ) Għal espożizzjoni tar-raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-effettività tal-eżekuzzjoni ta’ multa li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ multa in solidum f’każijiet bħal f’din il-kawża, nirreferi għall-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq (punti 52, 82 u 84 in fine).
( 34 ) Ċertament, kif ser jiġi analizzat f’iktar dettall fil-punti 160 sa 162 iktar ’l isfel u kif indikajt ukoll fil-punti 83 et seq tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq, dik iċ-ċirkustanza ma hijiex mingħajr effett fuq is-setgħa tal-Kummissjoni li timponi tali multa in solidum, sa fejn, jekk hija tkun trid timponiha, hija tkun obbligata għal raġunijiet ta’ ċertezza legali li tispeċifika s-sehem li d-debituri in solidum ikollhom ibatu fir-relazzjonijiet interni tagħhom.
( 35 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq (punt 80).
( 36 ) Fir-replika tagħhom, il-kumpanniji tal-grupp Alstom jidhru li jridu jestendu l-argument tagħhom fis-sens li huma jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li ma kkundannatx lill-Kummissjoni talli ma mmotivatx l-impożizzjoni ta’ multa in solidum fuq entitajiet ġuridiċi li qatt ma ffurmaw flimkien entità ekonomika komuni, jiġifieri Alstom u Areva. F’dan ir-rigward, mingħajr ma huwa neċessarju li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-ammissibbiltà ta’ tali lment – li la ġiet imqajma fl-ewwel istanza u lanqas fl-appell – nirrileva li l-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata ma imponietx multa in solidum fuq Areva u Alstom, u għalhekk ma tistax tiġi kkritikata li ma pprovditx motivazzjoni f’dan ir-rigward. Il-kwistjoni tal-ħolqien ta’ “responsabbiltà in solidum de facto” bejn Areva u Alstom hija, fi kwalunkwe każ, is-suġġett tar-raba’ aggravju tal-kumpanniji tal-grupp Alstom u hija analizzata fil-punti 101 et seq iktar ’l isfel.
( 37 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Ziegler vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 81 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 38 ) Ibidem (punt 82 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 39 ) Sentenzi tas-27 ta’ Jannar 2000, DIR International Film et vs Il‑Kummissjoni (C-164/98 P, Ġabra p. I-447, punti 38 u 49); tal-1 ta’ Ġunju 2006, P&O European Ferries (Vizcaya) u Diputación Foral de Vizcaya vs Il‑Kummissjoni (C-442/03 P u C-471/03 P, Ġabra p. I-4845, punti 60 u 67), u tat-22 ta’ Diċembru 2008, British Aggregates vs Il‑Kummissjoni (C-487/06 P, Ġabra p. I-10515, punt 141). Din hija espressjoni ta’ natura ta’ kassazzjoni ta’ rikors għal annullament, li hija bbażata fuq il-prinċipju tal-ekwilibriju istituzzjonali li jikkaratterizza l-istruttura u l-funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Iż-żamma tal-ekwilibriju istituzzjonali jinvolvi li kull waħda mill-istituzzjonijiet teżerċita l-kompetenzi tagħha b’osservanza ta’ dawk tal-oħrajn. F’dan ir-rigward, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott ippreżentati fis-6 ta’ Settembru 2012, fil-kawża Frucona Košice vs Il‑Kummissjoni (sentenza tal-24 ta’ Jannar 2013, C‑73/11 P, punt 92).
( 40 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Frucona Košice vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 93 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 41 ) Ara, fl-istess sens, is-sentenzi tat-2 ta’ April 2009, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il‑Kummissjoni (C-431/07 P, Ġabra p. I-2665, punt 68), u Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kummissjoni vs Alliance One International et, iċċitata iktar ’il fuq (punti 121 u 122), kif ukoll id-digrieti Total Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitati iktar ’il fuq (rispettivament, tas-7 ta’ Frar 2012, punti 65, u tat-13 ta’ Settembru 2012, punti 59 u 60).
( 42 ) Sentenzi DIR International Film et vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 42), u British Aggregates vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 142), kif ukoll il-konklużjonijiet tiegħi f’din l-aħħar kawża, ippreżentati fis-17 ta’ Lulju 2008 (punt 107).
( 43 ) F’dan ir-rigward, ara l-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fis-17 ta’ Frar 2011, fil-kawża Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 54). Ara, fl-istess sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott, fil-kawża Frucona Košice vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 94).
( 44 ) Ara l-punti 24 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 45 ) Fid-deċiżjoni kkontestata, il-motivazzjoni għaċ-ċaħda tal-argumenti mressqa minn Areva (u Areva T&D Holding) sabiex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti fuq is-sussidjarji tagħha tinsab fil-premessa 370, li tirreferi għall-premessa 364 għas-sinteżi ta’ dawn l-argumenti.
( 46 ) Fil-punt 150 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tirreferi għas-sottomissjonijiet bil-miktub tal-kumpanniji tal-grupp Areva, fir-rikors fil-kawża T‑117/07, għat-tweġiba tagħhom għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, annessa mal-imsemmi rikors, kif ukoll għal dokumenti li hija pproduċiet bħala tweġiba għat-talba għal informazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2006.
( 47 ) Ara d-digrieti Total u Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitati iktar ’il fuq (rispettivament, tas-7 ta’ Frar 2012, punt 65, u tat-13 ta’ Settembru 2012, punti 59 u 60).
( 48 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 64). Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat dan l-approċċ fil-punt 70 tas-sentenza dwar l-istess kawża. F’dan ir-rigward, ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011, Alliance One International vs Il‑Kummissjoni (T-25/06, Ġabra p. II-5741, punt 200).
( 49 ) Peress li l-appelli ġew ippreżentati qabel l-1 ta’ Novembru 2012, id-data ta’ dħul fis-seħħ tar-Regoli tal-Proċedura l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod konformi mad-dictum“tempus regit actum”, l-ammissibbiltà tagħhom għandha tiġi evalwata fid-dawl tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Ġunju 1991. F’dan ir-rigward, ara d-digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2010, Norilsk Nickel Harjavalta u Umicore vs Il‑Kummissjoni (T-532/08, Ġabra p. II-3959, punt 70 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 90 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Ziegler vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq. Fir-Regoli tal-Proċedura l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-artikoli msemmija saru rispettivament l-Artikoli 127(1) u 190(1).
( 50 ) Fil-fatt ma hemm ebda riferiment għal dan il-motiv fir-rikors li bih ġie ppreżentat l-appell. Għandu jiġi rrilevat ukoll li, għalkemm quddiem il-Qorti Ġenerali, Areva kienet qajmet motiv ibbażat fuq il-ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, l-ilmenti li Areva qajmet fl-ewwel istanza b’ebda mod ma kienu jikkonċernaw il-kwistjoni tal-eżerċizzju effettiv min-naħa ta’ Areva ta’ influwenza determinanti fuq l-ex sussidjarji tagħha.
( 51 ) Ara s-sentenza tas-17 ta’ Ġunju 2010, Lafarge vs Il‑Kummissjoni (C-413/08 P, Ġabra p. I-5361, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata). Is-sentenza Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, kif ukoll is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011, Air Liquide vs Il‑Kummissjoni (T-185/06, Ġabra p. II-2809), u tas-16 ta’ Ġunju 2011, Edison vs Il‑Kummissjoni (T-196/06 Ġabra p. II-3149), li għalihom tirreferi Areva, ma jistgħux fil-fehma tiegħi jitqiesu bħala punti ta’ liġi u ta’ fatt li ġew irrilevati matul il-proċeduri u li jiġġustifikaw il-produzzjoni ta’ motiv ġdid matul il-kawża. Effettivament, minn naħa waħda, dawn is-sentenzi jirrigwardaw kwistjonijiet ta’ liġi, b’mod partikolari l-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-Kummissjoni, li kienu s-suġġett ta’ sentenzi tal-qrati tal-Unjoni sew qabel il-preżentata tal-appell. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li l-kumpanniji tal-grupp Alstom setgħu qajmu motiv ekwivalenti (ara l-analiżi tal-ewwel motiv fil-punti 14 sa 43 preċedenti) qabel ma ġew deċiżi dawn is-sentenzi kollha.
( 52 ) Ara d-digriet tas-6 ta’ Ottubru 2011, ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni et vs Il‑Kummissjoni (C‑448/10 P sa C‑450/10 P, punt 68 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 53 ) Ara s-sentenzi tal-10 ta’ Settembru 2009, Akzo Nobel et vs Il‑Kummissjoni (C-97/08 P, Ġabra p. I-8237, punti 65 u 74); Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punti 58 u 153; f’dan l-aħħar punt, li huwa riprodott fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod espliċitu li sabiex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni “l-appellanti għandha tipproduċi prova li tirrigwarda r-rabtiet ekonomiċi, organizzattivi u ġuridiċi kollha bejn il-kumpanniji kkonċernati”); tal-20 ta’ Jannar 2011, General Química et vs Il‑Kummissjoni (C-90/09 P, Ġabra p. I-1, punt 37); tad-29 ta’ Marzu 2011, ArcelorMittal Luxembourg vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg et (C-201/09 P u C-216/09 P, Ġabra p. I-2239, punt 96), kif ukoll id-digriet tat-13 ta’ Diċembru 2012, Transcatab vs Il‑Kummissjoni (C‑654/11 P, punt 31).
( 54 ) Ara s-sentenzi Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 59), u tat-8 ta’ Mejju 2013, ENI vs Il‑Kummissjoni (C‑508/11 P, punt 50).
( 55 ) Ara s-sentenza Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 66), u d-digriet Transcatab vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 32).
( 56 ) Li sar l-Artikolu 13 TUE.
( 57 ) Ara, ukoll, it-tieni inċiż tal-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata.
( 58 ) Iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32.
( 59 ) Punt 215 tas-sentenza appellata.
( 60 ) Areva ssemmi speċifikament bħala punt ta’ fatt ġdid it-trasferiment fl-2010 ta’ Areva T&D SA lill-grupp Alstom (ara l-punt 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet) u bħala punt ta’ liġi ġdid is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, fil-kawża Trioplast.
( 61 ) Il‑Kummissjoni tirreferi għas-sentenza Trioplast, iċċitata iktar ’il fuq (punt 74).
( 62 ) Li sar l-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 50).
( 63 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-11 ta’ Diċembru 2008, Il‑Kummissjoni vs Département du Loiret (C-295/07 P, Ġabra p. I-9363, punt 95 u l-ġurisprudenza ċċitata); Elf Aquitaine, iċċitata iktar ’il fuq (punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll Schindler Holding et vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 64 ) Ara l-punt 20 tal-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fit-30 ta’ April 2009, fil-kawża Prym u Prym Consumer vs Il‑Kummissjoni (sentenza tat-3 ta’ Settembru 2009, C-534/07 P, Ġabra p. I-7415) kif ukoll tal-ġurisprudenza ċċitata fiha.
( 65 ) Ara l-punt 28 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Akzo Nobel et vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, kif ukoll il-punt 39 tas-sentenza li tikkonċerna l-istess kawża. Ara wkoll is-sentenzi tal-4 ta’ Ottubru 2007, Naipes Heraclio Fournier vs UASI (C‑311/05 P, punt 59), u tat-12 ta’ Novembru 2009, SGL Carbon vs Il‑Kummissjoni (C‑564/08 P, punt 24).
( 66 ) Ara s-sentenzi iċċitati iktar ’il fuq Akzo Nobel vs Il‑Kummissjoni (punt 39) u SGL Carbon vs Il‑Kummissjoni (punt 24). Ara wkoll is-sentenzi tal-24 ta’ Settembru 2002, Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il‑Kummissjoni (C-74/00 P u C-75/00 P, Ġabra p. I-7869, punt 178); tat-18 ta’ Jannar 2007, PKK u KNK vs Il‑Kunsill (C-229/05 P, Ġabra p. I-439, punti 64 sa 66), kif ukoll Il‑Kummissjoni vs Département du Loiret, iċċitata iktar ’il fuq (punt 99).
( 67 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Prym u Prym Consumer vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 26), fejn kont irrilevajt li fil-fehma tiegħi għandu jiġi kkritikat il-fatt li jiġi assimilat mar-reġim tal-inammissibbiltà tal-invokazzjoni tal-motivi l-ġodda kull argument ġdid żviluppat mill-appellanti insostenn ta’ aggravju u li tintlaħaq il-konklużjoni li dak l-argument huwa inammissibbli (ara l-ġurisprudenza ċċitata).
( 68 ) Ara, b’mod partikolari, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Prym u Prym Consumer vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 27), u s-sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2007, Komninou et vs Il‑Kummissjoni (C‑167/06 P, punt 24).
( 69 ) Ara l-punti 80 sa 85 tar-rikors ta’ Alstom fl-ewwel istanza u, b’mod partikolari, il-punt 83.
( 70 ) Idem (punt 77).
( 71 ) Il-partijiet jidhru li kienu ispirati mill-użu tal-espressjoni “responsabbiltà in solidum de facto” kif intużat fil-kuntest tas-sentenza Trioplast, li għaliha huma jirreferu f’diversi okkażjonijiet.
( 72 ) B’mod partikolari fil-ħames parti tal-imsemmi raba’ motiv.
( 73 ) B’mod partikolari fil-kuntest tat-tielet, ir-raba’ u s-sitt partijiet tar-raba’ motiv tagħha.
( 74 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq (punti 139 u 140), kif ukoll is-sentenza tad-29 ta’ Novembru 2007, Stadtwerke Schwäbisch Hall et vs Il‑Kummissjoni (C‑176/06, punt 17).
( 75 ) Issa, iż-żewġ kawżi, għalkemm kienu magħquda, huma żewġ kawżi distinti b’żewġ suġġetti li mhux neċessarjament jikkoinċidu. Madankollu, jirriżulta mill-ġurisprudenza li, meta l-Qorti Ġenerali tkun għaqqdet żewġ kawżi u tkun tat sentenza waħda li tirrispondi għall-motivi kollha ppreżentati mill-partijiet fil-proċeduri quddiemha, ir-rikonoxximent ta’ ċerta konnessjoni bejn il-motivi u l-argumenti mqajma mid-diversi partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali jista’ jiġi ammess fl-appell. Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-11 ta’ Lulju 2013, Team Relocations et vs Il‑Kummissjoni (C‑444/11 P, punt 34), u tal-24 ta’ Marzu 2011, ISD Polska et vs Il‑Kummissjoni (C-369/09 P, Ġabra p. I-2011, punt 85 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 76 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-29 ta’ Marzu 2011, ThyssenKrupp Nirosta vs Il‑Kummissjoni (C-352/09 P, Ġabra p. I-2359, punt 81), u ArcelorMittal Luxembourg vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg et, iċċitata iktar ’il fuq (punt 68).
( 77 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot, ippreżentati fil-11 ta’ Settembru 2007, fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Salzgitter (sentenza ta’ 22 ta’ April 2008, C-408/04 P, Ġabra p. I-2767, punt 298 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 78 ) Għal kunsiderazzjonijiet iktar iddettaljati dwar il-prinċipji tar-responsabbiltà personali u tal-individwalità tas-sanzjonijiet, nirreferi għall-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq, (punti 74 et seq).
( 79 ) Ara l-punt 63 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer, ippreżentati fil-11 ta’ Frar 2003, fil-kawża Aalborg Portland et vs Il‑Kummissjoni (sentenza tas-7 ta’ Jannar 2004, C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P, Ġabra p. I-123).
( 80 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot, ippreżentati fis-26 ta’ Ottubru 2010, fil-kawżi ArcelorMittal Luxembourg vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg et, iċċitati iktar ’il fuq (punt 181).
( 81 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq.
( 82 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-24 ta’ Settembru 2009, Erste Group Bank et vs Il‑Kummissjoni (C-125/07 P, C-133/07 P, C-135/07 P u C-137/07 P, Ġabra p. I-8681, punti 81 sa 84), kif ukoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq (punt 81).
( 83 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tat-22 ta’ Jannar 2013, Il‑Kummissjoni vs Tomkins (C‑286/11 P, punt 43) li kkonfermat is-sentenza Tomkins vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (b’mod partikolari, punt 38).
( 84 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Trioplast, iċċitata iktar ’il fuq (punt 168).
( 85 ) Ibidem (punt 169).
( 86 ) Ara l-premessa 486 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 87 ) B’hekk, meta napplika r-regola tar-responsabbiltà f’partijiet indaqs, nifhem is-sitwazzjoni skont kif ġej: kieku l-Kummissjoni kellha tiddeċiedi li tirkupra t-totalità tal-multa fl-ammont (wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali) ta’ EUR 48 195 000 mingħand Alstom, hija tkun tista’ tikseb il-ħlas ta’ nofs dan l-ammont ta’ Areva T&D SA permezz ta’ kawża ta’ rkupru. Alstom b’hekk ikollha tħallas bħala total nofs il-multa, jiġifieri EUR 24 097 500. Areva T&D SA jkollha tbati n-nofs l-ieħor. Madankollu, fuq dan l-ammont, Areva u ż-żewġ ex sussidjarji tagħha huma kodebituri in solidum ta’ Areva T&D SA sal-ammont ta’ EUR 20 400 000, b’mod li Areva T&D SA tista’ titlob lit-tliet kodebituri tagħha sehemhom fuq dan l-ammont (li jikkorrispondi mal-ammont ta’ EUR 5 100 000 kull wieħed), waqt li Areva T&D SA tibqa’ responsabbli waħedha għad-differenza ekwivalenti għal EUR 3 697 500 bejn il-multa maqsuma ma’ Alstom u l-multa li għaliha Areva u l-ex sussidjarji l-oħrajn huma kodebituri. F’dan il-każ, il-multa effettiva li trid titħallas minn Alstom hija ekwivalenti għal EUR 24 097 500, dik minn Areva T&D SA hija ekwivalenti għal EUR 8 797 500 (jiġifieri EUR 3 697 500 li jifdal + EUR 5 100 000) u dik ta’ Areva u taż-żewġ ex sussidjarji tagħha l-oħrajn hija ekwivalenti għal EUR 5 100 000 kull waħda.
( 88 ) Min-naħa l-oħra, kieku l-Kummissjoni kellha tiddeċiedi li l-ewwel tirkupra l-multa ta’ Areva sal-ammont li għalih hija responsabbli in solidum ma’ Areva T&D SA u ż-żewġ ex sussidjarji oħrajn, jiena nifhem is-sitwazzjoni skont kif ġej: Areva jkollha tħallas il-multa li tammonta għal EUR 20 400 000, u mbagħad hija tkun tista’ tikseb mingħand il-kodebituri in solidum tagħha l-ħlas ta’ sehemhom (jiġifieri EUR 5 100 000 kull wieħed), possibbilment permezz ta’ kawża ta’ rkupru. Ikun għad fadal x’titħallas lill-Kummissjoni l-parti li jifdal mill-multa, jiġifieri l-ammont ta’ EUR 27 795 000. Sussegwentement, Alstom u Areva T&D SA jaqsmu bejniethom f’partijiet indaqs dan l-ammont imsemmi, flimkien ma’, eventwalment, l-ammont ta’ EUR 5 100 000 imħallas minn Areva T&D SA lil Areva. F’dan il-każ, b’hekk, il-multa effettiva ta’ Alstom tkun ekwivalenti għal EUR 13 897 500 (jiġifieri nofs is-somma ta’ EUR 27 795 000) jew EUR 16 447 500 (jekk hija taqsam l-ammont ta’ EUR 5 100 000 ta’ Areva T&D), dik ta’ Areva T&D SA tkun ekwivalenti għal EUR 18 997 500 (jiġifieri EUR 13 897 500 + EUR 5 100 000) jew, possibbilment EUR 16 447 500, u dik ta’ Areva u taż-żewġ ex sussidjarji tagħha tkun ekwivalenti għal EUR 5 100 000 kull waħda.
( 89 ) Ara l-punt 100 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 90 ) Sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2003 (C-196/99 P, Ġabra p. I-11005).
( 91 ) Areva tafferma, min-naħa l-oħra, li hija taqbel mal-pożizzjoni tal-Qorti Ġenerali ddikjarata fil-punt 214 tas-sentenza appellata li tgħid li l-obbligu in solidum jirregola mhux biss ir-relazzjonijiet bejn il-kreditur u l-kodebituri, iżda wkoll dawk bejn il-kodebituri.
( 92 ) Punt 226 tas-sentenza appellata.
( 93 ) Ibid.
( 94 ) Ibidem (punti 210 sa 218 u 236).
( 95 ) B’mod partikolari fil-punti 215 u 229 tagħha.
( 96 ) Ara f’dan ir-rigward, b’mod iktar speċifiku, il-punt 155 tas-sentenza Siemens Österreich et vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq. Dik is-sentenza, li tikkonċerna l-istess deċiżjoni kkontestata u li ngħatat fl-istess jum bħas-sentenza appellata, qiegħda tiġi appellata fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq. Kif ġie indikat fil-punt2, nippreżenta l-konklużjonijiet f’dik il-kawża simultanjament ma’ dawn il-konklużjonijiet.
( 97 ) Ara l-punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott, ippreżentati fit-28 ta’ Frar 2013, fil-kawża Schenker & Co. et (sentenza tat-18 ta’ Ġunju 2013, C‑681/11).
( 98 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq (punti 89 u 93). Iċ-ċirkustanza li din ma hijiex kundanna in solidum hija kkonfermata barra minn hekk fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 1999, Aristrain vs Il‑Kummissjoni (T-156/94, Ġabra p. II-645, punt 67).
( 99 ) Ara l-ġurisprudenza msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 81 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 100 ) Ara s-sentenza Team Relocations et vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 101 ) Dan il-prinċipju ġie kkristalizzat fl-Artikolu 5(2) TUE.
( 102 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 49 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 103 ) Ara s-sentenza tat-2 ta’ April 2009, France Télécom vs Il‑Kummissjoni (C-202/07 P, Ġabra p. I-2369, punt 55), kif ukoll id-digriet tat-2 ta’ Frar 2012, Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni (C‑404/11 P, punt 15).
( 104 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq (punti 139 u 140), kif ukoll is-sentenza Stadtwerke Schwäbisch Hall et vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 17). B’differenza minn Areva, fil-Kawża C‑232/11 P, li hija s-suġġett tal-imsemmija konklużjonijiet, Reyrolle qajmet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-imsemmija prinċipji mill-Qorti Ġenerali stess fil-bidla fil-multa li saret fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha.
( 105 ) Ara l-punt 222 u l-ġurisprudenza ċċitata tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Schindler Holding et vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq.
( 106 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-22 ta’ Novembru 2012, E.ON Energie vs Il‑Kummissjoni (C‑89/11 P, punt 126), u tat-30 ta’ Mejju 2013, Quinn Barlo et vs Il‑Kummissjoni (C‑70/12 P, punt 57).
( 107 ) Ara s-sentenzi tas-6 ta’ Diċembru 2012, Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens (C‑441/11 P, punt 80), kif ukoll Quinn Barlo et vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 46).
( 108 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-14 ta’ Marzu 2013, Viega vs Il‑Kummissjoni (C‑276/11 P, punt 57).
( 109 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-1 ta’ Ottubru 1998, Langnese-Iglo vs Il‑Kummissjoni (C-279/95 P, Ġabra p. I-5609, punti 53 sa 55), u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2002, Diputación Foral de Álava et vs Il‑Kummissjoni (T-92/00 u T-103/00, Ġabra p. II-385, punt 90)
( 110 ) Ara s-sentenza tat-8 ta’ Diċembru 2011, KME et vs Il‑Kummissjoni (C-272/09 P, Ġabra p. I-12789, punti 103 u 104).
( 111 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il‑Kummissjoni (C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P, Ġabra p. I-8375, punti 369 sa 378 u b’mod partikolari l-punt 371), kif ukoll il-punt 96 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott, ippreżentati fid-9 ta’ Ġunju 2005, fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (sentenza tal-20 ta’ Ottubru 2005, C-6/04, Ġabra p. I-9017).
( 112 ) Sentenza Quinn Barlo et vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 60).
( 113 ) Ibdem.
( 114 ) Sentenza tal-14 ta’ Settembru 1999, Il‑Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products et (C-310/97 P, Ġabra p. I-5363, punti 53 sa 55). Għal applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji f’każ partikolari, ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Tomkins, iċċitata iktar ’il fuq, punti 43 u 47.
( 115 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
( 116 ) Ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, iċċitata iktar ’il fuq (punt 79). Ara, wkoll, is-sentenzi tat-8 ta’ Lulju 1999, Il‑Kummissjoni vs Anic Partecipazioni (C-49/92 P, Ġabra p. I-4125, punt 218); tas-17 ta’ Diċembru 1998, Baustahlgewebe vs Il‑Kummissjoni (C-185/95 P, Ġabra p. I-8417, punti 141 u 142); tas-16 ta’ Novembru 2000, Weig vs Il‑Kummissjoni (C-280/98 P, Ġabra p. I-9757, punt 83), kif ukoll tal-21 ta’ Settembru 2006, JCB Service vs Il‑Kummissjoni (C-167/04 P, Ġabra p. I-8935, punt 244).
( 117 ) Rigward Areva T&D AG, jirriżulta mill-premessa 21 tad-deċiżjoni kkontestata li din kienet kumpannija vettura maħluqa biex tiffaċilita t-trasferiment tal-attivitajiet ta’ T&D d’Alstom lil Areva. Hija pparteċipat direttament fil-ksur matul il-perijodu bejn it-22 ta’ Diċembru 2003 — id-data meta l-imsemmija attivitajiet ġew ittrasferiti lilha — u t-tmiem tal-ksur fil-11 ta’ Mejju 2004.
( 118 ) Effettivament, it-tul totali tal-parteċipazzjoni ta’ Alstom Grid SAS fl-akkordju kien ugwali għal 11-il sena u 5 xhur, jiġifieri 137 xahar li 133 minnhom kienu taħt l-influwenza determinanti ta’ Alstom u 4 taħt l-influwenza ta’ Areva, u minn dan tirriżulta multa ta’ EUR 46 787 847 għal Alstom (jiġifieri 48195000/137 × 133) u EUR 1 407 153 għal Areva u l-ex sussidjarji tagħha (jiġifieri 48195000/137 × 4).
( 119 ) Ara l-punti 160 et seq iktar ’il fuq kif ukoll ir-riferimenti għall-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et iċċitata iktar ’il fuq.
( 120 ) Ara l-punt 38 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Tomkins, iċċitata iktar ’il fuq.
( 121 ) Ara l-punti 93 sa 95 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich et, iċċitata iktar ’il fuq.
( 122 ) Ara l-punti 38 u 43 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Tomkins, iċċitata iktar ’il fuq.
( 123 ) Ara l-punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, iċċitata iktar ’il fuq.
( 124 ) Effettivament, jirriżulta mill-proċess li Areva ma kellhiex interessi fis-settur ikkonċernat mill-ksur qabel ix-xiri minn Alstom tas-sussidjarji tagħha u li hija ma għad għandha ebda interess f’dan is-settur peress li biegħet l-attivitajiet tagħha kollha fis-settur T&D (ara l-punt 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Barra minn hekk, jidher li jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata li hija ma pparteċipatx direttament fil-laqgħat tal-akkordju matul il-perijodu kkonċernat. Hija kienet, madankollu, il-kumpannija holding fir-ras tal-grupp.